Brussell, 1.6.2023

COM(2023) 270 final

2023/0164(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2009/18/KE li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 201 final} - {SWD(2023) 145 final} - {SWD(2023) 146 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna emenda tad-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE u d-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 .

Id-Direttiva 2009/18/KE (minn hawn ’il quddiem id-Direttiva) tipprevedi sistema ta’ investigazzjonijiet tas-sikurezza biex jiġu misluta lezzjonijiet minn aċċidenti marittimi u biex tiġi prevenuta l-okkorrenza mill-ġdid tagħhom. L-aċċidenti marittimi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġu investigati biex tittejjeb is-sikurezza marittima u biex jiġi protett l-ambjent tal-baħar.

Bħala parti mill-programm tagħha dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT) u l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar, fl-2018 il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post 2 u kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu 3 . Dawn ikkonkludew li, minkejja li d-Direttiva fil-biċċa l-kbira laħqet l-objettivi tagħha u pprovdiet valur miżjud tal-UE, teħtieġ aġġornament u xi titjib. L-objettiv ġenerali tar-reviżjoni tad-Direttiva huwa li jittejbu s-sikurezza marittima u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar. Il-qafas regolatorju attwali tal-UE jenħtieġ li jiġi aġġornat sabiex (i) jinżammu r-regoli tal-UE fejn meħtieġ u proporzjonat; (ii) tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tagħhom; u (iii) jiġi eliminat kwalunkwe trikkib potenzjali tal-obbligi u inkonsistenzi bejn biċċiet ta’ leġiżlazzjoni relatati. L-objettiv kumplessiv huwa li jiġi previst qafas legali ċar, sempliċi u aġġornat li jżid il-livell ġenerali tas-sikurezza.

Għall-vapuri involuti fi vjaġġi internazzjonali, li jinkludu vjaġġi bejn Stati Membri, japplikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali u ċerti regoli tal-UE. L-obbligu li jiġu investigati d-diżgrazzji tal-baħar jew l-inċidenti tan-navigazzjoni jsib l-oriġini tiegħu fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar 4 (UNCLOS), li timponi obbligu fuq l-Istat tal-bandiera li jwettaq investigazzjoni.

L-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) sussegwentement żviluppat il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji 5 . Il-Kodiċi jirrikjedi li titwettaq investigazzjoni tas-sikurezza dwar diżgrazzji li jinvolvu t-telf totali tal-vapur jew mewt jew ħsara severa lill-ambjent. Jirrakkomanda wkoll li jitwettqu investigazzjonijiet dwar diżgrazzji u inċidenti oħra tal-baħar, mill-Istat tal-bandiera ta’ vapur involut, jekk jitqies probabbli li dawn ikunu se jipprovdu informazzjoni li tista’ tintuża biex jiġu prevenuti aċċidenti futuri.

L-azzjoni tal-UE fil-qasam tas-sikurezza marittima tikkomplementa u fl-istess ħin timplimenta l-qafas internazzjonali. It-traspożizzjoni tar-regoli tal-OMI fis-sistema legali tal-UE tagħmel dawn id-dispożizzjonijiet eżegwibbli quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja biex jiġi żgurat l-infurzar uniformi tagħhom madwar l-UE.

Id-Direttiva tmur lil hinn mill-Kodiċi tal-OMI dwar id-Diżgrazzji billi tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu korpi indipendenti ta’ investigazzjoni tal-aċċidenti (“AIBs”) u jistipulaw fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom li dawn l-AIBs jiġu nnotifikati dwar diżgrazzji u inċidenti tal-baħar 6 . L-AIBs għandhom jinvestigaw l-aċċidenti skont is-severità tagħhom, u d-“diżgrazzji tal-baħar serji ħafna” 7 jeħtieġu investigazzjoni obbligatorja. It-tipi ta’ bastimenti koperti mid-Direttiva huma usa’ minn dawk koperti mit-test tal-OMI, inklużi bastimenti tas-sajd twal 15-il metru u aktar kif ukoll jottijiet għad-divertiment u opri tal-baħar għad-divertiment f’ċerti ċirkostanzi. Id-Direttiva tipprevedi wkoll li tiġi segwita metodoloġija komuni fit-twettiq tal-investigazzjonijiet u tispeċifika l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet paralleli/konġunti. Id-Direttiva tirrikjedi li l-AIBs jippubblikaw rapporti dwar l-investigazzjonijiet imwettqa (rapporti ta’ investigazzjoni tas-sikurezza). Huma għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-diżgrazzji u bl-inċidenti tal-baħar permezz ta’ bażi tad-data (il-Pjattaforma Ewropea ta’ Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji tal-Baħar – EMCIP), stabbilita u miżmuma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima 8 (EMSA) għal dan l-iskop.

Ir-REFIT u l-kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu tal-2018 enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konsistenza fil-qafas regolatorju madwar l-Istati Membri u l-infurzar effettiv tal-obbligi internazzjonali b’mod uniformi u armonizzat. In-nuqqasijiet fid-Direttiva attwali u fl-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri minħabba sfidi fir-rigward tar-riżorsi, il-persunal u l-għarfien espert ġew irrapportati spiss bħala problematiċi.

Minbarra l-ħtieġa li d-Direttiva tiġi aġġornata biex jitqiesu l-bidliet legali, ambjentali u teknoloġiċi li seħħew fiż-żmien sa mill-adozzjoni tagħha, huwa meħtieġ ukoll li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda fl-implimentazzjoni tagħha. Fl-evalwazzjoni ex post, tqajjem ukoll in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-acquis dwar is-sikurezza marittima għal ċerta kategorija ta’ bastimenti (bastimenti tas-sajd) li joperaw fl-ilmijiet tal-UE u t-tħassib sinifikanti dwar is-sikurezza għal dan it-tip ta’ bastiment.

Filwaqt li tqiesu r-riżultati tal-evalwazzjoni ex post u l-Kontroll tal-Idoneità tat-Trasport Marittimu, u bl-objettiv ġenerali li jittejbu s-sikurezza u l-protezzjoni ambjentali filwaqt li jiġi ssimplifikat il-qafas regolatorju tal-UE u tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet regolatorji internazzjonali u tal-UE tagħhom, tħejjiet proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 2009/18/KE. L-objettivi speċifiċi tar-reviżjoni tagħha huma:

Il-protezzjoni tal-bastimenti tas-sajd, tal-ekwipaġġ tagħhom u tal-ambjent. Bastimenti tas-sajd iżgħar b’tul ta’ inqas minn 15-il metru ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva, jiġifieri l-aċċidenti li jinvolvu mwiet u telf ta’ bastimenti ma humiex investigati b’mod sistematiku u armonizzat madwar l-Unjoni Ewropea.

Li jiġu ċċarati d-definizzjonijiet u t-test legali sabiex il-korpi ta’ investigazzjoni tal-aċċidenti tal-Istati Membri jinvestigaw l-aċċidenti kollha li jeħtieġ li jiġu investigati b’mod f’waqtu u armonizzat.

Li tittejjeb il-kapaċità tal-AIBs li jwettqu (u jirrapportaw dwar) investigazzjonijiet ta’ aċċidenti b’mod f’waqtu, espert u indipendenti – inkluż dwar fjuwils u teknoloġiji rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Li jiġu aġġornati għadd ta’ definizzjonijiet u referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u għar-Regolamenti tal-OMI sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti bis-sħiħ mad-Direttiva 2009/16/KE 9 dwar il-kontroll tal-Istat tal-port u d-Direttiva 2009/21/KE 10 dwar ir-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera. It-tliet Direttivi — li kollha qed jiġu emendati fl-istess ħin — iridu jkunu koerenti ma’ xulxin u kwalunkwe bidla proposta f’waħda trid tqis iż-żewġ Direttivi l-oħra u l-ambjent regolatorju internazzjonali usa’. It-tagħlima meħuda mill-investigazzjonijiet tas-sikurezza u mir-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza li joħorġu minnhom jistgħu jgħinu lill-Istati tal-bandiera u lill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jaġixxu f’isimhom itejbu l-profil tas-sikurezza tal-bastimenti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE

Il-proposta tifforma parti mill-programm REFIT tal-Kummissjoni u timplimenta l-aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar billi tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti tkun sempliċi u ċara, ma toħloqx piż bla bżonn u żżomm il-pass mal-iżviluppi politiċi, soċjetali u teknoloġiċi li qegħdin jevolvu. Din il-proposta għal emenda kif ukoll dawk għad-Direttivi l-oħrajn dwar is-sikurezza marittima huma wkoll parti minn u jinteraġixxu b’mod sinifikanti mal-acquis usa’ dwar is-sikurezza marittima li jinkludi elementi bħas-sistema tal-UE għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti (SeaSafeNet) 11 , ir-Regolament li stabbilixxa l-EMSA 12 , id-Direttiva dwar is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd 13 , il-leġiżlazzjoni tal-UE relatata ma’ Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti 14 , id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina 15 u leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-UE 16 .

Din il-proposta hija konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050, u tikkontribwixxi għalih, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 17 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas tal-UE għall-kisba tan-newtralità klimatika.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tad-Direttiva Emendatorja hija l-Artikolu 100(2) tat-TFUE, li jipprevedi miżuri sabiex tittejjeb is-sikurezza tat-trasport u dispożizzjonijiet speċifiċi għat-trasport bil-baħar.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Peress li l-istrumenti internazzjonali ta’ investigazzjoni tal-aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu huma kompetenza esklużiva tal-UE skont l-Artikolu 3(2) tat-TFUE, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax, la għal dawk l-istrumenti u lanqas għar-regoli tal-UE li jimplimentaw dawk il-ftehimiet. Anke kieku dan ma kienx il-każ, l-Istati Membri li jaġixxu individwalment ma jkunux jistgħu jindirizzaw il-problemi identifikati kollha u, kieku kellhom jagħmlu dan, dan iwassal għal frammentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u għal distorsjoni potenzjali tas-suq intern. Sabiex jiġi evitat qafas legali frammentat bħal dan, hemm bżonn ta’ azzjoni mill-UE.

L-Istati Membri kollha huma kkonċernati mid-Direttiva bħala Stati tal-bandiera, Stati kostali jew Stati b’interess sostanzjali.

Proporzjonalità

Il-proposta tħejjiet biex tlaħħaq mal-aħħar żviluppi internazzjonali u biex tindirizza r-riżultati tal-eżerċizzji tar-REFIT imsemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni wettqet ukoll valutazzjoni tal-impatt biex tidentifika, tivvaluta u tevalwa miżuri alternattivi biex jintlaħqu l-istess objettivi.

L-objettiv tal-emenda proposta huwa li ttejjeb is-sikurezza marittima. Dan se jinkiseb billi jiġu investigati d-diżgrazzji u billi jittieħdu tagħlimiet minnhom biex jiġu prevenuti aċċidenti simili fil-futur. L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni biex ikopri ċerti tipi ta’ aċċidenti li jinvolvu bastimenti tas-sajd iżgħar hija meqjusa proporzjonata. Il-kostijiet addizzjonali meħtieġa biex l-AIBs jinvestigaw diżgrazzji tal-baħar serji ħafna (VSMCs) li jinvolvu bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 15-il metru jidhru li huma limitati, speċjalment, meta mqabbla mat-titjib potenzjali fis-sikurezza. L-emenda se tiżgura li l-livell għoli attwali tas-sikurezza ma jiġix kompromess u għandha ttejjeb is-sikurezza fis-settur tas-sajd.

