IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.5.2023
COM(2023) 265 final
2023/0161(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) (ST 12532/21 INIT; ST 12532/21 ADD 1) tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Estonja
{SWD(2023) 142 final}
2023/0161 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) (ST 12532/21 INIT; ST 12532/21 ADD 1) tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Estonja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u b’mod partikulari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Wara l-preżentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (“RRP”) mill-Estonja fit-18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni pproponiet il-valutazzjoni pożittiva tagħha lill-Kunsill. Il-Kunsill approva l-valutazzjoni pożittiva permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021.
(2)Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ta’ kull Stat Membru tiġi aġġornata sat-30 ta’ Ġunju 2022 f’konformità mal-metodoloġija pprovduta fih. Fit-30 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati ta’ dak l-aġġornament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
(3)Fid-9 ta’ Marzu 2023, l-Estonja ppreżentat RRP nazzjonali modifikat, inkluż kapitolu tar-REPowerEU f’konformità mal-Artikolu 21c tar-Regolament (UE) 2021/241, lill-Kummissjoni.
(4)L-RRP modifikat iqis ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 u jinkludi talba motivata lill-Kummissjoni biex temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 f’konformità mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 billi l-RRP parzjalment ma għadux jista’ jinkiseb minħabba ċirkostanzi oġġettivi. Il-modifiki tal-RRP ippreżentati mill-Estonja jikkonċernaw 22-il miżura.
(5)Fit-12 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill indirizza rakkomandazzjonijiet lill-Estonja fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B’mod partikolari, il-Kunsill irrakkomanda lill-Estonja biex tespandi l-investiment pubbliku tagħha għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u għas-sigurtà tal-enerġija, inkluż billi tagħmel użu mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, REPowerEU u fondi oħra tal-UE. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll it-tisħiħ tal-protezzjoni soċjali, inkluż bl-estensjoni tal-kopertura tal-benefiċċji tal-qgħad, b’mod partikolari għal dawk b’perjodi qosra ta’ xogħol u f’forom mhux standard ta’ xogħol. Huwa rrakkomanda wkoll li jitjiebu l-affordabbiltà u l-kwalità tal-kura fit-tul, b’mod partikolari billi jiġi żgurat l-finanzjament sostenibbli tagħha u tintegra s-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali. Barra minn hekk, il-Kunsill irrakkomanda lill-Estonja biex tnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili u tiddiversifika l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili billi taċċellera l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, l-iżgurar ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjonijiet u t-tisħiħ tan-network domestiku tal-elettriku. Il-Kunsill irrakkomanda lill-Estonja biex iżżid l-effiċjenza enerġetika, inkluż tal-bini, biex tnaqqas il-konsum tal-enerġija. Barra minn hekk, il-Kunsill appella lill-Estonja biex tintensifika l-isforzi biex ittejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tat-trasport, inkluż permezz tal-elettrifikazzjoni tan-network ferrovjarju u billi żżid l-inċentivi biex tinkoraġġixxi trasport sostenibbli u li jniġġes inqas, inkluż it-tiġdid tal-istokk tal-vetturi tat-triq. Wara li vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjjiż tal-2019, 2020 u l-2021 fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-RRP nazzjonali modifikat, il-Kummissjoni ssib li nkiseb xi progress fir-rigward tar-rakkomandazzjoni biex tissaħħaħ il-protezzjoni soċjali. Inkiseb progress limitat fir-rigward tar-rakkomandazzjoni biex titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili.
(6)Il-preżentazzjoni tal-RRP modifikat segwiet proċess ta’ konsultazzjoni, imwettaq f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, bl-involviment ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Is-sommarju tal-konsultazzjonijiet ġie ppreżentat flimkien mal-RRP nazzjonali modifikat. Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-Kummissjoni vvalutat ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP modifikat, f’konformità mal-linji gwida ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament.
Aġġornamenti bbażati fuq l-Artikolu 18(2) tar-Regolament 2021/241
(7)L-RRP modifikat ippreżentat mill-Estonja jneħħi tliet miżuri biex titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata. L-Estonja spjegat li, minħabba li l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Estonja naqset minn EUR 969 299 213 għal EUR 863 271 631, ma għadux possibbli li jiġu ffinanzjati l-miżuri kollha tal-RRP Estonjan oriġinali. L-Estonja spjegat li jenħtieġ li ċerti miżuri jitneħħew minħabba t-tnaqqis fl-allokazzjoni u b’kont meħud taż-żidiet fl-ispejjeż u t-tfixkil fil-katina tal-provvista li jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ dawk il-miżuri.
(8)L-RRP modifikat ma għadux jinkludi ċerti miżuri fl-ambitu tal-komponent 5 (trasport sostenibbli) u tal-komponent 6 (kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali). Dan jikkonċerna l-miżura 5.2 (investiment: Kostruzzjoni ta’ sezzjoni tal-linja ferrovjarja ta’ Tallinn-Rohuküla fid-direzzjoni tal-Punent), il-miżura 5.3 (investiment: Kostruzzjoni tat-terminal konġunt multimodali ta’ Rail Baltic f’Tallinn) u l-miżura 6.5 (investiment: Bini tal-kapaċità għal ħelikopters mediċi bi skopijiet multipli). Il-miżura 5.2 tikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ sezzjoni tal-linja ferrovjarja ta’ Tallinn-Rohuküla fid-direzzjoni tal-Punent. Il-miżura 5.3 tikkonsisti fil-kostruzzjoni tat-terminal konġunt multimodali ta’ Rail Baltic f’Talinn, parti minn proġett ta’ infrastruttura ta’ trasport ferrovjarju f’żona ġdida li huwa parti mill-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana–Baltiku tan-Networks Trans-Ewropej tat-Transport (TEN-T). Il-miżura 6.5 tikkonsisti fix-xiri ta’ żewġ ħelikopters mediċi multifunzjonali, inkluż tagħmir anċillari, provvisti ta’ manutenzjoni u taħriġ inizjali għall-persunal meħtieġ biex jopera l-ħelikopters, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ bażijiet għall-inżul u siti ta’ nżul f’ċentri mediċi ta’ emerġenza. Għalhekk, jenħtieġ li d-deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri u tal-istadji importanti u l-miri assoċjati tagħhom jitneħħew mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021.
Emendi bbażati fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241
(9)L-emendi tal-RRP ippreżentati mill-Estonja minħabba ċirkostanzi oġġettivi jikkonċernaw 19-il miżura.
(10)L-Estonja spjegat li żewġ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba l-implikazzjonijiet tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Minħabba din tal-aħħar, ġie deċiż li jiżdied bunker (taħt l-art) mal-isptar li kien ippjanat li jinbena skont il-miżura 6.2 (investiment: L-istabbiliment tal-Kampus Mediku tat-Tramuntana tal-Estonja). Din iż-żieda fil-kostruzzjoni tkompli żżid l-ispejjeż, minbarra dawk li jirriżultaw mill-inflazzjoni għolja u tfixkil tal-ktajjen tal-provvista, u ddewwem ix-xogħlijiet tal-kostruzzjonijiet lil hinn mill-2026. Dan jinvolvi wkoll it-tneħħija tal-Kampus Mediku tat-Tramuntana tal-Estonja. Dan jikkonċerna, rispettivament, l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 99 sa 105 tal-miżura 6.2 (investiment: L-istabbiliment tal-Kampus Mediku tat-Tramuntana tal-Estonja). Barra minn hekk, l-Estonja spjegat li l-isem tal-istadju importanti bin-numru sekwenzjali 94 tal-miżura 6.1 (riforma: Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja) fl-ambitu tal-komponent 6 (Kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali) jeħtieġ li jiġi modifikat għax, bit-tneħħija tal-Kampus Mediku tat-Tramuntana tal-Estonja, m’għadux meħtieġ li tiġi modifikata l-leġiżlazzjoni rilevanti biex il-Kampus jiġi inkluż fil-lista tal-isptarijiet. Barra minn hekk, l-Estonja spjegat ukoll li mhux l-elementi kollha tal-istadju importanti b’numru sekwenzjali ta’ 96 ta’ din l-istess miżura 6.1 (riforma: Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja) taħt il-komponent 6 (Kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali) jistgħu jinkisbu fl-iskeda ta’ żmien indikattiva. Id-dewmien huwa dovut għall-ħtieġa li tingħata prijorità lill-ħidma leġiżlattiva u l-ħruġ ta’ gwida għall-infermiera li pprovdew appoġġ lir-refuġjati mill-Ukrajna u jikkonċerna biss l-istabbiliment ta’ sistema ġdida ta’ rimborż għall-infermiera. L-emendi għas-sistema ta’ rimborż għat-tobba u l-ispiżjara mhumiex affettwati minn dan id-dewmien. Għalhekk, l-istadju importanti bin-numru sekwenzjali 96 inqasam f’żewġ stadji importanti u l-istabbiliment tas-sistema ta’ rimborż għall-infermiera ġie pospost għat-tieni trimestru (Q2) tal-2024. Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li temenda żewġ stadji importanti fil-miżura 6.1 u li tneħħi l-istadji importanti u l-miri msemmija hawn fuq mill-miżura 6.2 u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.
(11)L-Estonja spjegat li tliet miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu bl-ispiża stmata fl-RRP oriġinali minħabba li l-inflazzjoni għolja u l-interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista żiedu l-istima tal-ispejjeż tal-miżuri b’mod konsiderevoli. L-inflazzjoni kienet għolja matul l-2022 u laħqet il-quċċata tagħha f’Awwissu 2022 bl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur jikber b’25,2 %, meta mqabbel ma’ Awwissu 2021. L-inflazzjoni għolja kienet prinċipalment ikkawżata mill-prezzijiet tal-enerġija, li żdiedu b’mod partikolari minħabba l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Madankollu, prezzijiet oħra żdiedu b’rata mgħaġġla wkoll. Pereżempju, it-tkabbir fil-prezzijiet tal-kostruzzjoni aċċellera b’mod sinifikanti fl-2021 prinċipalment minħabba interruzzjonijiet fil-provvista tal-materjali tal-bini, u ż-żieda fil-prezzijiet aċċellerat ulterjorment fl-ewwel trimestri tal-2022 minħabba nuqqas ta’ materjali tal-bini u tal-forza tax-xogħol b’rabta mal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Skont l-Estonja, dan għamilha impossibbli li jiġu akkwistati ċerti investimenti fuq skala kbira li ġew inklużi fl-RRP oriġinali bil-prezzijiet imbassra fl-2020. Dan jikkonċerna l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 74 u 75 tal-miżura 4.5 (investiment: Programm għat-tisħiħ tal-grilja elettrika biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u biex ikun hemm adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-protezzjoni kontra l-maltempati), l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 76 u 77 tal-miżura 4.6 (investiment: Programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija fiż-żoni industrijali) u l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 78 u 79 tal-miżura 4.7 (investiment: Programm Pilota dwar il-Ħżin tal-Enerġija) fl-ambitu tal-komponent 4 (Enerġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija). Abbażi ta’ dan, minflok ma naqqset l-għanijiet tal-miri korrispondenti meta mqabbla mal-pjan oriġinali, l-Estonja żammet dawk il-miżuri fil-pjan billi kkumpensat iż-żieda fl-ispejjeż stmati tagħhom b’riżorsi li saru disponibbli bit-tneħħija ta’ miżuri oħra skont l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241. Id-deskrizzjoni ta’ dawn il-miżuri u l-istadji importanti u l-miri assoċjati tagħhom jibqgħu l-istess.
(12)L-Estonja spjegat li miżura waħda ma għadhiex tista’ tinkiseb fl-iskeda ta’ żmien u bl-ispejjeż stmati fl-RRP oriġinali minħabba li l-inflazzjoni għolja u l-interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista kkawżaw dewmien fix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u żiedu l-ispejjeż tal-miżura b’mod konsiderevoli. Dan jikkonċerna l-mira bin-numru sekwenzjali 91 tal-miżura 5.4 (investiment: Kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port Antik ta’ Tallinn) fl-ambitu tal-komponent 5 (Trasport sostenibbli). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li testendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni u li tuża r-riżorsi li saru disponibbli bit-tneħħija ta’ miżuri oħrajn skont l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241 biex tkopri ż-żidiet fil-prezzijiet ta’ din il-miżura u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.
(13)L-Estonja spjegat li żewġ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-pagi u nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tal-IT. Dan jikkonċerna l-mira bin-numru sekwenzjali 6 tal-miżura 1.2 (investiment: Żvilupp ta’ kostruzzjoni elettronika) u l-miri tan-numri sekwenzjali 8 u 9 tal-miżura 1.3 (investiment: Żvilupp ta’ servizzi ta’ poloz tal-vjeġġ diġitali) fl-ambitu tal-komponent 1 (Trasformazzjoni diġitali tal-intrapriżi). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li tnaqqas il-miri korrispondenti ta’ dawn iż-żewġ miżuri, meta mqabbla mal-RRP oriġinali u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.
(14)L-Estonja spjegat li erba’ miżuri ma għadhomx jistgħu jinkisbu minħabba li l-interruzzjonijiet fil-katina tal-provvista, problemi mhux mistennija u dewmien bl-akkwisti u l-proċeduri wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri. Dan jikkonċerna l-mira bin-numru sekwenzjali 61 tal-miżura 3.8 (investiment: Kostruzzjoni ta’ networks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna) fl-ambitu tal-komponenti 3 (Stat diġitali). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li testendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ din il-mira. Fil-każ ta’ investiment wieħed, minbarra r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-Estonja spjegat li l-istadju importanti bin-numru sekwenzjali 42 tal-miżura 2.7 (investiment: Ħolqien ta’ opportunitajiet għall-użu ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli) fl-ambitu tal-komponent 2 (Aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi) ma għadux jista’ jinkiseb fl-iskeda ta’ żmien minħabba li l-Estonja trid tfassal mill-ġdid is-sejħa għal proposti tagħha abbażi tal-kontenut finali tal-emenda għar-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (GBER, General Block Exemption Regulation), li ġie approvat wara li l-Estonja fasslet is-sejħa oriġinali għal proposti. Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li testendi l-iskedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dan l-istadju importanti. Fil-każ ta’ riforma waħda u ta’ investiment wieħed, minbarra r-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-fluss tax-xogħol amministrattiv ġie mfixkel minħabba l-ħtieġa li jiġu integrati malajr in-nies li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna. Dan jikkonċerna l-mira bin-numru sekwenzjali 14 tal-miżura 1.4 (riforma: Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji) taħt il-komponent 1 (Trasformazzjoni diġitali tal-intrapriżi) u l-mira bin-numru sekwenzjali 26 tal-miżura 2.2 (investiment: Ħiliet ekoloġiċi għall-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi) taħt il-komponent 2 (Aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li testendi l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ dawn iż-żewġ miri u li tibdel l-isem tal-pjattaforma tal-IT għar-reġistrazzjoni tal-attivitajiet ta’ taħriġ relatati mal-miżura 1.4. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.
(15)L-Estonja talbet ukoll li tuża r-riżorsi li fadal li saru disponibbli bit-tneħħija tal-miżuri skont l-Artikolu 21 tar-Regolament 2021/241 biex iżżid l-ambizzjoni ta’ żewġ miżuri u biex tinkludi ħames miżuri ġodda fl-RRP modifikat. F’każ wieħed, iż-żieda fl-ambizzjoni tieħu l-forma ta’ miri li żdiedu. Dan jikkonċerna miri bin-numri sekwenzjali 35 u 36 tal-miżura 2.5 (investiment: Użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fir-riżorsi) fl-ambitu tal-komponent 2 (Aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li żżid il-miri msemmija hawn fuq. F’każ ieħor, iż-żieda fl-ambizzjoni tieħu l-forma ta’ mira addizzjonali. Dan il-każ jikkonċerna l-mira bin-numru sekwenzjali 69a tal-miżura 4.3 (investiment: Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir) fl-ambitu tal-komponent 4 (Enerġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li żżid il-mira ta’ din il-miżura mal-pjan. L-inklużjoni ta’ ħames miżuri ġodda tikkonċerna l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 43a, 43b u 43c tal-miżura 2.8 (investiment: Appoġġ ta’ investiment għas-sigurtà tal-provvista) fl-ambitu tal-komponent 2 (Aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi), l-istadji importanti bin-numri sekwenzjali 80a, 80b u 80c tal-miżura 4.8 (investiment: It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta) fl-ambitu tal-komponent 4 (Enerġija u effiċjenza fl-użu tal-enerġija), l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 84a u 85a tal-miżura 5.2.a (investiment: Bastiment tax-xogħol multifunzjonali) u stadji importanti u miri bin-numri sekwenzjali 86a u 87a tal-miżura 5.3.a (Investiment: Kostruzzjoni tal-vjadotti ta’ Rail Baltic) fl-ambitu tal-komponent 5 (Trasport sostenibbli) u l-istadji importanti u l-miri bin-numri sekwenzjali 99a u 100a tal-miżura 6.2.a (Kostruzzjoni ta’ TERVIKUM) fl-ambitu tal-komponent 6 (Kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali). Abbażi ta’ dan, l-Estonja talbet li żżid l-istadji importanti u l-miri ta’ dawn il-ħames miżuri mal-pjan u jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata skont dan.
