Brussell, 28.7.2023

COM(2023) 459 final

2023/0288(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 295 final} - {SWD(2023) 265 final} - {SWD(2023) 266 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji (LMB) hi statistika uffiċjali li tiddeskrivi l-funzjonament tan-negozji fir-rigward tas-swieq tax-xogħol. L-oqsma koperti mil-LMB għandhom x’jaqsmu l-aktar mal-istatistika dwar il-livell, il-kompożizzjoni u l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi, dwar id-distribuzzjoni u l-istruttura tal-introjtu (inkluż id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri), u dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti.

L-UE teħtieġ statistika tas-suq tax-xogħol Ewropew fil-ħin, affidabbli u komparabbli dwar in-negozji biex tkun tista’ taqdi dmirha skont l-Artikoli 2, 3 u 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-istatistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji hija meħtieġa għat-tfassil, għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE, b’mod partikolari l-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u tal-impjiegi (l-Artikolu 2(3)), il-politika monetarja (l-Artikolu 3(1c)), il-politika soċjali (l-Artikolu 4(2b)) u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (l-Artikolu 4(2c)), kif ukoll il-paga ugwali għall-ħaddiema rġiel u nisa (l-Artikolu 157(1)).

L-istatistika tal-LMB dwar il-livell u l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi ilha tinġabar mill-1959 1 , b’perjodiċità ta’ bejn sentejn u 4 snin abbażi ta’ leġiżlazzjoni speċifika għal kull ġbir tad-data, u kopriet setturi ekonomiċi differenti (fosthom l-industrija, id-distribuzzjoni bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport bit-triq, u s-servizzi bankarji u l-assigurazzjoni, u servizzi oħra). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 introduċa l-ġbir sistematiku tad-data dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-kostijiet lavorattivi (stħarriġ dwar il-kost lavorattiv) għall-2000 u mbagħad kull 4 snin. L-istess att stabbilixxa l-istatistika dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-introjtu (stħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu) għall-2002 u għal xahar rappreżentattiv ta’ dik is-sena, u mbagħad kull 4 snin. Qabel ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol, id-data dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi kienet ilha tinġabar b’mod volontarju mill-1996. Bl-istess mod, ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill stabbilixxa l-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti bħala ġbir tad-data regolat. Qabel, din kienet tinġabar b’mod volontarju.

L-evalwazzjoni li għamlet il-Kummissjoni wriet li l-qafas legali attwali tat-tliet atti msemmija hawn fuq tejjeb ġmielha l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji b’mod ġenerali. Dik l-istatistika tqieset koerenti, effiċjenti, ġeneralment komparabbli maż-żmien u bejn il-pajjiżi tal-UE, u affidabbli. Tintuża ħafna mill-organizzazzjonijiet u minn dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha.

Iżda xi limitazzjonijiet tal-istatistika li diġà kienu magħrufin waqt l-adozzjoni tal-atti legali (partijiet neqsin tal-ekonomija) saru aktar importanti hekk kif il-politiki tal-UE komplew jiżviluppaw, u l-monitoraġġ tagħhom sar għandu bżonn indikaturi aktar preċiżi. Ngħidu aħna, l-LMB tintuża għall-monitoraġġ tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli 2 , għall-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi, għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 3 u għas-Semestru Ewropew. Barra minn hekk, id-Direttiva riċenti dwar il-pagi minimi adegwati 4 , id-Direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi 5 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ bordijiet nazzjonali tal-produttività 6 ħarġu fid-dieher il-bżonn ta’ statistika imparzjali u komprensiva fil-qasam tal-introjtu u l-kostijiet lavorattivi.

L-informazzjoni miġbura f’diversi settijiet tad-data tal-LMB hi preġudikata minħabba l-kopertura mhux sħiħa tas-settur pubbliku (jew ta’ partijiet minnu) u tal-mikrointrapriżi. Għal diversi Stati Membri, in-negozji li għandhom bejn impjegat wieħed u disa’ impjegati mhumiex inklużi fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu jew dwar il-kost lavorattiv. Dan joħloq preġudizzji fl-istatistika ewlenija bħall-introjtu medju u medjan, li tintuża biex tinħadem id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri jew biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-pagi minimi. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ obbligu legali li tingħata informazzjoni dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri sar aktar problematiku għax bħalissa l-ġbir tad-data hu volontarju u ma jkoprix lill-pajjiżi kollha tal-UE jew il-varjabbli kollha meħtieġa. Dan joħloq riskju għall-monitoraġġ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti.

Għalhekk, id-data li qed tingħadda bħalissa lill-Eurostat ma tistax tintuża bil-potenzjal kollu tagħha: l-aggregati tal-UE ma jistgħux jiġu kkalkolati għall-ekonomija kollha u t-tqabbil bejn il-pajjiżi se jkompli jixxekkel sakemm il-pajjiżi kollha tal-UE jestendu għalkollox il-kopertura tal-LMB.

Il-kopertura tal-ekonomija kollha se ttejjeb l-eżattezza ta’ xi statistika użata bħala indikaturi ekonomiċi Ewropej ewlenin (l-indiċi tal-kost lavorattiv, ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti) jew għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, l-introjtu medjan użat biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-pagi). Barra minn hekk, il-ġbir tad-data annwali dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri jenħtieġ li jiġi regolat biex ikunu żgurati t-trażmissjonijiet futuri tad-data u li tittejjeb il-kwalità tagħha. Fl-aħħar nett, il-puntwalità ta’ xi settijiet tad-data tal-LMB jenħtieġ li titjieb (eż. l-indiċi tal-kost lavorattiv) u xi nuqqasijiet eżistenti fl-informazzjoni jenħtieġ li jitneħħew (eż. l-għadd ta’ sigħat maħduma).

Hemm ukoll opportunitajiet għal simplifikazzjoni billi jiżdied l-użu tad-data amministrattiva u ta’ sorsi innovattivi (bħall-iscraping tal-web) u b’integrazzjoni aħjar tal-istatistika l-LMB ladarba l-qafas legali jiġi armonizzat.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Matul iż-żmien, il-kuntest tal-politika għal-LMB kompla jevolvi b’mod kostanti. Fl-2009, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-viżjoni tagħha tal-metodu għall-produzzjoni tal-istatistika tal-UE għad-deċennju 2010-2020 7 . Dak id-dokument stħarreġ il-bidliet ewlenin fl-ambjent tan-negozju tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika u l-implikazzjonijiet għat-tfassil tal-politika. Enfasizza l-importanza ta’ sistema integrata li tippermetti lill-pajjiżi jiġbru d-data mingħand sorsi differenti, u b’hekk iżidu d-disponibbiltà u l-firxa tal-analiżi. Ħareġ fid-dieher ukoll l-importanza li tiżdied il-kwalità tad-data għax ħafna sorsi esterni ma jissodisfawx ir-rekwiżiti mistennija tal-istatistika Ewropea.

Fl-2014, il-Kummissjoni (Eurostat) bdiet il-proċess tal-modernizzazzjoni tal-istatistika soċjali. Dan wassal għall-adozzjoni ta’ Regolament qafas għall-istatistika Ewropea relatata mal-persuni u l-unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fil-livell individwali miġbura minn kampjuni tal-persuni u tal-unitajiet domestiċi 8 . Barra minn hekk, fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju 9 . L-LMB tinsab fl-intersezzjoni taż-żewġ dominji għax tappartjeni kemm għall-istatistika soċjali fejn tidħol it-tema koperta u anki għall-istatistika tan-negozju minħabba t-tip tar-rispondenti (l-intrapriżi). Din l-inizjattiva tal-LMB għandha tlesti l-modernizzazzjoni tal-istatistika soċjali.

Dan il-qafas legali armonizzat se jipprovdi referenzi sistematiċi għall-kunċetti korrispondenti użati f’dominji relatati mill-qrib bħall-istatistika tal-kontijiet nazzjonali u l-istatistika Ewropea tan-negozju. Mill-adozzjoni tagħha sal-lum, il-leġiżlazzjoni fiż-żewġ dominji ġiet aġġornata u l-metodoloġija tagħhom ġiet riveduta (is-sistema Ewropea tal-kontijiet tal-2010, ir-Regolament dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju). Għalhekk issa l-LMB jeħtieġ tiġi allinjata biex ikollna konsistenza fid-dominji kollha, u biex l-utenti tal-leġiżlazzjoni tal-LMB, inkluż l-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri, jingħataw iċ-ċarezza.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE

L-indikaturi tal-LMB jintużaw għall-monitoraġġ tal-politiki Ewropej ewlenin, bħall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs). Id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hi indikatur tal-SDGs fil-Għan 5 “ugwaljanza bejn il-ġeneri” u hi parti mid-dashboard tal-Pilastru (il-prinċipju 2). Id-dritt għal pagi ġusti u għal pagi minimi adegwati hu elenkat fil-Prinċipju 6 (“Pagi”).

L-LMB tipprovdi informazzjoni ewlenija għall-politika monetarja (l-indiċi tal-kost lavorattiv) u se tintuża biex tappoġġa d-Direttiva riċenti dwar il-pagi minimi adegwati u d-Direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi.