Għażla tal-istrument

Peress li għandhom isiru biss diversi emendi fir-rigward tad-Direttiva 2009/18/KE, Direttiva emendatorja hija l-aktar strument legali xieraq.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-kontroll tal-idoneità wera li l-objettivi ewlenin tad-Direttiva qed jintlaħqu b’mod ġenerali u jibqgħu rilevanti ħafna. Mingħajr id-Direttiva dwar l-Investigazzjoni tal-Aċċidenti, huwa improbabbli li kienu se jiġu stabbiliti s-16-il AIB li ġew stabbiliti mill-2009 ’l hawn. Fil-fatt, qabel l-2009, il-biċċa l-kbira tal-Istati primarjament kienu jwettqu investigazzjonijiet għal skopijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali, jekk mhux xejn. Il-ħolqien tal-AIBs ta spinta lill-investigazzjonijiet tal-aċċidenti għal raġunijiet ta’ sikurezza, b’enfasi fuq l-indipendenza u l-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza għal skopijiet ta’ prevenzjoni tal-aċċidenti. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kkonkludiet li d-Direttiva tipprovdi qafas konsistenti għall-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi u b’hekk tiżgura li l-investigazzjonijiet tal-aċċidenti jitwettqu b’mod uniformi u armonizzat madwar l-UE.

In-natura obbligatorja tad-Direttiva wasslet għal rapportar armonizzat tal-aċċidenti u tal-inċidenti, peress li għandu jiġi ssodisfat sett standard ta’ rekwiżiti. Il-konklużjoni ġenerali tal-evalwazzjoni bbażata fuq il-valutazzjoni tar-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE kienet li d-Direttiva fil-biċċa l-kbira ssodisfat l-aspettattivi, u kisbet benefiċċji madwar l-UE kollha.

Madankollu, in-nuqqasijiet fil-qafas ta’ politika attwali minħabba sfidi fir-riżorsi, fil-persunal u fl-għarfien espert ġew irrapportati spiss bħala problematiċi.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ewlenin kienu jinkludu:

-    Tliet sensiliet ta’ intervisti ma’ rappreżentanti fil-livell tal-UE tal-partijiet ikkonċernati ewlenin organizzati mill-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ sostenn estern, li saru b’mod intermittenti minn Frar 2021 sa Novembru 2021, biex tinġabar informazzjoni speċifika, b’mod partikolari biex issostni u tirfina d-definizzjoni ġenerali tal-problema u l-għażliet ta’ politika possibbli.

-    Stħarriġ immirat lejn il-partijiet ikkonċernati organizzat mill-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ sostenn estern, minn Ġunju sa Novembru 2021, biex tinġabar informazzjoni speċifika, b’mod partikolari biex tirfina d-definizzjoni tal-problema, il-linja bażi u, fejn possibbli, il-valutazzjoni tal-impatti ta’ miżuri ta’ politika possibbli.

-    Attivitajiet ta’ konsulenza addizzjonali organizzati mid-DĠ MOVE u mill-konsulent inkarigat mill-istudju ta’ sostenn estern biex jinġabru l-fehmiet tal-Istati Membri u tal-partijiet ikkonċernati ewlenin dwar id-diversi miżuri ta’ politika, kif ukoll biex jiġu vvalidati r-riżultati emerġenti u finali tal-istudju ta’ sostenn għall-valutazzjoni tal-impatt immirata lejn il-kwantifikazzjoni tal-impatti. Dawn l-attivitajiet saru matul il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE dwar it-trasport marittimu (is-16 ta’ April 2021, it-23 ta’ Settembru 2021 u s-16 ta’ Diċembru 2021), il-Kumitat ta’ Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE dwar is-Sajd fil-Baħar (id-29 ta’ Jannar 2021, it-8 ta’ Marzu 2021 u s-16 ta’ Novembru 2021), il-Kumitat ta’ Djalogu Soċjali Settorjali tal-UE dwar il-portijiet (id-19 ta’ Novembru 2021), laqgħat tal-Qafas ta’ Kooperazzjoni Permanenti tal-AIBs (l-10 ta’ Marzu 2021, it-18 ta’ Ġunju 2021, id-29 ta’ Awwissu 2021, it-22 ta’ Settembru 2021 u s-7 ta’ Ottubru 2021), laqgħa informali tad-Diretturi tat-Trasport Marittimu tal-UE/ŻEE (it-30 ta’ Novembru 2021) u laqgħat tal-Kumitat tal-UE dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (is-17 ta’ Mejju 2021 u l-11 ta’ Novembru 2021). Ġie organizzat ukoll workshop finali ta’ validazzjoni biex jiġu vvalidati l-konklużjonijiet tal-istudju ta’ sostenn li għalih attendew rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-industrija (l-20 ta’ Jannar 2022).

-    Minħabba n-natura teknika ħafna tal-fajl, ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika miftuħa. Madankollu, il-pubbliku ġenerali ngħata l-opportunità li jagħti kwalunkwe fehma dwar din l-inizjattiva, permezz ta’ tħabbira fuq il-paġna web tad-DĠ MOVE u indirizz elettroniku funzjonali ddedikat. Wasal kontribut wieħed mingħand assoċjazzjoni ta’ sidien tal-bastimenti relatata mal-investigazzjoni tal-aċċidenti li laqa’ t-tnaqqis fil-piż amministrattiv u s-sostenn possibbli għall-AIBs mill-EMSA.

L-informazzjoni miġbura mingħand il-partijiet ikkonċernati kienet kruċjali biex tippermetti lill-Kummissjoni tirfina t-tfassil tal-għażliet ta’ politika biex tivvaluta l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom, tqabbilhom u tiddetermina liema għażla x’aktarx li timmassimizza l-proporzjon tal-benefiċċji/kostijiet għas-soċjetà u tiżgura mekkaniżmu aktar effettiv u effiċjenti biex jiġu investigati l-aċċidenti marittimi madwar l-UE. Is-sejbiet minn dawk il-proċessi kkomplementaw ir-riċerka bbażata fuq id-dokumentazzjoni mwettqa bħala parti mill-istudju ta’ sostenn estern.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Dan ir-rieżami jibni primarjament fuq id-data miġbura matul l-evalwazzjoni ex post tal-2018 u l-kontroll tal-idoneità tat-trasport marittimu msemmi aktar ’il fuq.

Minbarra d-data miġbura u l-konsultazzjoni, it-tħejjija ta’ din il-proposta kienet teħtieġ input minn esperti tekniċi u legali dwar il-formulazzjoni konkreta ta’ definizzjonijiet tekniċi u l-abbozzar legali ċar. Dan l-għarfien espert inġabar fi ħdan il-Kummissjoni, l-EMSA u l-Qafas ta’ Kooperazzjoni Permanenti tal-AIBs. Id-dettalji huma pprovduti fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja l-proposta.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta hija bbażata fuq ir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt li kienet infurmata minn studju ta’ sostenn imwettaq minn konsulent estern li għandu għarfien speċifiku f’dan il-qasam.

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat id-diversi għażliet ta’ politika għar-reviżjoni tad-Direttiva, imsejsa fuq il-prinċipji ta’ gwida li ġejjin:

(1) Il-ħtieġa ta’ allinjament mal-istrumenti internazzjonali u ta’ ċarezza fir-rigward ta’ definizzjonijiet problematiċi jew ambigwi;

(2) L-ambitu tas-sostenn tal-EMSA għall-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi ta’ rapportar u ta’ investigazzjoni tagħhom skont id-Direttiva u d-dritt internazzjonali;

(3) Il-potenzjal li tiġi indirizzata l-problema speċifika ta’ aċċidenti li jinvolvu bastimenti tas-sajd iżgħar.

Dawn il-prinċipji huma riflessi fl-objettivi ta’ politika deskritti hawn taħt.

L-Għażla A tipproponi diversi bidliet fid-Direttiva biex jittejbu s-sikurezza marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis. Taħt din l-għażla, l-ambitu jibqa’ l-istess u l-korpi tal-investigazzjoni tal-aċċidenti (li issa saru jissejħu “Awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar” f’konformità mat-terminoloġija tal-OMI) jibqgħu bil-flessibbiltà li għandhom bħalissa. Dwar il-kwistjoni tal-bastimenti tas-sajd, din l-għażla tipproponi miżura mhux regolatorja li permezz tagħha l-Istati Membri jingħataw rakkomandazzjoni li jirrapportaw dwar il-VSMCs. Din l-għażla ta’ politika flimkien mal-oħrajn kollha tirrikjedi li tiġi stabbilita sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) biex tiġi żgurata l-ġestjoni effettiva tar-riżorsi ta’ kull awtorità tal-investigazzjoni u l-akkuratezza tar-rapporti tal-investigazzjoni tas-sikurezza.

L-Għażla B tfittex li tibbilanċja armonizzazzjoni akbar permezz ta’ definizzjonijiet iddikjarati b’mod aktar ċar b’rekwiżit addizzjonali limitat għal bastimenti tas-sajd iżgħar. Dwar il-bastimenti tas-sajd, id-Direttiva tiġi emendata biex tobbliga lill-Istati Membri jirrapportaw l-imwiet u t-telf kollu tal-bastimenti li jinvolvi bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 15-il metru lill-EMCIP. Il-kwistjonijiet ta’ allinjament u kjarifika jiġu indirizzati permezz ta’ emenda għad-Direttiva. Dwar l-assistenza għall-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-Istati Membri fit-twettiq ta’ (u r-rapportar dwar) investigazzjonijiet ta’ aċċidenti, ir-rwol ta’ sostenn tal-EMSA ma huwiex estiż lil hinn minn dak li huwa previst attwalment fil-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-piż tar-rapportar fuq l-awtoritajiet tal-investigazzjoni huwa kemxejn imnaqqas bit-twessigħ tal-firxa ta’ awtoritajiet kompetenti li jistgħu jirrapportaw lill-bażi tad-data.

L-Għażla C hija l-aktar waħda ambizzjuża f’termini ta’ rekwiżiti amministrattivi u investigattivi miżjuda għall-awtoritajiet tal-investigazzjoni. Dwar il-bastimenti tas-sajd, din l-għażla se tobbliga lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni li mhux biss jirrapportaw dwar l-imwiet u t-telf tal-bastimenti għal bastimenti tas-sajd iżgħar iżda wkoll biex iwettqu tal-anqas valutazzjoni preliminari biex jiddeterminaw jekk jistgħux jittieħdu tagħlimiet u jekk hemmx bżonn li titwettaq investigazzjoni sħiħa. Il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-aktar għażla ta’ politika effettiva u, għaldaqstant, dik ippreferuta hija l-Għażla C. Għalkemm l-Għażla C għandha l-ogħla kostijiet addizzjonali, meta jitqiesu l-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji, l-Għażla C se jkollha l-akbar impatt f’termini tat-titjib tas-sikurezza marittima.