(16)Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet imressqa mill-Estonja jiġġustifikaw l-aġġornament skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2021/241 u l-emenda skont l-Artikolu 21(2) ta’ dak ir-Regolament.
Korrezzjonijiet ta’ żbalji klerikali
(17)Ġie identifikat żball klerikali wieħed fit-test tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 li jaffettwa żewġ miri f’miżura waħda. Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tiġi emendata biex tikkoreġi dan l-iżball klerikali li ma jirriflettix il-kontenut tal-RRP ippreżentat lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Ġunju 2021, kif maqbul bejn il-Kummissjoni u l-Estonja. Dan l-iżball klerikali jirrigwarda l-miri bin-numri sekwenzjali minn 39 sa 40 tal-miżura 2.6 (investiment: Fond Ekoloġiku) fl-ambitu tal-komponent 2 (Aċċellerazzjoni tat-Tranżizzjoni Ekoloġika fl-Intrapriżi). Dawn il-korrezzjonijiet ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-miżura kkonċernata.
Il-Kapitolu tar-REPowerEU bbażat fuq l-Artikolu 21c tar-Regolament 2021/241
(18)Il-Kapitolu tar-REPowerEU jinkludi riforma waħda msaħħa u żewġ investimenti ġodda. Ir-riforma 8.1 għandha l-għan li tiffaċilita l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. B’mod partikolari, filwaqt li tibni fuq ir-riforma 4.4, ir-riforma se tidentifika oqsma xierqa għall-użu tal-enerġija mir-riħ, tissimplifika l-qafas għall-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli b’enfasi fuq l-enerġija eolika u tibni l-kapaċità fl-awtoritajiet tal-għoti tal-permessi. L-investiment 8.2 għandu l-għan li jżid il-kapaċità tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku biex jiżdied l-aċċess tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-network. L-investiment 8.3 għandu żewġ għanijiet. L-ewwel nett, għandu l-għan li joħloq il-kundizzjonijiet regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli. It-tieni, l-investiment 8.3 għandu l-għan li jżid il-kapaċità installata tal-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli. Jenħtieġ li l-kontribut tal-miżuri tar-REPowerEU għall-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jgħin biex jingħelbu l-iskarsezzi tal-provvista tal-enerġija u għalhekk jitnaqqas ir-riskju ta’ prezzijiet għoljin tal-enerġija. Jenħtieġ li dan ikun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi kollha inklużi dawk l-aktar vulnerabbli. L-Estonja rrapportat ukoll li qed tuża riżorsi mill-baġit nazzjonali tagħha biex tiffinanzja miżuri mmirati li jindirizzaw il-faqar enerġetiku.
(19)Il-Kummissjoni vvalutat l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament 2021/241.
Rispons ibbilanċjat li jikkontribwixxi għas-sitt pilastri
(20)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(a), u l-kriterju 2.1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU jirrappreżenta fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) rispons komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi għall-Istat Membru u l-allokazzjoni finanzjarja.
(21)Il-Kummissjoni tqis li l-modifika tal-pjan flimkien mal-kapitolu tar-REPowerEU tħalli impatt biss fuq il-valutazzjoni tal-kontribut tal-RRP għall-ewwel pilastru dwar it-tranżizzjoni ekoloġika. Għall-pilastri l-oħra, in-natura u l-firxa tal-modifiki proposti għall-RRP ma għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni preċedenti tal-pjan billi jirrappreżentaw fil-biċċa l-kbira rispons komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u lanqas fuq il-kontribut xieraq tiegħu għas-sitt pilastri kollha msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241. Il-modifika se tkompli ssaħħaħ is-saħħa u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-pajjiż, kif deskritt fil-ħames pilastru. B’mod partikolari, is-sostituzzjoni tal-Kampus Mediku tat-Tramuntana tal-Estonja mat-TERVIKUM se tikkontribwixxi għat-titjib tar-reżiljenza u l-aċċessibbiltà tas-sistema tal-kura tas-saħħa fl-Estonja. Għall-komponent tat-trasport sostenibbli, il-miżuri l-ġodda bħall-kostruzzjoni ta’ vjadotti ta’ Rail Baltic u bastiment tax-xogħol multifunzjonali se jkomplu jindirizzaw il-bidla għal trasport aktar sostenibbli fl-ambitu tal-pilastru ekoloġiku u t-titjib tal-konnettività tat-trasport fl-ambitu tar-raba’ pilastru dwar il-koeżjoni soċjali u territorjali b’mod simili għal dak li kienu jikkontribwixxu l-miżuri preċedenti dwar il-kostruzzjoni ta’ terminal konġunt multimodali ta’ Rail Baltic u l-kostruzzjoni ta’ sezzjoni tal-linja ferrovjarja ta’ Tallinn-Rohuküla fid-direzzjoni tal-Punent.
(22)Fir-rigward tal-ewwel pilastru, l-RRP modifikat tal-Estonja flimkien mal-kapitolu tar-REPowerEU jinkludi miżuri addizzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi ekoloġiċi, b’mod partikolari fl-ambitu tal-komponent 2 (Tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi), il-komponent 4 (Effiċjenza enerġetika), il-komponent 5 (Trasport sostenibbli) u l-komponent 8 (il-kapitolu tar-REPowerEU).
(23)L-isfidi relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika huma indirizzati fl-ambitu tal-investiment ġdid 2.8 tal-komponent 2 li għandu l-għan li jappoġġa t-tranżizzjoni tal-kumpaniji industrijali mill-enerġija fossili għal sorsi tal-enerġija alternattivi. Is-sorsi ta’ enerġija alternattivi eliġibbli huma l-enerġija mir-riħ, mix-xemx, mill-bijogass sostenibbli u ġeotermali, l-elettrifikazzjoni u l-konnessjoni ma’ sistemi ta’ tisħin distrettwali effiċjenti. Il-bdil tal-fjuwil se jkollu effett pożittiv fil-kuntest tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, is-sigurà tal-enerġija u l-affordabbiltà.
(24)Qed isir sforz importanti mill-miżura li għandha l-għan li tagħti spinta lill-iżvilupp tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta fl-ambitu tal-komponent 4 li tikkontribwixxi biex jiġu żviluppati riżorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’hekk iżżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija Estonjana. Il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet ġodda għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli se tgħin biex issir bidla lejn produzzjoni tal-enerġija newtrali għall-klima u titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili.
(25)Il-miżuri tat-trasport sostenibbli li għadhom kif ġew miżjuda fl-ambitu tal-komponent 5 jikkontribwixxu biex jiġu żviluppati modi tat-trasport aktar ekoloġiċi u biex jiżdied is-sehem tal-modi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-klima, prinċipalment bl-għajnuna tat-trasport ferrovjarju u marittimu. Il-kostruzzjoni ta’ ħames vjadotti ta’ Rail Baltic se tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ konnessjoni ferrovjarja elettrifikata ġdida, filwaqt li bastiment multifunzjonali ġdid b’emissjonijiet baxxi se jikkontribwixxi, fost użi oħra, għall-protezzjoni tal-bijodiversità. Dawn l-investimenti se jgħinu lill-Estonja trawwem bidla lejn modi tat-trasport li ma jagħmlux ħsara lill-klima u tikkontribwixxi għat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet fis-settur tat-trasport.
(26)Il-miżuri fil-kapitolu tar-REPowerEU jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 u tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 peress li għandhom l-għan li jinċentivaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli. B’mod aktar preċiż, fl-ambitu tal-komponent 8, l-Estonja biħsiebha tieħu miżuri li se jiffaċilitaw l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, iżidu l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u jżidu l-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli. Erbgħa mill-ħames miżuri ġodda fil-pjan modifikat u t-tliet miżuri kollha fil-kapitolu tar-REPowerEU huma mistennija li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha.
L-indirizzar tal-isfidi kollha, jew subsett sinfikanti minnhom, identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż
(27)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(b), u mal-kriterju 2.2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinfikanti minnhom (Klassifikazzjoni A) identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Estonja, inklużi l-aspetti fiskali tagħhom, jew l-isfidi identifikati f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B’mod partikolari, l-RRP modifikat iqis ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż relatata mal-enerġija tal-2022.
(28)L-RRP modifikat jinkludi sett estensiv ta’ riformi u investimenti li jsaħħu lil xulxin li jikkontribwixxu biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi ekonomiċi u soċjali rilevanti kollha jew subsett sinifikanti minnhom deskritti fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Estonja mill-Kunsill fil-kuntest tas-Semestru Ewropew fl-2022. B’mod partikolari dwar l-enerġija, il-Kunsill irrakkomanda biex titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili u jiġu diversifikati l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili billi jiġi aċċellerat l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, l-iżgurar ta’ kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjonijiet u t-tisħiħ tan-network domestiku tal-elettriku. L-investimenti u r-riformi l-ġodda għandhom l-għan li jżidu s-sigurtà tal-enerġija, jiffaċilitaw l-użu tal-enerġija mir-riħ lil hinn mill-kosta, iżidu l-kapaċità fin-network tad-distribuzzjoni, jissimplifikaw il-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli u jistimulaw il-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-miżuri jgħinu biex titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili billi jaċċelleraw l-użu tal-enerġija rinnovabbli kif rakkomandat lill-Estonja fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2022. L-RRP modifikat żied ukoll l-ambizzjoni fil-kisba ta’ miri ogħla fl-investiment fir-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir u fl-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fir-riżorsi f’konformità mar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż tal-2022. L-Estonja kienet qed tindirizza wkoll l-isfidi biex tiddiversifika l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili u biex tiżgura kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjonijiet mingħajr riżorsi mill-RRP. Fir-rigward tad-diversifikazzjoni tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili, l-isforzi tal-Estonja ppermettewlha tieqaf tixtri l-gass Russu billi kkooperat pereżempju mal-Finlandja biex tistabbilixxi unità tal-ħżin u r-rigassifikazzjoni li żżomm f’wiċċ l-ilma. Fir-rigward tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni, l-Estonja tkompli bl-isforzi tagħha biex tissinkronizza n-network tal-elettriku tagħha man-network tal-elettriku tal-UE. Is-sostenibbiltà tas-sistema tat-trasport se tittejjeb permezz tal-investiment fil-vjadotti tar-Rail Baltic u f’bastiment multifunzjonali f’konformità mar-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż tal-2022 dwar trasport b’emissjonijiet baxxi. Il-kostruzzjoni ta’ TERVIKUM (ċentru tas-saħħa ġdid fil-belt ta’ Viljandi) se tippromwovi l-provvista ta’ servizzi tas-saħħa u soċjali b’mod integrat. Dan se jgħin biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar it-titjib tal-forniment tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali b’mod integrat.
(29)L-RRP jipprovdi bażi għal aktar riformi fis-setturi soċjali u tal-kura tas-saħħa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa, tittejjeb il-kwalità tal-kura fit-tul u l-aċċess għaliha għall-persuni kollha bi ħtiġijiet ta’ kura, titwessa’ l-kopertura tal-benefiċċji tal-qgħad u titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, b’mod partikolari billi tiżdied it-trasparenza fil-pagi. Il-miżuri inklużi fl-RRP biex tiġi indirizzata d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija huma prinċipalment relatati mal-investimenti. F’termini ta’ riformi, l-azzjonijiet konkreti għat-tneħħija gradwali tax-shale bituminuż huma mistennija li jiġu stabbiliti fil-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija biss fi tmiem l-2025.
(30)Ir-rakkomandazzjonijiet relatati mal-iżgurar li t-tkabbir tan-nefqa kurrenti ffinanzjata nazzjonalment ikun konformi ma’ pożizzjoni ta’ politika newtrali ġenerali, b’kont meħud tal-appoġġ temporanju u mmirat kontinwu għall-unitajiet domestiċi u d-ditti l-aktar vulnerabbli għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija u għan-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna, għandhom jitqiesu li jaqgħu barra mill-ambitu tal-RRP tal-Estonja, minkejja li huwa mbassar li l-Estonja se tkompli tuża l-appoġġ mhux ripagabbli mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fl-2023 biex tiffinanzja investiment addizzjonali b’appoġġ għall-irkupru.
La tagħmilx ħsara sinifikanti
(31)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(d), u mal-kriterju 2.4 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitlu tar-REPowerEU huwa mistenni jiżgura li l-ebda miżura (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment inklużi fl-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”).
(32)Il-pjan modifikat jivvaluta l-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont il-metodoloġija stabbilita fil-gwida teknika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (2021/C 58/01). Il-valutazzjoni ssir b’mod sistematiku għal kull riforma u investiment modifikati skont l-approċċ f’żewġ stadji. Il-valutazzjoni tikkonkludi li għall-miżuri modifikati kollha, jew ma hemm l-ebda riskju ta’ ħsara sinifikanti jew, fejn jiġi identifikat riskju, titwettaq valutazzjoni aktar dettaljata li turi n-nuqqas ta’ ħsara sinifikanti. L-Estonja rrappurtat dwar il-valutazzjoni dettaljata għall-miżuri l-ġodda, inklużi dawk fil-kapitolu REPowerEU. L-ebda waħda mill-miżuri fil-kapitolu tar-REPowerEU ma kienet teħtieġ deroga mill-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Fejn meħtieġ, ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” huma minquxa fit-tfassil ta’ miżura u speċifikati fi stadju importanti jew mira ta’ din il-miżura. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, jista’ jiġi konkluż li l-ebda miżura ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Kontribut għall-objettivi tar-REPowerEU
(33)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(da), u mal-kriterju 2.12 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-kapitolu tar-REPowerEU huwa mistenni li jikkontribwixxi b’mod effettiv fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għas-sigurtà tal-enerġija, għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni, għal żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika, għal żieda fil-kapaċitajiet tal-ħżin tal-enerġija jew għat-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili qabel l-2030.
(34)L-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU hija mistennija tikkontribwixxi b’mod partikolari għall-appoġġ tal-objettivi fl-Artikolu 21c(3), il-punti (b) u (e) tar-Regolament (UE) 2021/241. Ir-riforma dwar l-għoti ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli u miżura dwar il-bijometan sostenibbli jikkontribwixxu għall-objettiv 21(c)(3)(b) ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jiżdied is-sehem u jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli u jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli. L-investiment fin-network tal-elettriku jindirizza l-objettiv 21(c)(3)(e) ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri, it-tnaqqis meħtieġ tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili qabel l-2030 billi tittejjeb it-trażmissjoni interna u jitneħħew il-konġestjonijiet fid-distribuzzjoni u titħaffef l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
(35)Il-miżuri tar-REPowerEU huma koerenti mal-qafas ta’ politika tal-Estonja li għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jżid is-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-miżuri jsaħħu wkoll dawk inklużi fl-RRP oriġinali dwar il-ħżin tal-enerġija, it-tisħiħ tan-network tal-elettriku u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’żoni industrijali peress li eventwalment se jirriżultaw f’sehem dejjem ikbar ta’ enerġija rinnovabbli.
(36)Għalhekk, il-miżuri tar-REPowerEU għandhom enfasi qawwija ħafna fuq l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tagħhom fin-network tal-elettriku li se jippermetti lill-Estonja żżid is-sehem tas-sorsi tal-enerġija domestiċi fit-taħlita tal-enerġija tagħha. Dan se jnaqqas il-ħtieġa għall-importazzjoni ta’ sorsi tal-fjuwil u għalhekk iżid is-sigurtà tal-enerġija tal-pajjiż.
