Brussell, 28.6.2023

COM(2023) 359 final

2023/0207(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Is-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) hija Sħubija Ewropea Istituzzjonalizzata skont l-Artikolu 185 tat-TFUE stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 1 , li fiha l-UE tipparteċipa fi programm ta’ riċerka mwettaq b’mod konġunt minn diversi Stati Membri.

PRIMA għandha l-għan li tibni l-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u li tiżviluppa l-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għas-sistemi tal-agroikel, biex tagħmilhom sostenibbli, u għall-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran. L-ilħuq ta’ dan l-objettiv strateġiku se jagħmel il-provvista tal-ilma u s-sistemi tal-ikel aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffettivi u ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u se jikkontribwixxi għas-solvien upstream tal-problemi tal-iskarsezza tal-ilma, tas-sigurtà tal-ikel, tan-nutrizzjoni, tas-saħħa, tal-benesseri u tal-migrazzjoni.

PRIMA bħalissa hija magħmula minn dsatax-il Stat Parteċipanti: ħdax-il Stat Membru tal-UE (il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u Spanja); tliet pajjiżi assoċjati ma’ Orizzont 2020 (Iżrael, it-Tuneżija u t-Turkija) u ħames pajjiżi terzi mhux assoċjati ma’ Orizzont 2020 (l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk).

PRIMA bdiet topera fl-2018 taħt il-Programm Qafas preċedenti għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I) Orizzont 2020. Il-perjodu attiv għat-tnedija ta’ sejħiet ta’ riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020 se jdum sal-2024. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni prevista taħt Orizzont 2020 tammonta għal EUR 220 miljun u l-impenji finanzjarji oriġinali tal-Istati Parteċipanti qabżu l-EUR 270 miljun. Bħalissa, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni ġejja mill-programm Orizzont 2020. Sa tmiem l-2022, PRIMA ffinanzjat 202 proġetti kollaborattivi ta’ riċerka u innovazzjoni b’baġit totali ta’ EUR 285,7 miljun bil-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni fil-livell ta’ EUR 142,67 miljun u b’kontribuzzjoni mill-Istati Parteċipanti fil-livell ta’ EUR 143,03 miljun.

PRIMA kienet soġġetta għal evalwazzjoni interim fl-2022 ippubblikata fil-31 ta’ Mejju 2023 2 . Skont ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim, PRIMA wriet li hija strument effettiv għall-kollaborazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-Mediterran, li jimplimenta l-interessi ewlenin fir-riċerka u l-innovazzjoni f’konformità mal-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-UE. Abbażi tal-esperjenza pożittiva tagħhom, il-maġġoranza tal-Istati Parteċipanti ddikjaraw l-impenn fit-tul tagħhom għal din l-inizjattiva u appellaw għal parteċipazzjoni kontinwa tal-UE fil-forma attwali ta’ sħubija Ewropea istituzzjonalizzata skont l-Artikolu 185 TFUE.

Din il-proposta għal emenda tad-Deċiżjoni 2017/1324 (l-Att Bażiku PRIMA) tikkostitwixxi estensjoni tal-operazzjoni attiva (il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet ta’ riċerka u innovazzjoni) sal-2027 skont il-Programm Qafas attwali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni- Orizzont Ewropa. L-emenda se tipprevedi baġit addizzjonali, kemm mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE mill-programm Orizzont Ewropa kif ukoll mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti, biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni fil-livell attwali tal-attivitajiet għal tliet snin oħra. Ir-regoli operazzjonali ta’ PRIMA se jiġu adattati għar-regoli ta’ Orizzont Ewropa inkluż protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar. L-estensjoni tal-fażi attiva ta’ PRIMA sal-2027 se ġġib din l-inizjattiva konformi maċ-ċiklu tal-programm taħt Orizzont Ewropa.

L-emenda tal-Att Bażiku PRIMA se tippermetti li l-attivitajiet estiżi ta’ PRIMA jkomplu bl-objettivi attwali tagħha li tindirizza l-isfidi eżistenti u emerġenti relatati mas-sistemi tal-ilma, tal-agrikoltura u tal-ikel fir-reġjun tal-Mediterran, filwaqt li tippromwovi d-diplomazija tax-xjenza, tiffaċilita l-allinjament tal-politiki nazzjonali dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni u tippermetti kollaborazzjoni xjentifika internazzjonali. L-enfasi tematika saret saħansitra aktar rilevanti f’dawn l-aħħar snin, minħabba l-effetti dejjem akbar tat-tibdil fil-klima, l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u l-effett destabbilizzanti tal-aggressjoni illegali u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna fuq is-swieq agrikoli fraġli f’għadd ta’ pajjiżi tal-Mediterran.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-oqsma tematiċi u l-objettivi tas-sħubija fi PRIMA f’termini tad-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 jibqgħu l-istess. Il-fokus tematiku fuq is-sistemi tal-ilma, tal-agrikoltura u tal-ikel huwa konsistenti mal-prijoritajiet attwali tal-UE, b’mod partikolari mal-Patt Ekoloġiku Ewropew 3 u mal-istrateġija relatata mill-Għalqa sal-Platt, 4 , u mal-istrateġija dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 5 u mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 6 . L-objettivi ta’ PRIMA huma wkoll allinjati tajjeb mal-objettivi tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija 7 .

Il-programm ta’ Riċerka u Innovazzjoni Orizzont Ewropa huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u s-sħubija fi PRIMA tidher li hija strument speċifiku għal kontribut effettiv għal għadd ta’ objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Is-sħubija fi PRIMA hija b’mod aktar partikolari konformi mal-objettivi tar-raggruppament ta’ Orizzont Ewropa (vi) “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”. L-aġenda Strateġika ta’ Riċerka u ta’ Innovazzjoni ta’ PRIMA hija kompatibbli bis-sħiħ mal-Pjan Strateġiku tar-raggruppament (vi). Il-programmi ta’ ħidma annwali ta’ PRIMA huma kkoordinati mill-qrib ma’ parti mir-raggruppament (vi) tal-Programmi ta’ Ħidma ta’ Orizzont Ewropa u d-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-Missjonijiet Ewropej 8 “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”, “Nirrestawraw l-Oċean u l-Ilmijiet Tagħna” u “Adattament għat-Tibdil fil-Klima” biex jiġu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji.

Il-proposta għall-estensjoni ta’ PRIMA hija konsistenti mal-kriterji u r-regoli għas-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati stipulati mir-Regolament Orizzont Ewropa 9 . B’mod partikolari, tikkonforma mar-rekwiżiti l-ġodda għas-sħubijiet tal-Artikolu 185 tat-TFUE introdotti mir-Regolament Orizzont Ewropa.

Il-kundizzjoni ta’ livell limitu obbligatorju ta’ parteċipazzjoni ta’ mill-inqas 40 % tal-Istati Membri stabbilita fl-Anness III hija ssodisfata, peress li ħdax-il Stat Membru li jirrappreżentaw 41 % tal-Istati Membri jipparteċipaw fi PRIMA.

L-impenn fit-tul tas-sħab kif meħtieġ mill-Anness III 1(d) intwera fit-tnedija tas-sħubija fi PRIMA meta l-maġġoranza tal-Istati Parteċipanti impenjaw ruħhom għall-perjodu ta’ finanzjament ta’ għaxar snin. L-Istati Parteċipanti tennew l-impenn tagħhom fid-dikjarazzjoni tal-laqgħa ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran f’Lulju 2022 10 , fl-ittri tagħhom lill-Kummissjoni u fid-dikjarazzjonijiet tagħhom fil-Kunsill Kompetittività f’Diċembru 2022.

Is-sħubija fi PRIMA taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-oqsma tematiċi għas-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati definiti fl-Anness VI tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, speċifikament għall-qasam ta’ sħubija 5 “Soluzzjonijiet sostenibbli, inklużivi u ċirkolari li huma bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi”, peress li s-sistemi tal-ilma, tal-agrikoltura u tal-ikel huma partijiet integrali mill-bijoekonomija u mis-sistemi bbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

PRIMA tiżviluppa u turi soluzzjonijiet innovattivi li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ politiki tal-UE. Il-proġetti ffinanzjati minn PRIMA, bl-enfasi tematika tagħhom fuq l-ilma, l-agrikoltura u l-ikel, jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politiki settorjali bħall-politika dwar l-ilma, b’mod partikolari d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 11 , il-Politika Agrikola Komuni, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija, l-Istrateġija dwar l-Adattament għall-Klima u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari 12 .

Bħala strument għall-kollaborazzjoni internazzjonali, PRIMA ssaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali strateġika u fit-tul bejn l-UE u r-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran, f’konformità mal-qafas ta’ kooperazzjoni tal-UE mal-Pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar, kif espress fil-Komunikazzjoni Konġunta għal Aġenda Ġdida għall-Mediterran 13 u l-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment tiegħu, kif ukoll id-djalogu ta’ politika reġjonali mas-sħab Mediterranji approvat fil-Pjattaforma Reġjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM). L-Aġenda l-Ġdida għall-Mediterran tistabbilixxi objettivi għas-snin li ġejjin biex jinbnew soċjetajiet aktar ġusti, aktar prosperi u inklużivi għall-benefiċċju tan-nies, speċjalment iż-żgħażagħ, fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni huma element ewlieni.

Fil-kuntest tal-Pjanijiet Direzzjonali tal-Unjoni għall-Mediterran tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, is-sħubija fi PRIMA se tkun strumentali għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar it-tibdil fil-klima, kif rikonoxxut mid-Dikjarazzjoni Ministerjali tal-UgħM dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-2022.