B’din il-proposta, il-qafas legali għal-LMB se jkompli jiġi allinjat ma’ dawk il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE għax dawn huma ġodda jew komplew jevolvu minn meta ġiet adottata l-leġiżlazzjoni attwali tal-LMB.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hi l-Artikolu 338(1) tat-TFUE, li jipprovdi l-qafas legali għall-istatistika Ewropea. F’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri għall-produzzjoni tal-istatistika meta dik l-istatistika tkun meħtieġa biex l-UE taqdi dmirha. L-Artikolu 338(2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea u jiddikjara li din trid tikkonforma mal-istandards tal-imparzjalità, tal-affidabbiltà, tal-oġġettività, tal-indipendenza xjentifika, tal-kosteffettività u tal-kunfidenzjalità statistika mingħajr ma tixħet piż żejjed fuq in-negozji, l-awtoritajiet jew il-pubbliku.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) tipprovdi infrastruttura għall-informazzjoni statistika. Is-sistema tfasslet biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ bosta utenti fis-soċjetajiet demokratiċi. Bħala kriterji ewlenin tal-kwalità, l-istatistika Ewropea trid tkun konsistenti u komparabbli. Il-komparabbiltà hi importanti ħafna għal-LMB minħabba r-rwol kruċjali tagħha li tappoġġa l-politiki ekonomiċi, soċjali u tal-koeżjoni bbażati fuq l-evidenza. L-Istati Membri ma jistgħux jipproduċu statistika konsistenti u komparabbli mingħajr qafas Ewropew ċar fil-forma ta’ leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi l-kunċetti statistiċi komuni, il-formati tar-rappurtar u r-rekwiżiti tal-kwalità. L-objettiv tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq biżżejjed jekk l-Istati Membri jaġixxu għal rashom. L-azzjoni tista’ tkun effettiv aktar jekk tittieħed fil-livell tal-UE permezz ta’ att legali tal-UE, li jiżgura l-komparabbiltà tal-istatistika fl-oqsma li jkopri l-att propost. Il-ġbir tad-data nnifsu jistgħu jagħmluh l-Istati Membri.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Se tiżgura l-kwalità u l-komparabbiltà tal-LMB Ewropea miġbura u kkompilata bl-applikazzjoni tal-istess prinċipji fl-Istati Membri kollha. Se tiżgura wkoll li l-istatistika tal-LMB Ewropea tibqa’ rilevanti u tiġi adattata biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-utenti. Ir-Regolament se jagħmel il-produzzjoni tal-istatistika aktar kosteffettiva filwaqt li jirrispetta l-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi tal-istatistika tal-Istati Membri. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-Regolament propost jillimita ruħu għall-minimu meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tiegħu u ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ għal dak il-għan.

Għażla tal-istrument

L-istrument propost hu Regolament.

Minħabba l-objettivi u l-kontenut tal-proposta, Regolament hu l-aktar strument xieraq. Bosta politiki importanti tal-UE bħall-konverġenza makroekonomika, il-koeżjoni soċjali, l-istabbiltà fil-prezzijiet, u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jiddependu b’mod inerenti fuq statistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji li tkun komparabbli, armonizzata u ta’ kwalità għolja. Din tista’ tkun żgurata bl-aħjar mod b’Regolamenti li jkunu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha mingħajr ma jkollhom għalfejn qabelxejn jiġu trasposti fil-liġi nazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post u kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Bħala parti minn din l-inizjattiva, il-Kummissjoni evalwat il-qafas legali attwali tal-LMB li jikkonsisti fir-Regolamenti (KE) Nru 530/1999, (UE) Nru 450/2003, (KE) Nru 453/2008 u l-miżuri tal-implimentazzjoni tagħhom.

Mil-lat pożittiv, l-evalwazzjoni turi li l-LMB tippermetti l-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kwalità għolja li tintuża b’mod estensiv għall-għanijiet maħsuba. Il-preġji tal-LMB huma l-koerenza, l-effiċjenza u l-komparabbiltà tagħha, u il-fatt li hi stabbilita sew, affidabbli u użata b’mod estensiv mill-organizzazzjonijiet u minn dawk li jfasslu l-politika fil-livelli kollha. Waħda mid-dgħufijiet tal-qafas legali attwali hi li dan ma jkoprix il-ġbir tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri. In-nuqqas ta’ obbligu legali li tingħata informazzjoni annwali dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri sar aktar problematiku għax il-ġbir volontarju tad-data jippreġudika l-kwalità tagħha u joħloq għadd ta’ fatturi tar-riskju b’rabta mas-segwitu tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, tal-monitoraġġ tal-UE tal-Għan 5 tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, u tal-monitoraġġ tal-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tad-Direttiva dwar it-trasparenza fil-pagi. Xi Stati Membri ma taw l-ebda data annwali dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.

Dgħufija oħra tal-qafas legali attwali hi li dan iħalli barra lil atturi sinifikanti tal-ekonomija tal-UE, bħall-mikrointrapriżi. Barra minn hekk, għad hemm xi nuqqasijiet tal-LMB li kienu diġà ġew identifikati waqt l-adozzjoni tal-atti legali. Dawn in-nuqqasijiet ġew indirizzati b’modi differenti fil-qafas eżistenti (billi kienu meħtieġa studji tal-fattibbiltà li setgħu jwasslu għal emenda tal-leġiżlazzjoni jew billi ngħata appoġġ finanzjarju biex jissawru l-kapaċitajiet meħtieġa) iżda għal uħud mill-ġabriet tad-data baqgħux ma ssolvewx. Għalhekk, l-informazzjoni miġbura hi ppreġudikata f’diversi LMB, b’mod partikolari minħabba l-kopertura mhux sħiħa ta’ xi setturi tal-ekonomija jew tal-mikrointrapriżi. Minħabba dan, id-data mgħoddija lill-Eurostat ma tistax tintuża bil-potenzjal kollu tagħha: l-aggregati tal-UE ma jistgħux jiġu kkalkolati għall-ekonomija kollha, u hu diffiċli li jitqabblu l-pajjiżi.

Barra minn hekk, hemm lok għal titjib fil-puntwalità u l-frekwenza tad-data tal-LMB. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati juru li l-frekwenza tal-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu u dwar il-kost lavorattiv ma baqgħetx biżżejjed għal xi utenti. Jidhrilhom ukoll li l-puntwalità tista’ tittejjeb għaż-żewġ stħarriġiet u għall-indiċi tal-kost lavorattiv.

Nuqqas ieħor hu li l-LMB, b’enfasi akbar fuq it-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, saret importanti maż-żmien għal analiżi aħjar. Il-leġiżlazzjoni eżistenti tiffoka fuq il-ħtiġijiet tad-data għall-prijoritajiet ta’ politika kif kienu oriġinarjament meta ġiet żviluppata l-inizjattiva. Maż-żmien, dawn il-prijoritajiet evolvew u l-LMB attwali ma għadhiex tkopri d-diżaggregazzjonijiet jew il-varjabbli tal-politika kif xieraq. B’mod partikolari, il-lakuni kkonfermati tul il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati jiffukaw fuq bosta varjabbli li, meta jiġu inklużi fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu, jippermettu analiżi aħjar tal-mikrodata u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri derivata. Fl-aħħar nett tqies ukoll li hemm bżonn data aktar granulari dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti.

Dgħufija addizzjonali tal-qafas legali attwali hi li dan mhux adattat biex jużda sorsi ġodda fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE. Ir-Regolamenti tal-LMB ma kinux ipprevedewx l-użu tad-data innovattiva bħala sors possibbli għax dak iż-żmien ma kinitx disponibbli. Għalhekk, il-qafas attwali tar-rapportar tal-kwalità mhux adegwat għall-valutazzjoni ta’ dawk is-sorsi ġodda tad-data. Barra minn hekk, iż-żieda fl-użu tad-data amministrattiva li ġiet osservata fl-aħħar snin teħtieġ dokumentazzjoni xierqa, li bir-rappurtar tal-kwalità eżistenti mhix possibbli.

Fl-aħħar nett, id-definizzjonijiet, il-kunċetti u l-approċċi tal-qafas fid-dominji tal-istatistika relatati mhumiex allinjati. Għalkemm l-LMB individwali huma koerenti internament, l-arkitettura legali tista’ tiġi ssimplifikata billi t-tliet Regolamenti qafas fis-seħħ bħalissa jinbidlu b’test konsolidat wieħed li jiżgura armonizzazzjoni u konsistenza sħiħa fost il-ġabriet kollha tad-data tal-LMB.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-istrateġija tal-konsultazzjoni mmappjat il-profili tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fi tliet gruppi ewlenin: (i) il-fornituri tad-data sors (bħad-detenturi tad-data amministrattiva) u r-rispondenti (il-fornituri tad-data fin-negozji li jipparteċipaw direttament fil-ġbir tad-data); (ii) il-produtturi tal-istatistika (prinċipalment l-istituti nazzjonali tal-istatistika); u (iii) l-utenti tal-istatistika.

Il-konsultazzjoni kienet tinkludi l-attivitajiet li ġejjin: konsultazzjonijiet pubbliċi u mmirati, sessjoni ta’ ħidma mmirata, intervisti ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin, u riċerka bbażata fuq id-dokumentazzjoni.

Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rnexxielha tilħaq lill-gruppi tal-partijiet ikkonċernati maħsuba (għajr lill-fornituri tad-data amministrattiva, lil intrapriżi individwali li jħaddmu inqas minn 10 persuni, u lill-organizzazzjonijiet tal-midja). Il-piż fuq l-intrapriżi relatat mal-LMB ġie vvalutat indirettament permezz tal-istituti nazzjonali tal-istatistika, u xi assoċjazzjonijiet tan-negozju taw ukoll il-fehmiet tagħhom. Minħabba n-natura teknika tas-suġġett, l-involviment ġenerali tar-rispondenti tqies biżżejjed biex jappoġġa l-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt tal-LMB li saru wara xulxin.

Ir-rispons mill-konsultazzjoni wera appoġġ għall-inizjattiva tal-Kummissjoni u għaraf li l-kwistjonijiet kienu tjiebu ġmielhom mill-aħħar azzjoni politika dwar l-LMB. Għen ukoll, iżda, biex jiġu identifikati lakuni statistiċi u ħtiġijiet statistiċi ġodda li l-qafas legali attwali ma jistax jissodisfa. L-azzjonijiet li l-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati qiesu bħala prijorità kienu: ir-regolamentazzjoni tal-ġbir tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, it-titjib tal-kopertura tal-LMB u t-titjib tal-puntwalità. Il-proposta ewlenija li dwarha l-produtturi u l-utenti kellhom fehmiet diverġenti kienet iż-żieda fil-frekwenza tal-ġbir tad-data ta’ kull 4 snin (l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu u l-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv). Dan tqies peżanti wisq għal xi rispondenti (in-negozji) u għali wisq għall-istituti nazzjonali tal-istatistika. Iżda l-utenti dehrilhom li dan jikseb valur miżjud kbir.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Ir-rieżami tal-LMB ġie ppreżentat u diskuss mal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni biex jinkiseb parir u kontribut dwar il-progress tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt. Dawn prinċiplament kienu laqgħat tal-gruppi ta’ esperti mmexxija mill-Eurostat bil-parteċipazzjoni ta’ esperti mill-Istati Membri, jiġifieri l- Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istatistika tas-Suq tax-Xogħol u l- Grupp tad-Diretturi Ewropej tal-Istatistika Soċjali . Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika 10 wkoll inżamm infurmat dwar il-progress.