Miżuri li għandhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali
(37)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(db), u mal-kriterju 2.13 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-miżuri inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU huma mistennija li fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) jkollhom dimensjoni jew effett transfruntier jew multinazzjonali. Skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2021/241 emendat, it-tliet miżuri kollha fil-kapitolu tar-REPowerEU u għalhekk 100 % tal-istima tal-ispejjeż tiegħu, għandhom dimensjoni jew effett bejn il-pajjiżi jew multinazzjonali. Il-miżuri fil-kapitolu tar-REPowerEU se jikkontribwixxu direttament għall-produzzjoni u għall-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fin-network. B’riżultat ta’ dan, huma se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u għat-tnaqqis tad-domanda għall-enerġija u għalhekk jitqiesu li għandhom effett transfruntier pożittiv, kif stabbilit fil-gwida tal-Kummissjoni fil-kuntest tar-REPowerEU.
Kontribut għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità
(38)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(e), u mal-kriterju 2.5 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira (Klassifikazzjoni A) għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 59,4 % tal-allokazzjoni totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u 77,6 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri fil-kapitolu tar-REPowerEU, ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.
(39)Minbarra l-miżuri fit-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi, l-effiċjenza enerġetika u enerġetika u l-komponenti tat-trasport sostenibbli inklużi fl-RRP Estonjan oriġinali, l-RRP modifikat jestendi l-miżuri dwar l-effiċjenza enerġetika, il-ħżin tal-enerġija u t-tisħiħ tan-network tal-elettriku. Bil-miżuri l-ġodda, l-Estonja tagħmel enfasi fuq it-tneħħija tal-ostakli għall-użu tal-enerġija eolika u tinċentiva l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-kumpaniji. Iż-żieda ta’ investiment f’bastiment multifunzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tagħti wkoll prijorità lill-bijodiversità, li ma kinitx koperta b’mod espliċitu fil-pjan oriġinali.
(40)Rigward il-kontribuzzjoni tal-miżuri tal-kapitolu tar-REPowerEU fl-RRP tal-Estonja biex jinkisbu l-miri klimatiċi għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050, dawn huma miżuri li għandhom l-għan li jinċentivaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli b’mod aktar wiesa’ minn naħa waħda u li jiżviluppaw il-produzzjoni tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli tar-riżorsi lokali b’mod aktar speċifiku min-naħa l-oħra. B’mod aktar preċiż, fl-ambitu tal-komponent 8, l-Estonja pprevediet miżuri li se jiffaċilitaw l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, iżidu l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u jżidu l-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001.
(41)Dawn il-miżuri se jkollhom impatt dejjiemi billi jaċċelleraw l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili lejn sistema ta’ enerġija rinnovabbli dejjiema fl-Estonja. Huma se jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-enerġija użata fl-Estonja u b’hekk jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri klimatiċi għall-2030 u għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050.
(42)Minħabba t-tnaqqis fil-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-RRP tal-Estonja u l-inklużjoni ta’ miżuri ġodda li jinċentivaw it-tranżizzjoni ekoloġika, il-kontribuzzjoni klimatika tal-pjan żdiedet minn 41,5 % għal 59,4 %.
Kontribut għat-tranżizzjoni diġitali
(43)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(f), u mal-kriterju 2.6 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat fih miżuri li jikkontribwixxu fil-biċċa l-kbira għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 24,1 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP modifikat, ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.
(44)Il-valutazzjoni pożittiva tal-kontribut għat-tranżizzjoni diġitali pprovduta fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 tibqa’ valida. Il-pjan modifikat għall-irkupru u r-reżiljenza jinvolvi modifiki żgħar għal erba’ miżuri rigward it-tranżizzjoni diġitali u ma jinkludix miżuri ġodda li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali.
(45)Minħabba t-tnaqqis fil-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-RRP tal-Estonja, il-kontribuzzjoni diġitali tal-pjan, bl-esklużjoni tal-kapitolu tar-REPowerEU f’konformità mal-Artikolu 21c(5), żdiedet minn 21,5 % għal 24,1 %.
Monitoraġġ u implimentazzjoni
(46)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(h), u mal-kriterju 2.8 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fl-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-RRP, inklużi l-iskeda ta’ żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.
(47)In-natura u l-firxa tal-modifiki proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja m’għandhomx impatt fuq il-valutazzjoni preċedenti tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-istadji importanti u l-miri li jakkumpanjaw il-miżuri modifikati, inklużi dawk fil-kapitolu REPowerEU, huma ċari u realistiċi u l-indikaturi proposti għal dawk l-istadji importanti u l-miri huma rilevanti, aċċettabbli u robusti.
Spejjeż
(48)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(i), u mal-kriterju 2.9 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni pprovduta fl-RRP modifikat inkluż il-kapitlu REPowerEU dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-RRP hija moderatament (Klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.
(49)Skont l-informazzjoni pprovduta, il-valutazzjoni tal-ispejjeż stmati għall-investimenti l-ġodda u l-miżuri tar-REPowerEU juru li l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż huma raġonevoli u plawżibbli minkejja li l-evidenza turi gradi differenti ta’ dettalji u profondità tal-kalkoli. F’xi każijiet, id-dettalji dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati biex isiru l-istimi tal-ispejjeż kienu limitati, parzjalment minħabba n-novità tal-miżuri, jew kienu inqas ċari u dan wassal biex impedixxa li tingħata klassifikazzjoni A skont dan il-kriterju ta’ valutazzjoni. Barra minn hekk, il-bidliet fl-ispejjeż stmati għall-miżuri emendati kienu ġġustifikati u proporzjonali u bħala tali r-raġonevolezza u l-plawżibbiltà ta’ dawn l-ispejjeż stmati ma nbidlux meta mqabbla mal-RRP oriġinali. Fl-aħħar nett, l-ispejjeż totali stmati tal-RRP huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u huma proporzjonati mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.
Koerenza tal-RRP
(50)F’konformità mal-Artikolu 19(3)(k), u mal-kriterju 2.11 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU jinkludi moderatament (Klassifikazzjoni B) miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.
(51)Il-modifiki fl-RRP juru koerenza f’kull komponent u juru interkonnessjonijiet u sinerġiji tematiċi bejn il-komponenti differenti, b’mod partikolari dawk relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u mal-kapitolu tar-RePowerEU miżjud ġdid. Il-miżuri fil-kapitolu tar-REPowerEU komplew itejbu l-koerenza bit-tisħiħ tal-miżuri fl-RRP oriġinali dwar il-ħżin tal-enerġija, it-tisħiħ tan-network tal-elettriku u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’żoni industrijali. B’mod partikolari, il-miżuri tar-REPowerEU jikkonsistu f’riforma u investimenti li għandhom l-għan li jżidu l-produzzjoni u l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Il-miżura li tappoġġa r-rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’residenzi privati ġiet estiża wkoll b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-RRP oriġinali. L-investiment il-ġdid biex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-enerġija eolika lil hinn mill-kosta huwa marbut mill-qrib mal-miżuri eżistenti biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u jenħtieġ li jirriżulta fit-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-għoli tat-turbini eoliċi fil-Golf ta’ Riga u fi tliet gżejjer, u b’hekk jiġi lliberat il-potenzjal tar-riħ lil hinn mill-kosta tal-Estonja. L-investiment il-ġdid fl-infrastruttura tas-saħħa jiżgura li l-aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa, kif previst fl-RRP oriġinali, xorta jiġi żgurat. Fl-istess ħin, uħud mil-limitazzjonijiet relatati mal-koerenza tal-pjan oriġinali ma ġewx indirizzati. Il-pjan modifikat b’mod ġenerali jibqa’ aktar b’saħħtu fuq l-investimenti milli fuq ir-riformi u d-dimensjoni soċjali tal-pjan ma ssaħħitx. L-azzjonijiet konkreti għat-tneħħija gradwali tax-shale bituminuż mhumiex inklużi fl-RRP u mistennija biss li jiġu stabbiliti fil-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija fi tmiem l-2025 u riformi usa’, bħat-tassazzjoni ekoloġika, ma ġewx miżjuda.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ valutazzjoni
(52)Il-Kummissjoni tqis li l-modifiki mressqa mill-Estonja ma jaffettwawx il-valutazzjoni pożittiva tal-RRP stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 rigward ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP mal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 19(3)(c), (g) u (j).
Proċess ta’ konsultazzjoni
(53)Matul it-tħejjija tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU, l-Estonja bbenefikat minn appoġġ permezz tar-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Srument ta’ Appoġġ Tekniku (it-titlu tal-proġett “Appoġġ għal REPowerEU”). Fil-kuntest tat-tħejjija tar-rapport, li pprovda kontribut għat-tfassil tal-miżuri fl-ambitu tar-REPowerEU, il-partijiet ikkonċernati kienu involuti b’mod inklużiv.
(54)Fl-implimentazzjoni tal-pjan modifikat, inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU, il-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti għal kull miżura, kif ukoll aġġornati regolarment dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-pjan fl-avveniment annwali tal-Estonja dwar l-implimentazzjoni tal-RRP Estonjan. Sabiex tiġi żgurata s-sjieda mill-atturi rilevanti, huwa kruċjali li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati kollha inkwistjoni, inklużi s-sħab soċjali, matul l-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi inklużi fl-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU.
Valutazzjoni pożittiva
(55)Wara l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni dwar l-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tarREPowerEU, bis-sejba li l-pjan jikkonferma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) u mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu REPowerEU, l-istadji importanti, il-miri u l-indikaturi rilevanti, u l-ammont disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.
Kontribuzzjoni finanzjarja
(56)L-ispiża totali stmata tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU tal-Estonja huwa ta’ EUR 953 330 000. Billi l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu ta’ REPowerEU huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata disponibbli għall-Estonja, il-kontribuzzjoni finanzjarja kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 11 allokata għall-RRP modifikat tal-Estonja inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU jenħtieġ li tkun daqs l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-RRP modifikat tal-Estonja, inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU. Dan l-ammont huwa ta’ EUR 953 184 800.
(57)Skont l-Artikolu 21a(5) tar-Regolament (UE) 2021/241, fit-28 ta’ Frar 2023 l-Estonja ppreżentat talba għall-allokazzjoni tad-dħul imsemmi fl-Artikolu 21a(1) ta’ dak ir-Regolament, kondiviż bejn l-Istati Membri abbażi tal-indikaturi stabbiliti fil-metodoloġija fl-Anness IVa tar-Regolament (UE) 2021/241. L-ispejjeż totali stmati tal-miżuri msemmija fil-punti (b) sa (f) tal-Artikolu 21c(3) inklużi fil-kapitolu tar-REPowerEU huma ta’ EUR 90 040 000. Peress li dan l-ammont huwa ogħla mis-sehem tal-allokazzjoni disponibbli għall-Estonja, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli disponibbli għall-Estonja jkun daqs is-sehem tal-allokazzjoni. Dan l-ammont huwa ta’ EUR 83 297 553.
(58)Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 4a tar-Regolament (UE) 2021/1755, fit-28 ta’ Frar 2023 l-Estonja ssottomettiet talba motivata biex tittrasferixxi l-allokazzjoni proviżorja kollha tagħha mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-Faċilità, li tammonta għal EUR 6 615 616. Jenħtieġ li dan l-ammont isir disponibbli biex jappoġġa r-riformi u l-investimenti fil-kapitolu tar-REPowerEU bħala appoġġ finanzjarju addizzjonali mhux ripagabbli.
(59)Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali disponibbli għall-Estonja jenħtieġ li tkun ta’ EUR 953 184 800.
Prefinanzjament tar-REPowerEU
(60)L-Estonja talbet il-finanzjament li ġej għall-implimentazzjoni tal-kapitolu REPowerEU tagħha: trasferiment ta’ EUR 6 615 616 mill-allokazzjoni proviżorja mir-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, u EUR 83 297 553 mid-dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(61)Għal dawk l-ammonti, skont l-Artikolu 21d tar-Regolament (UE) 2021/241, fid-9 ta’ Marzu 2023 l-Estonja talbet prefinanzjament ta’ 20 % tal-finanzjament mitlub. Soġġett għar-riżorsi disponibbli, jenħtieġ li dak il-prefinanzjament jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Estonja soġġett għad-dħul fis-seħħ u f’konformità mal-ftehim li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Estonja skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE) 2021/241 (“il-ftehim ta’ finanzjament”).
(62)Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Estonja tiġi emendata skont dan. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit kompletament.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Estonja hija emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Il-valutazzjoni tal-RRP modifikat tal-Estonja fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, l-indikaturi rilevanti marbuta mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.”;
(2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1 u 2 jiġu sostitwiti b’dan li ġej:
“1. L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Estonja kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 953 184 800 fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli. Din il-kontribuzzjoni tinkludi:
1. ammont ta’ EUR 759 545 893 li għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment sal-31 ta’ Diċembru 2022;
2.ammont ta’ EUR 103 725 738 li għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023;
3.ammont ta’ EUR 83 297 553, f’konformità mal-Artikolu 21a(6) tar-Regolament (UE) 2021/241, esklużivament għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 21c ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (a);
4.ammont ta’ EUR 6 615 616, trasferit mir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għall-Faċilità.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni disponibbli għall-Estonja fi ħlasijiet parzjali f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. L-ammont ta’ EUR 126 008 898 għandu jkun disponibbli bħala prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2021/241.
L-ammont ta’ EUR 17 982 634 għandu jkun disponibbli bħala prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 21d tar-Regolament (UE) 2021/241. Dak il-prefinanzjament jista’ jitħallas mill-Kummissjoni f’massimu ta’ żewġ pagamenti.
Il-Kummissjoni tista’ tiżborża l-prefinanzjament u ħlasijiet parzjali f’segment wieħed jew f’diversi segmenti. Id-daqs tas-segmenti għandu jkun soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.”;
(3) L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni:
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 12.5.2023
COM(2023) 265 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) (ST 12532/21 INIT; ST 12532/21 ADD 1) tat-3 ta’ Novembru 2021 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Estonja
{SWD(2023) 142 final}
ANNESS
SEZZJONI 1: RIFORMI U INVESTIMENTI TAĦT IL-PJAN GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA
1.Deskrizzjoni tar-Riformi u l-Investimenti
A. IL-KOMPONENT 1: Trasformazzjoni diġitali tal-intrapriżi
L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li titrawwem it-trasformazzjoni diġitali tal-kumpaniji Estonjani u l-kompetittività tagħhom, b’mod partikolari fis-swieq tal-esportazzjoni. Għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-kumpaniji tas-setturi kollha, b’enfasi fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi, fi stadji differenti tat-trasformazzjoni diġitali tagħhom, kif ukoll kontribuzzjonijiet speċifiċi għall-adozzjoni u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fis-setturi tal-kostruzzjoni u tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Barra minn hekk, il-komponent għandu jindirizza l-kwistjoni ewlenija tal-ħiliet diġitali, permezz ta’ sensibilizzazzjoni tal-maniġers tal-SMEs u appoġġ għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid ta’ speċjalisti fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).
Azzjonijiet immirati biex jappoġġjaw l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet ta’ esportazzjoni u l-promozzjoni ta’ kumpaniji Estonjani barra mill-pajjiż għandhom jitwettqu f’sinerġija mal-attivitajiet ta’ Enterprise Estonia.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar l-investiment fit-tranżizzjoni diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2020) u dwar in-nuqqas ta’ ħiliet (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2019).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
A.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
1.1.
Investiment: It-trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
L-objettiv tal-miżura huwa li trawwem it-trasformazzjoni diġitali tan-negozji b’enfasi partikolari fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi.
Il-miżura tikkonsisti fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi li jinsabu fl-Estonja mis-setturi kollha għal attivitajiet u investimenti rilevanti għat-trasformazzjoni diġitali tagħhom. Dan l-appoġġ finanzjarju, li għandu jkun ikkomplementat bir-riżorsi proprji tal-kumpaniji, għandu jkopri wieħed jew aktar mill-aspetti li ġejjin:
-l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali,
-l-iżvilupp ta’ sħab ta’ data industrijali,
-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp, ittestjar u pilotaġġ industrijali,
-studji ta’ fattibbiltà, servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ,
-it-taħriġ tal-persunal.