Din il-proposta hija akkumpanjata minn rapport tal-valutazzjoni tal-impatt 18 , li abbozz tiegħu ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) f’April 2022. L-RSB ta opinjoni pożittiva u r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie rivedut f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-RSB, u l-kummenti tal-RSB huma indirizzati fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanja lil din il-proposta leġiżlattiva.

   Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ “One In, One Out”

Ma humiex mistennija kostijiet amministrattivi addizzjonali għan-negozji jew għaċ-ċittadini.

   Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-inizjattiva għandha dimensjoni tar-REFIT f’termini tal-allinjament u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza, ta’ titjib tal-profil tas-sikurezza b’mod partikolari tas-segment tal-bastimenti tas-sajd żgħar u ta’ assistenza lill-AIBs tal-Istati Membri fit-twettiq tal-funzjonijiet ta’ rapportar u investigattivi tagħhom.

Barra minn hekk, l-għażla ta’ politika ppreferuta tinkludi elementi ta’ simplifikazzjoni peress li se żżid l-effiċjenza tal-AIBs nazzjonali billi tipprovdi ċarezza dwar meta jkollhom bżonn iwettqu investigazzjonijiet, l-AIBs mhux se jibqa’ jkollhom għalfejn iwettqu valutazzjoni preliminari ta’ diżgrazzji serji u l-AIBs se jkunu jistgħu jiddelegaw lil awtoritajiet kompetenti oħra l-possibbiltà li jdaħħlu data fil-bażi tad-data tal-EMCIP. L-għoti mill-EMSA ta’ assistenza supplimentari lil dawk l-AIBs li jitolbu sostenn operazzjonali wkoll għandu jtejjeb il-kwalità u l-kwantità tal-investigazzjonijiet imwettqa kif ukoll iżid l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tagħhom madwar l-UE.

   Drittijiet fundamentali

Il-proposta ma għandha l-ebda konsegwenza għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kostijiet annwali addizzjonali stmati għall-baġit tal-UE jammontaw għal madwar EUR 1,88 miljun fis-sena fl-2030 u EUR 1,93 miljun fis-sena fl-2050. L-impatt baġitarju tal-proposta huwa deskritt f’aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva annessa ma’ din il-proposta għall-informazzjoni. L-impatt baġitarju tal-proposta diġà huwa inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

5.ELEMENTI OĦRA

Arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Ġew identifikati arranġamenti adegwati għall-monitoraġġ u r-rapportar. L-EMSA għandha rwol importanti f’dan il-proċess, peress li l-Aġenzija hija responsabbli għall-iżvilupp u għall-operar ta’ sistemi ta’ data elettronika għat-trasport marittimu.

L-implimentazzjoni tista’ tiġi mmonitorjata permezz ta’ monitoraġġ mill-Kummissjoni u/jew mill-EMSA tal-bażi tad-data tal-EMCIP biex jiġi vverifikat li l-investigazzjonijiet qed jitwettqu b’mod f’waqtu u effettiv u li d-data dwar in-notifiki ta’ diżgrazzji jew inċidenti tal-baħar kif previst fl-Anness II tad-Direttiva u r-rapporti ta’ investigazzjoni dwar is-sikurezza jittellgħu fil-bażi tad-data. L-EMSA twettaq ukoll ċikli ta’ żjarat lill-Istati Membri biex tivverifika l-operazzjonijiet fuq il-post bħala parti mir-rwol ta’ sostenn tal-EMSA għall-Kummissjoni 19 . L-Istati Membri se jkollu jkollhom sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) biex jiċċertifikaw li l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħhom ikunu xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. Din se jkollha tkun iċċertifikata u sussegwentement soġġetta għal awditu perjodiku. L-awtoritajiet tal-investigazzjoni se jkollhom jaqsmu mal-Kummissjoni/mal-EMSA r-riżultati tal-awditi annwali mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-awtorità tal-investigazzjoni tkun tista’ żżomm iċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħha.

Billi ċ-ċiklu sħiħ taż-żjarat ta’ implimentazzjoni previsti tal-EMSA huwa skedat li jdum 5 snin 20 , huwa propost li ċ-ċiklu ta’ evalwazzjoni tad-Direttiva jiġi stabbilit f’intervalli ta’ għaxar snin.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Id-dokumenti ta’ spjegazzjoni ma humiex meħtieġa għax il-proposta għandha l-għan li tissimplifika u tiċċara r-reġim eżistenti.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 tal-abbozz tad-Direttiva emendatorja jifforma l-parti ewlenija tiegħu u fih emendi għal diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/18/KE. 

Konformità mal-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji

Għadd ta’ definizzjonijiet u referenzi ġew aġġornati biex jitqiesu l-bidliet fl-ambjent regolatorju internazzjonali. B’mod speċifiku, ir-referenza għall-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji ġiet aġġornata, għadd ta’ definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 3 tad-Direttiva li għandhom jinftiehmu skont id-definizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji ġew aġġornati wkoll u r-referenza għal diżgrazzji serji li tneħħiet mill-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u li tissemma fl-Artikolu 3(3) tħassret. Saru diversi bidliet oħra fid-dispożizzjonijiet legali skont il-Kodiċi tal-OMI dwar id-Diżgrazzji, b’mod partikolari l-bidla tat-titolu tal-“korp investigattiv” għal “Awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar”.

Il-bidliet sostantivi fid-Direttiva huma stabbiliti hawn taħt.

Skop u kamp ta’ applikazzjoni

Fil-punt 2, jitħassar l-Artikolu 2(d), u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva huwa b’dan estiż parzjalment għall-bastimenti tas-sajd kollha inklużi dawk b’tul ta’ inqas minn 15-il metru.

Definizzjonijiet

Il-punt 3 jaġġorna wkoll għadd ta’ definizzjonijiet li kienu problematiċi jew li jirreferu għal leġiżlazzjoni tal-UE antikwata. L-ewwel nett, ir-referenzi għal “vapur ro-ro tal-passiġġieri” u “inġenju tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri” ġew aġġornati biex jitqiesu l-bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-UE, u t-tul ta’ bastiment tas-sajd ġie speċifikat bħala t-tul globali f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1130. Il-kwistjoni ta’ korriment mhux fatali li sussegwentement jirriżulta f’mewt xi żmien wara l-okkorrenza fil-baħar li tkun ikkawżatu, ġiet indirizzata wkoll. Sabiex tiġi pprovduta gwida ċara sa meta għandha tinbeda investigazzjoni u b’hekk jiġi żgurat approċċ armonizzat madwar l-Unjoni, id-Direttiva ġiet emendata biex tinkludi skadenza ċara (jiġifieri 30 jum wara li jkun seħħ l-aċċident, bħal f’modi oħra tat-trasport).

Obbligu ta’ investigazzjoni u awtoritajiet tal-investigazzjoni

Il-punt 5 jagħmel bidliet fl-obbligu ta’ investigazzjoni u jipprevedi li, fir-rigward ta’ diżgrazzja tal-baħar serja ħafna (telf tal-bastiment u/jew mewt) li tinvolvi bastiment tas-sajd b’tul ta’ inqas minn 15-il metru, l-Istati Membri huma obbligati li tal-anqas iwettqu valutazzjoni preliminari biex jiddeterminaw jekk għandhiex titwettaq investigazzjoni tas-sikurezza.

Barra minn hekk, peress li l-kunċett ta’ diżgrazzja serja ġie abolit fil-livell tal-OMI, l-obbligu li jirriżulta ta’ twettiq ta’ valutazzjoni preliminari ta’ tali diżgrazzji meħtieġ mid-Direttiva ġie abolit ukoll. Fl-aħħar nett, id-Direttiva ġiet emendata sabiex tipprovdi gwida fir-rigward ta’ aċċidenti li jseħħu li jinvolvu vapuri fil-port.

Il-punt 8 jipprevedi li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) għall-Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar tagħhom. Din il-miżura għandha ttejjeb il-kwalità tal-investigazzjonijiet tal-aċċidenti u l-ġestjoni tar-riżorsi disponibbli filwaqt li tqis l-ammont ta’ xogħol u speċjalment ir-rapporti miktuba. Jeżisti obbligu simili fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2009/21/KE dwar ir-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

Bażi tad-data Ewropea għal diżgrazzji tal-baħar

Il-punt 14 huwa relatat mal-obbligi ta’ rapportar tal-Istati Membri fir-rigward tal-Pjattaforma Ewropea ta’ Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji Marittimi (EMCIP). Hemm żewġ bidliet, l-ewwel nett jispeċifika l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-VSMCs li jinvolvu bastimenti tas-sajd b’tul ta’ inqas minn 15-il metru. It-tieni, id-Direttiva hija adattata sabiex id-diżgrazzji u l-inċidenti tal-baħar kollha għajr il-VSMCs ikunu jistgħu jiġu nnotifikati lill-EMCIP minn awtorità kompetenti ddeżinjata kif xieraq ta’ Stat Membru għajr l-Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar. Bħalissa l-Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar biss tista’ tinnotifika lill-EMCIP u dan huwa meqjus bħala piż fuq ir-riżorsi minn xi Stati Membri. Barra minn hekk, l-EMSA u l-Kummissjoni għandhom ikunu jistgħu jdaħħlu d-data fil-bażi tad-data tal-EMCIP. Dan jillibera lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni sabiex ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-funzjonijiet investigattivi tagħhom u jqis il-fatt li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni mhux dejjem ikollhom aċċess għal dan it-tip ta’ ġestjoni tad-data, peress li l-istatistika rilevanti tinġabar, tintuża u tiġi ġestita minn awtoritajiet kompetenti oħra fl-istess Stat Membru.

Sostenn u taħriġ mill-EMSA

Il-punt 15 jistabbilixxi l-possibbiltajiet għall-EMSA biex tipprovdi sostenn lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-Istati Membri tal-UE biex iwettqu aħjar ir-responsabbiltajiet tagħhom skont id-Direttiva. Ħafna AIBs ma għandhomx biżżejjed riżorsi biex ikollhom espert dwar kull dixxiplina speċjalizzata. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, l-EMSA tista’ tagħmel disponibbli grupp ta’ esperti ta’ dixxiplini differenti li jistgħu jkunu ta’ servizz għal kwalunkwe awtorità tal-investigazzjoni li titlob dan. Bl-istess mod, it-tagħmir speċjalizzat jista’ jkun għali ħafna u l-biċċa l-kbira tal-AIBs ma għandhomx il-baġit biex ikunu s-sidien diretti ta’ tali tagħmir. Għalhekk, l-EMSA tista’ tipprovdi għodod u tagħmir speċjalizzati, li jistgħu jiġu mislufa jew ipprovduti lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni. B’dan il-mod, it-tagħmir jista’ jinkiseb ċentralment minflok ma jkollha għalfejn taġixxi kull awtorità tal-investigazzjoni. Dan jipprevedi ekonomiji ta’ skala madwar l-Unjoni kollha.