Il-Eurostat wettaq din l-evalwazzjoni bl-appoġġ ta’ studju kkummissjonat lil ICF SA tal-Belġju. Dan l-istudju ta’ appoġġ ipprovda t-tħejjija tal-evalwazzjoni u l-analiżi tal-impatt, l-analiżi tal-konsultazzjoni pubblika, u l-organizzazzjoni u l-analiżi tal-attivitajiet tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (għajr tal-konsultazzjoni pubblika li tħejjiet mill-Eurostat).

Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjoni tal-impatt għal din l-inizjattiva 11 rċeviet opinjoni pożittiva b’riżervi mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fl-20 ta’ Jannar 2023 wara proċedura bil-miktub 12 . Verżjoni riveduta tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt li jindirizza r-riżervi ġiet approvata bil-miktub minn grupp tat-tmexxija bejn is-servizzi fit-13 ta’ Marzu 2023.

L-objettiv ġenerali stabbilit fil-valutazzjoni tal-impatt hu li tinħoloq LMB aġġornata, rilevanti u komprensiva li tkopri s-setturi ekonomiċi kollha, u li tkun komparabbli bejn l-Istati Membri u konsistenti mad-dominji tal-istatistika relatati. Dan jista’ jinqasam fi tliet objettivi speċifiċi allinjati mal-problemi deskritti hawn fuq:

·il-qafas regolatorju jiġi adattat biex jikseb il-flessibbiltà li tissodisfa l-ħtiġijiet emerġenti, il-pubblikazzjoni ta’ statistika aktar fil-ħin, u l-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi u metodi innovattivi (li l-kwalità tagħhom tkun ġiet ivvalutata kif xieraq);

·il-kopertura tal-istatistika tiġi estiża għall-ekonomija kollha, u li jkun żgurat li d-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tingħata mill-Istati Membri kollha;

·titjieb il-konsistenza ma’ dominji statistiċi relatati.

L-alternattivi ta’ politika ġew żviluppati billi ġew raggruppati flimkien miżuri ta’ politika dettaljati li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi.

L-Alternattiva 0 hija x-xenarju bażi.

Fl-Alternattiva 1, il-ġbir tad-data speċifikat fit-tliet Regolamenti eżistenti jiġi integrat f’Regolament qafas uniku ġdid li jkopri wkoll id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri. Id-definizzjonijiet, il-kunċetti u l-approċċi jiġu allinjati, u jiġi stabbilit ippjanar ġenerali għal skrutinju aħjar tat-trażmissjonijiet tad-data. Ħlief għall-bażi ġuridika l-ġdida għad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, kull titjib li jmur lil hinn minn sempliċi riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali jibqa’ volontarju. Għalhekk, l-Alternattiva 1 ma tindirizzax il-ħtiġijiet emerġenti. Tindirizza biss parzjalment il-lakuni eżistenti fil-kopertura jew itejjeb biss ftit il-puntwalità tad-data tal-LMB għal ftit pajjiżi volontarji.

Fl-Alternattiva 2, il-kopertura tiġi estiża għall-mikrointrapriżi għall-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu (biss għall-ġbir tal-informazzjoni ewlenija biex jiġi limitat il-piż) iżda mhux għall-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk iż-żewġ stħarriġiet jiġi estiż għat-taqsima tan-NACE “Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja”, u l-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti tkun tkopri l-ekonomija kollha fil-pajjiżi kollha. Il-puntwalità tittejjeb fi ftit fl-indiċi tal-kost lavorattiv trimestrali u fl-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu ta’ kull 4 snin, iżda mhux fl-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv. Il-frekwenza taż-żewġ stħarriġiet tibqa’ kif inhi fix-xenarju bażi. L-iżvilupp ta’ bażi ġuridika għad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-kopertura tal-ħtiġijiet emerġenti hi wkoll parti minn din l-Alternattiva. Din l-Alternattiva tiżgura wkoll rapportar ta’ kwalità aħjar għal kull ġbir tad-data, u armonizzazzjoni u ppjanar aħjar bir-Regolament qafas integrat.

L-Alternattiva 3 tindirizza b’mod eżawrjenti l-ħtieġa ta’ titjib u armonizzazzjoni tal-LMB kollha kif espressa mill-partijiet ikkonċernati. Din tinkludi l-miżuri ta’ politika identifikati kollha jew dawk l-aktar ambizzjużi meta kienu previsti oħrajn alternattivi. Dawn il-miżuri huma relatati mal-kopertura, il-puntwalità, il-frekwenza għolja tal-istħarriġiet dwar l-istruttura tal-introjtu u dwar il-kost lavorattiv, ir-rappurtar tal-kwalità, l-użu tad-data amministrattiva u ta’ sorsi innovattivi, l-allinjament tal-kunċetti fost id-dominji tal-LMB, li l-ġbir tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri jsir obbligatorju, u l-kopertura tal-ħtiġijiet emerġenti. Dan ifisser li l-kopertura taż-żewġ stħarriġiet tiġi estiża għall-mikrointrapriżi u għat-taqsima tan-NACE “Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja”, u l-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti tkun tkopri l-ekonomija kollha. Il-puntwalità tal-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu turi titjib sinifikanti, u tal-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv turi titjib moderat; il-puntwalità tal-indiċi tal-kost lavorattiv titjieb ukoll. F’din l-Alternattiva, l-LMB tibbenefika minn rapportar ta’ kwalità aħjar u minn armonizzazzjoni u ppjanar aħjar b’Regolament qafas integrat wieħed.

Saret valutazzjoni kwalitattiva tal-erba’ alternattivi magħżula għall-valutazzjoni tal-impatt. Din ivvalutat il-proporzjonalità, u mbagħad l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza.

Skont l-istimi bbażati fuq informazzjoni mill-istituti nazzjonali tal-istatistika, l-Alternattiva 3 toħloq żieda sinifikanti fil-piż fuq in-negozji, u dan iwassal għal żieda ta’ 88% fil-kostijiet tagħhom biex iwieġbu għall-istħarriġiet. L-Alternattiva 2 tikkawża żieda ta’ 11% fil-piż fuq in-negozji. Bl-Alternattiva 3, il-kostijiet għall-kumpilaturi tad-data jiżdiedu b’64% meta mqabbla mat-12% bl-Alternattiva 2. L-Alternattiva 1 toħloq żieda negliġibbli fil-piż fuq in-negozji u fuq l-istituti nazzjonali tal-istatistika, u fil-kostijiet għalihom.

Kull alternattiva tiżgura l-proporzjonalità. L-Alternattiva 3 tkopri proposti aktar ambizzjużi, bħall-irduppjar tal-frekwenza għaż-żewġ tipi tal-ġbir tad-data li bħalissa jsiru kull 4 snin, iżda dan ma tqiesx realistiku minħabba l-ħtieġa attwali li jiġu limitati l-kostijiet u l-piżijiet. Għaldaqstant, hu improbabbli li bħalissa din l-Alternattiva tista’ tiġi implimentata mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika. Filwaqt li l-Alternattiva 3 hi l-aktar waħda effettiva, hi wkoll l-aktar għalja u tixħet l-akbar piż fuq in-negozji. Skont il-fornituri tad-data, l-implimentazzjoni tal-Alternattiva 3 toħloq ukoll diffikultajiet serji fil-prattika. L-Alternattiva 2 ġiet identifikata bħala dik li tindirizza l-ħtiġijiet tal-utenti u tal-fornituri tad-data bl-aktar mod kosteffiċjenti. Għalhekk, l-alternattiva ppreferuta hija l-Alternattiva 2. Il-proposta leġiżlattiva taqbel ma’ dik l-alternattiva.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-alternattiva ppreferuta (l-Alternattiva 2) se twassal għal simplifikazzjoni u għal aktar effiċjenza bit-tliet modi li ġejjin.

(a)Tamalgama t-tliet Regolamenti qafas eżistenti f’att legali wieħed.

(b)Trawwem l-użu ta’ sorsi amministrattivi alternattivi u ta’ tekniki diġitali moderni, inkluż l-iscraping tal-web u t-trasferiment awtomatiku tad-data dwar il-pagi, li se jaqdu rwol biex jittaffa l-piż minn fuq l-intrapriżi b’mod ġenerali u fuq in-negozji żgħar u medji (SMEs) b’mod partikolari. Dan jista’ jinkiseb billi d-data dwar il-introjtu u l-kost lavorattiv tinħareġ mis-sistemi tal-pagi tal-kumpaniji u mir-reklamar tal-impjiegi fuq l-internet. Data amministrattiva u innovattiva ġdida għandha tgħin ukoll biex jiġu koperti l-ħtiġijiet emerġenti.

(c)Il-ġbir tal-varjabbli dwar l-apprendisti jsir biss minn dawk il-pajjiżi li jirrappreżentaw sehem imdaqqas tal-impjegati kollha (aktar minn 1%).

Bl-estensjoni proposta tal-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu fl-Alternattiva 2 għall-mikrointrapriżi, iż-żieda fil-piż għall-SMEs kollha tammonta għal 0,24% tal-piż medju attwali kull 4 snin. Dan hu bbażat fuq rata medja tal-kampjunar ta’ 2,5% għall-SMEs. Barra minn hekk, l-estensjoni se tkopri biss informazzjoni limitata u se titpaċa bis-simplifikazzjoni tal-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv fuq l-apprendisti.

L-alternattiva proposta tikkonforma għalkollox mal-prinċipju ta’ tfassil tal-politika lest għall-era diġitali: id-diġitalizzazzjoni tinsab fil-qalba tal-proċessi statistiċi fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (“diġitali b’mod awtomatiku”). Se jiġu implimentati miżuri speċifiċi b’mod diġitali (formoli web, proċessi diġitali, programmi tal-IT) biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kostijiet għall-istituti nazzjonali tal-istatistika u l-piżijiet fuq ir-rispondenti.