Il-finanzjament għandu jiġi allokat permezz ta’ sejħiet miftuħa għal proposti.
Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħiet għal proposti għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (I) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
1.2.Investiment: Żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
L-objettiv tal-miżura huwa li tikkontribwixxi għall-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-kostruzzjoni sabiex tiżdied il-produttività tiegħu, titnaqqas l-impronta ambjentali tiegħu u tittejjeb il-kwalità tal-bini. Dan l-investiment huwa mistenni wkoll li jrawwem kondiviżjoni usa’ u aktar effiċjenti tad-data fost il-partijiet ikkonċernati.
Il-miżura tikkonsisti fi tliet fergħat differenti:
(I)l-iżvilupp ta’ interfaċċi tas-software bejn il-pjattaforma nazzjonali tal-kostruzzjoni elettronika (li qed tiġi żviluppata taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Akkomodazzjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni) u s-sistemi ta’ informazzjoni pubbliċi u privati eżistenti użati fis-settur, sabiex, fost l-oħrajn, jiġu awtomatizzati l-verifiki tal-konformità tal-bini ma’ diversi rekwiżiti regolatorji, kif ukoll l-għoti ta’ ċertifikati u awtorizzazzjonijiet; dan jinkludi t-taħriġ tal-utenti tal-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika (inkluż l-iżvilupp ta’ materjal ta’ taħriġ);
(II)l-appoġġ għall-introduzzjoni ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-bini, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tad-data dwar il-kostruzzjoni, il-ħolqien ta’ bażi tad-data dwar il-materjali tal-kostruzzjoni u l-prodotti għall-bini, l-introduzzjoni tal-BIM (Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini) fil-qasam tal-manutenzjoni tal-proprjetà;
(III)l-appoġġ għal proġetti (magħżula permezz ta’ sejħiet miftuħa għal proposti) li għandhom l-għan li jimplimentaw għodod ta’ kostruzzjoni diġitali u jiżviluppaw (anke prototipi) servizzi privati u pubbliċi innovattivi konnessi mal-pjattaforma nazzjonali tal-kostruzzjoni elettronika.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
1.3.Investiment: Żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
L-objettiv tal-miżura huwa li tappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-iskambju ta’ informazzjoni fit-trasport tal-merkanzija bit-triq permezz tal-introduzzjoni ta’ poloz tal-vjeġġ diġitali, f’konformità mar-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (eFTI), u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.
Il-miżura tikkonsisti f’appoġġ għal:
(I)fornituri ta’ servizzi fl-istabbiliment ta’ pjattaformi tal-eFTI li jippermettu l-iskjerament ta’ poloz tal-vjeġġ diġitali (eCMR — Nota ta’ Kunsinna elettronika),
(II)l-intrapriżi tat-trasport u tal-loġistika fl-interfaċċar tas-sistemi u l-proċessi tagħhom mal-pjattaformi tal-eFTI, li jippermettulhom jużaw poloz tal-vjeġġ diġitali (eCMR).
Il-proġetti korrispondenti għandhom jintgħażlu permezz ta’ żewġ sejħiet għal proposti distinti.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
1.4.Riforma: Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
L-objettiv tar-riforma huwa li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tan-negozji fil-livell maniġerjali biex imexxu u jrawmu t-tranżizzjoni diġitali, kif ukoll biex tiżgura d-disponibbiltà ta’ biżżejjed professjonisti tal-ICT li jkollhom ħiliet u għarfien aġġornati, sabiex il-kumpaniji Estonjani jkunu jistgħu jaħtfu bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mit-tranżizzjoni diġitali. Għandha wkoll l-għan li toffri opportunitajiet ġodda ta’ karriera kemm lill-persuni impjegati kif ukoll lil dawk qiegħda permezz tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fl-ICT, kif ukoll permezz ta’ rikonoxximent aħjar tal-ħiliet miksuba barra mit-tagħlim formali. Il-miżura għandha wkoll l-għan li tikkontribwixxi biex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-taħriġ fl-ICT u fil-professjonijiet tal-ICT.
Il-miżura tikkonsisti fl-erba’ fergħat li ġejjin:
(I)it-taħriġ tal-maniġers fil-kumpaniji (b’mod partikolari l-SMEs), sabiex iżidu l-ħiliet u l-għarfien tagħhom fl-ICT, u jżidu l-għarfien tagħhom dwar il-kisbiet potenzjali mill-użu tal-ICT,
(II)reviżjoni tal-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ tal-esperti tal-ICT, filwaqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi teknoloġiċi, l-importanza dejjem tikber taċ-ċibersigurtà u l-ħtiġijiet tal-kumpaniji,
(III)proġett pilota għat-tfassil mill-ġdid tal-qafas tal-kwalifiki għall-ispeċjalisti tal-ICT,
(IV)it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ispeċjalisti tal-ICT, inkluż fiċ-ċibersigurtà.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
1.5.Riforma: Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
L-għan tal-miżura huwa li żżid il-kapaċità tal-esportazzjoni u l-kompetittività tal-kumpaniji Estonjani, inklużi b’mod partikolari dawk tas-settur tal-ICT. Il-miżura hija mistennija li tkun partikolarment rilevanti għall-SMEs. Għandu jieħu vantaġġ ukoll mill-possibbiltajiet offruti mill-għodod diġitali.
Il-miżura tikkonsisti fi tliet sottomiżuri:
(I)l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ esportazzjoni mmirati lejn pajjiżi jew reġjuni speċifiċi;
(II)l-istabbiliment ta’ ċentri tan-negozju li jinsabu fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni;
(III)il-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi Estonjani (mis-settur tal-ICT b’mod partikolari) permezz ta’ missjonijiet u avvenimenti fiżiċi, virtwali jew ibridi.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
1.5.1.Sottoriforma: Strateġiji nazzjonali u reġjonali
Din is-sottoriforma tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ sensiela ta’ strateġiji komprensivi ta’ esportazzjoni li jindirizzaw pajjiżi u reġjuni ewlenin fil-mira, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw potenzjal għoli ta’ tkabbir għall-kumpaniji Estonjani. Dawn għandhom jinkludu kapitoli speċifiċi dwar l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni għas-settur tal-ICT u, b’mod aktar wiesa’, soluzzjonijiet diġitali żviluppati f’oqsma ta’ applikazzjoni differenti (bħall-governanza, l-edukazzjoni jew it-trasport).
Dawn l-istrateġiji għandhom l-għan li jipprovdu pariri lill-kumpaniji li jidħlu jew li diġà joperaw fis-swieq ikkonċernati.
Il-pajjiżi u r-reġjuni li għandhom jiġu indirizzati mill-istrateġiji għandhom jiġu identifikati permezz ta’ analiżi li għandha titwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ din is-submiżura.
L-implimentazzjoni ta’ din il-miżura għandha titwettaq f’sinerġija mal-attivitajiet ta’ Enterprise Estonia, fost sħab oħra.
1.5.2.Sottoriforma: Ċentri ta’ negozju innovattivi fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni
Din is-sottoriforma tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ ċentri tan-negozju f’seba’ pajjiżi barranin (ġewwa u/jew barra l-Unjoni) meqjusa bħala swieq importanti tal-esportazzjoni. Dawn iċ-ċentri tan-negozju għandu jkun fihom tagħmir xieraq għal laqgħat fiżiċi, virtwali kif ukoll ibridi, riċevimenti u preżentazzjonijiet li se jiġu organizzati minn intrapriżi Estonjani fis-setturi kollha mmirati lejn is-suq partikolari. Dak it-tagħmir jista’ jintuża wkoll barra mill-avvenimenti, għall-introduzzjoni lil kwalunkwe klijent potenzjali ta’ raggruppament jew intrapriża partikolari fl-Estonja. Iċ-ċentri tan-negozju għandhom jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-kumpaniji Estonjani, jappoġġawhom lokalment fl-attivitajiet ta’ esportazzjoni tagħhom, u jgħinu biex jattiraw investituri barranin. L-attivitajiet taċ-ċentri tan-negozju għandhom jitwettqu f’sinerġija mal-attivitajiet tal-Intrapriża tal-Estonja, fost sħab oħra.
Il-post taċ-ċentri tan-negozju għandu jiġi identifikat wara analiżi li għandha titwettaq bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ din is-submiżura.
1.5.3.Sottoriforma: Gruppi tal-impatt globali tal-esportazzjoni elettronika u stadji virtwali
Din is-sottoriforma tikkonsisti fit-twaqqif ta’ gruppi ta’ rappreżentanti kemm tal-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll ta’ partijiet ikkonċernati oħra, inklużi b’mod partikolari kumpaniji privati, u l-appoġġ għall-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi Estonjani (b’mod partikolari mis-settur tal-ICT) minn dawn il-gruppi, permezz ta’ missjonijiet u parteċipazzjoni f’avvenimenti fiżiċi, virtwali jew ibridi.
L-implimentazzjoni ta’ din is-sottoriforma tinkludi wkoll it-tisħiħ tal-promozzjoni ta’ prodotti u servizzi Estonjani f’avvenimenti kbar bl-użu ta’ għodod diġitali. L-hekk imsejħa “stadji virtwali” għandhom joħolqu aktar opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni għall-partijiet ikkonċernati Estonjani u juru soluzzjonijiet diġitali Estonjani. Dawn il- “stadji virtwali” għandhom jikkonsistu f’soluzzjonijiet tekniċi li jikkombinaw elementi fiżiċi u diġitali biex jippermettu jew avveniment relatat mal-esportazzjoni fl-Estonja jilħaq udjenzi globali, jew l-esportaturi Estonjani jipparteċipaw f’avvenimenti globali organizzati barra mill-pajjiż.
L-implimentazzjoni ta’ din il-miżura għandha titwettaq f’sinerġija mal-attivitajiet ta’ Enterprise Estonia, fost sħab oħra.
A.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Relatati
Miżura (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
1
|
1.1 trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal proposti bi kriterji għall-għoti u kundizzjonijiet għall-għoti
|
Pubblikazzjoni tal-avviż tas-sejħa għall-proposti
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Sejħa għal proposti biex tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, flimkien mal-kriterji tal-għoti, għandha tiġi ppubblikata mill-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni.
Il-kriterji ta’ evalwazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ għandhom jiġu definiti abbażi ta’ analiżi tal-ħtiġijiet tal-kumpaniji Estonjani u l-impatt mistenni tal-miżura.
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jiżguraw ukoll li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali.
|
|
2
|
1.1 trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Mira
|
Għoti ta’ għotjiet
|
|
Numru ta’ intrapriżi li qed jingħataw għotja
|
0
|
110
|
Q4
|
2023
|
L-għadd ta’ intrapriżi li lilhom għandhom jingħataw għotjiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni biex jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tagħhom f’konformità mas-sejħa għal proposti.
|
|
3
|
1.1 trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Mira
|
Għoti ta’ għotjiet
|
|
Numru ta’ intrapriżi li qed jingħataw għotja
|
110
|
230
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ intrapriżi li lilhom għandhom jingħataw għotjiet mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni biex jappoġġaw it-trasformazzjoni diġitali tagħhom f’konformità mas-sejħa għal proposti.
|
|
4
|
1.2 żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali fil-kostruzzjoni
|
Adozzjoni ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Il-ħidma fuq l-adozzjoni ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali fil-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-bini għandha titmexxa u tiġi kkoordinata mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni, bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tad-data dwar il-kostruzzjoni, il-ħolqien ta’ bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku għall-materjali tal-kostruzzjoni u l-prodotti tal-kostruzzjoni u l-introduzzjoni ta’ mmudellar tal-informazzjoni dwar il-bini fil-qasam tal-manutenzjoni tal-proprjetà.
|
|
5
|
1.2 żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Stadju importanti
|
Disponibbiltà ta’ servizzi pubbliċi fuq il-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika
|
Dħul fis-servizz ta’ interfaċċi bejn il-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika u s-servizzi pubbliċi relatati
|
|
|
|
Q4
|
2025
|
Is-servizzi pubbliċi previsti fil-pjan ta’ żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika għandhom jiġu żviluppati, operattivi u magħmula pubbliċi fuq il-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika. Il-materjal tat-taħriġ għandu jkun disponibbli wkoll għall-utenti.
Dan jinkludi servizzi relatati mal-ambjent mibni — bħall-permessi tal-bini u tal-ippjanar, ir-reġistru tal-bini (ġurnal ta’ abbord), u l-passaport tar-rinnovazzjoni.
|
|
6
|
1.2 żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Mira
|
Tlestija ta’ proġetti ta’ żvilupp u ħolqien ta’ prototipi
|
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
0
|
102
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ proġetti kkompletati għall-iżvilupp u/jew l-implimentazzjoni ta’ għodod tal-kostruzzjoni diġitali u prototipi ta’ soluzzjonijiet diġitali innovattivi bbażati fuq il-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika.
|
|
7
|
1.3 żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
żvilupp ta’ pjattaformi tal-eFTI (Informazzjoni elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija)
|
|
Għadd ta’ proġetti mnedija
|
0
|
5
|
Q2
|
2023
|
L-għadd ta’ proġetti li jiżviluppaw pjattaforma tal-eFTI li rċevew deċiżjoni pożittiva dwar l-għotja.
|
|
8
|
1.3 żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
żviluppi fl-interfaċċa tal-ECMR (Nota ta’ Kunsinna elettronika)
|
|
Għadd ta’ proġetti mnedija
|
0
|
200
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ proġetti li jippermettu li l-operaturi tat-trasport u tal-loġistika jkunu konnessi mal-pjattaformi tal-eFTI u jużaw l-eCMR li jkunu rċevew deċiżjoni pożittiva dwar l-għotja.
|
|
9
|
1.3 żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
Għadd totali ta’ proġetti li tlestew
|
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
0
|
205
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ proġetti tal-eFTI u tal-eCMR li tlestew, li jikkontribwixxu għall-iskjerament ta’ poloz tal-vjeġġ diġitali.
|
|
10
|
1.3 żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Stadju importanti
|
Evalwazzjoni ex post tal-iżvilupp u l-użu tal-kontijiet tal-vjeġġ diġitali
|
Adozzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni
|
|
|
|
Q2
|
2026
|
Korp estern għandu janalizza l-impatt tal-miżura ta’ appoġġ fuq is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u jippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni, li għandu jiġi adottat mill-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni.
|
|
11
|
Ir-riforma tal-ħiliet tal-1.4 għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi t-termini ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa għall-applikazzjoni u l-allokazzjoni tal-appoġġ għandha tidħol fis-seħħ. Il-kundizzjonijiet għall-appoġġ għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ digriet ministerjali, li għandu jiġi kkoordinat mal-Ministeru tal-Finanzi u maċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat.