Fir-rigward tat-taħriġ, l-EMSA tista’ tassumi rwol fis-sensibilizzazzjoni dwar l-iżviluppi, fit-tixrid tal-informazzjoni, u fl-organizzazzjoni ta’ diskussjonijiet u korsijiet ta’ taħriġ dwar suġġetti bħal fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, teknoloġiji diġitali ġodda u żviluppi rilevanti fil-livell tal-OMI. Barra minn hekk, l-EMSA tista’ tipprovdi taħriġ apposta dwar l-użu ta’ teknoloġiji u tagħmir investigattivi u dwar teknoloġiji ġodda relatati mal-iżviluppi fit-trasport marittimu.

Setgħat emendatorji

Il-punt 17 jiddikjara li filwaqt li r-referenza għall-Kodiċi tal-OMI dwar id-Diżgrazzji tirreferi għall-verżjoni l-aktar aġġornata, dan madankollu huwa soġġett għall-klawżola standard ta’ nonrigressjoni. Dan ifisser li jekk ikun hemm bidliet fil-livell internazzjonali, l-istandards fl-istrument tal-UE jinżammu mill-inqas fil-livell attwali.

Rieżami tal-implimentazzjoni u tħassir ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

Il-punt 18 jipprevedi li l-Kummissjoni se tipproduċi rieżami tal-implimentazzjoni tad-Direttiva emendata 10 snin wara l-adozzjoni, u dan iqis iż-żmien meħtieġ għat-traspożizzjoni u l-fatt li ċiklu ta’ rieżami tal-EMSA ta’ żjarat fl-Istati Membri tipikament ma jiħux inqas minn 5 snin.

Il-punt 19 jipprevedi t-tħassir tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 tat-9 ta’ Diċembru 2011 li jadotta metodoloġija komuni għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar. L-OMI adottat Linji Gwida biex jgħinu lill-investigaturi jimplimentaw il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji (ir-Riżoluzzjoni A.1075(28)) fl-4 ta’ Diċembru 2013, li jipprovdu metodoloġija dettaljata għall-investigazzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar. Għalhekk, ma għadhiex meħtieġa metodoloġija komuni stabbilita fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011.



2023/0164 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2009/18/KE li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 22 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Id-Direttiva 2009/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu u tipprevedi sistema ta’ investigazzjonijiet tas-sikurezza. L-aċċidenti marittimi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jiġu investigati minn korpi investigattivi indipendenti stabbiliti fl-Istati Membri biex tittejjeb is-sikurezza marittima, kif ukoll biex jiġi protett l-ambjent tal-baħar, billi jittieħdu tagħlimiet minn aċċidenti passati biex tiġi prevenuta l-okkorrenza mill-ġdid tagħhom fil-futur.

(2)Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/18/KE, saru bidliet fl-ambjent regolatorju internazzjonali u kien hemm żviluppi teknoloġiċi. Jenħtieġ li jitqiesu dawk il-bidliet u l-iżviluppi kif ukoll l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE.

(3)Id-Direttiva 2009/18/KE tirreferi għal għadd ta’ testi legali adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) li ġew abrogati, ġew emendati jew ġew riveduti mid-dħul fis-seħħ tagħha ’l hawn. Il-“Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti tal-Baħar” (ir-Riżoluzzjoni tal-OMI A.849(20) tas-27 ta’ Novembru 1997), li ġie revokat mill-“Kodiċi tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati għal Investigazzjoni tas-Sikurezza dwar Diżgrazzja tal-Baħar jew Inċident tal-Baħar (il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji)” (ir-Riżoluzzjoni MSC 255(84) tas-16 ta’ Mejju 2008) bir-Riżoluzzjoni A.1075(28) Linji Gwida biex jgħinu lill-investigaturi jimplimentaw il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji (MSC.255(84)).

(4)Il-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji jintroduċi definizzjonijiet ġodda, bħad-definizzjoni ta’ “Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar”, filwaqt li jitħassru kunċetti oħra, bħal “diżgrazzja serja”. Dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu inkorporati fid-Direttiva 2009/18/KE.

(5)Id-Direttiva 2009/18/KE tirreferi wkoll għaċ-Ċirkolari tal-OMI MSC/MEPC. 3/Circ.3 tal-2008 li ġiet sostitwita biċ-Ċirkolari MSC-MEPC. 3/circ.4/rev.1 Proċeduri ta’ Rapportar Armonizzati Riveduti għar-Rapporti dwar Diżgrazzji u Inċidenti tal-Baħar tat-18 ta’ Novembru 2014.

(6)Il-Linji Gwida tal-OMI biex jgħinu lill-investigaturi jimplimentaw il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji (A.1075(28)) adottati fl-4 ta’ Diċembru 2013 jipprovdu pariri prattiċi għall-investigazzjoni sistematika ta’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar u jippermettu l-iżvilupp ta’ analiżi effettiva u azzjoni preventiva. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li jiġu inkorporati fid-Direttiva 2009/18/KE.

(7)Il-bastimenti tas-sajd b’tul ta’ inqas minn 15-il metru bħalissa huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/18/KE, u għalhekk it-twettiq ta’ investigazzjonijiet ta’ aċċidenti marittimi li jinvolvu tali bastimenti tas-sajd ma huwiex sistematiku u ma huwiex armonizzat. Bastimenti bħal dawn huma aktar suxxettibbli li jegħrqu u huwa relattivament komuni li l-membri tal-ekwipaġġ jaqgħu fil-baħar. Għalhekk, hemm il-ħtieġa li jiġu protetti dawk il-bastimenti tas-sajd, l-ekwipaġġi tagħhom u l-ambjent billi tiġi introdotta valutazzjoni preliminari tad-diżgrazzji tal-baħar serji ħafna li jinvolvu bastimenti tas-sajd b’tul ta’ anqas minn 15-il metru biex jiġi ddeterminat jekk jenħtieġx li l-awtoritajiet jiftħu investigazzjoni dwar is-sikurezza.

(8)Xi definizzjonijiet mogħtija fid-Direttiva 2009/18/KE ma humiex ċari. Id-definizzjoni tat-tul ta’ bastiment tas-sajd jenħtieġ li tiġi stabbilita speċjalment meta jkun hemm distinzjoni dwar l-approċċ u l-obbligi tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar abbażi tat-tul tal-bastiment tas-sajd.

(9)Il-Kodiċi tal-OMI dwar id-Diżgrazzji jirreferi wkoll għal avveniment jew sekwenza ta’ avvenimenti li seħħew “direttament b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ bastiment”. Dan il-kunċett huwa s-suġġett ta’ diverġenza sinifikanti u jenħtieġ li jiġi ċċarat. Dik id-diverġenza tħalli impatt fuq l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-aċċidenti b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċidenti fil-portijiet, il-possibbiltajiet ta’ investigazzjonijiet konġunti u l-ġbir ta’ data dwar l-aċċidenti u l-investigazzjonijiet.

(10)Il-Kodiċi tal-OMI dwar id-Diżgrazzji jipprevedi li meta sseħħ diżgrazzja tal-baħar serja ħafna, l-awtorità marittima tkun obbligata twettaq investigazzjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda gwida dwar iż-żmien li fih għandha sseħħ mewta wara l-aċċident sabiex il-mewta twassal għal diżgrazzja tal-baħar serja ħafna u għalhekk tiġi investigata. Għalhekk, id-Direttiva 2009/18/KE jenħtieġ li tipprovdi tali gwida.

(11)Il-persunal disponibbli, kif ukoll ir-riżorsi operazzjonali tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar tal-Istati Membri jvarjaw b’mod distint, u dan jirriżulta f’rapportar u f’investigazzjoni ineffettivi u inkonsistenti dwar id-diżgrazzji tal-baħar. Għalhekk, il-Kummissjoni, bl-assistenza tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA), jenħtieġ li tipprovdi sostenn analitiku speċjalizzat ħafna matul investigazzjoni individwali (ħiliet personali), kif ukoll għodod u tagħmir (hardware) analitiċi.

(12)Fid-dawl ta’ dak li ġie ddikjarat, jenħtieġ li l-EMSA torganizza taħriġ dwar tekniki speċifiċi u dwar żviluppi u teknoloġiji ġodda li jistgħu jkunu rilevanti għall-investigazzjoni tal-aċċidenti fil-futur. Tali taħriġ jenħtieġ li jiffoka, fost l-oħrajn, fuq fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, li huma partikolarment rilevanti fid-dawl tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, u fuq l-awtomatizzazzjoni, kif ukoll fuq ir-regoli tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

(13)Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-investigazzjonijiet tal-aċċidenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżviluppaw sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità (QMS) għall-awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar.

(14)Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-lista ta’ testi tal-OMI li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ).

(15)Fid-dawl taċ-ċiklu sħiħ ta’ monitoraġġ taż-żjarat fl-Istati Membri mill-EMSA biex timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [10 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha msemmija fl-Artikolu 23)] u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni.

(16)F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq għall-ilħuq tal-objettiv bażiku li jittejbu s-sikurezza tal-baħar u l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u li jiġu stabbiliti regoli dwar l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fit-trasport marittimu. Din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(17)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2009/18/KE tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2009/18/KE

Id-Direttiva 2009/18/UE hija emendata kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.L-investigazzjonijiet skont din id-Direttiva ma għandux ikollhom l-għan li jiddeterminaw ir-responsabbiltà jew li jagħtu t-tort. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“awtorità tal-investigazzjoni”) ma żżommx lura milli tirrapporta bis-sħiħ il-kawżi ta’ diżgrazzja jew ta’ inċident tal-baħar minħabba li t-tort jew ir-responsabbiltà jistgħu jkunu dedotti mill-konklużjonijiet.”

(2)L-Artikolu 2(2) huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) vapuri li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, vapuri tal-injam ta’ kostruzzjoni primittiva, jottijiet għad-divertiment u opri tal-baħar għad-divertiment ħlief jekk jintużaw għal skopijiet kummerċjali.”

(b)Il-punt (d) jitħassar

(3)L-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

“1.“Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji” għandha tfisser il-Kodiċi tal-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati Internazzjonali għal Investigazzjoni tas-Sikurezza marbuta ma’ diżgrazzja tal-baħar jew inċident tal-baħar anness mar-Riżoluzzjoni MSC.255(84) tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

2. “Linji Gwida tal-OMI biex jgħinu lill-investigaturi jimplimentaw il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji” għandha tfisser il-linji gwida adottati fl-Assemblea tal-OMI bir-Riżoluzzjoni A.1075(28) fl-4 ta’ Diċembru 2013;

3.It-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu f’konformità mad-definizzjonijiet li jinsabu fil-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji:

(a)“diżgrazzja tal-baħar”;

(b)“diżgrazzja tal-baħar serja ħafna”;

(c)“inċident tal-baħar”;

(d)“investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar”;

(e)“Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar”;

(f)“Stat li jmexxi l-investigazzjoni dwar is-sikurezza tal-baħar”;

(g)“Stat b’interess sostanzjali”;

(h)“korriment serju”;

4. “Linji Gwida tal-OMI dwar it-trattament ġust tal-baħħara fil-każ ta’ aċċident marittimu” għandha tfisser il-linji gwida annessi mar-Riżoluzzjoni LEG.3(91) tal-Kumitat Legali tal-OMI tas-27 ta’ April 2006 u kif approvati mill-Korp ta’ Tmexxija tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fil-296 sessjoni tiegħu ta’ bejn it-12 u s-16 ta’ Ġunju 2006;

5.It-termini “vapuri ro-ro tal-passiġġieri” u “inġenji tal-baħar ta’ veloċità kbira għall-passiġġieri” għandhom jinftiehmu f’konformità mad-definizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2017/2110 25 ;

6.“Reġistratur tad-data dwar il-vjaġġ” (minn hawn ’il quddiem “VDR”) għandu jinftiehem f’konformità mad-definizzjoni li tinsab fir-Riżoluzzjoni MSC.333(90) tal-Kumitat tas-Sikurezza Marittima tal-OMI fil-verżjoni aġġornata tagħha;

7.“rakkomandazzjoni dwar is-sikurezza” għandha tfisser kwalunkwe proposta magħmula, inkluża proposta għall-iskopijiet ta’ reġistrazzjoni u kontroll:

(a)mill-awtorità tal-investigazzjoni tal-Istat li jwettaq, jew imexxi, l-investigazzjoni tas-sikurezza abbażi tal-informazzjoni meħuda minn dik l-investigazzjoni; jew, fejn ikun il-każ,

(b)mill-Kummissjoni, abbażi ta’ analiżi ta’ data astratta u tar-riżultati tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza li jkunu saru;

8.“tul ta’ bastiment tas-sajd” għandha tinftiehem f’konformità mad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1130 26 ;

9. “korriment fatali” tfisser korriment li ġġarrab persuna f’aċċident u li twassal għall-mewt tagħha fi żmien 30 jum minn meta jseħħ l-aċċident.”