PRIMA tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-Approċċ Globali tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni 14 , li jagħti prijorità lill-Mediterran bħala wieħed mir-reġjuni tiegħu għall-kooperazzjoni.

Billi tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problemi tal-iskarsezza tal-ilma, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni, PRIMA se tappoġġa b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-Aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 2 (Inxejnu l-ġuħ), l-SDG 6 (Ilma Nadif u Sanità), il-SDG 10 (Inqas Inugwaljanzi), u l-SDG 12 (Konsum u Produzzjoni Responsabbli), b’mod partikolari fir-reġjun tal-Mediterran.

Billi tindirizza l-interkonnessjonijiet bejn l-ilma, l-enerġija u l-ikel u d-dipendenza u l-impatt tagħhom fuq l-ekosistemi, PRIMA għandha rwol importanti biex taċċellera t-tranżizzjoni tant meħtieġa lejn ekonomija ekoloġika fir-reġjun tal-Mediterran billi trawwem soluzzjonijiet ta’ żvilupp ekoloġiku u sostenibbli biex tiżdied ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fir-reġjun. B’mod aktar partikolari, l-attivitajiet ta’ PRIMA taħt il-qasam tematiku tal-ġestjoni tal-ilma jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew relatati mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero, l-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’ Azzjoni Integrat għall-Ġestjoni tan-Nutrijenti li jmiss, filwaqt li l-attivitajiet relatati mal-oqsma tematiċi dwar is-sistemi tal-biedja u l-katina tal-valur tal-ikel se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija “Mill-Għalqa sal-Platt”.

PRIMA qed tkompli tesplora sinerġiji promettenti ma’ strumenti oħra ta’ Orizzont Ewropa, eż. il-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa, b’mod partikolari l-missjonijiet “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” u “Insalvaw l-Oċean u l-Ilmijiet Tagħna sal-2030”. PRIMA tipprevedi l-kondiviżjoni tal-għarfien, l-infrastruttura u n-network tagħha mas-sħab rilevanti biex tappoġġa l-missjonijiet billi tfassal azzjonijiet konġunti speċifiċi (eż. sejħiet ikkoordinati mal-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” fil-Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali ta’ PRIMA). PRIMA tista’ tkompli ssaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali tas-Sħubijiet ta’ Orizzont Ewropa 15 : Sistemi tal-ikel sostenibbli għan-nies, il-pjaneta u l-klima; Is-sigurtà tal-Ilma għall-Pjaneta; Laboratorji ħajjin tal-agroekoloġija u infrastrutturi tar-riċerka; L-agrikoltura tad-data; Is-saħħa u l-benesseri tal-annimali.

PRIMA tikkomplementa wkoll il-prijorità dwar is-Sigurtà tal-Ikel u n-Nutrizzjoni u l-Agrikoltura Sostenibbli (FNSSA) tal-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni tad-Djalogu Politiku ta’ Livell Għoli bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana. Il-prijorità tal-FNSSA tiftaħ it-triq għas-sħab ta’ PRIMA għal aktar kollaborazzjoni pan-Afrikana u trans-Ewropea.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta testendi l-perjodu li fih l-Unjoni għandha tkompli l-parteċipazzjoni tagħha fi PRIMA fejn tistabbilixxi l-qafas legali meħtieġ biex tkun tista’ topera taħt il-Programm Qafas għar-Riċerka u Innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa kif ukoll ir-Regolament Finanzjarju 16 filwaqt li tkompli ssegwi l-attivitajiet mibdija taħt il-Programm Qafas ta’ Riċerka u Innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa 2020.

L-emendi proposti huma bbażati fuq l-istess bażi ġuridika bħall-att leġiżlattiv li huma jfittxu li jemendaw, b’mod partikolari l-Artikolu 185 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi l-proposta ma hijiex fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea. Is-sussidjarjetà hi ssalvagwardjata billi l-proposta hija msejsa fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE, li b’mod espliċitu jipprevedi l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-programmi tar-riċerka mwettqa minn bosta Stati Membri.

L-objettivi ta’ PRIMA, li l-ilħuq tagħhom għandu jibqa’ ċentrali f’din il-proposta, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, filwaqt li jqisu li hemm valur miżjud evidenti u dimostrabbli fl-azzjoni li qed tittieħed fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala, l-ambitu u l-kumplessità tal-isforzi meħtieġa għall-ilħuq tal-ambizzjonijiet li għandha l-għan li ssegwi. Barra minn hekk, peress li l-proposta għandha l-għan li tissupplimenta l-leġiżlazzjoni tal-UE diġà eżistenti, dan ikompli jintlaħaq l-aħjar fil-livell tal-UE aktar milli b’inizjattivi nazzjonali differenti. Minkejja dan, il-proposta għandha wkoll tkompli tikkomplementa u ssaħħaħ l-attivitajiet nazzjonali, lokali u reġjonali fil-qasam rilevanti.

Proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi l-Istati Membri se jkunu responsabbli biex jiżviluppaw il-programm konġunt tagħhom u kull aspett operazzjonali. L-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata - (PRIMA-IS)- diġà wriet li tista’ timplimenta l-programm b’mod effiċjenti u effettiv 17 . L-Unjoni se tipprovdi inċentivi għal koordinazzjoni mtejba, tiżgura sinerġiji mal-politiki tal-UE u l-prijoritajiet ta’ Orizzont Ewropa u l-kontribuzzjonijiet għalihom, timmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm u tiżgura l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE

Għażla tal-istrument

Din il-proposta hija għal Deċiżjoni emendatorja ta’ att leġiżlattiv li kien jeżisti qabel li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 185 tat-TFUE. Għal dan it-tip ta’ strument, l-Artikolu 188(2) tat-TFUE jirrikjedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw deċiżjoni.

Ir-riżultati tal-ewwel snin tal-implimentazzjoni ta’ PRIMA u l-indikazzjonijiet mis-Sejħa għal Evidenza (ara wkoll it-taqsima 3. “Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati” hawn taħt) urew li sħubija Ewropea istituzzjonalizzata skont l-Artikolu 185 tat-TFUE hija l-aktar mod xieraq biex jintlaħqu l-objettivi ta’ PRIMA. Tali sħubija istituzzjonalizzata hija wkoll l-għażla ppreferuta tal-Istati Parteċipanti.

It-tkomplija ta’ PRIMA bħala inizjattiva ta’ sħubija skont l-Artikolu 185 tat-TFUE tippermetti ulterjorment l-iżvilupp tal-kollaborazzjoni kontinwa mal-pajjiżi tal-Viċinat. L-Unjoni u l-pajjiżi kkonċernati se jkomplu jiddeterminaw flimkien il-prijoritajiet reċiproċi tagħhom, billi jidħlu f’fażi ġdida ta’ kooperazzjoni, f’konformità mal-prijoritajiet tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

Barra minn hekk, sħubija Ewropea istituzzjonalizzata bbażata fuq l-Artikolu 185 tat-TFUE tippermetti firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni u kontribuzzjonijiet finanzjarji, skont is-sors ta’ finanzjament (jew Orizzont Ewropa jew nazzjonali), il-ġestjoni u r-regoli, li wrew li huma effiċjenti matul l-ewwel snin tal-implimentazzjoni ta’ PRIMA. Dan l-istrument huwa xieraq ukoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2022, esperti indipendenti u ta’ partijiet terzi wettqu evalwazzjoni interim ta’ PRIMA li tkopri l-perjodu mill-bidu ta’ PRIMA (2017) sa Marzu 2022.

L-evalwazzjoni interim ikkonfermat li PRIMA kienet għamlet progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-objettivi tagħha u li hija ġestita tajjeb. PRIMA tindirizza b’mod adegwat l-isfidi ambjentali, soċjoekonomiċi u ta’ politika li huma kruċjali għall-iżvilupp futur u s-sostenibbiltà tar-reġjun tal-Mediterran, u għandha rwol uniku fl-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Mediterran. PRIMA għenet biex titrawwem l-integrazzjoni xjentifika fl-Istati Parteċipanti kollha, u ppermettiet speċjalment lill-Istati Parteċipanti tan-Nofsinhar tal-Mediterran jisfruttaw il-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tagħhom.

Il-valur miżjud tal-UE ta’ PRIMA huwa għoli wkoll, peress li jikkontribwixxi għall-prijoritajiet politiċi, l-objettivi u l-inizjattivi ewlenin tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari l-istrateġiji “Mill-Għalqa sal-Platt” u għall-Bijodiversità, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija, l-Istrateġija dwar l-Adattament għall-Klima u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, kif ukoll l-SDGs ġenerali.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim jirrakkomanda wkoll azzjonijiet biex jittejbu aktar l-eżiti u l-impatti ta’ PRIMA.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma saret l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati. Il-kontribut oriġinali tal-konsultazzjoni pubblika għadu meqjus validu. In-natura tal-emendi proposti ma teħtieġx konsultazzjoni ġdida mal-partijiet ikkonċernati.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni interim, ġiet ippubblikata Sejħa għal Evidenza u tqiesu r-riżultati.

Valutazzjoni tal-impatt

Ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt. L-analiżi oriġinali u d-deċiżjoni tal-għażliet għadhom jitqiesu validi. In-natura tal-emenda ma teħtieġx valutazzjoni tal-impatt ġdida.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ma hu mistenni l-ebda effett ta’ simplifikazzjoni peress li l-proposta hija estensjoni tas-sħubija eżistenti.

Drittijiet fundamentali

Id-Deċiżjoni proposta ma għandhiex konsegwenzi għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni għall-inizjattiva estiża għandha tkun sa EUR 325 miljun inkluża l-kontribuzzjoni taż-ŻEE. Minn dan l-ammont, EUR 220 miljun ġew impenjati mill-Programm Orizzont 2020 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2018-2024. EUR 105 miljun, li għandhom jiġu impenjati fil-perjodu 2025-2027, se jiġu minn Orizzont Ewropa, ir-raggruppament (vi) “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”.