Id-digriet ministerjali għandu jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
-l-għan tal-miżura,
-deskrizzjoni tal-attivitajiet appoġġati,
-benefiċjarji u gruppi fil-mira,
-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni,
-spejjeż eliġibbli u simplifikazzjonijiet użati,
-kondizzjonijiet għall-pagamenti,
kundizzjonijiet għar-rappurtar u l-monitoraġġ.
|
|
12
|
Ir-riforma tal-ħiliet tal-1.4 għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Reġistrazzjoni f’attivitajiet ta’ taħriġ
|
|
In-numru ta’ parteċipanti
|
0
|
500
|
Q4
|
2023
|
L-għadd ta’ persuni rreġistrati f’attivitajiet ta’ taħriġ appoġġati taħt din il-miżura, li jikkonsistu f’sensibilizzazzjoni għall-maniġers tal-SMEs, u titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-ispeċjalisti tal-ICT. Minimu ta’ 35 % tal-parteċipanti rreġistrati f’dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ għandhom ikunu nisa.
|
|
13
|
Ir-riforma tal-ħiliet tal-1.4 għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Tlestija ta’ attivitajiet ta’ taħriġ
|
|
In-numru ta’ parteċipanti
|
0
|
2000
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ persuni li lestew il-kors ta’ taħriġ tagħhom permezz tal-attivitajiet ta’ taħriġ appoġġati taħt din il-miżura, inkluż is-sensibilizzazzjoni għall-maniġers tal-SMEs, u t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-ispeċjalisti tal-ICT. Minimu ta’ 35 % tal-parteċipanti li jkunu lestew dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ għandhom ikunu nisa.
|
|
14
|
Ir-riforma tal-ħiliet tal-1.4 għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Għadd ta’ moduli ġodda ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
Għadd ta’ kurrikuli rreġistrati fis-sistema ta’ informazzjoni għat-taħriġ tal-Adulti tal-Estonja
|
0
|
5
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ moduli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid żviluppati b’kontenut dettaljat ta’ taħriġ, struttura u materjali ta’ taħriġ biex jiġi pprovdut taħriġ relatat mal-ħiliet diġitali. Kurrikuli ġodda żviluppati għal dawn il-moduli għandhom jiġu rreġistrati fis-sistema ta’ informazzjoni għat-taħriġ tal-Adulti tal-Estonja.
|
|
15
|
Ir-riforma tal-ħiliet tal-1.4 għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Rieżami tal-istandards tal-kwalifiki għall-ispeċjalisti tal-ICT.
|
|
Numru ta’ standards ta’ kwalifika analizzati u adattati kif u jekk meħtieġ
|
0
|
5
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ standards ta’ kwalifika stabbiliti għall-ispeċjalisti tal-ICT mir-reġistru nazzjonali tal-istandards tal-kwalifiki li ġew analizzati u adattati kif u jekk meħtieġ.
|
|
16
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.1 strateġiji tal-pajjiżi u reġjonali
|
Stadju importanti
|
Preparazzjoni tal-iżvilupp ta’ strateġiji
|
Tlestija tal-kompiti preparatorji
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-kompiti preparatorji meħtieġa għat-tfassil ta’ strateġiji ta’ esportazzjoni għandhom jitlestew.
Dawn il-kompiti jinkludu:
-analiżi ta’ liema swieq esterni huma importanti għall-iżvilupp ta’ strateġiji,
-analiżi tal-interessi tan-negozji,
immappjar tal-ħtiġijiet tal-intrapriżi esportaturi biex iżidu l-kompetittività tagħhom fis-swieq tal-esportazzjoni, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet.
|
|
17
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.1 strateġiji tal-pajjiżi u reġjonali
|
Stadju importanti
|
Akkwist ta’ studji
|
Firma tal-kuntratti
|
|
|
|
Q2
|
2024
|
Sejħiet għall-offerti għat-tfassil ta’ strateġiji u pakketti ta’ prodotti bl-għan li tinkiseb informazzjoni dettaljata tas-suq dwar is-swieq barranin għandhom jitwettqu mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-kuntratti korrispondenti għandhom jiġu ffirmati.
|
|
18
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.1 strateġiji tal-pajjiżi u reġjonali
|
Mira
|
Numru ta’ strateġiji ta’ esportazzjoni tal-pajjiż u reġjonali
|
|
Għadd ta’ strateġiji ppubblikati
|
0
|
13
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ strateġiji ta’ esportazzjoni nazzjonali u/jew reġjonali li għandhom jiġu żviluppati. Dawn l-istrateġiji għandhom jinkludu analiżijiet komprensivi u jipprovdu pariri intelliġenti proattivi għall-kumpaniji li jidħlu u joperaw fi swieq barranin.
|
|
19
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.2 ċentru ta’ negozju innovattiv fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni
|
Stadju importanti
|
Analiżi preparatorja biex jiġu definiti l-kontenut u l-postijiet taċ-ċentri tan-negozju
|
Twettiq ta’ analiżi preparatorja
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin għandu jħejji analiżi preparatorja li tippermetti d-definizzjoni tal-kontenut u l-postijiet taċ-ċentri tan-negozju. L-analiżi għandha tiżvela fejn għandhom jitwaqqfu ċentri tan-negozju biex tiżdied id-domanda għal prodotti u servizzi magħmula fl-Estonja fis-swieq tal-esportazzjoni.
|
|
20
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.2
Ċentri ta’ negozju innovattivi fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni
|
Mira
|
Numru ta’ ċentri tan-negozju miftuħa
|
|
Numru ta’ ċentri tan-negozju
|
0
|
7
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ ċentri tan-negozju miftuħa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex jappoġġaw kumpaniji biex jidħlu u joperaw fi swieq importanti tal-esportazzjoni, kif ukoll biex jgħinuhom jippromwovu prodotti u servizzi magħmula fl-Estonja b’mod li jqis l-ispeċifiċitajiet tal-ambjent u l-kultura tan-negozju lokali.
|
|
21
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.3 gruppi tal-impatt globali tal-esportazzjoni elettronika u stadji virtwali
|
Stadju importanti
|
It-twaqqif ta’ gruppi tal-impatt u l-għażla ta’ destinazzjonijiet għal missjonijiet diġitali globali
|
Deċiżjonijiet dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi tal-impatt u d-destinazzjonijiet tal-missjonijiet diġitali globali
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Abbażi ta’ analiżi, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għandu jagħżel destinazzjonijiet globali tal-missjoni diġitali u gruppi tal-impatt biex iżid il-valur miżjud tal-esportazzjonijiet tas-servizzi diġitali Estonjani, iżid il-kapaċità tal-esportazzjoni tal-kumpaniji Estonjani, fosthom il-kumpaniji tal-ICT b’mod partikolari, u jattira investimenti barranin addizzjonali għall-innovazzjoni.
|
|
22
|
1.5 appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin
1.5.3 gruppi tal-impatt globali tal-esportazzjoni elettronika u stadji virtwali
|
Mira
|
L-għadd ta’ missjonijiet imwettqa mill-gruppi tal-impatt globali u l-għadd ta’ avvenimenti ewlenin li fihom l-Estonja kienet irrappreżentata permezz ta’ “stadji virtwali”
|
|
Total tal-għadd ta’ missjonijiet u avvenimenti mwettqa
|
0
|
29
|
Q2
|
2026
|
Mill-inqas 14 missjoni għandhom jitwettqu mill-gruppi tal-impatt globali stabbiliti mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin biex jiżdied il-valur miżjud tal-esportazzjonijiet tas-servizzi diġitali Estonjani, tiżdied il-kapaċità tal-esportazzjoni tal-kumpaniji Estonjani, fosthom il-kumpaniji tal-ICT b’mod partikolari, u jiġu attirati investimenti barranin addizzjonali għall-innovazzjoni.
L-Estonja għandha tkun rappreżentata permezz ta’ “stadji virtwali” f’mill-inqas 15 avveniment.
|
B.KOMPONENT 2: L-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi
Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
L-objettiv tal-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza huwa li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika fis-settur tan-negozju fl-Estonja u li jinħatfu l-opportunitajiet ta’ negozju li jirrappreżenta. Il-komponent jikkonsisti f’żewġ riformi u sitt investimenti u għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi, iżid il-kapaċitajiet ta’ R &Du ta’ innovazzjoni ekoloġiċi u l-effiċjenza fir-riżorsi, jintroduċi mudelli ta’ negozju ġodda u jtejjeb il-ħiliet u l-għarfien espert f’oqsma relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika. Il-miżuri taħt dan il-komponent jimmiraw għal approċċ komprensiv għat-tranżizzjoni ekoloġika li jindirizza l-fallimenti ewlenin tas-suq u jiffaċilita l-iżvilupp teknoloġiku u komportamentali biex tiżdied il-kompetittività tas-settur tan-negozju. Il-miżuri jappoġġaw ukoll l-iżvilupp ulterjuri tas-suq kapitali u l-ambjent tan-negozju.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar l-appoġġ għall-kapaċità tal-innovazzjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-iffukar tal-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, l-iżgurar ta’ aċċess suffiċjenti għall-finanzjament (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2020), in-nuqqas ta’ ħiliet (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2019) u t-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
2.1. Riforma: Tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
L-objettiv tar-riforma huwa li ttejjeb it-tranżizzjoni ekoloġika fis-settur tan-negozju, li huwa mistenni li jkollha benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali billi n-negozji eżistenti jsiru aktar effiċjenti u favur l-ambjent (effiċjenza fir-riżorsi, ċertifikati ġodda ta’ tranżizzjoni ekoloġika u awtorizzazzjonijiet tas-suq għall-prodotti) u billi jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ kumpaniji ġodda tat-teknoloġija ekoloġika (l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi, opportunitajiet ġodda għall-valorizzazzjoni tal-bijo-riżorsi).
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ Task Force għat-Tranżizzjoni Ekoloġika fuq bażi wiesgħa biex trawwem il-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati tat-teknoloġija ekoloġika u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-ħames investimenti komplementari: 1. Ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-kumpaniji; 2. Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika; 3 modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura; 4. L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; u l-5. Il-Fond Ekoloġiku.
Ir-riforma hija interkonnessa mal-Komponent 1 peress li d-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni qed jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi u tranżizzjoni ekoloġika fis-settur tan-negozju.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2022.
2.2. Investiment: Ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ għarfien espert ta’ kwalità għolja biex tiġi implimentata t-tranżizzjoni ekoloġika fl-intrapriżi. L-investiment jikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ programmi aġġornati ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid għall-adulti u l-modernizzazzjoni ta’ programmi ta’ studju fl-edukazzjoni għolja u vokazzjonali, kif ukoll l-iżvilupp u l-pilotaġġ ta’ programmi ta’ taħriġ aktar flessibbli li joffru mikrokredenzjali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet futuri tal-ekonomija ekoloġika.
Il-ħiliet ekoloġiċi huma definiti bħala ħiliet meħtieġa għall-impjiegi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi u jinkludu introduzzjoni usa’ tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari. F’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, l-istandards professjonali u l-profili tal-ħiliet għandhom jiġu aġġornati u, fejn xieraq, għandhom jiġu żviluppati profili ġodda, li jispeċifikaw l-eżiti tat-tagħlim mistennija u jagħżlu oqsma speċifiċi bl-akbar impatt fuq it-tranżizzjoni ekoloġika. Għandhom jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid lill-persuni li jaħdmu f’setturi diġà affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika (l-enerġija, it-trasport, il-ġestjoni tal-iskart; industriji u setturi ġodda b’potenzjal għall-ħolqien ta’ impjiegi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni ekoloġika jew marbuta magħha) u ma’ dawk li jixtiequ jibdlu l-karriera tagħhom.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
2.3. Investiment: Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi
L-investiment għandu l-għan li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni ekoloġika tal-kumpaniji billi jrawwem l-iżvilupp u t-tixrid ta’ teknoloġiji ekoloġiċi innovattivi. L-investiment huwa mistenni li jżid l-għadd ta’ kumpaniji tat-teknoloġija ekoloġika intensiva fir-riċerka fis-suq u jappoġġa l-ekosistema tan-negozji ġodda. L-investiment jikkonsisti f’appoġġ għal negozji ġodda u raggruppamenti ta’ żvilupp b’enfasi fuq soluzzjonijiet integrati ta’ teknoloġija ekoloġika permezz ta’ diversi servizzi ta’ żvilupp (inklużi aċċelleraturi, inkubazzjoni, żvilupp tan-negozju, żvilupp ta’ prototipi, pilotaġġ) u titjib tal-kooperazzjoni bejn tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet u atturi li diġà huma attivi fis-suq (akkademja, negozji, partijiet ikkonċernati oħra).
L-enfasi tal-investiment għandha tkun fuq l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, il-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, mudelli ġodda ta’ negozju, id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni. Il-proġetti appoġġati taħt l-investiment għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u għaż-żieda fil-produttività tar-riżorsi fl-Estonja.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
2.4. Investiment: Modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura
L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa l-bidla tal-mudelli kummerċjali fil-manifattura biex tiġi żgurata l-konformità tal-prodotti Estonjani mal-objettivi ambjentali u klimatiċi, inkluż mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, u tiżdied il-kompetittività tal-kumpaniji tal-manifattura. Il-miżura għandha tappoġġa proġetti li jimmodernizzaw il-mudelli kummerċjali tal-kumpaniji tal-manifattura relatati mal-objettivi klimatiċi u ambjentali. Il-proġetti għandhom jintgħażlu abbażi ta’ sejħa għal proposti.
Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħa għal proposti għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (I) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
2.5. Investiment: L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi tal-kumpaniji, inkluża l-effiċjenza enerġetika, b’enfasi partikolari fuq il-valorizzazzjoni ta’ bijorizzazzjoni ta’ bijoriżorsi li ma jintużawx biżżejjed bħar-residwi u l-prodotti sekondarji. L-investiment għandu l-għan li jappoġġa l-innovazzjoni fit-teknoloġija tal-produzzjoni u l-iżvilupp tal-prodotti fl-intrapriżi u jikkontribwixxi għal soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari.
Il-miżura għandha tappoġġa żewġ tipi ta’ investimenti:
-il-promozzjoni ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fir-riżorsi għall-impjanti industrijali;
-valorizzazzjoni tal-bijoriżorsi.
Il-proġetti għandhom jintgħażlu abbażi ta’ sejħa għal proposti. Il-kriterji ewlenin għall-għażla tal-proġetti li jirċievu għotja għandhom jinkludu, skont ir-rilevanza, l-effiċjenza fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-effiċjenza fir-riżorsi, il-kosteffettività, it-tnaqqis tar-residwi u l-ġenerazzjoni tal-iskart, il-valur miżjud għall-bijoriżorsi u l-innovazzjoni tas-soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati.
Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħa għal proposti għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (I) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
2.6. Investiment: Il-Fond Ekoloġiku
L-objettiv tal-investiment huwa li jipprovdi kapital għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi ġodda f’oqsma strateġiċi bħall-enerġija, l-agrikoltura, l-industrija tal-ikel, it-trasport u l-loġistika, il-materjali u l-industriji kimiċi. Il-Fond Ekoloġiku għandu jipprovdi finanzjament għal kumpaniji u setturi li l-prodotti, is-servizzi jew il-proċessi tagħhom huma kkaratterizzati minn teknoloġiji ekoloġiċi intensivi fir-riċerka u li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu biex isolvu problemi ambjentali, jiżviluppaw prodotti, servizzi jew teknoloġiji ġodda li jnaqqsu jew jaqbdu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew li huma xprunati minn rekwiżiti tal-ekodisinn. L-investimenti għandhom isiru fi proġetti sostenibbli, filwaqt li jitqies ir-Regolament tal-UE dwar it-Tassonomija.
Il-miżura għandha tiġi implimentata bħala strument finanzjarju bħala parti minn programm usa’ ta’ investiment fit-teknoloġija ekoloġika li jipprovdi investimenti ta’ ekwità lill-kumpaniji fil-forma ta’ investimenti diretti ta’ ekwità u permezz ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju, ġestiti mill-maniġer tal-fondi pubbliċi SmartCap.
Il-miżura għandha tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01). Il-Ftehim legali ffirmat bejn l-Estonja u SmartCap u l-politika ta’ investiment sussegwenti tal-Fond Ekoloġiku għandhom:
I.jirrikjedu l-applikazzjoni tal-gwida teknika tal-Kummissjoni dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU; u
II.tirrikjedi li l-kumpaniji li jkunu dderivati aktar minn 50 % tad-dħul tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti mill-attivitajiet u/jew l-assi li ġejjin jadottaw u jippubblikaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika: (I) attivitajiet u assi relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet u assi taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet u assi relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet u assi fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent; u
III.jirrikjedu l-verifika tal-konformità legali mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali tal-benefiċjarju minn SmartCap għat-tranżazzjonijiet kollha, inklużi dawk eżentati mill-verifika tas-sostenibbiltà.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
2.7. Investiment: Il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa l-użu u l-pilotaġġ ta’ ktajjen tal-valur integrati tal-idroġenu mill-produzzjoni tal-enerġija u s-soluzzjonijiet tal-provvista sal-konsum finali f’oqsma ta’ applikazzjoni differenti.
Il-proġetti li għandhom jiġu appoġġati għandhom jintgħażlu wara sejħa għal proposti. Is-sejħa għall-proposti hija miftuħa għal proġetti mis-setturi ekonomiċi kollha. L-elettriku użat għall-produzzjoni tal-idroġenu għandu jiġi prodott minn enerġija rinnovabbli u l-konsum tal-idroġenu ekoloġiku għandu jsir fl-Estonja.
Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħa għal proposti għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (I) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
2.8. Investiment: Appoġġ ta’ Investiment fis-Sigurtà tal-Provvista
L-objettiv tal-investiment huwa li jappoġġa t-tranżizzjoni ta’ kumpaniji minn sorsi ta’ enerġija fossili għal sorsi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija. Is-sorsi alternattivi ta’ provvista ta’ enerġija eliġibbli huma dawn li ġejjin:
·sorsi ta’ enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/2011 dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II);
·applikazzjonijiet ta’ ħżin wara l-miter;
·elettrifikazzjoni; u
·konnessjoni ma’ sistemi ta’ tisħin distrettwali effiċjenti f’konformità mad-Direttiva 2012/27/UE (id-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika).
L-attivitajiet appoġġati għandhom jinkludu x-xiri, l-installazzjoni u x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni relatati ta’ tagħmir meħtieġ għall-qlib għal sorsi alternattivi tal-provvista tal-enerġija kif elenkati hawn fuq.
Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji tal-eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħa għall-proposti għandhom jiżguraw li s-sorsi tal-provvista tal-enerġija alternattivi elenkati hawn fuq biss għandhom jiġu appoġġati. Is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli appoġġati għandhom ikunu konformi mad-Direttiva (UE) 2018/2011 u, b’mod partikolari, mal-kriterji tal-bijoenerġija, is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbiliti fl-Artikoli 29–31 u r-regoli dwar l-ikel u l-bijoenerġija abbażi tal-għalf stabbiliti fl-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva tal-aħħar għandhom jiġu rispettati. L-attivitajiet ġeotermali ma għandhomx jinkludu l-esplorazzjoni jew l-estrazzjoni taż-żejt jew tal-gass u lanqas it-tagħmir użat għal tali finijiet. Għandu jiġi żgurat li r-rilaxxi tal-metan jiġu minimizzati u jibqgħu ferm taħt il-limitu ta’ 20 000 tunnellata ta’ CO2eq/sena. Il-kriterjita’ eliġibbiltà fis-sejħa għal proposti għandhom jeskludu attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti. Meta l-attività tikseb emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li ma jkunux aktar baxxi b’mod sinifikanti, iżda xorta aktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti, jenħtieġ li tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex dan mhuwiex possibbli. Parametri referenzjarji stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
B.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Unità ta’ kejl
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
23
|
2.1 tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Il-ħolqien ta’ Task Force għat-Tranżizzjoni Ekoloġika biex timplimenta u timmonitorja t-tranżizzjoni ekoloġika
|
Twaqqif ta’ task force u gruppi ta’ ħidma
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Il-Ministeru għall-Ambjent għandu jirriforma l-Grupp ta’ Ħidma eżistenti dwar it-Teknoloġija Ekoloġika (stabbilit fl-2020) fit-Task Force għal Tranżizzjoni Ekoloġika tal-RRP biex jikkoordina l-miżuri dwar it-tranżizzjoni ekoloġika tal-kumpaniji u jtejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni fost is-settur pubbliku, il-partijiet ikkonċernati u l-gruppi ta’ interess. Il-gruppi ta’ ħidma meħtieġa għandhom jiġu stabbiliti għal miżuri speċifiċi.
|
|
24
|
2.1 tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari mit-Task Force għal Tranżizzjoni Ekoloġika
|
Ġie adottat Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
It-Task Force għat-Tranżizzjoni Ekoloġika għandha tirrieżamina l-attivitajiet eżistenti tal-Ekonomija Ċirkolari u l-pjanijiet ta’ azzjoni differenti fi Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari uniku li se jmexxi t-tranżizzjoni Estonjana lejn Ekonomija Ċirkolari.
|
|
25
|
2.2 ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi t-termini ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-leġiżlazzjoni sekondarja meħtieġa għall-applikazzjoni u l-allokazzjoni tal-appoġġ għandha tidħol fis-seħħ. Għandu jkun fih dispożizzjonijiet li jiżguraw li kwalunkwe azzjoni appoġġata taħt din il-miżura tkun iffukata fuq oqsma li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima.
|
|
26
|
2.2 ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Mira
|
Għadd ta’ moduli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
Għadd ta’ moduli
|
0
|
5
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ moduli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid żviluppati inkluż kontenut ta’ taħriġ dettaljat, struttura u materjali ta’ taħriġ biex jiġi pprovdut taħriġ relatat mal-ħiliet ekoloġiċi.
|
|
27
|
2.2 ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Mira
|
Persuni li jieħdu sehem fi programmi ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
In-numru ta’ parteċipanti
|
0
|
2830
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ persuni li lestew wieħed mill-korsijiet ta’ taħriġ appoġġati permezz ta’ din il-miżura.
|
|
28
|
2.3 programm ta’ żvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi
|
Stadju importanti
|
Stabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma biex jippjana u jistabbilixxi l-programm ta’ żvilupp
|
Reklutaġġ ta’ maniġer tal-proġett u twaqqif ta’ grupp ta’ ħidma
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Għandu jiġi reklutat maniġer ta’ proġett u għandu jitwaqqaf grupp wiesa’ ta’ partijiet ikkonċernati biex jikkoordina l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-investiment. Ir-rwol tal-maniġer tal-proġett għandu jiġi stabbilit biex jiġbor informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq u jfassal il-miżuri ta’ appoġġ u l-akkwist meħtieġa. Il-grupp ta’ ħidma għandu jkun magħmul minn partijiet involuti fl-iżvilupp tal-intraprenditorija u għandu jimpenja ruħu li jiltaqa’ mill-inqas tliet darbiet fis-sena biex jevalwa l-iżviluppi fl-attivitajiet relatati mal-investiment u jipprovdi rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. Il-grupp ta’ ħidma għandu jfassal dispożizzjonijiet relatati mal-għażla ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm ta’ żvilupp b’tali mod li jiġi żgurat li kull azzjoni tikkontribwixxi direttament jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew għall-appoġġ tal-adattament għat-tibdil fil-klima.
|
|
29
|
2.3 programm ta’ żvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi
|
Stadju importanti
|
Twaqqif tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji Ekoloġiċi
|
Kuntratti ffirmati għar-raggruppamenti kollha ta’ żvilupp u miżuri ta’ appoġġ imfassla u miftuħa
|
|
|
|
Q2
|
2024
|
Il-proċessi tal-akkwist pubbliku għal mill-inqas 5 raggruppamenti ta’ żvilupp għandhom jitlestew u l-kuntratti għandhom jingħataw lill-partijiet rebbieħa. Għandhom jitfasslu miżuri ta’ appoġġ u l-ewwel ċikli tagħhom għandhom jinfetħu għal mill-inqas 10 negozju ġdid. Il-proċessi tal-għażla għandhom jiżguraw li kull azzjoni appoġġata tikkontribwixxi direttament jew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew għall-appoġġ tal-adattament għat-tibdil fil-klima.
|
|
30
|
2.3 programm ta’ żvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi
|
Mira
|
Għadd ta’ raggruppamenti appoġġati permezz tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġija Ekoloġika
|
|
Għadd ta’ raggruppamenti
|
0
|
5
|
Q2
|
2026
|
Għadd ta’ raggruppamenti appoġġati mill-programm ta’ żvilupp.
|
|
31
|
2.3 programm ta’ żvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi
|
Mira
|
Għadd ta’ negozji ġodda appoġġati permezz tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġija Ekoloġika u li rċevew investiment privat
|
|
Għadd ta’ negozji ġodda
|
0
|
10
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ negozji ġodda appoġġati mill-programm ta’ żvilupp u li rċevew riżorsi minn investituri privati matul jew wara l-programm ta’ żvilupp.
|
|
32
|
2.4
Modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-eliġibbiltà
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ għandhom jiġu ppromulgati b’digriet tal-ministru responsabbli. Ir-rekwiżiti stabbiliti għandhom jinkludu kriterji ta’ eliġibbiltà biex jiġi żgurat li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz ta’ lista ta’ esklużjoni u konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali. Il-kriterji tal-għażla/eliġibbiltà għandhom jispeċifikaw li l-attivitajiet appoġġati u/jew l-intrapriżi jikkontribwixxu għal ekonomija newtrali għall-klima, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima inklużi objettivi tal-ekonomija ċirkolari bħall-implimentazzjoni interna tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, it-trasferiment tat-trasport u l-ħżin tal-kumpaniji għal fondazzjonijiet ġodda.
|
|
33
|
2.4
Modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti appoġġati
|
|
Għadd ta’ proġetti
|
0
|
70
|
Q4
|
2025
|
Proġetti li jkunu rċevew żborż ta’ għotja f’konformità mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà stabbiliti fis-sejħa għal proposti biex jiġu introdotti mudelli ta’ negozju li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.
|
|
34
|
2.5 l-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal għotjiet
|
Pubblikazzjoni tal-avviż għal sejħiet għal proposti għal għotjiet
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Is-sejħa għal proposti biex jiġu appoġġati teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-valorizzazzjoni tal-bijoriżorsi għandha tiġi ppubblikata u miftuħa għall-applikazzjonijiet, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà biex jiġi żgurat li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz ta’ lista ta’ esklużjoni u konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali. Il-kriterji tal-għażla/eliġibbiltà għandhom jispeċifikaw li l-attivitajiet appoġġati u/jew l-intrapriżi jikkontribwixxu għal ekonomija newtrali għall-klima, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima.
|
|
35
|
2.5 l-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti mogħtija għotjiet wara s-sejħa għal proposti
|
|
Għadd ta’ proġetti
|
0
|
36
|
Q4
|
2023
|
L-għoti ta’ għotjiet lil 36 proġett magħżula taħt is-sejħa kompetittiva għall-proposti, għat-teknoloġiji ekoloġiċi għall-impjanti industrijali u għall-valorizzazzjoni tal-bijoriżorsi, f’konformità mat-termini ta’ referenza.
|
|
36
|
2.5 l-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
|
Għadd ta’ proġetti
|
0
|
36
|
Q2
|
2026
|
L-għadd ta’ proġetti li tlestew biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi permezz tat-titjib tat-teknoloġiji ekoloġiċi u l-bijoriżorsi, abbażi ta’ sejħiet għal proposti u kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti.
|
|
37
|
2.6 fond Ekoloġiku
|
Stadju importanti
|
Firma ta’ ftehim kuntrattwali bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u SmartCap
|
Firma ta’ ftehim kuntrattwali
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Għandu jiġi ffirmat ftehim kuntrattwali bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u SmartCap għall-ġestjoni tal-Fond Ekoloġiku, li għandu jkun fih:
-Objettivi ta’ investiment għall-investiment f’intrapriżi u attivitajiet li jikkontribwixxu għal ekonomija newtrali għall-klima u għat-titjib tar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, inklużi miżuri ta’ sensibilizzazzjoni,
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) tal-benefiċjarji appoġġati permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
|
|
38
|
2.6 fond Ekoloġiku
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tad-dokument ta’ politika ta’ investiment minn SmartCap
|
Dokument ta’ politika ta’ investiment adottat minn SmartCap
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
SmartCap għandu jadotta l-politika ta’ investiment għall-Fond Ekoloġiku, f’konformità mal-ftehim kuntrattwali ffirmat bejn il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u SmartCap, inklużi l-objettivi ta’ investiment u l-kriterji ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata l-konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) tal-benefiċjarji appoġġati taħt din il-miżura permezz tal-użu ta’ verifika tas-sostenibbiltà, ir-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali, u r-rekwiżit għall-benefiċjarji li kisbu aktar minn 50 % tad-dħul tagħhom matul is-sena finanzjarja preċedenti minn attivitajiet jew assi fil-lista ta’ esklużjoni biex jadottaw u jippubblikaw pjanijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika.
|
|
39
|
2.6 fond Ekoloġiku
|
Mira
|
Volum ta’ investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew investimenti ta’ ekwità f’intrapriżi
|
|
Volum ta’ kapital investit (f’EUR)
|
0
|
55 000 000
|
Q4
|
2024
|
Mill-inqas EUR 55 miljun (eskluż l-infiq operattiv) għandhom jiġu investiti mill-Fond Ekoloġiku f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew intrapriżi f’konformità mal-politika ta’ investiment.
|
|
40
|
2.6 fond Ekoloġiku
|
Mira
|
Volum ta’ investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew investimenti ta’ ekwità f’intrapriżi
|
|
Volum ta’ kapital investit (f’EUR)
|
55 000 000
|
90 000 000
|
Q2
|
2026
|
Mill-inqas EUR 90 miljun (eskluż l-infiq operattiv) għandhom jiġu investiti mill-Fond Ekoloġiku f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew intrapriżi f’konformità mal-politika ta’ investiment.
|
|
41
|
2.7 il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
L-iżvilupp ta’ kriterji tal-għażla tal-proġetti, u d-dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ appoġġ għal proġetti relatati mat-teknoloġiji integrati tal-idroġenu ekoloġiku. It-termini ta’ referenza għal dan l-appoġġ għandhom jinkludu kriterji ta’ eliġibbiltà li jiżguraw li l-objettivi tal-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali.
|
|
42
|
2.7 il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Teknoloġiji u tagħmir għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku
|
L-akkwist, l-installazzjoni u l-bidu tal-operat ta’ teknoloġiji u tagħmir
|
|
|
|
Q3
|
2025
|
It-tagħmir meħtieġ għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku għandu jinxtara, jiġi installat u jitħaddem mill-promoturi tal-proġetti magħżula fis-sejħa għall-proposti.
|
|
43
|
2.7 il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Mira
|
Għotjiet allokati għal teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli li jirrappreżentaw mill-inqas EUR 49.49 miljun
|
|
EUR
|
0
|
49 490 000
|
Q2
|
2026
|
L-għotjiet għandhom jiġu allokati għal investimenti f’teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli f’konformità mal-politika ta’ investiment, li jirrappreżentaw mill-inqas EUR 49.49 miljun.
|
|
43a
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għall-għotjiet
|
Pubblikazzjoni tal-avviż għal sejħa għal proposti għal għotjiet
|
|
|
|
Q4
|
2023
|
Sejħa għal proposti biex jiġu appoġġati proġetti ta’ investiment għat-tranżizzjoni ta’ kumpaniji minn sorsi tal-enerġija fossili għal sorsi alternattivi tal-provvista tal-enerġija għandha tiġi ppubblikata u miftuħa għall-applikazzjonijiet, inklużi kriterji ta’ eliġibbiltà biex jiġi żgurat li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz ta’ rekwiżiti relatati ma’ sorsi alternattivi ta’ enerġija eliġibbli appoġġati u attivitajiet appoġġati kif stabbilit fid-deskrizzjoni tal-miżura u l-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
|
|
43b
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti mogħtija wara s-sejħa għall-proposti
|
|
Proġetti mogħtija
|
0
|
70
|
Q4
|
2024
|
Mill-inqas 70 proġett ingħataw appoġġ għal investimenti għat-tranżizzjoni ta’ kumpaniji minn sorsi ta’ enerġija fossili għal sorsi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija. Il-proġetti għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fis-sejħa għall-proposti.
|
|
43c
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
|
Proġetti li tlestew
|
0
|
70
|
Q2
|
2026
|
Għandhom jitlestew mill-inqas 70 proġett li jappoġġaw l-investimenti għat-tranżizzjoni ta’ kumpaniji minn sorsi tal-enerġija fossili għal sorsi alternattivi tal-provvista tal-enerġija. Il-proġetti għandhom ikunu konformi mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fis-sejħa għall-proposti.
|
C.KOMPONENT 3: L-Istat Diġitali
Filwaqt li jibni fuq l-użu b’suċċess tat-teknoloġiji diġitali għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi fl-Estonja matul dawn l-aħħar snin, dan il-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jkompli jaġġorna s-servizzi tal-gvern diġitali, b’mod partikolari f’termini ta’ ċentralità tal-utent u reżiljenza (inkluż fid-dawl tat-theddid dejjem akbar għaċ-ċibersigurtà). Il-komponent jinkludi miżuri li jippermettu li jittieħed vantaġġ mill-opportunitajiet offruti mill-aħħar teknoloġiji, speċjalment l-intelliġenza artifiċjali, iżda wkoll tfassil mill-ġdid sinifikanti ta’ servizzi kemm front-end kif ukoll back-end. Huma għandhom ikunu ta’ benefiċċju kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji. Huma previsti azzjonijiet speċifiċi sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-pajjiż fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ networks b’kapaċità għolja ħafna fiż-żoni rurali huwa mistenni wkoll li jiżgura aċċess usa’ għas-servizzi online u, b’mod aktar ġenerali, jikkontribwixxi għal aktar trasformazzjoni diġitali tal-pajjiż.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar l-investiment fit-tranżizzjoni diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2020) u dwar il-qafas kontra l-ħasil tal-flus (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 fl-2019 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 fl-2020).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
C.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
3.1.Riforma: Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
L-għan tal-miżura huwa li trawwem ġestjoni aħjar tad-data miġbura u miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi Estonjani. Għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità tad-data, iżżid l-użu tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll id-disponibbiltà tagħha bħala data miftuħa, sabiex tkun tista’ terġa’ tintuża wkoll minn partijiet ikkonċernati oħra.