Drittijiet fundamentali

Il-valutazzjoni tal-impatt identifikat impatt indirett pożittiv potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali. Kwalità aħjar tal-istatistika dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri (inkluż data aħjar dwar il-persuni li jaħdmu fil-mikrointrapriżi) se ttejjeb il-politiki dwar id-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma tinkludix il-finanzjament tal-ġabriet regolari tad-data iżda tipprevedi l-kofinanzjament tal-UE għal sforzi tal-modernizzazzjoni, inklużi għal studji pilota u tal-fattibbiltà fl-Istati Membri. Barra minn hekk, ir-riżorsi umani u operazzjonali (IT) fil-Kummissjoni (Eurostat) se jkollhom jibqgħu stabbli biex jimmaniġġjaw l-ammont ta’ xogħol regolatorju, tal-monitoraġġ u tal-produzzjoni li se joħolqu l-ġabriet imtejba tad-data.

L-impatt finanzjarju ġenerali tal-proposta għandu tul mhux limitat. L-implikazzjonijiet baġitarji stmati għall-perjodu li fadal tal-baġit fit-tul attwali tal-UE 2021-2027 (magħruf ukoll bħala l-qafas finanzjarju pluriennali) minn meta r-Regolament jidħol fis-seħħ huma stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Ir-Regolament propost mistenni jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2024, u l-miżuri tal-implimentazzjoni tal-Kummissjoni jiġu adottati ftit wara. Ir-Regolament se japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

L-Istati Membri mistennija jibdew jipprovdu d-data lill-Kummissjoni skont ir-Regolament il-ġdid mis-sena ta’ referenza 2026 għall-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti, l-istħarriġ dwar l-istruttura tal-introjtu, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u l-indiċijiet tal-kost lavorattiv, u mill-2028 għall-istħarriġ dwar il-kost lavorattiv. F’konformità mal-valutazzjoni tal-impatt, l-implimentazzjoni tar-Regolament adottat se tiġi monitorjata u evalwata regolarment. Il-valutazzjoni tal-impatt tinkludi wkoll arranġamenti dwar il-monitoraġġ, inkluż proposti għall-indikaturi li jridu jintużaw.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ir-Regolament propost jistabbilixxi qafas ġdid għall-istatistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji. Jintegra l-istatistika attwali dwar l-istruttura u d-distribuzzjoni tal-introjtu u l-kostijiet lavorattivi, l-indiċi tal-kost lavorattiv, il-postijiet tax-xogħol vakanti u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri. Barra minn hekk jispeċifika li l-Istati Membri jridu jipprovdu statistika dwar 3 dominji (l-introjtu, il-kostijiet lavorattivi, id-domanda għall-ħaddiema), 5 temi relatati u 20 tema dettaljata. Dawn huma sostnuti minn Artikoli dwar is-suġġett, id-definizzjonijiet, is-sorsi tad-data u l-metodi (inkluż abilitanti speċifiċi għall-użu mill-ġdid tas-sorsi tad-data amministrattiva), ir-rekwiżiti tad-data, l-istimi bikrija, il-popolazzjoni u l-unitajiet statistiċi, ir-rekwiżiti tad-data ad hoc, ir-rekwiżiti tal-kwalità u r-rappurtar tal-kwalità, l-istudji pilota u tal-fattibbiltà, u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji potenzjali.

Id-dettalji tar-rekwiżiti tad-data se jiġu speċifikati fl-atti ta’ implimentazzjoni, iżda r-Regolament propost jippermetti l-emendar tal-lista tat-temi dettaljati u l-perjodiċità tagħhom, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data permezz ta’ atti delegati. Il-proposta tipprevedi wkoll il-possibbiltà li r-rekwiżiti tad-data li ġejjin jiġu indirizzati b’ġabriet tad-data ad hoc. Fl-aħħar nett, ir-Regolament propost joffri kofinanzjament potenzjali biex is-sistemi tal-produzzjoni tal-istatistika jkomplu jiġu modernizzati u jitwettqu l-istudji pilota u tal-fattibbiltà kif xieraq. Dawn is-setgħat ta’ implimentazzjoni u delegati mogħtija lill-Kummissjoni, u l-possibbiltà li jitnedew studji pilota u tal-fattibbiltà, huma proposti biex il-qafas il-ġdid jipprovdi ċerta flessibbiltà biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet emerġenti tal-utenti minn sorsi ġodda tad-data fil-futur imbiegħed.

2023/0288 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 13 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji fl-Unjoni Ewropea hi meħtieġa għat-tfassil, għall-implimentazzjoni u għall-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk li jindirizzaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-istrateġija Ewropea dwar l-impjiegi, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u s-Semestru Ewropew.

(2)Il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 15 u l-monitoraġġ tal-pagi minimi adegwati skont id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 jeħtieġu informazzjoni eżatta dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi fis-siegħa u tal-livelli tal-pagi fost l-Istati Membri.

(3)L-istatistika Ewropea tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, il-Bank Ċentrali Ewropew jużaha fil-kuntest tal-politika monetarja unika biex jimmonitorja r-riskji tal-inflazzjoni u tad-deflazzjoni li joħolqu l-kostijiet lavorattivi. Għalhekk hemm bżonn statistika tal-Unjoni eżatta, fil-ħin u komparabbli dwar l-evoluzzjoni tal-kostijiet lavorattivi.

(4)Hemm bżonn tiġi estiża l-kopertura tal-istatistika dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-puntwalità tal-indiċi tal-kost lavorattiv għax iż-żewġ indikaturi huma elenkati fost l-indikaturi Ekonomiċi Ewropej Prinċipali (IEEP) 17 , meħtieġa biex jiġu monitorjati l-politiki monetarji u ekonomiċi.

(5)Hemm bżonn bażi ġuridika għar-regolamentazzjoni tat-trażmissjoni tad-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri biex isir monitoraġġ tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), b’mod partikolari, l-Għan 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

(6)L-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-opportunitajiet indaqs u tat-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa f’materji tal-impjieg u tax-xogħol 18 teħtieġ data komparabbli dwar il-pagi li jirċievu l-irġiel u n-nisa. Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa 19 teżiġi li l-Istati Membri jipprovdu data aġġornata u fil-ħin lill-Kummissjoni dwar id-differenza annwali fil-pagi bejn il-ġeneri. Dan l-obbligu jenħtieġ li jiġi kumplimentat bil-qafas statistiku meħtieġ li jixraq għall-kumpilazzjoni u t-trażmissjoni tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.

(7)Biex jissimplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti u jrawwem l-armonizzazzjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni, il-kunċetti, id-definizzjonijiet u r-rappurtar tal-kwalità, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri l-istatistika Ewropea kollha tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji.

(8)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet ġodda li nħolqu bl-iżvilupp u bl-approfondiment tal-Unjoni u taż-żona tal-euro, diment li d-dispożizzjonijiet tiegħu ma jkunux joħolqu piż sproporzjonat fuq ir-rispondenti jew fuq l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika.

(9)Biex jiġi limitat il-piż fuq l-intrapriżi, b’mod partikolari fuq l-SMEs, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jikkunsidraw sorsi amministrattivi u innovattivi, li l-għan ewlieni tagħhom ma jkunx il-forniment tal-istatistika, bħala sostitut għal jew bħala suppliment għall-istħarriġiet tal-istatistika, soġġetti għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika uffiċjali. L-aħħar żviluppi teknoloġiċi u diġitali jistgħu jikkontribwixxu għal dan l-objettiv.

(10)Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u biex jonqos il-piż statistiku fuq ir-rispondenti, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, minnufih u bla ħlas, ir-rekords amministrattivi nazzjonali kollha u li jintegraw dawk ir-rekords amministrattivi mal-istatistika, sa fejn meħtieġ, għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea dwar in-negozji, f’konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(11)Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea hu l-qafas ta’ referenza għal dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data kunfidenzjali.

(12)Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kwalità għolja tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri iżda, għal raġunijiet ta’ konsistenza u komparabbiltà, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(13)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 21 u ta opinjoni nhar [xxx].

(14)Għal implimentazzjoni xierqa ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri, hemm bżonn mill-inqas 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ qabel l-ewwel ġbir tad-data.

(15)Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika ġie kkonsultat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji fl-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“unità statistika” tfisser l-entità li dwarha tinġabar jew tiġi kkumpilata d-data;

(2)“intrapriża” tfisser sett ta’ unitajiet legali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 22 ; Din tinkludi lill-produtturi mhux tas-suq u lil unitajiet istituzzjonali oħra li jappartjenu għas-settur tal-gvern ġenerali;

(3)“unità lokali” tfisser intrapriża jew parti minnha li tinsab f’post ġeografikament identifikat;

(4)“intrapriża residenti”, rispettivament “unità lokali residenti”, tfisser intrapriża, rispettivament unità lokali, li twettaq attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għall-prodott domestiku gross (PDG);

(5)“impjegat” tfisser persuna irrispettivament min-nazzjonalità tagħha, mir-residenza tagħha jew minn kemm ilha taħdem fl-Istat Membru fejn għandha kuntratt ta’ impjieg dirett ma’ intrapriża (kemm jekk il-ftehim ikun formali kif ukoll jekk ikun informali) u tirċievi remunerazzjoni, irrispettivament mit-tip ta’ xogħol li tagħmel, in-numru tas-sigħat maħduma (full-time jew part-time) u t-tul tal-kuntratt (fiss jew indefinit, inkluż staġunali); ir-remunerazzjoni ta’ impjegat tista’ tieħu l-forma ta’ pagi u salarji, inkluż bonuses, ħlas għal xogħol bl-imqieta u bix-xift, gratifiki, miżati, kummissjonijiet u remunerazzjoni in natura;

(6)“impjegatur” tfisser intrapriża jew unità lokali li għandha kuntratt ta’ impjieg dirett ma’ impjegat (kemm jekk il-ftehim ikun formali kif ukoll jekk ikun informali);

(7)“dominju” tfisser sett tad-data wieħed jew aktar li jkopri tema waħda jew bosta temi partikolari;

(8)“tema” tfisser il-kontenut tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi waqt il-ġbir tad-data, u kull tema tkun tkopri għadd ta’ temi dettaljati;

(9)“tema dettaljata” tfisser il-kontenut dettaljat tal-informazzjoni li trid tinġabar dwar l-unitajiet statistiċi relatati ma’ tema; kull tema dettaljata tkopri varjabbli wieħed jew aktar;