L-ammont massimu tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostijiet amministrattivi għad-durata kollha tal-inizjattiva huwa sa 6 %, li jikkorrispondi għal EUR 19,5-il miljun mill-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ta’ EUR 325 miljun.

Il-kontribuzzjoni tal-UE hija ġestita mill-Istruttura ta’ Implimentazzjoni ta’ PRIMA (PRIMA-IS), wara l-ftehim ta’ delega u l-ftehim dwar it-trasferiment ta’ fondi. Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni u tal-ftehim ta’ delega konklużi fl-2018 bejn il-Kummissjoni u PRIMA-IS iridu jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-UE jiġu protetti.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva se tkun ibbażata fuq aġenda strateġika aġġornata tar-riċerka u l-innovazzjoni maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Parteċipanti.

Il-prestazzjoni ta’ PRIMA se tiġi mmonitorjata permezz ta’ rapporti annwali ppreżentati għall-approvazzjoni minn PRIMA-IS lill-Kummissjoni Ewropea. Dan se jinkludi r-rappurtar tal-progress dwar l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u metriċi oħra stabbiliti fl-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-proposta tipprevedi evalwazzjoni interim addizzjonali mhux aktar tard mill-2025 u evalwazzjoni finali mhux aktar tard mill-2030.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jemenda d-Deċiżjoni 2017/1324 u jadattaha għall-qafas regolatorju l-ġdid stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/695 dwar Orizzont Ewropa u mir-Regolament Finanzjarju 2018/1046.

L-Artikolu 1(1) jipprevedi l-emendar tal-ftehimiet internazzjonali mal-ħames Stati Parteċipanti li ma humiex assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa.

L-Artikolu 1(3) jipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali tal-Unjoni mill-programm Orizzont Ewropa u jispeċifika minn liema linja baġitarja tal-Programm Orizzont Ewropa se tiġi pprovduta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

L-Artikolu 1(5) jispeċifika l-kontribuzzjoni finanzjarja minima tal-Istati Parteċipanti u jestendi t-tul ta’ żmien li għalih tiġi impenjata tali kontribuzzjoni, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2031.

L-Artikolu 1 (6) jestendi l-perjodu attiv ta’ operazzjoni ta’ PRIMA sal-2027.

L-Artikolu 1 (12) jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-aċċess għar-riżultati u l-informazzjoni dwar il-proposti.

L-Artikolu 1(14) jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

L-Artikolu 1(15) jintroduċi dispożizzjonijiet ġodda relatati mal-kunfidenzjalità, il-kunflitti ta’ interess, u l-azzjonijiet, l-attivitajiet u l-impenji li jkunu għaddejjin.



2023/0207 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 185 t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 18 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 ġiet adottata taħt il-Programm Qafas preċedenti għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, jiġifieri Orizzont 2020, għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2028.

(2)F’konformità mal-att bażiku PRIMA, is-sejħiet finali għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma annwali rilevanti se jitnedew fl-2024 u l-azzjonijiet indiretti kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni se jiġu ffinalizzati sal-2028.

(3)L-Istati Membri li jipparteċipaw fi PRIMA ddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu bl-inizjattiva konġunta tagħhom lil hinn mill-2024 u appellaw biex l-Unjoni tkompli tipparteċipa fl-istess qafas istituzzjonali tal-Artikolu 185.

(4)Peress li r-raġunament u l-objettivi inizjali tas-sħubija ta’ PRIMA għadhom validi u r-rapport ta’ evalwazzjoni interim 20 ikkonkluda li PRIMA hija strument ta’ suċċess b’valur miżjud għall-Unjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju biex PRIMA tkun tista’ tiffinanzja azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni taħt l-istess ambitu tematiku sal-2027, u ġġib dak l-istrument f’sinkronizzazzjoni mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Unjoni u maċ-ċikli ta’ programmazzjoni allinjati mal-QFP tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni. Barra minn hekk, id-durata ġenerali ta’ PRIMA jenħtieġ li tiġi estiża sal-2031 biex tippermetti l-implimentazzjoni sħiħa tal-azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati.

(5)L-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-Unjoni għal PRIMA jenħtieġ li jiġi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għall-Programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/764 21 , u b’mod partikolari mill-Pilastru II “sfidi globali u Kompetittività Industrijali Ewropea”, u r-raggruppament tematiku rilevanti (vi) Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”.

(6)PRIMA hija ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 22 . Għall-finijiet tal-kontinwazzjoni tagħha mill-2025 ’il quddiem, jenħtieġ li din tiġi ffinanzjata u operata skont ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 . Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 jenħtieġ li tiġi allinjata mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2021/695 u tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 .

(7)Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 jenħtieġ li tkun allinjata mal-objettivi u l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa u mal-prinċipji u l-kundizzjonijiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10, u fl-Anness III u fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2021/695. Għalhekk, jeħtieġ li mill-inqas 40 % tal-Istati Membri jipparteċipaw fis-sħubija estiża ta’ PRIMA. Barra minn hekk, jenħtieġ li s-sħubija fi PRIMA topera f’wieħed mill-oqsma ta’ prijorità għas-sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati, u li l-Istati Parteċipanti kollha jenħtieġ li jesprimu l-impenn finanzjarju tagħhom fit-tul. Dawn il-kundizzjonijiet diġà huma ssodisfati peress li r-rata ta’ parteċipazzjoni attwali tal-Istati Membri hija ta’ 41 %, is-sħubija fi PRIMA tidħol fil-qasam prijoritarju taż-Żona ta’ Sħubija 5: “Soluzzjonijiet sostenibbli, inklużivi u ċirkolari ibbażati fuq il-prodotti bijoloġiċi” tal-Anness VI, u l-Istati Parteċipanti ddikjaraw l-impenji finanzjarji fit-tul tagħhom għas-sħubija fi PRIMA.

(8)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għas-Sħubija fi PRIMA jenħtieġ li tkun soġġetta għal impenn formali mill-Istati Parteċipanti li jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja mill-inqas fil-livell tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, il-konformità mal-impenji finanzjarji formali jenħtieġ li tiġi mmonitorjata mill-qrib mill-istruttura ta’ implimentazzjoni ta’ PRIMA (PRIMA-IS) fuq bażi regolari.

(9)Għall-fini li jintlaħqu l-objettivi ta’ PRIMA, il-kontribuzzjoni aggregata tal-Istati Parteċipanti jenħtieġ li tkun mill-inqas daqs il-kontribuzzjoni tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Parteċipanti jagħmlu kontribuzzjoni li tikkorrispondi għal dik tal-Unjoni fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa f’konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695. Sabiex jiġi żgurat li dak il-prinċipju jiġi ssalvagwardjat bis-sħiħ, jenħtieġ li jitqiesu biss il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti li saru wara l-31 ta’ Diċembru 2024.

(10)Sabiex jiġi żgurat l-impenn kontinwu tagħhom għall-objettivi ta’ PRIMA ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/695 u l-impenn għal obbligi ġodda skont ir-Regolament (UE) 2021/695 u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk jenħtieġ li jaċċettaw formalment it-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda li jirriżultaw minn din id-deċiżjoni emendatorja, billi jikkonkludu ftehimiet mal-Unjoni, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemendaw u jissupplimentaw il-ftehimiet internazzjonali eżistenti għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika konklużi magħhom. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax il-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet ta’ PRIMA ffinanzjati skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013.

(11)Il-kontribuzzjoni ġenerali tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi stabbilita bħala ammont massimu. Jenħtieġ li jkun possibbli, f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) 2021/695, li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni minn Orizzont Ewropa għal PRIMA tiżdied b’tali kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li dan ikun soġġett għall-ammont totali li bih tiżdied il-kontribuzzjoni tal-Unjoni, li mill-inqas ikun ipparreġġata mill-kontribuzzjoni mill-Istati Parteċipanti.

(12)B’kont meħud tal-objettivi ta’ PRIMA, l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi li ma humiex Stati Parteċipanti jenħtieġ li jkunu eliġibbli biex japplikaw għal finanzjament f’suġġetti speċifiċi ta’ sejħiet previsti fil-programm ta’ ħidma annwali ta’ PRIMA. Jenħtieġ li jittieħdu l-miżuri xierqa kollha, inklużi l-miżuri kuntrattwali, biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu konklużi ftehimiet dwar ix-xjenza u t-teknoloġija ma’ pajjiżi terzi li fihom huma stabbiliti tali entitajiet.

(13)Filwaqt li l-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjoni indiretta ffinanzjata skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 jenħtieġ li jkomplu jitwettqu f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-azzjonijiet indiretti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa jiġu awditjati f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/695.

(14)Ir-Regolament (UE) 2021/695 jiffoka aktar fuq l-aċċess għar-riżultati u informazzjoni oħra relatata mal-azzjoni mill-Kummissjoni għall-fini tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew il-programmi tal-Unjoni fil-każ ta’ sħubijiet Ewropej istituzzjonalizzati. Għalhekk, jenħtieġ li PRIMA-IS tiżgura li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-azzjonijiet indiretti li tiffinanzja, inklużi l-kontribuzzjonijiet u r-riżultati tal-benefiċjarji li jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti. Sabiex isostnu l-interess tagħhom, l-Istati Parteċipanti jenħtieġ li jkollhom ukoll aċċess għal informazzjoni relatata ma’ proposti li jinkludu applikanti stabbiliti fit-territorji tagħhom. Tali drittijiet ta’ aċċess jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli ta’ kunfidenzjalità applikabbli.