(4)L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) indipendentement minn investigazzjonijiet kriminali jew oħrajn parallelli sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà jew biex jingħata t-tort u li l-awtoritajiet tal-investigazzjoni jkunu jistgħu jirrapportaw dwar ir-riżultati ta’ investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar mingħajr direzzjoni jew interferenza minn kwalunkwe persuna, organizzazzjoni jew parti li tista’ tiġi affettwata mill-eżitu tagħha.”

(b)fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni rispettivi tagħhom sal-punt meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv ta’ din id-Direttiva.”

(5)l-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Obbligu ta’ investigazzjoni

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li titwettaq investigazzjoni tas-sikurezza mill-awtorità tal-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 wara diżgrazzji tal-baħar serji ħafna:

(a)li jinvolvu vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja;

(b)li jseħħu fil-baħar territorjali u l-ilmijiet interni tiegħu kif definiti f’UNCLOS, irrispettivament mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti fid-diżgrazzja; jew

(c)li jinvolvu interess sostanzjali tal-Istat Membru, irrispettivament mill-post tad-diżgrazzja u mill-bandiera tal-vapur jew vapuri involuti.

2.F’każ ta’ bastiment tas-sajd b’tul ta’ anqas minn 15-il metru, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha twettaq valutazzjoni preliminari tad-diżgrazzja tal-baħar serja ħafna biex tiddetermina jekk għandhiex titwettaq investigazzjoni tas-sikurezza jew le.

Meta l-awtorità tal-investigazzjoni tiddeċiedi li ma twettaqx investigazzjoni tas-sikurezza ta’ diżgrazzja tal-baħar serja ħafna li tinvolvi bastiment tas-sajd ta’ inqas minn 15-il metru, ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni għandhom jiġu rreġistrati u nnotifikati f’konformità mal-Artikolu 17(3).

3.Fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tqis l-evidenza disponibbli kif ukoll il-potenzjal għas-sejbiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza li jwasslu għall-prevenzjoni ta’ diżgrazzji u inċidenti futuri. Fil-każ ta’ kwalunkwe diżgrazzja jew inċident tal-baħar oħrajn, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex twettaq investigazzjoni tas-sikurezza.

4.L-ambitu u l-arranġamenti prattiċi għat-twettiq tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità tal-investigazzjoni tal-Istat Membru li jkun qed imexxi l-investigazzjoni b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet ekwivalenti tal-Istati l-oħrajn b’interess sostanzjali, b’tali mod u manjiera li jidhrilha li l-aktar li jkunu jistgħu jwasslu għall-ilħuq tal-objettiv ta’ din id-Direttiva, u bil-ħsieb li jipprevenu diżgrazzji u inċidenti futuri.

5.Meta twettaq investigazzjonijiet tas-sikurezza, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha ssegwi l-Linji Gwida tal-OMI biex jgħinu lill-investigaturi jimplimentaw il-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji. L-investigaturi jistgħu ma jsegwux dawn il-linji gwida meta dan ikun jista’ jiġi ġġustifikat kif meħtieġ, fil-fehma professjonali tagħhom, biex jinkisbu l-għanijiet tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ tadatta l-linji gwida għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, filwaqt li tqis kwalunkwe tagħlima rilevanti misluta mill-investigazzjonijiet tas-sikurezza, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19.

6.Meta tittieħed deċiżjoni dwar jekk diżgrazzja jew inċident tal-baħar li jseħħu maġenb baċir, fl-irmiġġ jew fil-baċir, li jinvolvu ħaddiema tax-xatt jew tal-port, seħħux “direttament b’rabta mal-operazzjonijiet ta’ bastiment” u għalhekk humiex soġġetti għal investigazzjoni tas-sikurezza, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-involviment u r-rilevanza tal-istruttura, it-tagħmir, il-proċeduri, l-ekwipaġġ u l-maniġment tal-vapur għall-attività li tkun qed titwettaq.

7.Għandha tinbeda investigazzjoni tas-sikurezza mingħajr dewmien wara li jseħħu d-diżgrazzja tal-baħar jew l-inċident tal-baħar u f’kull każ, mhux aktar tard minn xahrejn wara li jseħħu.

8.Jekk matul investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar isir magħruf jew ikun suspettat li twettaq reat skont l-Artikoli 3, 3a, 3b jew 3c tal-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza tan-Navigazzjoni Marittima tal-1988, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tinforma minnufih lill-awtoritajiet tas-sigurtà marittima tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri u ta’ kwalunkwe pajjiż terz ikkonċernat.”

(6)l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Obbligu ta’ notifika

Stat Membru għandu jeħtieġ, fil-qafas tas-sistema legali tiegħu, li l-awtorità tal-investigazzjoni tiegħu tiġi nnotifikata mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet responsabbli u/jew mill-partijiet involuti jew mit-tnejn, bl-okkorrenza tad-diżgrazzji u l-inċidenti kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.”

(7)l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“It-twettiq ta’ investigazzjonijiet paralleli tas-sikurezza dwar l-istess diżgrazzja jew inċident tal-baħar għandu jkun strettament limitat għal każijiet eċċezzjonali. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għat-twettiq ta’ dawn l-investigazzjonijiet paralleli. L-Istati Membri li jwettqu investigazzjonijiet paralleli tas-sikurezza għandhom jikkooperaw ma’ xulxin. B’mod partikolari, l-awtoritajiet tal-investigazzjoni involuti għandhom jiskambjaw kwalunkwe tagħrif rilevanti miġbur waqt l-investigazzjonijiet rispettivi tagħhom, b’mod partikolari sabiex jaslu, kemm jista’ jkun, għal konklużjonijiet komuni.”

(b)jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.Matul it-twettiq tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar, l-Istati b’interess sostanzjali jenħtieġ li jgħinu, sa fejn ikun prattiku, lill-Istat(i) Membru/i li jmexxu l-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar b’aċċess għall-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar. L-investigatur jew l-investigaturi li jwettqu investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar għandhom jingħataw ukoll aċċess għas-surveyors tal-Gvern, għall-uffiċjali tal-gwardja tal-kosta, għall-operaturi tas-servizzi tat-traffiku tal-vapuri, għall-bdoti u għal persunal tal-baħar ieħor tal-Istat b’interess sostanzjali.”

(8)l-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 8

Awtoritajiet tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet tas-sikurezza tal-baħar jitwettqu taħt ir-responsabbiltà ta’ Awtorità tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar imparzjali u permanenti, mogħtija s-setgħat meħtieġa, mezzi suffiċjenti u riżorsi finanzjarji u investigaturi kkwalifikati kif xieraq, kompetenti fi kwistjonijiet relatati ma’ diżgrazzji u inċidenti tal-baħar biex iwettqu investigazzjonijiet tas-sikurezza tal-baħar dwar diżgrazzji tal-baħar u inċidenti tal-baħar.

La l-ħatra xierqa ta’ investigaturi bil-ħiliet speċjalizzati meħtieġa biex jiffurmaw parti minn investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar fuq bażi temporanja, u lanqas l-użu ta’ konsulenti biex jipprovdu pariri esperti dwar kwalunkwe aspett ta’ investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar ma huma preklużi.

Sabiex investigazzjoni tas-sikurezza titwettaq b’mod imparzjali, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tkun indipendenti fl-organizzazzjoni, fl-istruttura legali u fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha minn kwalunkwe parti li l-interess tagħha jista’ jkun f’kunflitt mal-kompitu fdat lilha.

Stati Membri li ma jmissux ma’ baħar li la għandhom vapuri u lanqas bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jidentifikaw punt fokali indipendenti biex jikkooperaw fl-investigazzjoni skont l-Artikolu 5(1)(c).

2.L-awtorità tal-investigazzjoni għandha tiżgura li l-investigaturi individwali jkollhom għarfien prattiku u esperjenza prattika f’dawk l-oqsma li jkollhom x’jaqsmu mad-dmirijiet investigattivi normali tagħhom. Barra minn hekk, l-awtorità tal-investigazzjoni għandha tiżgura li jkun hemm aċċess faċli għall-għarfien espert xieraq, kif ikun meħtieġ. 

3.L-attivitajiet fdati lill-awtorità tal-investigazzjoni jistgħu jiġu estiżi għall-ġbir u għall-analiżi ta’ data relatata mas-sikurezza marittima, b’mod partikolari għal skopijiet ta’ prevenzjoni, sa fejn dawn l-attivitajiet ma jaffettwawx l-indipendenza tagħha u ma jinkludux responsabbiltà f’affarijiet regolatorji, amministrattivi jew ta’ standardizzazzjoni.