(10)“varjabbli” tfisser karatteristika ta’ unità li tista’ tassumi aktar minn sett wieħed ta’ valuri, u li tista’ tkun ċifra assoluta, proporzjon, jew referenza għal pożizzjoni fi klassifikazzjoni;

(11)“diżaggregazzjoni” tfisser sett ta’ valuri predefiniti diskreti, eżawrjenti u reċiprokament esklużivi li jistgħu jiġu assenjati lil varjabbli li jikkaratterizza unitajiet statistiċi;

(12)“mikrodata” tfisser data li tikkonċerna unità statistika waħda biss, mingħajr identifikatur dirett;

(13)data aggregata” tfisser data li tikkonċerna sett ta’ diversi unitajiet statistiċi;

(14)“popolazzjoni statistika” tfisser is-sett tal-unitajiet statistiċi li dwarhom tkun mixtieqa l-informazzjoni u ikunu meħtieġa l-istimi;

(15)“qafas tal-kampjunar” tfisser lista, mappa jew speċifikazzjoni oħra tal-unitajiet li jiddeterminaw popolazzjoni statistika li trid tiġi kollha kemm hi numerata jew ikkampjunata;

(16)“kampjun” tfisser subsett ta’ qafas tal-kampjunar li l-elementi tiegħu jintgħażlu abbażi ta’ proċess bi probabbiltà magħrufa tal-għażla, iddisinjat biex jippermetti derivazzjoni ta’ stimi validi għall-popolazzjoni statistika;

(17)“rispondent” tfisser l-unità tar-rappurtar li tipprovdi informazzjoni lill-awtorità li tkun qed twettaq l-istħarriġ;

(18)data tal-istħarriġ” tfisser id-data miġbura minn kampjun ta’ rispondenti u estrapolata għall-popolazzjoni statistika b’metodi matematiċi xierqa;

(19)“rekords amministrattivi” tfisser data ġġenerata minn entità amministrattiva, normalment korp pubbliku, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi l-istatistika;

(20)“sorsi oħra” tfisser data ġġenerata minn entità mhux amministrattiva li tinkludi rekords privati, siti web u bażijiet tad-data, li l-għan ewlieni tagħha ma jkunx li tipprovdi statistika uffiċjali;

(21)“klassifikazzjoni statistika” tfisser lista ordnata, b’livell wieħed jew aktar ta’ dettall, ta’ kategoriji relatati iżda reċiprokament esklużivi, użati biex jagħtu struttura lill-informazzjoni f’dominju statistiku partikolari skont is-similaritajiet tagħha;

(22)“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;

(23)“perjodu tal-ġbir tad-data” tfisser il-perjodu taż-żmien meta tinġabar id-data.

(24)“metadata” tfisser informazzjoni meħtieġa biex l-istatistika tkun tista’ tintuża u tiġi interpretata, u li tiddeskrivi d-data b’mod strutturat;

(25)data verifikata minn qabel” tfisser data verifikata mill-Istati Membri abbażi ta’ regoli komuni miftiehma tal-validazzjoni;

(26)“rapport tal-kwalità” tfisser rapport li jagħti informazzjoni dwar il-kwalità ta’ prodott jew proċess statistiku.

Artikolu 3

Sorsi u metodi

1. Għall-fini tal-kumpilazzjoni tal-istatistika skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jużaw jew jerġgħu jużaw wieħed mis-sorsi li ġejjin jew kombinament tagħhom diment li jissodisfaw l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8:

(a)data tal-istħarriġ;

(b)rekords amministrattivi;

(c)sorsi oħra.

2. L-istħarriġiet użati għall-fini tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandhom jiġu bbażati fuq kampjuni li jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni statistika. Il-kampjuni tal-intrapriżi jew tal-unitajiet lokali għandhom jittieħdu mir-reġistri nazzjonali tal-istatistika dwar in-negozji kif definit fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/2152.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi u l-metodi użati fir-rapporti tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 8(4).

Artikolu 4

Rekwiżiti tad-data

1. L-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji għandha tkopri d-dominji u t-temi li ġejjin:

(a)l-introjtu:

(i) l-istruttura tal-introjtu;

(ii) id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri;

(b)il-kostijiet lavorattivi:

(i) l-istruttura tal-kostijiet lavorattivi;

(ii) l-indiċi tal-kost lavorattiv;

(c)id-domanda għax-xogħol:

(i) il-postijiet tax-xogħol vakanti.

L-indiċi tal-kost lavorattiv tat-temi, imsemmi fil-punt (b)(ii), u l-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmi fil-punt (c)(i), jinkludu l-istimi bikrija rispettivi tagħhom imsemmija fl-Artikolu 5.

2. Għal kull tema elenkata fil-paragrafu 1, it-temi dettaljati, il-perjodiċità korrispondenti tagħhom, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-lista tat-temi dettaljati, il-perjodiċità, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi għat-trażmissjoni stabbiliti fl-Anness.

4. Meta teżerċita s-setgħa li tadotta atti delegati skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk l-atti ma jimponux piż sinifikanti u sproporzjonat fuq l-Istati Membri u fuq ir-rispondenti. Għal dan il-għan, għandhom jinbdew studji tal-fattibbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 9 u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu vvalutati u kkunsidrati kif xieraq.

5. Id-data għandha tintbagħat lill-Kummissjoni (Eurostat) fil-forma ta’ data aggregata, għajr għat-tema tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a)(i), li għaliha għandha tintbagħat mikrodata għal impjegati u unitajiet lokali individwali.

6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data verifikata minn qabel u l-metadata relatata b’format tekniku speċifikat mill-Kummissjoni (Eurostat) għal kull sett tad-data. Is-servizzi tal-punt uniku tad-dħul għandhom jintużaw biex jipprovdu d-data lill-Kummissjoni (Eurostat).

7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għal kull tema:

(a)il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;

(c)miri tal-preċiżjoni;

(d)il-metadata trid tintbagħat bl-istess perjodiċità, perjodu ta’ referenza u skadenzi bħad-data li tirreferi għaliha;

(e)il-perjodi tal-ġbir tad-data.

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.

Artikolu 5

Stimi bikrija

1. L-istimi bikrija għall-indiċi tal-kost lavorattiv imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u l-postijiet tax-xogħol vakanti msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i) għandhom jintbagħtu:

(a)mill-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total tal-UE, għal kull waħda mill-aħħar 3 snin konsekuttivi; u

(b)mill-Istati Membri taż-żona tal-euro li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3% tat-total taż-żona tal-euro, għal kull waħda mill-aħħar 3 snin konsekuttivi;

2. L-ishma tal-impjegati fit-total tal-UE u fit-total taż-żona tal-euro msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data annwali disponibbli tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol tal-UE.

3. Jekk issir xi bidla fil-lista tal-Istati Membri li l-għadd annwali ta’ impjegati tagħhom ikun iżjed mil-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tinnotifika lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien 6 xhur minn tmiem il-perjodu tal-valutazzjoni tal-limitu ta’ 3%. Jekk l-ishma aġġornati tal-impjegati jkunu inqas mil-limiti rispettivi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jitħallew jieqfu jibagħtu l-istimi bikrija mit-trimestru ta’ referenza tal-ewwel sena kalendarja wara d-data tan-notifika. Jekk l-ishma aġġornati jkunu iżjed minn dawk il-limiti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jibagħtu l-istimi bikrija mill-ewwel trimestru ta’ referenza tat-tielet sena kalendarja wara d-data tan-notifika.

Artikolu 6

Unitajiet statistiċi u popolazzjoni statistika

1. L-istatistika skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkompilata għal waħda jew aktar mill-unitajiet statistiċi li ġejjin:

(a)l-intrapriżi;

(b)l-unitajiet lokali;

(c)l-impjegati.

2. Għat-temi tal-indiċi tal-kost lavorattiv, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(ii) u tal-postijiet tax-xogħol vakanti, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-intrapriżi kollha jew mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-attività ekonomika ewlenija tagħhom tkun inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE 23 , għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet ta’ persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu; attivitajiet mhux differenzjati li jipproduċu oġġetti u servizzi minn persuni tad-dar għall-użu individwali tagħhom” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali” u

(b)ikollhom impjegat wieħed jew aktar.

3. Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a)(ii), fir-rigward tad-data dwar l-impjegatur, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti fl-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u

(b)ikollhom impjegat wieħed jew aktar.

Għat-temi tal-istruttura tal-introjtu u tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, fir-rigward tad-data dwar l-impjegat, il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-impjegati kollha li l-unità lokali tagħhom tappartjeni għall-popolazzjoni statistika definita fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu.

4. B’deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, fir-rigward tad-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri għall-perjodu ta’ referenza 2026, it-trażmissjoni għandha tkopri l-unitajiet lokali kollha li jkunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar u li, minbarra l-attivitajiet esklużi fil-paragrafu 3, il-punt (a), ma jkunux jappartjenu għat-taqsima “Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja” tal-klassifikazzjoni NACE.

5. Għat-tema tal-istruttura tal-kostijiet lavorattivi, imsemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), il-popolazzjoni statistika għandha tikkonsisti mill-unitajiet lokali kollha li jkunu residenti tal-Istat Membru u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-attività ekonomika tagħhom hi inkluża f’xi taqsima tal-klassifikazzjoni NACE, għajr f’“Agrikoltura, forestrija u sajd”, “Attivitajiet persuni tad-dar bħala persuni li jħaddmu u attivitajiet ta’ produzzjoni ta’ oġġetti – u servizzi – mhux differenzjati minn persuni tad-dar għall-użu tagħhom individwali” u “Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali”; u

(b)ikunu parti minn intrapriżi b’10 impjegati jew aktar.