Il-miżura tikkonsisti fi:
-il-ħolqien ta’ ċentru ta’ eċċellenza fi ħdan Statistics Estonia (l-aġenzija tal-gvern Estonjan responsabbli għall-produzzjoni ta’ statistika uffiċjali) biex jikkoordina u jappoġġa l-iżvilupp tal-governanza tad-data f’awtoritajiet pubbliċi oħra,
-l-iżvilupp ta’ għodod ta’ governanza tad-data u tal-kondiviżjoni tad-data/sistemi ta’ informazzjoni,
-l-implimentazzjoni ta’ proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tad-data miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi u li jżidu d-disponibbiltà tad-data miftuħa.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
3.2.Riforma: Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi
L-għan tal-miżura huwa li ttejjeb l-effiċjenza tal-għoti ta’ servizzi pubbliċi u tnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini.
Il-miżura tikkonsisti fit-tfassil mill-ġdid ta’ serje ta’ servizzi pubbliċi (u s-sistemi tal-IT sottostanti) sabiex tippermetti t-twettiq awtomatiku u proattiv tagħhom abbażi ta’ avvenimenti tal-ħajja jew tan-negozju esperjenzati miċ-ċittadini (bħal żwieġ, it-twelid ta’ wild jew il-ħolqien ta’ intrapriża). B’mod partikolari għandha tippermetti integrazzjoni aħjar tas-sistemi tal-IT fost l-awtoritajiet pubbliċi differenti u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
3.3.Riforma: Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u portal diġitali għall-imprendituri
L-għanijiet tal-miżura huma li ttejjeb l-effiċjenza u l-kwalità tal-għoti tas-servizzi pubbliċi u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-intraprendituri.
Il-miżura tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ portal diġitali wieħed għat-twassil ta’ servizzi pubbliċi lill-imprendituri u t-tfassil mill-ġdid ta’ serje ta’ servizzi (u s-sistemi tal-IT sottostanti) sabiex jiġu interfaċċati mal-gateway, tiġi appoġġata l-faċilità tal-użu tas-servizzi, l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ darba biss u, kull meta jkun possibbli, jiġi permess it-twassil proattiv ta’ informazzjoni bbażata fuq avvenimenti esperjenzati min-negozji.
Hija għandha tqis is-soluzzjonijiet żviluppati fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1724 li jistabbilixxi portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
3.4.Investiment: Programm #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
L-għan tal-miżura huwa li ttejjeb il-faċilità tal-użu u l-aċċessibbiltà tas-servizzi pubbliċi fl-Estonja.
Il-miżura tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ assistent virtwali tal-IA bbażat fuq id-diskors u t-test għall-aċċess għas-servizzi pubbliċi online. Il-ħidma għandha tibni fuq proġetti pilota diġà mwettqa fl-2020 u l-2021.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
3.5.Investiment: Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
L-objettiv tal-miżura huwa li żżid ir-reżiljenza, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-sistemi u s-servizzi tal-IT tal-awtoritajiet pubbliċi Estonjani permezz tal-migrazzjoni tagħhom lejn cloud privat u permezz ta’ ttestjar komprensiv tas-sigurtà.
Il-miżura tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
-il-ħolqien ta’ korp pubbliku ġdid inkarigat mit-tmexxija ċentrali tas-servizzi u l-infrastrutturi bażiċi tal-IT tal-istituzzjonijiet pubbliċi,
-L-istabbiliment ta’ kapaċità ġdida ta’ ttestjar tas-sigurtà fi ħdan l-Awtorità Estonjana tas-Sistema ta’ Informazzjoni (RIA),
-l-akkwist ta’ riżorsi ta’ infrastruttura privata tal-cloud,
-il-migrazzjoni ta’ sistemi ta’ informazzjoni eżistenti għall-cloud privat,
-l-ittestjar komprensiv tas-sigurtà ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġodda bbażati fuq il-cloud użati mill-awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll ta’ sistemi ta’ informazzjoni eżistenti,
-l-iżvilupp tal-kapaċità tal-ambaxxata tad-data (jiġifieri kapaċitajiet ta’ hosting tal-IT stabbiliti barra mill-pajjiż biex tiġi żgurata l-kontinwità tad-disponibbiltà ta’ bażijiet tad-data kritiċi f’każ ta’ diżastru), abbażi tal-proġett pilota mwettaq bejn l-2017 u l-2020 fil-Lussemburgu,
-l-estensjoni tal-cloud privat għall-ambaxxata tad-data, sabiex is-sistemi migratorji lejn il-cloud ikunu jistgħu jiġu ospitati wkoll fl-ambaxxata tad-data u operati minnha,
-il-migrazzjoni ta’ sistemi kritiċi għall-infrastruttura tal-ambaxxata tad-data.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
3.6.Riforma: L-istabbiliment tal-analiżi strateġika tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Estonja
L-objettiv tar-riforma huwa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja biex tidentifika skemi u kanali tal-ħasil tal-flus fi stadju bikri.
Il-miżura tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ Ċentru għall-Analiżi Strateġika fi ħdan l-Unità tal-Intelligence Finanzjarja. Dan iċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika huwa mistenni li jippermetti prevenzjoni u detezzjoni aktar operazzjonali u aktar effiċjenti tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. It-tim taċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika għandu jkun inkarigat b’mod partikolari mill-iżvilupp ta’ speċifikazzjonijiet għal għodda tal-IT ġdida bbażata fuq data disponibbli minn sorsi differenti. Iċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika jista’ jidentifika wkoll il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
3.7.Investiment: Sistema ta’ informazzjoni għall-analiżi strateġika f’ħin reali tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
Filwaqt li jibni fuq l-analiżi mwettqa bħala parti mill-implimentazzjoni tar-riforma 3.6, l-investiment għandu l-għan li jipprovdi lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja b’sistema tal-IT iddedikata ġdida li tippermetti l-isfruttament tad-data disponibbli minn awtoritajiet differenti u l-identifikazzjoni ta’ skemi u kanali possibbli ta’ ħasil tal-flus f’ħin reali. Il-miżura tikkonsisti fl-iżvilupp tas-sistema l-ġdida tal-IT.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
3.8.Investiment: Kostruzzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb l-aċċess għal networks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna (VHCN), li joffru konnessjoni ta’ mill-inqas 100 Mbps, għall-unitajiet domestiċi u l-istituzzjonijiet soċjoekonomikament importanti bħall-isptarijiet, l-iskejjel, is-servizzi pubbliċi u n-negozji.
Il-miżura tikkonsisti fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna f’żoni ta’ falliment tas-suq (skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 tar-Regolament tal-Kummissjoni 651/2014). Il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla użati biex jiġi allokat il-finanzjament għandhom jiżguraw bilanċ reġjonali xieraq.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
44
|
3.1 il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Stadju importanti
|
It-twaqqif ta’ tim għall-ġestjoni tad-data fl-Uffiċċju tal-Istatistika, fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u fl-Awtorità tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Istat
|
L-istabbiliment tal-istruttura organizzattiva meħtieġa għall-koordinazzjoni tal-ġestjoni tad-data
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Il-ħolqien ta’ Tim tal-Ġestjoni tad-Data fi Statistics Estonia permezz tar-reklutaġġ ta’ persunal espert bil-kompitu li jikkoordina l-qafas ta’ governanza tad-data u jappoġġa awtoritajiet pubbliċi oħra. Barra minn hekk, għandhom jinħolqu karigi fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u fl-Aġenzija tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Istat biex jitwettqu proġetti ta’ żvilupp. Sa tmiem l-2021, mill-inqas ħames persuni għandhom jiġu reklutati fit-tliet entitajiet.
|
|
45
|
3.1 il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Mira
|
Tlestija ta’ proġetti ta’ titjib tal-kwalità tad-data
|
|
Għadd ta’ proġetti
|
0
|
430
|
Q2
|
2025
|
L-għadd ta’ proġetti kkompletati li jikkontribwixxu għall-iżgurar ta’ użu mill-ġdid imtejjeb tad-data mill-istituzzjonijiet pubbliċi, b’deskrizzjonijiet aġġornati u preċiżi tal-bażijiet tad-data u s-settijiet tad-data.
|
|
46
|
3.1 il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Mira
|
Pubblikazzjoni ta’ settijiet ta’ data fuq il-portal nazzjonali tad-data miftuħa
|
|
Għadd ta’ settijiet ta’ data ppubblikati
|
707
|
2600
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ settijiet ta’ data ppubblikati fuq il-Portal Nazzjonali tad-Data Miftuħa u għalhekk disponibbli mill-portal tad-Data Miftuħa tal-UE għandu jiżdied minn 707 fit-13 ta’ Awwissu 2021 għal 2600.
|
|
47
|
3.2 żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi
|
Mira
|
Tnedija ta’ servizzi ta’ avvenimenti tal-ħajja personali u/jew servizzi proattivi
|
|
Għadd ta’ servizzi li huma operazzjonali
|
0
|
2
|
Q4
|
2022
|
L-għadd ta’ servizzi ta’ avvenimenti għall-ħajja taċ-ċittadini u/jew servizzi proattivi mnedija online.
Is-soluzzjonijiet tal-IT korrispondenti li jippermettu l-forniment tas-servizzi għandhom ikunu operattivi mill-inqas fil-partijiet bażiċi ta’ servizz partikolari u jkunu soġġetti għal żvilupp ulterjuri matul l-implimentazzjoni tal-miżura.
L-għażla tas-servizzi kkonċernati għandha tkun ibbażata fuq il-pjan ta’ żvilupp għal avveniment tal-ħajja personali u servizzi proattivi.
|
|
48
|
3.2 żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi
|
Mira
|
Tnedija ta’ servizzi ta’ avvenimenti tal-ħajja personali u/jew servizzi proattivi
|
|
Għadd ta’ servizzi li huma operazzjonali
|
2
|
10
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ servizzi ta’ avvenimenti għall-ħajja taċ-ċittadini u/jew servizzi proattivi mnedija online.
Is-soluzzjonijiet tal-IT korrispondenti li jippermettu l-forniment tas-servizzi għandhom ikunu operattivi mill-inqas fil-partijiet bażiċi ta’ servizz partikolari u jkunu soġġetti għal żvilupp ulterjuri matul l-implimentazzjoni tal-miżura.
L-għażla tas-servizzi kkonċernati għandha tkun ibbażata fuq il-pjan ta’ żvilupp għal avveniment tal-ħajja personali u servizzi proattivi.
|
|
49
|
3.3 żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u gateway diġitali għall-imprendituri
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ żviluppi tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal
|
|
L-għadd ta’ proġetti li implimentaw b’suċċess żviluppi ġodda online
|
0
|
1
|
Q4
|
2022
|
L-għadd ta’ proġetti ta’ żvilupp tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal li implimentaw b’suċċess żviluppi ġodda online. Dawn il-proġetti ta’ żvilupp għandhom ikunu jew direttament relatati mal-iżvilupp tal-gateway diġitali għall-imprendituri jew mal-iżvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali, li addizzjonalment jinkludu l-iżvilupp ta’ diversi sistemi relatati għall-interazzjoni mal-portal diġitali. Bħala riżultat ta’ kull proġett ta’ żvilupp, għandha titlesta mill-inqas soluzzjoni tal-IT li tiffunzjona b’mod minimu (jiġifieri, is-soluzzjoni tal-IT għandha tkun operattiva mill-inqas fil-partijiet bażiċi għall-utenti finali (imprendituri) u għandha tkun kapaċi tipprovdi feedback għal ħtiġijiet ulterjuri ta’ żvilupp matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tar-riforma jew wara).
|
|
50
|
3.3 żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u gateway diġitali għall-imprendituri
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ żviluppi tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal
|
|
L-għadd ta’ proġetti li implimentaw b’suċċess żviluppi ġodda online
|
1
|
10
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ proġetti ta’ żvilupp tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal li implimentaw b’suċċess żviluppi ġodda online. Dawn il-proġetti ta’ żvilupp għandhom ikunu jew direttament relatati mal-iżvilupp tal-gateway diġitali għall-imprendituri jew mal-iżvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali, li addizzjonalment jinkludu l-iżvilupp ta’ diversi sistemi relatati għall-interazzjoni mal-portal diġitali. Bħala riżultat ta’ kull proġett ta’ żvilupp, għandha titlesta mill-inqas soluzzjoni tal-IT li tiffunzjona b’mod minimu (jiġifieri, is-soluzzjoni tal-IT għandha tkun operattiva mill-inqas fil-partijiet bażiċi għall-utenti finali (imprendituri) u għandha tkun kapaċi tipprovdi feedback għal ħtiġijiet ulterjuri ta’ żvilupp matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tar-riforma jew wara).
|
|
51
|
Programm #3.4 #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali permezz tal-pjattaforma ta’ assistent virtwali
|
|
L-għadd ta’ servizzi diġitali pubbliċi aċċessibbli permezz tal-assistent virtwali
|
0
|
1
|
Q2
|
2022
|
L-għadd ta’ servizzi pubbliċi diġitali disponibbli permezz tal-pjattaforma tal-assistent virtwali.
|
|
52
|
Programm #3.4 #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Introduzzjoni tal-assistent virtwali Bürokratt fl-ambjenti tas-servizzi pubbliċi diġitali
|
|
Għadd ta’ ambjenti ta’ servizz
|
0
|
18
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ ambjenti ta’ servizz li fihom l-assistent virtwali għandu jkun operattiv. “Ambjent ta’ servizz” jirreferi għal sit web tal-awtoritajiet pubbliċi.
|
|
53
|
Programm #3.4 #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali permezz tal-pjattaforma ta’ assistent virtwali
|
|
L-għadd ta’ servizzi diġitali pubbliċi aċċessibbli permezz tal-assistent virtwali
|
1
|
20
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ servizzi pubbliċi diġitali disponibbli permezz tal-pjattaforma tal-assistent virtwali.
|
|
54
|
3.5 rikonfigurazzjoni tas-servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Stadju importanti
|
Żvilupp ta’ servizzi ta’ bażi tal-IT imwassla/kondiviżi ċentralment
|
Ftuħ ta’ servizzi kondiviżi ta’ hosting ta’ servers u ta’ stazzjonijiet tax-xogħol tal-kompjuter għall-awtoritajiet pubbliċi
|
|
|
|
Q3
|
2022
|
Is-servizzi bażiċi tal-IT ipprovduti/kondiviżi ċentralment għandhom jinfetħu għall-abbonament minn utenti ġodda (ministeri u awtoritajiet oħra).
|
|
55
|
3.5 rikonfigurazzjoni tas-servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ infrastruttura tal-cloud privata nazzjonali mill-awtoritajiet pubbliċi
|
|
Għadd ta’ sistemi ta’ informazzjoni mċaqalqa lejn il-cloud privat nazzjonali
|
0
|
10
|
Q4
|
2023
|
L-għadd ta’ sistemi ta’ informazzjoni li għalihom għandha titlesta l-migrazzjoni għall-infrastruttura tal-cloud privata.