4.L-Istati Membri, filwaqt li jaġixxu fil-qafas tas-sistemi legali rispettivi tagħhom, għandhom jiżguraw li l-investigaturi tal-awtorità tal-investigazzjoni tagħhom, jew ta’ kwalunkwe awtorità tal-investigazzjoni oħra li lilha ddelega l-kompitu tal-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar, fejn xieraq f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli mill-inkjesta ġudizzjarja, ikunu ġew mogħtija kull informazzjoni pertinenti sabiex iwettqu l-investigazzjoni tas-sikurezza tal-baħar u għaldaqstant ikunu awtorizzati li:

(a)ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe żona jew sit ta’ diżgrazzja rilevanti kif ukoll għal kwalunkwe vapur, relitt, jew struttura inklużi merkanzija, tagħmir jew bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja;

(b)jiżguraw li minnufih isir elenku tal-evidenza u t-tiftix ikkontrollat għar-relitt, bċejjeċ li jirriżultaw mid-diżgrazzja jew komponenti jew sustanzi oħra u t-tneħħija tagħhom ħalli dawn jiġu eżaminati jew analizzati;

(c)jeżiġu l-eżami jew l-analiżi tal-oġġetti msemmija fil-punt (b), u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati ta’ tali eżamijiet jew analiżi;

(d)ikollhom aċċess liberu għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti u data rreġistrata, inkluża d-data ta’ VDR, konnessa ma’ vapur, reġistrazzjoni ta’ servizz tat-traffiku tal-bastimenti, vjaġġ, merkanzija, ekwipaġġ jew kwalunkwe persuna, oġġett, kundizzjoni jew ċirkustanza oħra, flimkien mal-jedd li jikkupjawha u jużawha;

(e)ikollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet tal-iġsma tal-vittmi jew ta’ testijiet fuq kampjuni li jkunu ttieħdu mill-iġsma tal-vittmi;

(f)jeħtieġu u jkollhom aċċess liberu għar-riżultati tal-eżamijiet ta’ persuni involuti fl-operat tal-vapur jew kwalunkwe persuna rilevanti oħra, jew ta’ testijiet fuq kampjuni meħuda minnhom;

(g)jintervistaw xhieda fl-assenza ta’ kwalunkwe persuna li l-interessi tagħha jistgħu jitqiesu bħala ta’ xkiel għall-investigazzjoni tas-sikurezza;

(h)jakkwistaw reġistri ta’ stħarriġ u informazzjoni rilevanti miżmuma mill-Istat tal-bandiera, is-sidien, is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni jew kwalunkwe parti rilevanti oħra, kull meta dawk il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu stabbiliti fl-Istat Membru;

(i)jitolbu l-assistenza tal-awtoritajiet rilevanti fl-Istati rispettivi, inklużi s-surveyors tal-Istat tal-port u tal-Istat tal-bandiera, l-uffiċjali tal-gwardja tal-kosta, l-operaturi tas-servizz tat-traffiku tal-bastimenti, l-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, il-bdoti jew persunal tal-port jew marittimu ieħor;

5.L-awtorità tal-investigazzjoni għandha tingħata l-jedd li taġixxi minnufih kull meta tiġi mgħarrfa b’xi diżgrazzja, u li tikseb riżorsi suffiċjenti sabiex twettaq ħidmietha b’mod indipendenti. L-investigaturi tagħha għandhom ikunu mogħtija l-istatus li jagħtihom il-garanziji neċessarji tal-indipendenza.

6.L-awtorità tal-investigazzjoni tista’ tgħaqqad il-kompiti skont din id-Direttiva mal-ħidma ta’ investigazzjonijiet ta’ okkorrenzi għajr diżgrazzji tal-baħar bil-kundizzjoni li tali investigazzjonijiet ma jipperikolawx l-indipendenza tagħha.

7.Sa [data tat-traspożizzjoni] kull Stat Membru għandu jiżviluppa, jimplimenta u jkollu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-awtorità tal-investigazzjoni tiegħu. Tali sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għandha tiġi ċertifikata f’konformità mal-istandards ta’ kwalità internazzjonali applikabbli.”

(9)fl-Artikolu 9, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) kull evidenza tax-xhieda u stqarrijiet, rakkonti u noti oħra meħuda jew riċevuti mill-awtorità tal-investigazzjoni matul l-investigazzjoni tas-sikurezza;”

(10)l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.L-Istati Membri, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu qafas ta’ koperazzjoni permanenti li jippermetti lill-korpi investigattivi rispettivi tagħhom jikkooperaw bejniethom sa fejn ikun meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ta’ din id-Direttiva.”

(b)il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)il-parti introduttorja u l-punt (a) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“3.Fi ħdan il-qafas ta’ kooperazzjoni permanenti, l-awtoritajiet tal-investigazzjoni fl-Istati Membri għandhom jaqblu, b’mod partikolari, fuq l-aqwa modalitajiet ta’ kooperazzjoni sabiex:”

“(a) Jippermettu lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni jikkondividu l-installazzjonijiet, il-faċilitajiet u t-tagħmir għall-investigazzjoni teknika tar-relitt u t-tagħmir tal-vapur u oġġetti oħrajn rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar is-sikurezza, inkluż l-estrazzjoni u l-evalwazzjoni tal-informazzjoni mill-VDRs u tagħmir elettroniku ieħor.”

(b)il-punti (h) u (i) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(h) jippromwovu l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-investigazzjoni ta’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għall-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva;

(i) jipprovdu lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni li jkunu qed iwettqu investigazzjonijiet tas-sikurezza bi kwalunkwe informazzjoni pertinenti.”

(11)l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Rapporti ta’ aċċidenti

1.L-investigazzjonijiet tas-sikurezza mwettqa skont din id-Direttiva għandhom jirriżultaw f’rapport ippubblikat ippreżentat f’format definit mill-awtorità tal-investigazzjoni kompetenti u f’konformità mat-taqsimiet rilevanti tal-Anness I.

2.L-awtoritajiet tal-investigazzjoni għandhom jagħmlu kull sforz biex jagħmlu r-rapport msemmi fil-paragrafu 1, inklużi l-konklużjonijiet tiegħu u kull rakkomandazzjoni possibbli, disponibbli lill-pubbliku, u speċjalment lis-settur marittimu, fi żmien 12-il xahar mid-data tad-diżgrazzja. Jekk ma jkunx possibbli li r-rapport finali joħroġ f’dak iż-żmien, għandu jiġi ppubblikat rapport interim fi żmien 12-il xahar mid-data tad-diżgrazzja.

3.L-awtorità tal-investigazzjoni tal-Istat Membru li jmexxi l-investigazzjoni għandha tibgħat kopja tar-rapport finali jew interim lill-Kummissjoni. L-awtorità tal-investigazzjoni għandha tieħu kont tal-osservazzjonijiet tekniċi possibbli tal-Kummissjoni dwar rapporti finali li ma jaffettwawx is-sustanza tas-sejbiet għat-titjib tal-kwalità tar-rapport bil-mod li l-aktar iwassal għall-ilħuq tal-objettiv ta’ din id-Direttiva.”

(12)l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħed kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza magħmula mill-awtoritajiet tal-investigazzjoni minn dawk indirizzati u, fejn ikun il-każ, tittieħed azzjoni ta’ segwitu f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u internazzjonali.”

(b)il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.Fejn ikun il-każ, l-awtorità tal-investigazzjoni jew il-Kummissjoni għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza abbażi ta’ analiżi ta’ data astratta u tar-riżultati ġenerali tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza li jkunu saru.”

(13)fl-Artikolu 16, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħha li tagħti allert bikri, l-awtorità tal-investigazzjoni ta’ Stat Membru għandha, fi kwalunkwe stadju ta’ investigazzjoni tas-sikurezza, jekk tkun tal-fehma li hija meħtieġa azzjoni urġenti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi prevenut ir-riskju ta’ diżgrazzji ġodda, tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bil-ħtieġa li jingħata allert bikri.”

(14)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 2a l-ġdid li ġej:

“2a.L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti tal-baħar kollha f’konformità mal-format fl-Anness II. Fil-każ ta’ bastimenti tas-sajd b’tul ta’ inqas minn 15-il metru, huwa meħtieġ biss ir-rapportar ta’ diżgrazzji tal-baħar serji ħafna.”

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.L-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-diżgrazzji tal-baħar serji ħafna kollha lill-EMCIP. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu u jinnominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jirrapportaw dwar id-diżgrazzji u l-inċidenti tal-baħar l-oħrajn kollha. Meta l-Kummissjoni tkun konxja minn xi diżgrazzja jew inċident tal-baħar, għandha tirrapporta dan lill-EMCIP ukoll.”

(15)jiddaħħal l-Artikolu 17a l-ġdid li ġej:

“Artikolu 17a

Taħriġ u sostenn operazzjonali

1.Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-kondiviżjoni tal-għarfien fi ħdan u bejn l-awtoritajiet tal-investigazzjoni permezz tal-għoti ta’ taħriġ dwar żviluppi legali u teknoloġiċi ġodda, tekniki u għodod speċifiċi u teknoloġiji relatati mal-bastimenti, it-tagħmir u l-operazzjonijiet tagħhom.

2.Fuq talba tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-Istati Membri, u jekk wieħed jassumi li ma jinħoloq l-ebda kunflitt ta’ interess, il-Kummissjoni għandha tipprovdi sostenn operazzjonali lil dawn l-Istati Membri fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tas-sikurezza tagħhom. Tali sostenn jinkludi l-forniment ta’ għodod jew tagħmir analitiku speċjalizzat, kif ukoll għarfien espert.”

(16)l-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Proċedura ta’ Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.”

(17)fl-Artikolu 20, ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Emendi għall-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji jistgħu jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002.”

(18)l-Artikolu 23 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Rieżami tal-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni għandha sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u l-konformità magħha.”

(19)fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1286/2011 jitħassar.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal data: sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2009/18/KE li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti fis-settur tat-trasport marittimu 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Mobilità u Trasport – Marittimi

1.3.Il-proposta tirrigwarda 

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 27  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

L-objettiv ġenerali tal-emenda għad-Direttiva 2009/18/KE huwa li tittejjeb is-sikurezza marittima u li tittejjeb il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar b’kontribut lejn l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 3 (“L-iżgurar ta’ ħajjiet f’saħħithom u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd f’kull stadju”) u l-SDG 14 (“Jiġu kkonservati u użati b’mod sostenibbli l-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini għall-iżvilupp sostenibbli”).

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

L-objettivi speċifiċi tar-reviżjoni tagħha huma li:

Jiġu protetti l-bastimenti tas-sajd, l-ekwipaġġi tagħhom u l-ambjent. Il-bastimenti tas-sajd iżgħar b’tul ta’ inqas minn 15-il metru ma humiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva. Dan ifisser li aċċidenti li jinvolvu mwiet u telf ta’ bastimenti għal dan is-segment ta’ bastimenti ma jiġux investigati b’mod sistematiku u armonizzat madwar l-Unjoni Ewropea;

Jiġu ċċarati d-definizzjonijiet u t-test legali sabiex l-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-aċċidenti tal-Istati Membri jinvestigaw l-aċċidenti kollha li jeħtieġ li jiġu investigati b’mod f’waqtu u armonizzat;

Tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-aċċidenti li jwettqu (u jirrapportaw dwar) investigazzjonijiet tal-aċċidenti b’mod f’waqtu, espert u indipendenti – inkluż fir-rigward ta’ fjuwils u teknoloġiji rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta hija mistennija li tipprovdi approċċ armonizzat għall-investigazzjonijiet tas-sikurezza u b’hekk ittejjeb il-kwalità tal-investigazzjonijiet permezz ta’ taħriġ aħjar, investigazzjonijiet koordinati u b’riżorsi aħjar u l-użu mill-awtoritajiet tal-investigazzjoni tal-aċċidenti tal-Istati Membri ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità. Ir-riżultati tal-investigazzjonijiet jintużaw biex isiru rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza biex tiġi prevenuta l-okkorrenza mill-ġdid tal-aċċidenti sabiex jiġu salvati l-ħajjiet u jiġi prevenut it-tniġġis.