(15)L-estensjoni ta’ PRIMA teħtieġ monitoraġġ u evalwazzjoni ta’ din is-sħubija f’konformità mad-dispożizzjonijiet relatati ma’ Orizzont Ewropa. Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni interim ta’ PRIMA sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, u evalwazzjoni finali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2031, li jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-evalwazzjonijiet interim u finali ġenerali ta’ Orizzont Ewropa. L-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jivvalutaw il-kwalità u l-effiċjenza ta’ PRIMA u l-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-objettivi tagħha. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika u xxerred ir-riżultati u l-konklużjonijiet ta’ dawk l-evalwazzjonijiet. F’konformità mal-Artikolu 10(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/695, jenħtieġ li PRIMA jkollha approċċ ċar taċ-ċiklu tal-ħajja, tkun limitata fiż-żmien u tinkludi l-kundizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-finanzjament taħt Orizzont Ewropa.

(16)Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 hija emendata kif ġej:

(1)    L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  L-Unjoni għandha tipparteċipa fis-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (“PRIMA”), sħubija Ewropea istituzzjonalizzata kif imsemmi fl-Artikolu 10(1), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 , li pparteċipaw fiha b’mod konġunt il-Kroazja, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, Iżrael, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, it-Tuneżija u t-Turkija (“l-Istati Parteċipanti”), f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u man-notifika tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet ta’ PRIMA billi jiffirmaw ittra ta’ impenn.”;

(b) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.  L-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk għandhom ikomplu jkunu Stati Parteċipanti għall-finijiet tal-attivitajiet ta’ PRIMA ffinanzjati skont l-Artikolu 3(1)(a). Għall-fini tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet ta’ PRIMA ffinanzjati skont l-Artikolu 3(1)(b), dawn għandhom jitqiesu biss bħala Stati Parteċipanti soġġetti għall-konklużjoni ta’ ftehim, fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, li jemenda u jissupplimenta l-ftehimiet internazzjonali eżistenti għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet il-ġodda tal-parteċipazzjoni tagħhom fi PRIMA.”;

(c) il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.  Kwalunkwe Stat Membru u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat ma’ Orizzont 2020, għajr xi wieħed minn dawk elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jieħu sehem fi PRIMA dment li jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u li jikkonforma, b’mod partikolari, mal-Artikolu 11(5). Huma għandhom jiffirmaw ittra ta’ impenn li tikkonferma t-termini u l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom fi PRIMA fir-rigward ta’ Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa rispettivament.

Stati Membri u pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont 2020 li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu li jkunu Stati Parteċipanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

4. Kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat ma’ Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa, minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2, jista’ jipparteċipa fi PRIMA dment li:

jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u jikkonforma, b’mod partikolari, mal-Artikolu 11(5);

(b) l-istruttura ta’ implimentazzjoni għal PRIMA (“PRIMA-IS”) tapprova l-parteċipazzjoni tiegħu fi PRIMA wara li tkun eżaminat ir-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ PRIMA; u

(c) jikkonkludi ftehim internazzjonali għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mal-Unjoni li jistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fi PRIMA.

Il-pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala Stati Parteċipanti għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni.”;

(2)    fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  PRIMA għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tar-Regolament (UE) 2021/695 u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu u għandha taħdem favur l-objettivi ġenerali tal-bini tal-kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u l-iżvilupp tal-għarfien u soluzzjonijiet innovattivi komuni għas-sistemi agroalimentari, li dawn isiru sostenibbli, u favur il-provvista u l-ġestjoni integrati tal-ilma fiż-żona tal-Mediterran, biex dawn is-sistemi, il-ġestjoni tagħhom u l-provvista jkunu magħmulin aktar reżiljenti għall-klima, effiċjenti, kosteffettivi u ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u jikkontribwixxu għas-soluzzjoni upstream tal-problemi tal-iskarsezza tal-ilma, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni, is-saħħa, il-benesseri u l-migrazzjoni.” ;

(3)    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, inkluż l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, għandha tkun daqs il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti għal PRIMA. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha tkun sa EUR 325 000 000 u għandha titqassam kif ġej: 

(a) sa EUR 220 000 000 minn Orizzont 2020;

(b) sa EUR 105 000 000 minn Orizzont Ewropa.  

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni minn Orizzont Ewropa jista’ jiżdied b’kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi assoċjati ma’ Orizzont Ewropa f’konformità mal-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) 2021/695 u dment li ż-żieda totali fil-kontribuzzjoni tal-Unjoni tkun mill-inqas imqabbla mill-kontribuzzjoni mill-Istati Parteċipanti msemmija fl-Artikolu 1(1).

2.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a) ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE, u b’mod partikolari mill-Parti II “Tmexxija industrijali” u l-Parti III “Sfidi tas-soċjetà”, f’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/695 u l-Artikolu 62(1), il-punt (c)(vii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.” ;

b) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati għall-partijiet rilevanti tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/764 26 , u b’mod partikolari mill-Pilastru II “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea”, ir-raggruppament (vi) “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent”, u f’konformità mal-Artikolu 62(1), il-punt (c) (vii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.” ;

(4)    L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, il-punti (b), (c) u (d) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b) id-deżinjazzjoni mill-Istati Parteċipanti, jew mill-organizzazzjonijiet maħtura mill-Istati Parteċipanti, ta’ entità b’personalità ġuridika, kif imsemmi fl-Artikolu 62(1)(c)(vii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, bħala PRIMA-IS, li għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ PRIMA b’mod effiċjenti, biex tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Deċiżjoni kif ukoll il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti, fejn xieraq, u biex tiżgura li jitwettqu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi ta’ PRIMA;

(c) l-impenn minn kull Stat Parteċipanti li jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ PRIMA b’kontribuzzjoni mir-riżorsi nazzjonali rilevanti għall-objettivi ta’ PRIMA li tkun mill-inqas ugwali għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni; 

(d) li PRIMA-IS turi l-kapaċità tagħha li timplimenta PRIMA, inkluż li tirċievi, talloka u timmonitorja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) fil-qafas tal-ġestjoni indiretta tal-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikoli 62 u 154 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.” ;

(b) fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) il-konformità ta’ PRIMA-IS mar-rekwiżiti tar-rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 155 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046;”;

(c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tivvaluta fuq bażi kontinwa t-twettiq tal-impenji meħuda mill-Istati Parteċipanti u tista’ tieħu miżuri xierqa, inklużi dawk fl-Artikolu 9.”;

(5)    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  L-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu l-arranġamenti biex huma, jew il-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tagħhom, jagħmlu kontribuzzjonijiet, finanzjarji jew in natura, ta’ mill-inqas EUR 325 000 000 matul il-perjodu mis-7 ta’ Awwissu 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2031.” ; 

(b) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.  Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti għandhom isiru wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali. Jekk il-pjan ta’ ħidma annwali jiġi adottat matul is-sena ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 6(2), il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali, jistgħu jinkludu l-kontribuzzjonijiet li jkunu saru mill-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena. Madankollu, il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jgħoddu bħala kontribuzzjonijiet mill-Istati Parteċipanti inklużi fl-ewwel pjan ta’ ħidma annwali, jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet li jkunu saru wara s-7 ta’ Awwissu 2017.”;

(6)    L-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 6

Attivitajiet u implimentazzjoni ta’ PRIMA

1.  PRIMA għandha tappoġġa firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, kif deskritt fil-pjan ta’ ħidma annwali tagħha, permezz ta’:

(a) azzjonijiet indiretti fit-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 2021/695 iffinanzjati minn PRIMA-IS f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ din id-Deċiżjoni, prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti tranżnazzjonali, miftuħa u kompetittivi, organizzati minn PRIMA-IS, inkluż:

(i) azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni, kif ukoll azzjonijiet ta’ innovazzjoni;

(ii) azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ li jiffokaw fuq id-disseminazzjoni u l-komunikazzjoni għall-promozzjoni ta’ PRIMA u biex jiġu massimizzati l-impatti tagħha;

(b) attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ PRIMA jew li huma direttament marbuta mal-adozzjoni ta’ riżultati minn proġetti taħt PRIMA u li jikkonsistu minn:

(i) attivitajiet magħżula wara sejħiet għal proposti tranżnazzjonali, miftuħa u kompetittivi, organizzati minn PRIMA-IS, ġestiti mill-korpi ta’ finanzjament nazzjonali taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti, li jipprovdu appoġġ finanzjarju prinċipalment fil-forma ta’ għotjiet;

(ii) attivitajiet taħt il-programmi nazzjonali tal-Istati Parteċipanti inkluż proġetti tranżnazzjonali.

2. PRIMA għandha tiġi implimentata abbażi ta’ pjanijiet ta’ ħidma annwali li jkopru l-attivitajiet li għandhom jitwettqu fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ta’    sena partikolari (“sena ta’ referenza”). PRIMA-IS għandha tadotta l-pjanijiet ta’ ħidma annwali sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ referenza, wara li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni. Fl-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali, kemm PRIMA-IS kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jaġixxu mingħajr dewmien żejjed. PRIMA-IS għandha tqiegħed il-pjan ta’ ħidma annwali għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

3.  L-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jitniedew biss fis-sena ta’ referenza u biss wara l-adozzjoni tal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena.

4.  Jekk il-pjan ta’ ħidma annwali jiġi adottat matul is-sena ta’ referenza, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tista’ tintuża biex tirrimborża l-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA-IS imġarrba mill-1 ta’ Jannar ta’ dik is-sena ta’ referenza f’konformità mal-pjan ta’ ħidma annwali. Madankollu, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) tista’ tirrimborża l-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA-IS imġarrba mis-7 ta’ Awwissu 2017 f’konformità mal-ewwel pjan ta’ ħidma annwali.