Artikolu 7

Rekwiżiti tad-data ad hoc

1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 13 billi jispeċifikaw l-informazzjoni li jridu jagħtu l-Istati Membri b’bażi ad hoc meta, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-ġbir ta’ data addizzjonali jitqies meħtieġ biex jiġu indirizzati ħtiġijiet addizzjonali ta’ data statistika. Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw:

(a)it-temi dettaljati li jridu jingħataw fil-ġbir tad-data ad hoc relatat mad-dominji u t-temi speċifikati fl-Artikolu 4 u r-raġunijiet għal dawk il-ħtiġijiet addizzjonali;

(b)il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenzi tat-trażmissjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li jibdew bis-sena ta’ referenza 2028 u b’perjodu minimu ta’ sentejn bejn kull ġbir ad hoc.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni ad hoc imsemmija fil-paragrafu 1 u l-metadata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin, meta xieraq:

(a)il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli;

(b)klassifikazzjonijiet statistiċi u diżaggregazzjonijiet tad-data;

(c)speċifikazzjonijiet dettaljati tal-unitajiet statistiċi koperti;

(d)il-metadata li trid tintbagħat;

(e)il-perjodi tal-ġbir tad-data.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2) fi żmien 24 xahar qabel jibda l-perjodu ta’ referenza rilevanti.

Artikolu 8

Rekwiżiti tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u l-metadata mibgħuta.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data miksuba mis-sorsi stabbiliti fl-Artikolu 3 tipprovdi kopertura sħiħa tal-unitajiet statistiċi u l-popolazzjoni statistika definiti fl-Artikolu 6. u tagħti stimi eżatti tagħhom.

3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw il-kriterji tal-kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti tal-kwalità dwar is-sorsi u l-metodi għal kull wieħed mit-temi elenkati fl-Artikolu 4.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti tal-kwalità u l-kontenut tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

6. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar kull informazzjoni jew bidla rilevanti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa. L-informazzjoni għandha tingħata mill-aktar fis possibbli u fi żmien 3 xhur minn meta dik il-bidla tidħol fis-seħħ.

7. Wara talba debitament motivata tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi evalwata l-kwalità tal-informazzjoni statistika.

8. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data mibgħuta, is-sorsi u l-metodi użati u l-oqfsa tal-kampjunar.

Artikolu 9

Studji tal-fattibbiltà u studji pilota

1. Biex ittejjeb l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji jew biex tillimita l-piż fuq l-intrapriżi, il-Kummissjoni (Eurostat) tista’ tniedi studji tal-fattibbiltà u studji pilota. Dawn bil-għan li titjieb il-kwalità u l-komparabbiltà, jiġu esplorati possibbiltajiet ġodda, u jiġu implimentati karatteristiċi ġodda skont il-ħtiġijiet tal-utenti, titjieb l-integrazzjoni bejn l-istħarriġiet u sorsi oħra tad-data, u jonqos il-piż minn fuq ir-rispondenti. L-istudji għandhom iqisu l-iżviluppi teknoloġiċi u diġitali.

2. L-Istati Membri jistgħu jipparteċipaw f’dawk l-istudji b’mod volontarju. B’kooperazzjoni mal-Kummissjoni (Eurostat), dawn għandhom jiżguraw li l-istudji jkunu rappreżentattivi fil-livell tal-Unjoni.

3. Ir-riżultati ta’ dawk l-istudji għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni (Eurostat) b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati ewlenin. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tħejji rapporti dwar is-sejbiet tal-istudji b’kooperazzjoni mal-Istati Membri.

Artikolu 10

Finanzjament

1. Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009, biex itejbu:

(a)is-sorsi, inkluż l-oqfsa tal-kampjunar, għall-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2029;

(b)il-metodi tal-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji, inkluż l-istudji tal-fattibbiltà u l-istudji pilota msemmija fl-Artikolu 9.

L-Unjoni ma għandhiex tiffinanzja l-kostijiet għall-kumpilazzjoni regolari tal-istatistika li trid tintbagħat skont dan ir-Regolament.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż id-90% tal-kostijiet eliġibbli.

Artikolu 11

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu billi jiġu applikati miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, u b’kontrolli effettivi, u jekk jinstabu irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, meta xieraq, b’penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ verifiki tad-dokumenti u kontrolli fuq il-post, tal-benefiċjarji tal-għotja, tal-kuntratturi u tas-subkuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 25 , biex jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ xi ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditjar u l-investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 12

Derogi

1. Meta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan, teħtieġ li jsiru bidliet kbar fis-sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, lill-Istat Membru għal perjodu massima ta’ sentejn. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Meta tagħti d-derogi, il-Kummissjoni għandha tqis il-komparabbiltà tal-istatistika tal-Istat Membri u l-kalkolu fil-ħin tal-aggregati Ewropej rappreżentattivi u affidabbli meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li r-rekwiżiti relatati mal-istatistika, il-metadata u l-kwalità koperti b’dan ir-Regolament, li qabel kienu koperti bir-Regolamenti mħassra, jibqgħu jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni.

2. L-Istat Membru rilevanti għandu jissottometti talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni adottati skont dan.

Artikolu 13

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3) u 7(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal żmien indeterminat minn [Publications Office:  please insert exact date of entry into force of the Regulation].

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3) u 7(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3) u 7(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn wara inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Proċedura ta’ kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 15

Revoka

1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 530/1999, (KE) Nru 450/2003 u (UE) Nru 453/2008 qed jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2026.

2. Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni

1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.Titlu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

3403 – Il-produzzjoni ta’ informazzjoni statistika

1.3.Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’:

azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 26

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

X fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv ġenerali tal-azzjoni hu li toħloq statistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji aġġornata, rilevanti, komprensiva fil-kopertura tas-setturi ekonomiċi ewlenin, komparabbli bejn l-Istati Membri, u konsistenti ma’ dominji statistiċi relatati.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettiv ġenerali jista’ jinqasam fi tliet objettivi speċifiċi:

Il-qafas regolatorju jiġi adattat biex jikseb il-flessibbiltà li tissodisfa l-ħtiġijiet emerġenti, il-pubblikazzjoni ta’ statistika aktar fil-ħin, u l-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi u metodi innovattivi (li l-kwalità tagħhom tkun ġiet ivvalutata kif xieraq);

Il-kopertura tal-istatistika tiġi estiża għall-ekonomija kollha, u li jkun żgurat li d-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tingħata mill-Istati Membri kollha;

Titjieb il-konsistenza ma’ dominji statistiċi relatati.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Ir-riżultati mistennija huma:

- armonizzazzjoni u komparabbiltà aħjar tal-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji;

- tneħħija tal-preġudizzji fid-data dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti u dwar l-introjtu;

- data aktar fil-ħin dwar l-istruttura tal-intojtu u l-indiċi tal-kost lavorattiv;

- rapportar aħjar dwar il-kwalità tad-data amministrattiva u innovattiva li terġa’ tintuża għal-LMB;

Dawn ir-riżultati se jgħinu biex jiżdied is-sodisfazzjon tal-utenti tad-data u biex jitkejlu l-politiki dwar il-pagi minimi u l-ugwaljanza.

1.4.4. Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Il-prestazzjoni tal-qafas legali l-ġdid għall-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji se tiġi monitorjata u evalwata skont l-objettivi speċifiċi.

Waqt il-fażi ta’ implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid, il-Kummissjoni (Eurostat) se tkompli torganizza laqgħat regolari tal-grupp ta’ esperti mal-istituti nazzjonali tal-istatistika sħab fl-ESS biex tiddiskuti u tiċċara kull kwistjoni li tista’ tinqala’. B’hekk tissokta l-istorja twila ta’ kooperazzjoni tajba u mill-qrib bejn il-Eurostat u s-sħab tiegħu fl-ESS dwar kwistjonijiet tekniċi u statistiċi. Il-kooperazzjoni tinkludi t-tħejjija konġunta diliġenti ta’ atti ta’ implimentazzjoni ewlenin li jirregolaw ir-rekwiżiti dettaljati l-ġodda tad-data statistika u tal-metadata, li se jkunu ta’ interess kbir għall-utenti tal-istatistika u għall-produtturi. Il-fażi tal-implimentazzjoni hi ppjanata li tiġi konkluża bl-ewwel evalwazzjoni li tiffoka fuq l-implimentazzjoni, il-funzjonament u l-impatti inizjali tal-qafas legali l-ġdid. Biex tinkiseb informazzjoni biżżejjed dwar il-prestazzjoni, din l-evalwazzjoni hi ppjanata fi żmien 3 sa 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tal-qafas legali l-ġdid. Dan jaqbel mal-gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar li l-evalwazzjonijiet għandu jkollhom aċċess għal mill-inqas 3 snin sħaħ tad-data.

Meta tgħaddi għall-fażi tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni (Eurostat) qed tippjana li tevalwa l-funzjonament u l-impatt tal-leġiżlazzjoni kull 3 sa 5 snin.

Il-lista tal-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin possibbli tinsab fit-Tabella 13 tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD(2023) 265).

Il-Kummissjoni (Eurostat) tipproduċi linji gwida Ewropej komuni dwar l-istatistika u tistabbilixxi rekwiżiti għar-rappurtar tal-kwalità dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika. Ir-rapporti tal-kwalità li l-Istati Membri jeħtieġ jipproduċu jridu jinkludu kontrolli speċifiċi, rilevanti għal dak il-ġbir tad-data. Dan għandu jiżgura l-kwalità tad-data statistika u l-metadata.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Ir-Regolament propost għandu l-għan li joħloq qafas ġdid biex l-istatistika tas-suq tax-xogħol dwar in-negozji tiġi ġġenerata b’mod integrat. Il-ġbir attwali tad-data tal-Istati Membri se jiġi armonizzat, simplifikat aktar fil-ħin u l-kopertura tiegħu se tiġi estiża biex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-politika. L-ewwel perjodu ta’ referenza ppjanat għall-ġbir tad-data skont il-qafas il-ġdid hu fl-2026.

Biex dan il-qafas ġdid jiġi stabbilit u implimentat kif ippjanat, ir-Regolament il-ġdid jenħtieġ jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2024, biex l-atti ta’ implimentazzjoni dwar l-ewwel ġbir tad-data jkunu jistgħu jiġu adottati wkoll sa tmiem l-2024, jiġifieri mill-inqas 12-il xahar qabel jibda l-ewwel perjodu ta’ referenza.

Il-ġbir tad-data u tal-metadata tal-informazzjoni trimestrali dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti u l-indiċi tal-kost lavorattiv se jibda fl-ewwel trimestru tal-2026. L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-ġbir annwali tad-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri u għall-istruttura tal-introjtu ta’ 4 snin hu l-2026. L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-istruttura tal-kostijiet lavorattivi hu l-2028.