Il-proposta hija mistennija wkoll li żżid il-protezzjoni tal-bastimenti tas-sajd, tal-ekwipaġġ tagħhom u tal-ambjent billi twassal għal tnaqqis fil-ħajjiet mitlufa u fil-korrimenti sostnuti.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 1, se tiġi ddeterminata abbażi tal-għadd ta’ mwiet u korrimenti serji ħafna, l-għadd ta’ bastimenti mitlufa u l-għadd ta’ każijiet ta’ tniġġis fil-baħar, u l-evoluzzjoni tagħhom maż-żmien ippreżentati fil-Pjattaforma Ewropea ta’ Informazzjoni dwar id-Diżgrazzji Marittimi (EMCIP).

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 2, se tiġi ddeterminata abbażi tad-data rrapportata lill-EMCIP, tal-analiżijiet orizzontali mwettqa mill-EMSA u tad-diskussjonijiet fil-workshops kif ukoll tal-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur fis-snin li ġejjin.

L-effettività tad-Direttiva proposta, fir-rigward tal-objettiv speċifiku nru 3, se tiġi ddeterminata abbażi tal-analiżi orizzontali mwettqa mill-EMSA u abbażi tar-riżultati tal-awditi annwali tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità li se jiġu kondiviżi mal-Kummissjoni.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-EMSA se tkun meħtieġa torganizza taħriġ addizzjonali fir-rigward ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (riskji, użu abbord, protezzjonijiet tal-bastimenti, eċċ.), b’sostenn għall-inizjattivi tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, iżda wkoll dwar: l-element uman, it-tmexxija ta’ bastiment awtomatizzat, l-analiżi tas-sikurezza (biex l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw aħjar id-data dwar id-diżgrazzji), il-forensika (ritratti, kampjunar, eċċ.), l-okkorrenzi (nirien, aċċidenti tan-navigazzjoni, ħsara lit-tagħmir, attivitajiet okkupazzjonali, eċċ.) u regoli tal-GDPR.

L-EMSA se tipprovdi wkoll għodod u tagħmir operazzjonali matul investigazzjoni individwali bħall-faċilitajiet ROV (sommerġibbli u operati mill-bogħod), RPAS (droni tal-ajru), ta’ Robots (eż. għall-aċċess għal żoni bil-ħsara, spazji magħluqa, eċċ.), VDR (reġistratur tad-data dwar il-vjaġġ), software bħall-MADAS (Suite tal-Analiżi tad-data dwar l-Aċċidenti tal-Baħar); riżorsi ad hoc (laboratorji xjentifiċi, ittestjar tat-tankijiet); servizzi ad hoc (simulazzjoni 3D għan-nirien, telf ta’ kontejners, eċċ.). Dan is-sostenn se jibni fuq is-servizzi eżistenti pprovduti mill-EMSA f’oqsma differenti (kif jidher hawn, droni tal-ajru, droni sommerġibbli, taħriġ bl-immaġnijiet bis-satellita eċċ.) u se jiġi pprovdut lil min jitolbu l-ewwel. Aktar fit-tul, u skont l-esperjenza fl-implimentazzjoni, ir-riżorsi tal-EMSA jiġu adattati kif xieraq.

L-EMSA se toffri wkoll sostenn analitiku speċjalizzat ħafna matul l-Investigazzjonijiet individwali tal-VSMC (Diżgrazzja tal-Baħar Serja Ħafna) ta’ esperti “standard” u ta’ “livell għoli” mill-EMSA, dawn jistgħu jinkludu iżda ma humiex limitati għal analisti tal-imġiba, psikologi u speċjalisti oħra.

Sal-2025, se jkunu meħtieġa 2 FTEs biex jipprovdu sostenn operazzjonali u analitiku għall-kompiti l-ġodda tal-EMSA.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-azzjoni tal-UE tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għas-sidien tal-bastimenti, il-portijiet u bejn l-Istati Membri. L-armonizzazzjoni tal-investigazzjonijiet fil-livell tal-UE hija essenzjali f’dan ir-rigward. Minħabba n-natura internazzjonali tat-trasport marittimu u l-ħtieġa ta’ approċċ koordinat u armonizzat għas-sikurezza marittima, l-azzjoni tal-UE se tevita l-iżvilupp ta’ taħlita potenzjalment inkompatibbli jew subottimali ta’ miżuri nazzjonali b’rekwiżiti u miri differenti.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

Intervent fil-livell tal-UE ġab benefiċċji li ma kinux ikunu possibbli fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-OMI biss. L-obbligu li jinħoloq Korp ta’ Investigazzjoni tal-Aċċidenti indipendenti tqies mill-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati bħala l-valur miżjud ewlieni tad-Direttiva u kważi nofs il-korpi tal-investigazzjoni tal-aċċidenti marittimi tal-UE nħolqu bħala rispons għad-Direttiva. Id-Direttiva tallinja l-leġiżlazzjoni tal-UE mar-regolament tal-OMI u tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ fil-livell tal-OMI u tokkupa pożizzjoni ewlenija fid-dinja f’termini tar-rapportar armonizzat ta’ aċċidenti u ta’ inċidenti.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Wara l-evalwazzjoni ex post tar-REFIT u l-Kontroll tal-Idoneità tat-Trasport Marittimu tal-2018, ġew irrapportati nuqqasijiet fil-qafas ta’ politika attwali bi kwistjonijiet ta’ riżorsi, persunal u għarfien espert meqjusa problematiċi. Ir-restrizzjonijiet fuq ir-riżorsi jillimitaw lil xi Korpi tal-Investigazzjoni tal-Aċċidenti (AIBs) tal-Istati Membri fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom b’mod korrett u f’waqtu. Dan huwa partikolarment il-każ għal dawk l-Istati Membri bi flotot żgħar u b’attività limitata ta’ trasport marittimu fejn l-istabbiliment ta’ AIB iddedikat permanenti tqies bħala piż sproporzjonat. Barra minn hekk, il-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom bħala Stat tal-bandiera, tal-port jew kostali fir-rigward tad-diversi Direttivi tinsab taħt pressjoni. Kwistjonijiet tar-riżorsi, tal-persunal u tal-għarfien espert ġew irrapportati spiss bħala problematiċi għall-AIBs. Il-Kontroll tal-Idoneità għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni tal-aċċidenti inkluż l-użu aħjar tar-riżorsi fil-livell nazzjonali u tal-UE, inkluż il-ġbir flimkien tar-riżorsi li jibnu fuq ir-rwol u s-sostenn ipprovdut mill-EMSA u l-isfruttar tal-kisbiet fl-effiċjenza offruti mid-diġitalizzazzjoni u mill-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ex post huma riflessi fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din l-inizjattiva kif miġbur fil-qosor fit-Tabella 1.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ir-reviżjoni proposta hija riżultat ewlieni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti, li tistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għas-sistema tat-trasport tal-futur. L-istrateġija ħabbret li l-Kummissjoni qed tippjana li tibda rieżami maġġuri tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera, il-kontroll mill-Istat tal-port u l-investigazzjoni tal-aċċidenti fl-2021 (taħt l-Inizjattiva ewlenija 10 – Titjib tas-sikurezza u tas-sigurtà tat-trasport).

Ir-reviżjoni proposta se toħloq sinerġiji ma’ partijiet oħra tal-qafas regolatorju tal-UE, b’mod partikolari d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll tal-Istat tal-port u d-Direttiva 2009/21/KE dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera.

Il-proposta hija kompatibbli mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, għalkemm se teħtieġ riprogrammazzjoni fl-Intestatura 1 fir-rigward tal-kontribuzzjoni annwali lill-EMSA (kumpens baġitarju bi tnaqqis kumpensatorju tal-infiq programmat taħt il-FNE Trasport (02 03 01)). L-impatt baġitarju tal-proposta attwali diġà huwa inkluż fil-baġit għall-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-impatt baġitarju ta’ din l-inizjattiva jirreferi għar-riżorsi addizzjonali meħtieġa għar-rwol dejjem akbar tal-EMSA biex tiffaċilita l-investigazzjoni ta’ diżgrazzji (jiġifieri tipprovdi sostenn analitiku speċjalizzat ħafna matul investigazzjoni individwali, tipprovdi għodod u tagħmir analitiċi matul investigazzjoni individwali, taqsam l-għarfien jew torganizza taħriġ dwar tekniki/għodod speċifiċi u żviluppi ġodda) skont id-Direttiva proposta. Dawn huma kompiti ġodda għall-EMSA li se jsiru permanenti, filwaqt li l-kompiti eżistenti mhux se jonqsu jew gradwalment jitneħħew parzjalment. Il-ħtieġa addizzjonali ta’ riżorsi umani ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta’ riallokazzjoni, filwaqt li l-ħtiġijiet baġitarji addizzjonali se jiġu ssodisfati permezz ta’ tpaċija mill-programmi eżistenti ġestiti mid-DĠ MOVE taħt il-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-EMSA se tiġi kkumpensata minn tnaqqis kumpensatorju tal-infiq programmat taħt il-FNE Trasport (02 03 01). L-impatt baġitarju tal-proposta attwali diġà huwa inkluż fil-baġit għall-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002.

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata 

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS [m.a.],

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 28   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

☑ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

Il-ġestjoni tad-Direttiva proposta se ssir b’mod ġenerali mis-servizzi tal-Kummissjoni megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima kif xieraq.

L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jittrasponu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sal-iskadenza rispettiva.

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni u/jew l-EMSA se jkunu qed jimmonitorjaw il-bażi tad-data tal-EMCIP biex jivverifikaw li l-investigazzjonijiet qed jitwettqu b’mod f’waqtu u effettiv u li r-rapporti jittellgħu fil-bażi tad-data, inkluż għal bastimenti tas-sajd ta’ inqas minn 15-il metru li għalihom huma identifikati lakuni fid-data u fis-sikurezza. L-indikaturi li se jiġu mmonitorjati b’mod speċifiku permezz tal-bażi tad-data tal-EMCIP se jkunu l-għadd ta’ mwiet u korrimenti serji ħafna, l-għadd ta’ bastimenti mitlufa u l-għadd ta’ każijiet ta’ tniġġis fil-baħar, u l-evoluzzjoni tagħhom maż-żmien. Dawn l-indikaturi kollha se jiġu mmonitorjati skont it-tip ta’ bastiment involut. L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza ppubblikati bħala riżultat tal-investigazzjonijiet u s-segwitu tagħhom se jiġi mmonitorjati wkoll.

L-EMSA, f’isem il-Kummissjoni, twettaq ukoll żjarat lill-Istati Membri biex tivverifika l-operazzjonijiet fuq il-post.

L-Istati Membri se jkollhom ikollhom Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità biex jiċċertifikaw li l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħhom ikunu xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. Din trid tkun iċċertifikata u sussegwentement soġġetta għal awditu annwali. L-AIBs se jkollhom jaqsmu mal-Kummissjoni/mal-EMSA r-riżultati tal-awditi annwali mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-awtorità tal-AIB tista’ żżomm iċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħha.

L-EMSA se tkompli twettaq analiżijiet orizzontali, billi tagħti indikazzjoni ta’ kif qed tiffunzjona l-leġiżlazzjoni u tidentifika lakuni u x’jista’ jsir biex dawn jiġu indirizzati, u tirrapporta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fost l-oħrajn diskussjonijiet fil-workshops.