5.  L-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati biss taħt PRIMA jekk dawn ikunu stabbiliti fil-pjan ta’ ħidma annwali. Il-pjan ta’ ħidma annwali għandu jiddistingwi bejn l-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA-IS. Huwa għandu jipprevedi l-istimi tal-infiq korrispondenti tagħhom kif ukoll l-allokazzjoni baġitarja għal attivitajiet iffinanzjati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u għal attivitajiet iffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1). Il-pjan ta’ ħidma annwali għandu jinkludi wkoll il-valur stmat tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-Istati Parteċipanti, imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(2).

6.  Il-programmi ta’ ħidma annwali emendati għal sena ta’ referenza u l-programmi ta’ ħidma annwali għas-snin ta’ referenza sussegwenti għandhom iqisu r-riżultati ta’ sejħiet għal proposti preċedenti. Huma għandhom jippruvaw jindirizzaw il-kopertura insuffiċjenti ta’ suġġetti xjentifiċi b’mod partikolari dawk indirizzati inizjalment fl-attivitajiet skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 li ma setgħux jiġu ffinanzjati b’mod adegwat.

7.  L-attivitajiet finali li għandhom jiġu ffinanzjati, inkluż is-sejħiet finali għal proposti skont il-programmi ta’ ħidma annwali rilevanti għandhom jitniedu sal-31 ta’ Diċembru 2027. F’każijiet debitament iġġustifikati, dawn jistgħu jitniedu sal-31 ta’ Diċembru 2028.

8.  L-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti mingħajr il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) jistgħu jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali biss wara l-eżitu pożittiv tal-evalwazzjoni indipendenti esterna tagħhom minn rieżami internazzjonali bejn il-pari fir-rigward tal-objettivi ta’ PRIMA, kif organizzata minn PRIMA-IS.

9.  L-attivitajiet inklużi fil-programm ta’ ħidma annwali li huma ffinanzjati mill-Istati Parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 6(1)(b), għandhom jiġu implimentati f’konformità ma’ prinċipji komuni li għandhom jiġu adottati minn PRIMA-IS, wara li tinkiseb l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-prinċipji komuni għandhom iqisu l-prinċipji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, fit-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u fil-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/695. PRIMA-IS għandha tadotta wkoll, wara li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni, ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-Istati Parteċipanti fi PRIMA-IS, inkluż fir-rigward tal-indikaturi inklużi f’kull waħda minn dawk l-attivitajiet.

10.  L-attivitajiet imsemmija fil-punt (b)(i) tal-paragrafu 1 għandhom, flimkien mal-prinċipji komuni msemmija fil-paragrafu 9, jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-proposti għandhom ikunu għal proġetti tranżnazzjonali, bil-parteċipazzjoni minima ta’ mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi indipendenti stabbiliti fi tliet pajjiżi differenti meqjusa li jkunu Stati Parteċipanti f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni sad-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti, li minnhom:

(i) mill-inqas waħda tkun stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat ma’ Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa rispettivament u ma taqax taħt il-punt (ii); u

mill-inqas waħda tkun stabbilita f’pajjiż terz elenkat fl-Artikolu 1(2), jew f’pajjiż terz b’konfini mal-Baħar Mediterran;

(b) il-proposti għandhom jintgħażlu wara sejħiet għal proposti tranżnazzjonali u għandhom jiġu evalwati bl-għajnuna ta’ mill-inqas tliet esperti indipendenti, abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin: l-eċċellenza, l-impatt u l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni;

(c) il-proposti għandhom jiġu kklassifikati skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. L-għażla għandha ssir minn PRIMA-IS u jenħtieġ li ssegwi dik il-klassifikazzjoni. L-Istati Parteċipanti għandhom jaqblu fuq mod ta’ finanzjament adegwat li jippermetti l-akbar numru possibbli ta’ proposti li jaqbżu l-limitu u li għandhom jiġu ffinanzjati abbażi ta’ dik il-klassifikazzjoni, b’mod partikolari billi jiġu pprovduti ammonti ta’ riżerva għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali għas-sejħiet għal proposti. Fil-każ li proġett wieħed jew aktar ma jkunux jistgħu jiġu ffinanzjati, jistgħu jintgħażlu l-proġetti li jsegwuhom direttament fil-klassifikazzjoni.

11.  PRIMA-IS għandha twettaq monitoraġġ u tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha inklużi fil-pjan ta’ ħidma annwali.

12.  Kwalunkwe komunikazzjoni jew pubblikazzjoni relatata mal-attivitajiet ta’ PRIMA, u li ssir f’kooperazzjoni ma’ PRIMA, kemm jekk titwettaq minn PRIMA-IS, minn Stat Parteċipanti jew mill-korpi ta’ finanzjament nazzjonali tiegħu, jew parteċipanti f’attività, għandu jkollha t-tikketta jew il-kotikketta li ġejja:“[isem l-attività] hi parti mill-programm PRIMA appoġġat mill-Unjoni Ewropea.” ;

(7)    L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 7

Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

“1. PRIMA-IS għandha titqies bħala korp ta’ finanzjament skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) 2021/695 u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju għall-azzjonijiet indiretti msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) ta’ din id-Deċiżjoni f’konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolamenti rispettivi u soġġett għad-derogi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2021/695 u b’deroga mill-Artikolu 9(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013, u mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2021/695, l-għadd minimu ta’ parteċipanti għandu jkun tliet entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi tliet pajjiżi differenti meqjusa bħala Stati Parteċipanti sal-iskadenza għas-sottomissjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti li mill-inqas waħda minnhom tkun stabbilita: 

(a) fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat ma’ Orizzont 2020 jew Orizzont Ewropa rispettivament u ma taqax taħt il-punt (b); u

(b) f’pajjiż terz elenkat fl-Artikolu 1(2), jew f’pajjiż terz b’konfini mal-Baħar Mediterran.

3.  B’deroga mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2021/695, f’każijiet debitament ġustifikati previsti fil-programm ta’ ħidma annwali, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda stabbilita fi Stat Parteċipanti sal-iskadenza għas-sottomissjoni skont is-sejħa għal proposti rilevanti. 

4. B’deroga mill-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 u mill-Artikolu 23(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/695, il-parteċipanti li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament minn PRIMA-IS: 

(a) kwalunkwe entità ġuridika stabbilita fi Stat Parteċipanti jew maħluqa skont id-dritt tal-Unjoni;

(b) kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali b’interess Ewropew, kif definita fil-punt (12) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għall-attivitajiet ta’ PRIMA ffinanzjati skont l-Artikolu 3(1), il-punt (a) jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali Ewropea tar-riċerka, kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) 2021/695 għall-attivitajiet ta’ PRIMA ffinanzjati skont l-Artikolu 3(1), il-punt (b). 

5.  Fil-każ ta’ organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti jew ta’ entità ġuridika parteċipanti stabbilita f’pajjiż li ma huwiex Stat Parteċipanti, li l-ebda waħda minnhom ma tkun eliġibbli għal finanzjament skont il paragrafu 4, il-finanzjament minn PRIMA-IS jista’ jingħata sakemm waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata: 

(a) il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni internazzjonali jew tal-entità ġuridika kkonċernata titqies bħala essenzjali minn PRIMA-IS għall-implimentazzjoni tal-azzjoni; 

(b) il-parteċipazzjoni ta’ tali entitajiet hija prevista fil-programm ta’ ħidma annwali u l-possibbiltà ta’ tali finanzjament hija prevista taħt ftehim xjentifiku u teknoloġiku bilaterali jew taħt kwalunkwe arranġament ieħor li jiżgura l-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, li jiġi konkluż bejn l-Unjoni u, l-organizzazzjoni internazzjonali jew, għal entitajiet stabbiliti f’pajjiż li ma huwiex Stat Parteċipanti, il-pajjiż li fih hija stabbilita l-entità ġuridika.

6.  Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-mudell tal-ftehim ta’ għotja applikabbli jista’ jistabbilixxi li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiżi li ma humiex Stati Parteċipanti u li jirċievu finanzjament minn PRIMA-IS għandhom jipprovdu wkoll garanziji finanzjarji xierqa.