Fl-aħħar nett, il-proposta tipprevedi li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri jwettqu studji pilota kif meħtieġ u proporzjonati biex ikomplu jimmodernizzaw l-istatistika imsemmija fir-Regolament (filwaqt li jivvalutaw sorsi tad-data ġodda, inkluż sorsi miżmuma privatament, u temi statistiċi, u l-iżvilupp ta’ metodoloġiji ġodda).

1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Il-problemi identifikati fl-evalwazzjoni għandhom ambitu ġenwin fl-UE kollha relatat b’mod ċar ma’ lakuni fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE. Mingħajr azzjoni leġiżlattiva ulterjuri tal-UE, dawn il-problemi se jippersistu jew se jmorru għall-agħar.

Il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE aktarx se tkompli ssir inqas effettiva u effiċjenti fl-ilħuq tal-objettivi tagħha. Dawn l-objettivi nbidlu maż-żmien minħabba r-rwol aktar prominenti tal-istatistika użata għall-monitoraġġ tal-politiki. Ir-rilevanza tal-istatistika aktarx se tkompli tonqos għax l-istatistika fil-livell tal-UE mistennija li tkompli tiddifferenzja mill-ħtiġijiet tal-utenti fejn jidħlu l-kopertura u l-puntwalità mixtieqa.

Il-valur miżjud ta’ LMB sħiħa u komparabbli hu li tkun kontribut importanti għall-politiki strateġiċi tal-UE (il-politiki monetarji u ekonomiċi, l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-prinċipju 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU). L-LMB tfasslet ukoll biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ ħafna utenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha fl-UE, fir-riċerka u fl-għoti tal-informazzjoni tal-pubbliku ġenerali.

1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-ġbir obbligatorju tad-data b’regoli komuni stabbiliti hu kruċjali biex ikunu żgurati l-kompletezza u l-puntwalità tal-LMB fil-livell tal-UE. Ir-regolamentazzjoni tal-ġabriet volontarji tad-data li tkun diġà kompluta ħafna tista’ żżid ferm l-effettività u l-effiċjenza għax tista’ toħloq valur miżjud konsiderevoli tal-UE b’kost addizzjonali limitat.

In-nuqqas ta’ kopertura sħiħa tal-ekonomija mill-ġabriet tad-data tal-LMB joħloq preġudizzji, u dawn jikkawżaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni eżatta u fl-użu tad-data.

Il-ġabriet volontarji tad-data huma strument xieraq biex isiru proġetti pilota dwar il-produzzjoni ta’ temi jew karatteristiċi ġodda, u biex titrawwem il-kapaċità tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika li jipprovdu din id-data. Iżda dawn għandhom it-tendenza li maż-żmien isiru ineffiċjenti għax il-kostijiet rikorrenti tal-produzzjoni jaf ma jirnexxilhom joħolqu valur miżjud sostanzjali tal-UE mil-lat ta’ kompletezza fost l-Istati Membri.

Il-leġiżlazzjoni attwali hi riġida wisq biex tibqa’ rilevanti maż-żmien. Dan l-intervent sar inqas rilevanti malajr, kif kien diġà beda jsir waqt il-fażi tal-implimentazzjoni tiegħu. Dan minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmi flessibbli biex il-ġabriet tad-data jiġu adattati għall-ħtiġijiet li qed jevolvu jew għall-opportunitajiet ta’ ingranaġġ maħluqa mid-disponibbiltà ta’ sorsi ġodda tad-data.

1.5.4. Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali għax hi allinjata mal-programm tas-suq uniku stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/690.

Il-proposta hi kompatibbli wkoll mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-istatistika Ewropea, mar-Regolament (UE) 2019/2152 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju u mar-Regolament (UE) Nru 549/2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea.

Barra minn hekk, il-proposta ttemm il-modernizzazzjoni tal-istatistika soċjali Ewropea mibdija bir-Regolament (UE) 2019/1700 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata mal-persuni u l-unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura mill-kampjuni, u l-proposta attwali tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istatistika Ewropea dwar il-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni (COM(2023) 31 final).

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni

Il-ħtiġijiet tal-finanzjament tal-proposta se jiġu koperti mid-deċiżjonijiet tal-finanzjament u l-programmi ta’ ħidma annwali rispettivi tal-programm tas-suq uniku u l-programm suċċessur li jinkorpora l-istatistika Ewropea.

1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

◻ tul limitat

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

x tul mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-2023 sal-2024,

imbagħad operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 27

x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

x mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod tal-ġestjoni wieħed, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-proposta tobbliga lill-Istati Membri jipprovdu rapporti tal-kwalità dwar id-data u l-metadata kollha miġbura skont ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni (Eurostat), b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, trid tħejji rapporti dwar is-sejbiet ta’ kull studju pilota mwettaq skont ir-Regolament.

2.2.Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Billi l-metodu ta’ ġestjoni magħżul għall-proposta hu ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, ir-riskji inerenti ewlenin huma dawk relatati mal-ġestjoni tal-akkwist u tal-għotjiet. L-istrateġija tal-Eurostat għall-kontroll tar-riskji tiffoka fuq il-ftehimiet ta’ għotja u t-tranżazzjonijiet tal-akkwist. Hi bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u timxi skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. Din jenħtieġ li: (i) tappoġġa l-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji; (ii) tistabbilixxi l-qafas għat-tipi kollha ta’ attivitajiet tal-kontroll tat-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-Eurostat; (iii) tagħti appoġġ biex ir-rata tal-erruri identifikati fil-kontrolli ex post fuq il-ftehimiet ta’ għotja tonqos għal livell aċċettabbli u tibqa’ hemm; (iv) iżżid l-effiċjenza u l-effettività tal-kontrolli; u (v) tnaqqas il-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji u l-Eurostat. Dwar l-akkwist, il-kontrolli preventivi (kontrolli ex ante) jinkludu l-evalwazzjoni tar-riskji tal-konċentrazzjoni għat-tranżazzjonijiet tal-akkwist u r-rieżamijiet tal-kwalità ex post. Fir-rigward tal-għotjiet, il-kontrolli preventivi (kontrolli ex ante) ikopru kontrolli tad-detezzjoni (kontrolli ex post), valutazzjonijiet perjodiċi tas-somom f’daqqa, kostijiet unitarji u rati fissi u kontrolli ad hoc.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Il-Kummissjoni (Eurostat) żviluppat strateġija tal-kontroll. Il-miżuri u l-għodda f’din l-istrateġija huma applikabbli għalkollox għall-għoti tal-istatistika msemmija fir-Regolament propost. It-tipi ta’ bidliet introdotti mill-istrateġija jistgħu jnaqqsu l-probabilità ta’ frodi u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tagħhom. Dawn jinkludu t-tnaqqis fil-kumplessità, l-applikazzjoni ta’ proċeduri tal-monitoraġġ kosteffettivi u t-twettiq ta’ kontrolli ex ante u ex post ibbażati fuq ir-riskju. L-istrateġija tinkludi wkoll miżuri tas-sensibilizzazzjoni u t-taħriġ dwar il-prevenzjoni tal-frodi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha strateġija tal-kontroll fis-seħħ bil-għan li b’mod ġenerali tillimita r-riskju ta’ nonkonformità mal-kriterju tal-materjalità għal 2%. Dan jaqbel mal-objettivi tal-kontroll intern u l-ġestjoni tar-riskju stabbiliti fil-programm statistiku tiegħu (il-programm tas-suq uniku fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali). 100% tat-tranżazzjonijiet finanzjarji (jiġifieri 100% tal-baġit) se jkunu suġġetti għal kontrolli ex ante obbligatorji f’konformità mar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, se jsiru kontrolli bbażati fuq analiżi profonda tad-dokumentazzjoni sottostanti abbażi ta’ analiżijiet tar-riskju annwali. Dawn il-kontrolli jistgħu jkopru bejn 4-6% tal-baġit totali ġestit mill-Eurostat.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Fit-30 ta’ Ottubru 2013, il-Eurostat adotta l-ewwel strateġija tiegħu kontra l-frodi għall-2014-2017 f’konformità mal-istrateġija kontra l-frodi tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2011. L-istrateġija attwali kontra l-frodi tkopri l-perjodu 2021-2024. Din l-istrateġija tispeċifika tliet objettivi operazzjonali: (i) it-tisħiħ tal-miżuri eżistenti kontra l-frodi; (ii) integrazzjoni aħjar tal-proċeduri kontra l-frodi fil-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju tal-Eurostat, u fl-awditjar (l-ippjanar, ir-rappurtaġġ u l-monitoraġġ); u (iii) it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u s-sensibilizzazzjoni kontra l-frodi tal-Eurostat bħala parti mill-kultura kontra l-frodi tal-Kummissjoni. Mal-istrateġija kontra l-frodi hemm pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi. Waqt l-applikazzjoni tagħha, l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi qed tiġi monitorjata darbtejn fis-sena u b’rappurtar lill-maniġment. Ir-riċevituri potenzjali kollha tal-għotjiet huma korpi pubbliċi (istituti tal-istatistika nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra kif definit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009). Barra minn hekk, l-għotjiet jingħataw mingħajr sejħiet għall-proposti. Miżuri tal-monitoraġġ tal-ġestjoni tal-għotjiet huma fis-seħħ. Dawn jikkunsidraw il-proċeduri speċifiċi tal-għotjiet u jinvolvu analiżijiet ex ante u ex post tal-ġestjoni tal-għotjiet. L-użu ta’ kostijiet unitarji u somom f’daqqa, f’konformità mal-Artikolu 124(1) tar-Regolament Finanzjarju, inaqqas sostanzjalment ir-riskju tal-erruri relatati mal-ġestjoni tal-għotjiet u b’hekk jissimplifika l-amministrazzjoni tagħhom.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 28 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 29

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali 30

Minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

BGUE-BXXXX-03-020500-C1-ESTAT

Diff.