Fl-aħħar nett, wara 10 snin mit-tmiem tad-data tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom iwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effiċjenza u l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tiġi assistita mill-EMSA kif xieraq fis-servizzi tal-IT u biex tiżviluppa l-għodod tal-IT meħtieġa għad-dispożizzjonijiet tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-verifika tad-Direttiva proposta, kif ukoll fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jwettqu t-traspożizzjoni tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sal-iskadenza msemmija fid-Direttiva. L-attivitajiet ta’ infurzar se jitwettqu bħala parti mill-investigazzjonijiet eżistenti.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Filwaqt li l-Kummissjoni se tkun responsabbli b’mod ġenerali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva proposta kif ukoll għar-rapportar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-konformità tal-Istati Membri, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima se tkun responsabbli għat-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha u għall-implimentazzjoni tal-qafas ta’ kontroll intern tagħha. Se tkun meħtieġa li tiżviluppa għodod u moduli tal-IT, kif ukoll tipprovdi taħriġ, u l-Istati Membri se jkunu meħtieġa jwettqu investigazzjonijiet u rapportar.

L-EMSA tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex twettaq ir-rapportar u l-valutazzjoni tal-kompiti ta’ konformità, peress li dan se jkun xogħol tekniku, li jirrikjedi għarfien espert b’saħħtu fil-ġestjoni tad-data, (b’mod partikolari wkoll billi l-EMSA timmaniġġja l-bażi tad-data tal-EMCIP) kif ukoll fehim profond ta’ kwistjonijiet tekniċi kumplessi relatati maċ-ċertifikati u mat-taħriġ.

L-Istati Membri jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex iwettqu l-infurzar tad-Direttiva proposta, b’mod partikolari billi jkomplu jinvestigaw l-aċċidenti tal-baħar u jirrapportaw meta jkun meħtieġ.

Id-DĠ MOVE se japplika l-kontrolli meħtieġa f’konformità mal-istrateġija ta’ superviżjoni adottata fl-2017 dwar ir-relazzjonijiet tad-DĠ ma’ aġenziji deċentralizzati u impriżi konġunti. Skont l-istrateġija, id-DĠ MOVE jimmonitorja l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit, ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar u l-kwistjonijiet amministrattivi. Jiġi pprovdut rapport mill-Aġenzija fuq bażi biannwali. Il-kontrolli mwettqa fuq is-superviżjoni tal-Aġenzija kif ukoll fuq il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja relatata huma konformi mal-Istrateġija ta’ Kontroll tad-DĠ MOVE, aġġornata fl-2022.

Ir-riżorsi addizzjonali mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-EMSA se jkunu koperti mis-sistema ta’ kontroll intern u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-EMSA li hija allinjata mal-istandards internazzjonali rilevanti u tinkludi kontrolli speċifiċi sabiex jiġi prevenut il-kunflitt tal-interessi u tiġi żgurata l-protezzjoni tal-informaturi.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagamenti u fl-għeluq) 

Skont id-Direttiva proposta, se jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali biss lill-EMSA, li se jkun meħtieġ biex jiġu żviluppati għodod u moduli tal-IT, kif ukoll biex jiġi pprovdut taħriġ.

L-EMSA għandha responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, filwaqt li d-DĠ MOVE huwa responsabbli għall-pagament regolari tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja. Il-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball fil-pagament u fl-għeluq huwa simili għal dak marbut mas-sussidji baġitarji pprovduti lill-Aġenzija.

Il-kompiti addizzjonali li jirriżultaw mir-reviżjoni proposta ma humiex mistennija jiġġeneraw kontrolli addizzjonali speċifiċi. Għalhekk, il-kost tal-kontroll għad-DĠ MOVE (imkejjel skont il-valur tal-fondi ġestiti) huwa mistenni li jibqa’ stabbli.


2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Id-Direttiva proposta fiha diversi dispożizzjonijiet immirati speċifikament lejn il-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet. L-Istati Membri se jkollhom ikollhom Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità (QMS) biex jiċċertifikaw li l-organizzazzjoni, il-politiki, il-proċessi, ir-riżorsi u d-dokumentazzjoni tagħhom huma xierqa biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. Din trid tkun iċċertifikata u sussegwentement soġġetta għal awditu annwali. Il-Korpi tal-Investigazzjoni tal-Aċċidenti (AIBs) se jkollhom jaqsmu mal-Kummissjoni u/jew mal-EMSA r-riżultati tal-awditi annwali mwettqa mill-korp akkreditat b’tali mod li l-awtorità tal-AIB tista’ żżomm iċ-ċertifikazzjoni tal-QMS tagħha.

L-EMSA tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-Aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni. F’Marzu 2021, l-Aġenzija adottat Strateġija aġġornata kontra l-Frodi, ibbażata fuq il-metodoloġija u l-gwida għall-istrateġija kontra l-frodi ppreżentata mill-OLAF kif ukoll fuq l-Istrateġija kontra l-Frodi tad-DĠ MOVE. Dan jipprovdi qafas li jindirizza l-kwistjonijiet ta’ prevenzjoni, detezzjoni u kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet ta’ frodi fil-livell tal-Aġenzija. L-EMSA kontinwament tadatta u ttejjeb il-politiki u l-azzjonijiet tagħha biex tippromwovi l-ogħla livell ta’ integrità tal-persunal tal-EMSA, issostni l-prevenzjoni effettiva u l-identifikazzjoni tar-riskju ta’ frodi u tistabbilixxi l-proċeduri xierqa biex tirrapporta u tittratta każijiet potenzjali ta’ frodi u l-eżiti tagħhom. Barra minn hekk, fl-2015, l-EMSA adottat il-politika tagħha dwar il-Kunflitt ta’ Interess għall-Bord tat-Tmexxija.

L-EMSA tikkoopera mas-servizzi tal-Kummissjoni fi kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet. Il-Kummissjoni se tiżgura li din il-kooperazzjoni tkompli u tissaħħaħ.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 29 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 30

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 31

Minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

1

02 10 02

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Pagamenti

(2)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Titolu 2:

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3:

Impenji

(3a)

0,036

1,637

1,880

13,160

16,713

Pagamenti

(3b)

0,036

1,637

1,880

13,160

16,713

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-EMSA

Impenji

=1+1a +3a

0,207

1,979

2,222

15,554

19,962

Pagamenti

=2+2a

+3b

0,207

1,979

2,222

15,554

19,962

 
L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi Umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ<…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0,207

1,979

2,222

15,554

19,962

Pagamenti

0,207

1,979

2,222

15,554

19,962

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-EMSA 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Ammonti f’miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 32

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 33

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

Fejn applikabbli, l-ammonti jirriflettu s-somma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-EMSA 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali) Fejn applikabbli, l-ammonti jirriflettu s-somma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,171

0,342

0,342

2,394

3,249

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Sena 
2028-2034

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

2

2

2

2

2

Aġenti temporanji (Gradi AST)

Aġenti kuntrattwali

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

2

2

2

2

2

L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

L-EMSA se tibda tħejji r-reklutaġġ malli tiġi adottata l-proposta. Il-kostijiet huma stmati abbażi tas-suppożizzjoni li ż-2 FTEs jiġu reklutati mill-1 ta’ Lulju 2025. Għalhekk huma meħtieġa biss 50 % tal-kostijiet tar-riżorsi umani għall-ewwel sena.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE) 34

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

Linja/i baġitarja/i (speċifika)  35

- fil-Kwartieri Ġenerali 36  

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li tiġi inkluża fit-Taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Il-kompiti allokati lill-EMSA se jeħtieġu riprogrammazzjoni tal-linja baġitarja għall-kontribuzzjoni annwali għall-Aġenzija (02 10 02) skont il-qafas finanzjarju pluriennali attwali. Iż-żieda fl-approprjazzjonijiet għall-EMSA se tiġi kkumpensata minn tnaqqis kumpensatorju tal-infiq programmat taħt l-FNE Trasport (02 03 01) skont il-qafas finanzjarju pluriennali attwali. L-impatt baġitarju lil hinn mill-QFP attwali huwa ħarsa ġenerali indikattiva, mingħajr preġudizzju għall-Ftehim futur dwar il-QFP.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 37 .

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (arrotondat għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 38

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114
(2)    SWD(2018) 232 final
(3)    SWD(2018) 228 final
(4)     https://www.un.org/depts/los/convention_agreements/convention_overview_convention.htm
(5)    Il-Kodiċi tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati għal Investigazzjoni tas-Sikurezza dwar Diżgrazzja tal-Baħar jew Inċident tal-Baħar (il-Kodiċi għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji)
(6)    Dan l-obbligu jkopri d-diżgrazzji u l-inċidenti li jinvolvu vapuri li jtajru l-bandiera ta’ wieħed mill-Istati Membri; jew li jseħħu fl-ibħra territorjali u fl-ilmijiet interni tal-Istati Membri; jew li jinvolvu interessi sostanzjali oħra tal-Istati Membri. Il-baħar territorjali huwa medda ta’ ilmijiet kostali li testendi mhux aktar minn 12-il mil nawtiku (22 km) mil-linja bażi (normalment il-marka medja tal-ilma baxx) ta’ stat kostali. L-ilmijiet interni huma dawk l-ilmijiet ’il ġewwa mill-art tal-linja bażi tal-ilmijiet territorjali ta’ nazzjon. L-ilmijiet interni jistgħu jinkludu xmajjar u kanali kif ukoll portijiet u żoni fejn jidħlu l-vapuri (l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar l-Investigazzjoni tal-Aċċidenti)
(7)    Kif iddefiniti mill-Kodiċi tal-OMI għall-Investigazzjoni ta’ Diżgrazzji u Inċidenti tal-Baħar – imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva dwar l-Investigazzjoni tal-Aċċidenti.
(8)     www.emsa.europa.eu
(9)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57
(10)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 132
(11)    Id-Direttiva 2002/59/KE li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10)
(12)    ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1
(13)    ĠU L 34, 9.2.1998, p. 1
(14)    Ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11) u d-Direttiva 2009/15/KE dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47)
(15)    ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19
(16)    Bħad-Direttiva 92/43/KEE (id-“Direttiva dwar il-Ħabitats”), id-Direttiva 2009/147/KE (id-“Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar”, id-Direttiva (UE) 2019/904 (id-Direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss)
(17)    ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1
(18)    SWD(2023)145
(19)    L-EMSA twettaq tali żjarat skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1406/2002 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima bħala parti mill-kompiti ewlenin tagħha; għalhekk, ma huwiex mistenni li jinħolqu kostijiet addizzjonali.
(20)    Kif previst fil-Metodoloġija tal-EMSA għal żjarat fl-Istati Membri, http://emsa.europa.eu/implementation-tasks/visits-and-inspections/items.html?cid=89&id=3065
(21)    ĠU C , , p. .
(22)    ĠU C , , p. .
(23)    ĠU L 131, 28.5.2009, p. 114
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(25)    Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61).
(26)    Ir-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 1)
(27)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(28)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(29)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(30)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(31)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(32)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(33)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(34)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(35)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(36)    Prinċipalment għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
(37)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.
(38)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.