7. L-Unjoni għandha tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi li jippermettu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.” ;

(8)    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  Soġġett għal valutazzjoni ex ante pożittiva ta’ PRIMA-IS f’konformità mal-Artikolu 154(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-għoti ta’ garanziji finanzjarji adegwati f’konformità mal-punt (c) (vi) tal-Artikolu 62(1) ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehim Qafas ta’ Sħubija Finanzjarja u ftehimiet ta’ kontribuzzjoni ma’ PRIMA-IS.”;



(b) fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Ftehim Qafas ta’ Sħubija Finanzjarja msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 130 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.”;

(9)    Fl-Artikolu 9 jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.  Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tittermina, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tfixkel ir-rimborż tal-kostijiet eliġibbli diġà mġarrba mill-Istati Parteċipanti qabel ma d-deċiżjoni tiġi nnotifikata lil PRIMA IS.”;

(10)    L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-awditi ex post tan-nefqa fuq azzjoni indiretta skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 għandhom jitwettqu minn PRIMA-IS f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dak ir-Regolament.”;

(b) jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a. L-awditi tan-nefqa fuq azzjonijiet indiretti skont ir-Regolament (UE) 2021/695 għandhom jitwettqu minn PRIMA IS f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/695 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-programm Orizzont Ewropa, b’mod partikolari f’konformità mal-istrateġija tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 53(2) ta’ dak ir-Regolament.”;

(11)    L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.  L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 27 , li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament.” ;

(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 sa 3a, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lil PRIMA-IS, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-UPPE u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom. Meta l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kompletament jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist jew appoġġ finanzjarju lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim ta’ għotja jew id-deċiżjoni ta’ għotja għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi fuq kwalunkwe parti terza involuta l-aċċettazzjoni espliċita ta’ dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, ta’ PRIMA-IS, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-UPPE u tal-OLAF.”; 

(c) jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“ 4a. PRIMA- IS għandha tagħti lill-qorti tal-awdituri nazzjonali ta’ kull Stat Parteċipanti, fuq talba tagħhom, aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-kontribuzzjonijiet nazzjonali tal-Istat Parteċipanti rispettiv, inkluża l-informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa sabiex iwettqu l-awditi tagħhom.”;

(d) il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.  Fl-implimentazzjoni ta’ PRIMA, l-Istati Parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi u miżuri oħra meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b’mod partikolari, biex jiżguraw l-irkupru sħiħ ta’ kwalunkwe ammont dovut lill-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.”;

(12)    jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

Artikolu 11a

Aċċess għar-riżultati u għall-informazzjoni dwar il-proposti

1.  PRIMA- IS għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’aċċess għall-informazzjoni kollha relatata mal-azzjonijiet indiretti li tiffinanzja. Tali informazzjoni għandha tinkludi kontribuzzjonijiet u riżultati tal-benefiċjarji li jipparteċipaw f’azzjonijiet indiretti, jew kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa meħtieġa għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki jew il-programmi tal-Unjoni jew fejn applikabbli tal-Istati Parteċipanti.  

2.  Għall-finijiet tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki jew il-programmi tal-Unjoni, PRIMA-IS għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni inkluża fil-proposti ppreżentati. Dan għandu japplika mutatis mutandis għall-Istati Parteċipanti rigward proposti li jinkludu applikanti stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom.”; 

(13)    fl-Artikolu 12, il-paragrafi 2 sa 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.  PRIMA-IS għandha tkun regolata mill-Bord tal-Fiduċjarji, li fih huma rrappreżentati l-Istati Parteċipanti kollha. Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jkun il-korp deċiżjonali ta’ PRIMA-IS.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu, wara li jikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni, jadotta dan li ġej:

(a)

il-programm ta’ ħidma annwali;

(b)

il-prinċipji komuni msemmija fl-Artikolu 6(9);

(c)

ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-Istati Parteċipanti lil PRIMA-IS.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jivverifika li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(3) u l-punt (c) tal-Artikolu 4(1) u għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu japprova l-parteċipazzjoni fi PRIMA ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat ma’ Orizzont 2020 jew ma’ Orizzont Ewropa għajr dawk elenkati fl-Artikolu 1(2), wara li jeżamina r-rilevanza tal-parteċipazzjoni tiegħu għall-ilħuq tal-objettivi ta’ PRIMA.

Kull Stat Parteċipanti għandu jkollu vot wieħed fil-Bord tal-Fiduċjarji. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’kunsens. Meta ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti validi mitfugħa.

L-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha tkun mistiedna għal-laqgħat kollha tal-Bord tal-Fiduċjarji bħala osservatur, u tista’ tieħu sehem fid-diskussjonijiet. Hija għandha tirċievi d-dokumenti neċessarji kollha.

3.  Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jiddetermina l-għadd ta’ membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija, li ma għandux ikun inqas minn ħamsa, u għandu jaħtarhom. Il-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jwettaq monitoraġġ tal-ħidma tad-direttur u jagħti parir lill-Bord tal-Fiduċjarji dwar l-implimentazzjoni ta’ PRIMA mis-Segretarjat. B’mod partikolari, huwa għandu jipprovdi gwida dwar l-implimentazzjoni tal-baġit annwali u dwar il-pjan ta’ ħidma annwali.

4.  Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jistabbilixxi s-Segretarjat ta’ PRIMA-IS bħala l-korp eżekuttiv ta’ PRIMA.

Is-Segretarjat għandu:

(a)

jimplimenta l-programm ta’ ħidma annwali;

(b)

jipprovdi appoġġ lill-korpi l-oħra ta’ PRIMA-IS;

(c)

iwettaq monitoraġġ u jirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ PRIMA;

(d)

jiġġestixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Parteċipanti u jirrapporta dwar l-użu tagħhom;

(e)

iżid il-viżibbiltà ta’ PRIMA permezz ta’ promozzjoni u komunikazzjoni;

(f)

jaħdem f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni f’konformità mal-ftehim ta’ delega msemmi fl-Artikolu 8;

(g)

jiżgura t-trasparenza tal-attivitajiet ta’ PRIMA.

5.  Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jaħtar Kumitat Konsultattiv Xjentifiku li jikkonsisti minn esperti indipendenti magħrufa, li huma kompetenti f’oqsma rilevanti għal PRIMA. Il-Bord tal-Fiduċjarji għandu jistabbilixxi l-għadd ta’ membri tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku, u l-arranġamenti għall-ħatra tagħhom f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 2021/695.”;

(14)    L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 14

Monitoraġġ u Evalwazzjoni

1.  L-attivitajiet ta’ PRIMA għandhom jiġu mmonitorjati kontinwament u għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet perjodiċi biex jiġu żgurati l-ogħla impatt, eċċellenza xjentifika u l-aktar użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi. L-eżitu tal-monitoraġġ u tar-rieżamijiet perjodiċi għandu jikkontribwixxi għall-monitoraġġ tas-sħubijiet Ewropej bħala parti mill-evalwazzjonijiet ta’ Orizzont Ewropa, skont l-Artikoli 50 u 52 tar-Regolament (UE) 2021/695.  

2.  PRIMA-IS għandha torganizza l-monitoraġġ u r-rappurtar kontinwi tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom u r-rieżamijiet perjodiċi tal-outputs, ir-riżultati u l-impatt tal-azzjonijiet indiretti ffinanzjati implimentati f’konformità mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2021/695 u l-Anness III ta’ dak ir-Regolament.  

3. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim u evalwazzjoni finali ta’ PRIMA fil-qafas tal-evalwazzjonijiet ta’ Orizzont Ewropa, f’konformità mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2021/695, bl-assistenza ta’ esperti indipendenti esterni magħżula abbażi ta’ proċess miftuħ u trasparenti.

4.  L-evalwazzjonijiet interim u finali msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jeżaminaw kif PRIMA tissodisfa l-missjoni u l-objettivi tagħha, tkopri l-attivitajiet kollha tagħha u tevalwa l-valur miżjud Ewropew, l-effettività, l-effiċjenza, inkluż il-ftuħ u t-trasparenza tagħha, ir-rilevanza tal-attivitajiet segwiti, inkluż fl-industrija u mill-SMEs, u l-konsistenza u l-komplementarjetà tagħhom mal-politiki reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni rilevanti, inklużi sinerġiji ma’ partijiet oħra ta’ Orizzont Ewropa, bħal sħubijiet, missjonijiet, raggruppamenti u programmi tematiċi jew speċifiċi oħra. L-evalwazzjonijiet għandhom iqisu l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak nazzjonali. Dawn għandhom jinkludu, fejn rilevanti, valutazzjoni tal-aktar mod effettiv ta’ intervent ta’ politika għal kwalunkwe azzjoni futura, kif ukoll ir-rilevanza u l-koerenza ta’ kwalunkwe tiġdid possibbli ta’ PRIMA, minħabba l-prijoritajiet ta’ politika ġenerali u x-xenarju ta’ appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż il-pożizzjonament kontra inizjattivi oħra appoġġati permezz ta’ Orizzont Ewropa. Meta twettaq dawk l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ l-impatt amministrattiv fuq PRIMA u għandha tfittex li tnaqqas il-piż amministrattiv u li tiżgura li l-proċess ta’ evalwazzjoni jinżamm sempliċi u kompletament trasparenti.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika u xxerred ir-riżultati u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.” ;

(15)    jiddaħħlu l-Artikoli 14a, 14b u 14c li ġejjin:

“Artikolu 14a

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11a, PRIMA- IS għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha lil hinn mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, għandha l-potenzjal li tagħmel ħsara lill-interessi ta’ PRIMA-IS, tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet ta’ PRIMA. Tali informazzjoni kunfidenzjali għandha tinkludi informazzjoni personali, kummerċjali, sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata.

Artikolu 14b 

Kunflitti ta’ interess 

1.  PRIMA-IS, il-korpi, il-membri u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. 

2.  PRIMA-IS għandha tadotta regoli għall-prevenzjoni, l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-persunal tagħha, tal-membri u ta’ persuni oħra li jservu fi kwalunkwe wieħed mill-korpi jew mill-gruppi tagħha ta’ PRIMA-IS, f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. 