IVA

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

L-ebda

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

1

Suq Uniku, Riċerka u Innovazzjoni

DĠ: ESTAT

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Snin ta’ wara

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 

Linja baġitarja 31  03 02 05

Impenji

(1a)

1.000

1.000

1.000

0.000

3.000

Pagamenti

(2a)

0.400

0.400

1.000

1.200

3.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 32

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ ESTAT

Impenji

=1a+1b +3

1.000

1.000

1.000

0.000

3.000

Pagamenti

=2a+2b+3

0.400

0.400

1.000

1.200

3.000



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1.000

1.000

1.000

0.000

3.000

Pagamenti

(5)

0.400

0.400

1.000

1.200

3.000

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

1.000

1.000

1.000

0.000

3.000

Pagamenti

=5+ 6

0.400

0.400

1.000

1.200

3.000

Jekk il-proposta/inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

1.000

1.000

1.000

0.000

3.000

Pagamenti

=5+ 6

0.400

0.400

1.000

1.200

3.000





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Snin ta’ wara

TOTAL

DĠ: ESTAT

Riżorsi umani

1.210

1.210

1.210

0.000

3.630

Nefqa amministrattiva oħra

0.035

0.035

0.035

0.000

0.105

TOTAL TAD-DĠ ESTAT

Approprjazzjonijiet

1.245

1.245

1.245

0.000

3.735

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1.245

1.245

1.245

0.000

3.735

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Snin ta’ wara

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont
l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2.245

2.245

2.245

0.000

6.735

Pagamenti

1.645

1.645

2.245

1.200

6.735



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 33

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU 1

Il-qafas regolatorju jiġi adattat biex jikseb il-flessibbiltà li tissodisfa l-ħtiġijiet emerġenti, il-pubblikazzjoni ta’ statistika aktar fil-ħin, u l-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi u metodi innovattivi li l-kwalità tagħhom tkun ġiet ivvalutata kif xieraq;

- Statistika

0.267

0.200

0.200

0.400

0.800

Subtotal tal-Objettiv Speċifiku 1

0.200

0.200

0.400

0.800

OBJETTIV SPEĊIFIKU 2

Il-kopertura tal-istatistika tiġi estiża għall-ekonomija kollha, u li jkun żgurat li d-data dwar id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri tingħata mill-Istati Membri kollha

- Statistika

0.683

0.750

0.750

0.550

2.050

Subtotal tal-Objettiv Speċifiku 2

0.750

0.750

0.550

2.050

OBJETTIV SPEĊIFIKU 3

Titjieb il-konsistenza ma’ dominji statistiċi relatati

- Statistika

0.05

0.050

0.050

0.050

0.150

Subtotal tal-Objettiv Speċifiku 3

0.050

0.050

0.050

0.150

TOTALI

1.000

1.000

1.000

3.000

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

x    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1.210

1.210

1.210

3.630

Nefqa amministrattiva oħra

0.035

0.035

0.035

0.105

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1.245

1.245

1.245

3.735

Barra mill-INTESTATURA 7 34  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

1.245

1.245

1.245

3.735

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

xIl-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 2025

Sena 2026

Sena 2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

6

6

6

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 35

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

2

2

2

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz 36

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

8

8

8

3 hu l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Ħidma metodoloġika għall-implimentazzjoni tajba tal-kunċetti, id-definizzjonijiet u

l-metodi statistiċi

Ħidma tal-produzzjoni tad-data għall-wasla, l-ipproċessar, il-validazzjoni u l-pubblikazzjoni tad-data u

l-metadata

Analiżi tad-data, pubblikazzjonijiet u appoġġ għall-utenti

Kooperazzjoni statistika regolatorja

Kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet statistiċi

Persunal estern

IT u ħidma teknika oħra li tappoġġa l-produzzjoni u l-analiżi tad-data

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata għalkollox b’riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Agħti tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat fl-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali definiti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li jridu jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva:

x    ma tipprevedix kofinanzjament mingħand partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament mingħand partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena N 37

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp tal-kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 38

Sena N

Sena N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew informazzjoni oħra).

(1)    Ir-Regolamenti tal-Kunsill: Nru 10/1960, Nru 14/1961, Nru 28/1962, Nru 151/1962, Nru 101/66/KEE, (KEE) Nru 1899/68, (KEE) Nru 2259/71, (KEE) Nru 328/75, (KEE) Nru 494/78, ir-Regolamenti (KEE) Nru 2053/69, (KEE) Nru 3192/73 u (KEE) Nru 494/78, (KEE) Nru 1596/81, (KEE) Nru 3149/83, (KEE) Nru 1612/88, (KEE) Nru 3949/92, Nru 2744/95, (KE) Nru 23/97.
(2)     https://ec.europa.eu/eurostat/web/sdi/overview .
(3)     https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/economy-works-people/jobs-growth-and-investment/european-pillar-social-rights_MT .
(4)    Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(5)    Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.05.2023, p. 21).
(6)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-20 ta’ Settembru 2016 dwar l-istabbiliment ta’ Bordijiet Nazzjonali tal-Produttività (ĠU C 349, 24.09.2016, p. 1).
(7)    Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-metodu tal-produzzjoni tal-istatistika tal-UE: viżjoni għad-deċenju li ġej (COM/2009/0404 final).
(8)    Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni (ĠU L 261I, 14.10.2019, p. 1).
(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 1).
(10)    Stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(11)    SWD(2023) 265; SWD(2023) 266.
(12)    SEC(2023) 295.
(13)    ĠU C , , p. .
(14)    ĠU C , , p. .
(15)    Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25)
(16)    Id-Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).
(17)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika taż-żona tal-euro “Towards improved methodologies for eurozone statistics and indicators”, COM(2002) 0661 final tas-27 ta’ Novembru 2002.
(18)    Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.07.2006, p. 23).
(19)    Id-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar (ĠU L 132, 17.05.2023, p. 21).
(20)    Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(22)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1), ANNESS-Taqsima III-A
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)
(24)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(25)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(26)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(27)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx .
(28)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(29)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(30)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(31)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(32)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(33)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jingħataw (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km tat-toroq mibnija, eċċ.).
(34)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(35)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(36)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(37)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Ibdel “N” bl-ewwel sena tal-implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(38)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% fil-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 28.7.2023

COM(2023) 459 final

ANNESS

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

{SEC(2023) 295 final} - {SWD(2023) 265 final} - {SWD(2023) 266 final}


ANNESS

Dominji, temi u temi dettaljati; il-perjodiċità tal-provvista tad-data, il-perjodi ta’ referenza u l-iskadenza għat-trażmissjoni tad-data ta’ kull tema

Dominju

Tema

Tema dettaljata

Perjodiċità

Perjodu ta’ referenza

Skadenza għat-trażmissjoni tad-data (1) (2)

L-ewwel perjodu ta’ referenza;

Introjtu

Struttura tal-Introjtu

Introjtu

L-introjtu annwali u fix-xahar totali u l-komponenti kollha tiegħu, u l-introjtu fis-siegħa mħallas lil kull impjegat fil-kampjun.

Kull erba’ snin

Sena kalendarja

T+16-il xahar

2026

Karatteristiċi tal-impjegatur

Informazzjoni ekonomika, legali, ġeografika u tal-impjiegi dwar l-unità lokali li magħha hu marbut kull impjegat fil-kampjun, u dwar l-intrapriża tagħha.

Karatteristiċi tal-impjegat

Informazzjoni demografika, edukattiva, kuntrattwali u okkupazzjonali individwali dwar kull impjegat fil-kampjun.

Perjodi tax-xogħol

Informazzjoni dwar il-perjodi tax-xogħol imħallsa għal kull impjegat fil-kampjun

Elementi tekniċi tal-istħarriġ

Informazzjoni dwar il-kampjunar u l-ġbir tad-data għal kull impjegat fil-kampjun u għall-impjegatur rispettiv (eż. ponderazzjonijiet).

Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri

Introjtu fis-siegħa

L-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi ewlenin tal-impjegatur u tal-impjegat u d-differenzi relattivi korrispondenti bejn l-introjtu fis-siegħa tal-impjegati rġiel u nisa.

Kull sena

Sena kalendarja

T+13-il xahar

2026

Impjegati

L-għadd ta’ impjegati rġiel u nisa skont il-karatteristiċi tal-impjegatur u tal-impjegat.

Kostijiet lavorattivi

Struttura tal-kostijiet lavorattivi

Kostijiet lavorattivi

Il-kostijiet totali mġarrba mill-impjegatur biex jingaġġa l-ħaddiema u l-komponenti ta’ dawn il-kostijiet.

Kull erba’ snin

Sena kalendarja

T+18-il xahar

2028

Sigħat maħduma 

Is-sigħat effettivament maħduma minn tipi ewlenin tal-impjegati.

Sigħat imħallsa

Is-sigħat imħallsa mit-tipi ewlenin tal-impjegati.

Impjegati

L-għadd ta’ impjegati skont it-tipi ewlenin.

Unitajiet lokali

Informazzjoni dwar l-unitajiet lokali fil-kampjun.

Indiċi tal-kostijiet lavorattivi

Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma

L-indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi għal kull siegħa maħduma, skont it-tip tal-kostijiet; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kull kwart tas-sena

Kwart kalendarju

- Stimi bikrija: T+45 jum

- Data finali: T+65 jum

L-ewwel kwart tal-2026

Indiċi trimestrali tal-kostijiet lavorattivi totali

kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Indiċi trimestrali tas-sigħat maħduma

kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kostijiet lavorattivi annwali

Il-livelli tal-kostijiet lavorattivi annwali (ponderazzjonijiet) skont it-tip tal-kostijiet.

Kull sena

Sena kalendarja

Tmiem l-ewwel kwart tas-sena T+1+65 jum

Domanda għax-xogħol

Impjiegi vakanti

Postijiet tax-xogħol vakanti

Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

Kull kwart tas-sena

Kwart kalendarju

- Stimi bikrija: T+45 jum

- Data finali: T+70 jum

L-ewwel kwart tal-2026

Postijiet tax-xogħol okkupati:

Informazzjoni dwar il-postijiet tax-xogħol okkupati rreġistrati; kronoloġija mhux aġġustata u aġġustata.

(1)Wara tmiem il-perjodu ta’ referenza “T”.

(2)Meta l-iskadenzi msemmija hawn fuq jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd, l-iskadenza effettiva għandha tkun it-Tnejn ta’ wara qabel nofsinhar (CET).