3.  PRIMA-IS għandha tistabbilixxi kodiċi ta’ kondotta għall-membri tal-korpi tagħha, li għandu jinkludi l-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ attivitajiet professjonali, interessi finanzjarji u kunflitti ta’ interess f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 14c

Azzjonijiet, attivitajiet u impenji li għaddejjin

L-azzjonijiet jew l-attivitajiet ta’ PRIMA-IS jew l-impenji mill-Istati Parteċipanti msemmija f’din id-Deċiżjoni mibdija jew imwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, għandhom ikomplu jiġu regolati mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament ħlief fejn previst mod ieħor f’din id-Deċiżjoni.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

   Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Kontenut

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA3

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva3

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)3

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:3

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva3

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva3

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.4

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi4

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra5

1.5.Durata u impatt finanzjarju6

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)6

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI8

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar8

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll8

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta8

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom9

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)9

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet9

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA10

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa ġdida/ġodda proposta/i10

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa11

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa11

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva13

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi15

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul15

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) taħt Orizzont Ewropa

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Attività: Orizzont Ewropa, Pilastru II “Sfidi globali u Kompetittività Industrijali Ewropea”, raggruppament (vi) Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 28  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-objettiv ewlieni tal-inizjattiva huwa li tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni kollaborattivi li se jindirizzaw xi sfidi xprunati mit-tibdil fil-klima, it-tkabbir tal-popolazzjoni u l-urbanizzazzjoni, u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun tal-Mediterran. L-inizjattiva se tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi fl-oqsma tal-ġestjoni tal-ilma, l-agrikoltura u s-sistemi tal-ikel li jikkontribwixxu għas-saħħa u l-benesseri tal-popolazzjoni u se tgħin biex jiġu evitati l-kunflitti tas-soċjetà u l-migrazzjoni tal-massa fin-Nofsinhar tal-Mediterran.

L-inizjattiva se testendi l-operat attiv tas-sħubija eżistenti ta’ PRIMA stabbilita skont l-Artikolu 185 tat-TFUE bid-Deċiżjoni 2017/1324 (l-att bażiku PRIMA). Il-perjodu operazzjonali attwali tas-sħubija fi PRIMA huwa 2018–2024 u l-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija pprovduta mill-programm Orizzont 2020. Din l-inizjattiva se testendi l-perjodu ta’ operazzjoni attiva sal-2027 u se ġġib is-sħubija fi PRIMA f’sinkronizzazzjoni mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) tal-Unjoni u maċ-ċikli ta’ programmazzjoni allinjati mal-QFP tal-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni.

L-estensjoni tas-sħubija ta’ PRIMA se tirrikjedi kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-Unjoni u mill-Istati Parteċipanti. Huwa propost li PRIMA tkompli topera fl-istess oqsma tematiċi (il-ġestjoni tal-ilma, l-agrikoltura u s-sistemi tal-ikel) fl-istess livell ta’ attivitajiet b’baġit annwali ta’ madwar EUR 70 miljun. Il-kontribuzzjoni annwali tal-Unjoni tammonta għal madwar EUR 35 miljun u l-Istati Parteċipanti jikkontribwixxu finanzjarjament b’mill-inqas l-istess ammont. L-Istati Parteċipanti jikkontribwixxu wkoll b’kontribuzzjoni in natura addizzjonali (azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni programmati u ffinanzjati fil-livell nazzjonali).

Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali mill-Unjoni fil-livell ta’ EUR 105 miljun għall-perjodu 2025-2027 se tiġi minn Orizzont Ewropa, il-Pilastru II “Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea”, ir-raggruppament (vi) Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent. L-inizjattiva tikkonforma mar-rekwiżiti l-ġodda għas-sħubijiet istituzzjonali introdotti mir-regolament dwar Orizzont Ewropa (l-Artikolu 10, l-Anness III u l-Anness VI), eż. il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri taqbeż il-minimu ta’ 40 %, PRIMA taqa’ taħt l-oqsma ta’ prijorità għas-sħubija istituzzjonali, u l-Istati Parteċipanti esprimew l-impenji fit-tul tagħhom għas-sħubija.

Peress li l-kontribuzzjoni finanzjarja l-ġdida tal-Unjoni ġejja minn programm differenti, l-att bażiku ta’ PRIMA għandu jiġi adattat għall-qafas regolatorju l-ġdid. Din l-inizjattiva se temenda d-Deċiżjoni 2017/1324 b’mod partikolari biex tadattaha għar-Regolament (UE) 2021/695 u r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-qafas regolatorju l-ġdid irid jiġi rifless ukoll fil-ftehimiet internazzjonali ma’ 5 Stati Parteċipant li ma humiex Stati Membri u lanqas assoċjati ma’ Orizzont Ewropa (l-Alġerija, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Libanu u l-Marokk).

L-adozzjoni tad-Deċiżjoni li temenda l-att bażiku PRIMA hija mistennija fl-2024. Konsegwentement, se jiġu konklużi Ftehim Qafas Finanzjarju ġdid u ftehim ta’ kontribuzzjoni mal-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata eżistenti ta’ PRIMA (PRIMA-IS). Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni se tiġi implimentata fi tliet impenji annwali bbażati fuq il-Programmi ta’ Ħidma Annwali ta’ PRIMA fl-2025, l-2026 u l-2027.

Il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti se jiġi estiż sal-2031.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Is-sħubija fi PRIMA tal-Artikolu 185 hija mistennija li jkollha impatti f’termini ta’ attivitajiet kollaborattivi eċċellenti tar-riċerka u l-innovazzjoni, b’enfasi u allinjament tas-sistemi nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni u tad-diplomazija xjentifika. Il-format istituzzjonali u l-parteċipazzjoni tal-UE fis-sħubija jiksbu l-impatti li ma jkunux possibbli li jinkisbu permezz ta’ forom oħra ta’ kollaborazzjoni fil-livell nazzjonali u format mhux istituzzjonalizzat.

PRIMA wriet impatt ta’ ingranaġġ finanzjarju sinifikanti, influwenzat l-istrateġiji nazzjonali tar-riċerka u l-innovazzjoni sabiex dawn ikunu allinjati u komplementari għall-aġenda strateġika ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ PRIMA u skattaw riforma tal-proċeduri ta’ finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Istati Parteċipanti fejn il-proċeduri ta’ finanzjament nazzjonali fixklu l-kollaborazzjoni xjentifika. Il-format istituzzjonalizzat ippermetta l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi mhux assoċjati fuq l-istess livell ma’ Stati Parteċipanti oħra, li ma jkunx possibbli fi sħubijiet mhux istituzzjonalizzati u mingħajr il-parteċipazzjoni tal-UE.

Il-valur miżjud tal-UE ġie kkonfermat mir-rapport ta’ evalwazzjoni interim li sar fl-2022 minn evalwaturi esterni.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Matul l-ewwel snin tal-operat tagħha, is-sħubija fi PRIMA wriet li hija strument effettiv għall-kollaborazzjoni xjentifika internazzjonali u għad-diplomazija xjentifika. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni interim ikkonkluda li qed jilħaq l-objettivi tiegħu u jagħti valur miżjud sinifikanti tal-UE. Ħafna Stati Parteċipanti, kemm Stati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi li ma humiex fl-UE jqisu PRIMA bħala mudell għall-kollaborazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni li jista’ jiġi applikat f’oqsma tematiċi oħra fil-futur, kif espress fil-laqgħa ministerjali tal-UgħM fl-2022, f’ittri lill-Kummissjoni u dikjarazzjonijiet fil-laqgħa tal-Kunsill Kompetittività f’Diċembru 2022.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Fil-livell strateġiku, is-sħubija fi PRIMA hija kompatibbli mal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE, notevolment il-Patt Ekoloġiku, l-Istrateġija dwar l-Adattament għall-Klima, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, il-PAK u l-politiki dwar l-Ilma.

Fil-livell ta’ programmazzjoni, il-Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali ta’ PRIMA huma kkordinati sew ma’ strumenti rilevanti oħra ta’ riċerka u innovazzjoni bħall-Missjoni dwar il-Ħamrija, il-missjoni ta’ Adattament għall-Klima jew is-sħubija “Ilma għal Kulħadd”. PRIMA hija komplementari għall-Inizjattiva Mediterranja fil-Programm ta’ Ħidma Orizzont Ewropa 2023-2024.

Fil-perjodu ta’ estensjoni 2025–2027, id-dokumenti ta’ programmazzjoni ta’ PRIMA se jiġu kkoordinati mal-isturmenti u l-inizjattivi eżistenti kif ukoll mal-inizjattivi ġodda rilevanti li jirriżultaw mill-Pjan Strateġiku ta’ Orizzont Ewropa 2025-2027.

1.5.Durata u impatt finanzjarju 

 durata limitata

   fis-seħħ mill-[01/01]2025 sal-[31/12]2031

   Impatt finanzjarju mill-2025 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2025 sal-2031 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 29  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

 lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

 lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

 lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

 lill-korpi tal-liġi pubblika;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

 lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-istruttura ta’ implimentazzjoni ta’ PRIMA ddedikata (PRIMA-IS) hija fondazzjoni taħt il-liġi Spanjola regolata mill-Bord tal-Fiduċjarji li jirrappreżentaw l-Istati Parteċipanti. Il-Kummissjoni Ewropea hija osservatur fil-Bord tal-Fiduċjarji.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-inizjattiva se tiġi pprovduta permezz ta’ PRIMA-IS. L-Istati Parteċipanti pprovdew garanziji finanzjarji individwali li permezz tagħhom kollettivament jaċċettaw ir-responsabbiltà finanzjarja għal kwalunkwe telf finanzjarju għall-UE sal-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Dawn il-garanziji finanzjarji se jiġġeddu mill-Istati Parteċipanti għall-perjodu 2025-2027 wara l-adozzjoni tal-att bażiku emendat PRIMA.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

L-att bażiku emendat ta’ PRIMA se jallinja r-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2021/695 u tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

PRIMA-IS se tirrapporta dwar l-attivitajiet u t-twettiq tal-obbligi tal-Istati Parteċipanti fuq bażi annwali.

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni interim addizzjonali fl-2025 u l-evalwazzjoni finali fl-2030. Ir-riżultati ta’ dawn l-evalwazzjonijiet se jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Is-sħubija fi PRIMA fil-perjodu tal-estensjoni 2025–2027 se tkompli tiġi implimentata fil-modalità ta’ ġestjoni indiretta. Dan huwa ġġustifikat bħala mod ta’ implimentazzjoni għas-sħubijiet pubbliċi-pubbliċi b’kontribuzzjonijiet finanzjarji u in natura mill-Istati Parteċipanti.

Il-baġit ta’ PRIMA se jiġi implimentat minn PRIMA-IS eżistenti. Qabel ma jiġi konkluż il-Ftehim il-ġdid dwar it-Trasferiment ta’ Fondi, il-Kummissjoni se tivverifika jekk PRIMA-IS għadhiex tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-qafas ta’ kontroll intern u x’bidliet jeħtieġ li jiġu implimentati fil-Ftehim ta’ Delega eżistenti.

Il-baġits annwali se jiġu implimentati permezz ta’ Pjanijiet ta’ Ħidma Annwali li se jiġu skrutinizzati u approvati mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tiżgura li r-regoli applikabbli għal PRIMA jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju.

Arranġamenti ta’ monitoraġġ, inkluż is-superviżjoni tal-Unjoni fil-governanza tas-Sħubija, kif ukoll ftehimiet ta’ rappurtar se jiżguraw li s-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kontabilità kemm għall-Kulleġġ kif ukoll għall-Awtorità tal-Baġit.

Il-qafas ta’ kontroll intern għal PRIMA-IS għall-implimentazzjoni ta’ PRIMA huwa mibni fuq:

   l-implimentazzjoni tal-Istandards ta’ Kontroll Intern li tal-anqas joffru garanziji ekwivalenti għal dawk tal-Kummissjoni;

   proċeduri għall-għażla tal-aħjar proġetti permezz ta’ evalwazzjoni indipendenti u l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ għotja;

   il-ġestjoni tal-proġetti u tal-kuntratti matul il-ħajja ta’ kull proġett;

   kontrolli ex ante tat-talbiet, inkluż ir-riċeviment ta’ ċertifikati tal-awditjar u ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-kostijiet;

   awditi ex-post fuq kampjun ta’ talbiet bħala parti mill-awditi ex-post tal-Orizzont Ewropa;

   evalwazzjoni xjentifika tar-riżultati tal-proġett

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

(1)    Il-kapaċità tal-istruttura ddedikata ta’ implimentazzjoni PRIMA-IS li tiġġestixxi l-baġit tal-Unjoni u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE.

Il-metodu ta’ kontroll se jkun konformi mar-rekwiżiti kif stabbiliti fir-regolamenti finanzjarji tal-UE, u b’mod partikolari li l-Kummissjoni żżomm id-dritt li ttemm, tnaqqas jew tissospendi l-kontribuzzjoni tagħha jekk l-implimentazzjoni ma tkunx aċċettabbli jew xierqa.

(2)    Il-kapaċità tal-Istati parteċipanti li jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-programm.

Il-fondi tal-UE jistgħu jiġu rilaxxati biss fuq evidenza ta’ impenji finanzjarji annwali nazzjonali u livell xieraq ta’ pagamenti lill-parteċipanti nazzjonali fil-proġetti. Salvagwardja oħra hija li l-finanzjament tal-UE ma jistax jaqbeż il-50 % tal-finanzjament pubbliku totali pprovdut fil-programm.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Peress li r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ Orizzont Ewropa applikabbli għal PRIMA huma simili għal dawk li l-Kummissjoni se tuża fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, jista’ jkun mistenni li l-marġni ta’ żball se jkun simili għal dak previst mill-Kummissjoni għal Orizzont Ewropa, jiġifieri li tingħata assigurazzjoni raġonevoli li r-riskju ta’ żball matul il-perjodu tan-nefqa pluriennali jkun, fuq bażi annwali, fil-medda ta’ 2-5 %.

Ara d-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għal Orizzont Ewropa għad-dettalji sħaħ tar-rata ta’ żball mistennija fir-rigward tal-parteċipanti.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-proċeduri għall-ġlieda kontra l-frodi fl-istadji kollha tal-proċess ta’ ġestjoni jiġu applikati minn PRIMA-IS.

Il-proposti għal Orizzont Ewropa ġew soġġetti għall-prevenzjoni ta’ frodi u valutazzjoni tal-impatt tagħhom. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti jenħtieġ li jkollhom impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment l-enfasi akbar fuq l-awditu bbażat fuq ir-riskju u l-evalwazzjoni u l-kontroll xjentifiċi rinforzati.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa li jiggarantixxu li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa li twettaq awditu, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċivew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa ġdida/ġodda proposta/i 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali – Orizzont Ewropa

Diff./Mhux diff. 30

mill-pajjiżi tal-EFTA 31

mill-pajjiżi kandidati 32

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

1

01 02 02 60 — raggruppament (vi) Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent

Diff.

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali – Orizzont Ewropa

Raggruppament (vi) Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsumin skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji 33

(1)

34,100

34,100

36,800

0

105,000

Pagamenti 34

(2)

1,200

20,940

20,940

61,920

105,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 35  

Impenji = Pagamenti

(3)

0,147

0,097

0,097

0

0,341

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

32,247

34,197

36,897

0

105,341

Pagamenti

=2+3

1,347

21,037

21,037

61,920

105,341





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

-

-

-

-

Nefqa amministrattiva oħra

-

-

-

-

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

-

-

-

-

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
fl-INTESTATURI  
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

34,250

34,201

36,902

0

105,353

Pagamenti

1,350

21,041

21,042

61,920

105,353

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 36  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,091

0,091

0,091

0,273

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

0,056

0,006

0,006

0,068

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,147

0,097

0,097

0,341

TOTAL

0,147

0,097

0,097

0,341

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt 37

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Riċerka

-

-

-

-

-

-

-

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JPD  38

Intestatura 7

Iffinanzjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

-

-

-

-

-

-

-

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Iffinanzjat mill-pakkett tal-programm  39

- fil-Kwartieri Ġenerali

-

-

-

-

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

Riċerka

-

-

-

-

1

1

1

Oħrajn (speċifika)

-

-

-

-

-

-

-

TOTAL

-

-

-

-

1

1

1

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

mhux applikabbli

Persunal estern

Uffiċjal tal-Politika għas-superviżjoni tal-programm u gwida politika u kompiti u responsabbiltajiet amministrattivi ta’ evalwazzjoni/governanza għall-Kummissjoni. Li jirrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea fil-korpi deċiżjonali kollha tas-Sħubija (il-Bord jekk il-Fiduċjarji ta’ PRIMA-IS) u jiżgura l-konformità mal-Att Bażiku u l-politiki tal-UE.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Stati Parteċipanti 

35,000

35,000

35,000

105,000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

35,000

35,000

35,000

105,000

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 40

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra). 

(1)    Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1)
(2)    Evalwazzjoni Interim tas-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA)COM(2023) 285 finali
(3)    https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal_mt
(4)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM/2020/381 final
(5)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM/2021/82 final
(6)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, COM/2021/400 final
(7)    Bijoekonomija sostenibbli għall-Ewropa: Tisħiħ tal-konnessjoni bejn l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent, COM(2018) 673 final
(8)    EU Missions in Horizon Europe (europa.eu)
(9)    Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 
(10)    UfM-Ministerial-Declaration-RI-EN-270622.pdf (ufmsecretariat.org)
(11)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22/12/2000
(12)

   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva, COM/2020/98 final

(13)    joint_communication_renewed_partnership_southern_neighbourhood.pdf (europa.eu)
(14)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni L-istrateġija tal-Ewropa għall-kooperazzjoni internazzjonali f’dinja li qed tinbidel COM(2021)252 final
(15)    European Partnerships in Horizon Europe (europa.eu)
(16)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1-222)
(17)    Evalwazzjoni Interim tas-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA), COM (2023) 285 final
(18)    Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri” (COM(2016) 662 final — 2016/0325 (COD), C 125, 21.4.2017, p. 80.
(19)    Id-Deċiżjoni (UE) 2017/1324 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA) li pparteċipaw fiha b’mod konġunt diversi Stati Membri (ĠU L 185, 18.7.2017, p. 1).
(20)    COM(2023) 285final
(21)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tat-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka    u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU l 167I, 12.5.2021, p. 1).
(22)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 -il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104)

(23)

   Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1)

(24)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(25)

   25    Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1)

(26)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 tal-10 ta’ Mejju 2021 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/743/UE (ĠU L 167I, 12.5.2021, p. 1).
(27)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1)
(28)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(29)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(30)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(31)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(32)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(33)    L-impenji għas-snin 2025 u 2026 jinkludu kull EUR 1,2M għall-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA. L-impenji għas-sena 2027 jinkludu EUR 1,2M għall-2027 u EUR 2,7M għall-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA ta’ wara l-2027.
(34)    Il-pagamenti għas-snin 2026 u 2027 jinkludu EUR 1,2M kull wieħed għall-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA. Il-pagamenti wara l-2027 jinkludu EUR 2,7M għall-kostijiet amministrattivi ta’ PRIMA ta’ wara l-2027.
(35)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta. Li jkopru l-amministrazzjoni tal-azzjonijiet ta’ Orizzont Ewropa. Il-kostijiet tal-FTE huma ddeterminati abbażi tal-kost annwali medju li għandu jintuża mill-2023 għas-salarji għall-Persunal Kuntrattwali (EUR 0,091) inklużi kostijiet amministrattivi oħra (EUR 0,029) imsemmija għall-bini u kostijiet tal-IT għall-persunal tar-Riċerka Indiretta. L-indikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal fid-DĠs tal-Kummissjoni wkoll hija ta’ natura indikattiva u mhux vinkolanti.
(36)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(37)    L-indikazzjoni tal-ħtiġijiet tal-persunal fid-DĠs tal-Kummissjoni wkoll hija ta’ natura indikattiva u mhux vinkolanti.
(38)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(39)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(40)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.