|
|
56
|
3.5 rikonfigurazzjoni tas-servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Stadju importanti
|
Estensjoni tal-infrastruttura tal-cloud għall-ambaxxata tad-data
|
Tlestija tal-estensjoni tal-cloud privat nazzjonali għall-infrastruttura tal-ambaxxata tad-data tal-Estonja
|
|
|
|
Q4
|
2023
|
Għandu jkun possibbli li jiġu ospitati u operati sistemi ta’ informazzjoni migrati lejn il-cloud privat mill-ambaxxata tad-data. Għandhom jinkisbu u jiġu stabbiliti ħardwer u liċenzji ġodda għal dan l-għan.
|
|
57
|
3.5 rikonfigurazzjoni tas-servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
Il-migrazzjoni ta’ sistemi kritiċi għall-infrastruttura nazzjonali tal-cloud tal-ambaxxata tad-data
|
|
Numru ta’ sistemi kritiċi
|
0
|
10
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ sistemi kritiċi emigraw għall-infrastruttura u l-pjattaforma Nazzjonali tal-Ambaxxata tad-Data tal-Cloud. Is-sistemi kritiċi huma sistemi li huma vitali għas-sostenibbiltà tal-istat.
|
|
58
|
3.5 rikonfigurazzjoni tas-servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
Ittestjar tas-sigurtà ċentrali tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi
|
|
Numru ta’ testijiet imwettqa
|
0
|
16
|
Q4
|
2024
|
Għadd ta’ testijiet komprensivi tas-sigurtà mwettqa mill-Awtorità tas-Sistema ta’ Informazzjoni — ir-riżultati tat-testijiet għandhom jinġabru fil-qosor f’rapporti.
|
|
59
|
3.6 l-istabbiliment tal-analiżi strateġika tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u ta’ bidliet leġiżlattivi, amministrattivi u kuntrattwali oħra meħtieġa għaċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika
|
Dispożizzjoni fil-liġi li tindika d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att emendat u d-dħul fis-seħħ ta’ atti leġiżlattivi, amministrattivi u kuntrattwali oħra
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Il-passi li ġejjin għandhom jitlestew biex iċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika jkun jista’ jaċċessa u jipproċessa d-data rilevanti għall-individwazzjoni u l-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:
(1)emenda tal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu għandha tiġi ppubblikata fir-Riigi Teataja u tidħol fis-seħħ,
(2)l-emendi għall-istatuti tas-settijiet tad-data nazzjonali rilevanti għandhom jidħlu fis-seħħ,
l-emendi għat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ skambju tad-data tal-Unità tal-Intelligence Finanzjarja għandhom jiġu ffirmati mill-partijiet kontraenti.
|
|
60
|
3.7 sistema ta’ informazzjoni għall-analiżi strateġika f’ħin reali tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
|
Stadju importanti
|
L-iżvilupp tas-sistema l-ġdida ta’ analiżi tal-ICT fil-ħin reali għaċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika, u t-twassil lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja
|
Twassil tas-sistema l-ġdida tal-ICT lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja
|
|
|
|
Q2
|
2026
|
Għandu jitlesta l-iżvilupp tas-sistema tal-ICT li tippermetti analiżi f’ħin reali biex jiġi identifikat u evitat il-ħasil tal-flus. Is-sistema għandha tkun operazzjonali u użata mill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja.
|
|
61
|
3.8 kostruzzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
|
Mira
|
L-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna għal siti ġodda
|
|
Għadd ta’ siti
|
0
|
4000
|
Q4
|
2024
|
L-għadd ta’ siti ġodda (residenzjali, kumpaniji, stabbilimenti) koperti mill-VHCN (u li għalhekk għandhom il-possibbiltà li jiksbu konnessjoni ta’ mill-inqas 100 Mbps) bis-saħħa tal-miżura.
|
|
62
|
3.8 kostruzzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
|
Mira
|
L-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna għal siti ġodda
|
|
Għadd ta’ siti
|
4000
|
8097
|
Q4
|
2025
|
L-għadd ta’ siti addizzjonali (residenzjali, kumpaniji, stabbilimenti) koperti mill-VHCN (u li għalhekk għandhom il-possibbiltà li jiksbu konnessjoni ta’ mill-inqas 100 Mbps) bis-saħħa tal-miżura.
|
D.KOMPONENT 4: Effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija
Dan il-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-objettivi tal-komponent huma li titnaqqas id-dipendenza fuq ix-shale bituminuż, li jiġi inċentivat l-użu tal-enerġija rinnovabbli u li tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż biex l-investimenti jiġu ffukati fuq l-infrastruttura tal-enerġija u fuq l-effiċjenza fir-riżorsi u fl-enerġija, filwaqt li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni progressiva tal-ekonomija (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019 u fl-2020). Miżuri aġġornati u ġodda jappoġġaw l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż dwar it-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz tal-faċilitazzjoni tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
D.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
4.1.Riforma: Promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika
L-objettiv tar-riforma huwa li jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi għar-rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-enerġija billi jingħataw pariri lill-assoċjazzjonijiet tal-appartamenti, lill-unitajiet domestiċi privati u lill-gvernijiet lokali dwar il-leġiżlazzjoni, l-aspetti tekniċi u l-finanzjament tar-rinnovazzjonijiet. Ir-riforma tappoġġa wkoll l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi bħar-rinnovazzjoni bl-użu ta’ elementi prefabbrikati sabiex tiżdied il-kapaċità ta’ rinnovazzjoni u titnaqqas il-marka tal-karbonju tal-istokk tal-bini (ekonomija fuq il-materjali u l-iżgurar tal-kwalità). Ir-riforma għandha l-għan li żżid ir-rati ta’ rinnovazzjoni f’oqsma b’valur aktar baxx tal-proprjetà.
Il-miżura tikkonsisti fit-twaqqif ta’ netwerk konsultattiv reġjonali u t-taħriġ ta’ konsulenti tekniċi sabiex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u jinċentivaw ir-rinnovazzjonijiet. L-aċċess għall-informazzjoni relatata mar-rinnovazzjonijiet effiċjenti fl-enerġija għandu jiġi żgurat aktar billi jiġi stabbilit sit web iddedikat u għodod diġitali li jiffaċilitaw il-fehim tar-riżultat, tal-kostijiet u tal-benefiċċji tar-rinnovazzjoni. Il-komponent huwa marbut ma’ miżura dwar id-diġitalizzazzjoni tad-data dwar il-kostruzzjoni taħt il-komponent 1 tal-Pjan Estonjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
4.2.Investiment: Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
L-objettiv tal-miżura huwa li tingħata spinta lir-rinnovazzjonijiet profondi tal-bini ta’ appartamenti sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-residenti tagħhom. L-objettiv huwa wkoll li jiżdiedu r-rati ta’ rinnovazzjoni f’oqsma b’valur aktar baxx ta’ proprjetà.
Għandu jingħata appoġġ lill-assoċjazzjonijiet tal-appartamenti għar-rinnovazzjonijiet li jiksbu titjib ta’ mill-inqas klassi waħda tal-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet sħaħ, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-rinnovazzjonijiet għandhom jikkorrispondu għal mill-inqas rinnovazzjoni b’fond medju li tirrappreżenta livell medju ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %. Għandhom jiġu applikati rati differenzjati ta’ appoġġ reġjonali: 30 % f’Tallinn u Tartu, 40 % fiż-żoni madwar Tallinn u Tartu abbażi tal-prezz tal-proprjetà immobbli u 50 % fiż-żoni l-oħra kollha. Barra minn Tallinn u Tartu, l-assoċjazzjonijiet tal-appartamenti jistgħu jwettqu xogħol parzjali ta’ rikostruzzjoni biex jipprevjenu d-deterjorament tal-kundizzjoni teknika tal-bini, f’liema każ ir-rata ta’ appoġġ għandha tkun aktar baxxa. Barra minn hekk, bħala parti mill-istrateġiji nazzjonali fit-tul tagħha, l-Estonja qed tippjana li tiffinanzja miżuri ta’ rinnovazzjoni komplementari mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u minn REACT-EU.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
4.3.Investiment: Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
L-objettiv tal-miżura huwa li tingħata spinta lir-rinnovazzjonijiet profondi ta’ abitazzjonijiet privati sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-residenti tagħhom. L-objettiv huwa wkoll li jiżdiedu r-rati ta’ rinnovazzjoni f’oqsma b’valur aktar baxx ta’ proprjetà.
Għandu jingħata appoġġ lis-sidien privati għar-rinnovazzjonijiet li jiksbu titjib fl-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tat-tikketta tal-enerġija C. Għandhom jiġu applikati rati differenzjati ta’ appoġġ reġjonali: 30 % f’Tallinn u Tartu, 40 % fiż-żoni madwar Tallinn u Tartu abbażi tal-prezz tal-proprjetà immobbli u 50 % fiż-żoni l-oħra kollha. Għall-finijiet tal-miżura, l-akkomodazzjoni (abitazzjoni) hija definita bħala “abitazzjoni jew abitazzjonijiet f’bini wieħed jew f’bini separat maħsub għal unità domestika waħda biex tgħix matul is-sena kollha” (skont l-Eurostat).
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
4.4.Riforma: Nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija fl-Estonja billi taġġorna l-miri u l-azzjonijiet tal-politika tal-enerġija Estonjana (inklużi dawk relatati mal-eliminazzjoni gradwali tax-shale bituminuż) u billi tneħħi l-ostakli amministrattivi għall-installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli.
Il-pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija għandu jiġi aġġornat u għandu jinkludi miri dwar il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista. Il-pjan se jinkludi wkoll azzjonijiet biex titnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt tax-shale fis-settur tal-enerġija Estonjan u miri għall-eliminazzjoni gradwali tax-shale bituminuż fis-settur tal-enerġija għal kollox.
Ir-riforma għandha tikkonsisti wkoll fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni meħtieġa u fil-kompilazzjoni ta’ materjali ta’ gwida għall-aċċellerazzjoni tal-installazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli u azzjonijiet biex jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-għoli relatati mad-difiża fuq il-parks eoliċi.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
4.5.Investiment: Programm għat-tisħiħ tal-grilja tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-protezzjoni kontra l-maltempati)
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku Estonjana billi żżid il-kapaċità tal-grilja ta’ trażmissjoni, li se tippermetti l-konnessjoni ta’ produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli.
Taħt din il-miżura, l-investimenti tal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni fil-grilja ta’ trażmissjoni għandhom
ikun kofinanzjat bl-għan li tiżdied mill-inqas 310 MW ta’ kapaċità addizzjonali tal-grilja.
L-implimentazzjoni tal-miżura għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
4.6.Investiment: Programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’żoni industrijali
Il-miżura għandha l-għan li tagħmel is-sistema tal-elettriku aktar effettiva billi tinċentiva l-produzzjoni tal-elettriku qrib il-konsum. Il-miżura għandha tinċentiva l-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli f’żoni industrijali jew fil-qrib permezz tal-kofinanzjament tal-konnessjoni meħtieġa mal-grilja. Skont din il-miżura, l-investimenti magħmula minn kumpaniji biex jikkonnettjaw il-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli fil-grilja għandhom jiġu appoġġati permezz ta’ għotjiet. Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01), il-kriterji ta’ eliġibbiltà li jinsabu f’termini ta’ referenza għas-sejħiet għal proġetti għandhom jeskludu l-lista ta’ attivitajiet li ġejja: (I) attivitajiet relatati mal-fjuwils fossili, inkluż l-użu downstream
; (II) attivitajiet taħt l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) li jiksbu emissjonijiet projettati ta’ gassijiet serra li mhumiex inqas mill-parametri referenzjarji rilevanti
; (III) attivitajiet relatati ma’ miżbliet tal-iskart, inċineraturi
u impjanti tat-trattament mekkaniku bijoloġiku
; u (iv) attivitajiet fejn ir-rimi fit-tul tal-iskart jista’ jikkawża ħsara lill-ambjent. Barra minn hekk, it-termini ta’ referenza għandhom jeħtieġu li jintgħażlu biss l-attivitajiet li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u nazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
4.7.Investiment: Programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
Biex jikkomplementaw il-miżuri ta’ hawn fuq, l-eliminazzjoni gradwali tax-shale bituminuż u ż-żieda fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, għandhom jiġu appoġġati proġetti għall-ħżin tal-enerġija rinnovabbli.
L-għan tal-miżura huwa li jitwettaq programm pilota dwar il-ħżin tal-enerġija rinnovabbli fl-Estonja. L-għarfien miksub f’dan il-programm pilota huwa mistenni li jipprovdi bażi għall-investimenti futuri b’sussidju żero f’faċilitajiet ta’ ħżin. Skont din il-miżura, għandhom jiġu pprovduti għotjiet lil kumpaniji li jinvestu f’faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija rinnovabbli.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
4.8.Investiment: It-tisħiħ tal-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
L-objettiv ta’ din il-miżura huwa li tikkummissjona u tagħmel operazzjonali sistema/sensuri tar-radar u tar-radar passiv li għandhom jagħmluha possibbli għat-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta, irrispettivament mill-għoli tagħhom, li joperaw fil-Golf ta’ Riga u fil-gżejjer Estonjani Hiiumaa, Saaremaa u Vormsi.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
D.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
63
|
4.1 promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika
|
Stadju importanti
|
Konklużjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni li jistipula l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-AS
KredEx/Enterprise Estonia u ċentri ta’ żvilupp tal-kontea
|
Konklużjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn SA KredEx/enterpise Estonia u ċentri ta’ żvilupp tal-kontej
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni minn SA KredEx/enterpise Estonia ma’ ċentri ta’ żvilupp tal-kontej li permezz tiegħu f’kull kontea tal-Estonja SA KredEx/enterpise l-Estonja għandha tipprovdi mill-inqas speċjalista wieħed imħarreġ fiċ-ċentru tal-iżvilupp tal-kontea li għandu jipprovdi pariri dwar ir-rinnovazzjoni.
|
|
64
|
4.1 promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika
|
Stadju importanti
|
L-għodod diġitali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar ir-rinnovazzjoni inkluż il-viżwalizzazzjoni tar-riżultati tar-rinnovazzjoni u l-istima tal-kost tar-rinnovazzjoni saru operazzjonali
|
Sit web ta’ rinnovazzjoni operazzjonali faċli għall-utent u mudelli tal-ipprezzar
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Sa KredEx/Enterprise Estonia għandha taġġorna l-paġna ewlenija tad-Djar biex tiżgura informazzjoni rapida, aġġornata u operazzjonali għal dawk interessati fir-rinnovazzjoni u għall-applikanti.
L-għodod diġitali online għandhom ikunu disponibbli biex il-partijiet interessati fir-rinnovazzjoni jkunu jistgħu jivviżwalizzaw l-eżitu possibbli u jikkalkulaw il-kostijiet potenzjali bi skemi ta’ appoġġ u mingħajrhom meta jżidu l-parametri tal-bini tagħhom.
|
|
65
|
4.2 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal applikazzjonijiet għal għotjiet għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti residenzjali
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal għotjiet għar-rinnovazzjoni tad-djar
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Sa KredEx/Enterprise Estonia għandha tippubblika sejħiet għal applikazzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ bini ta’ appartamenti residenzjali. L-appoġġ għandu jkun differenzjat bejn ir-reġjuni abbażi tal-valur tal-proprjetà immobbli, b’rata ogħla ta’ appoġġ f’reġjuni b’valur medju baxx tal-proprjetà.
L-appoġġ għandu jingħata għal proġetti ta’ rinnovazzjoni li jiksbu titjib ta’ mill-inqas klassi waħda tal-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-rinnovazzjonijiet għandhom jikkorrispondu għal mill-inqas rinnovazzjonijiet b’fond medju li jirrappreżentaw livell medju ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2019/786. Ir-riżultati għandhom jiġu ċċertifikati permezz ta’ Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija ex ante u ex post.
|
|
66
|
4.2 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
Numru ta’ abitazzjonijiet
|
0
|
2600
|
Q4
|
2024
|
Mill-inqas 2 600 abitazzjonijiet għandhom jiġu rinnovati u jiksbu titjib ta’ mill-inqas klassi waħda tal-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-rinnovazzjonijiet għandhom jikkorrispondu għal mill-inqas rinnovazzjonijiet b’fond medju li jirrappreżentaw livell medju ta’ ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2019/786. Ir-riżultati għandhom jiġu ċċertifikati permezz ta’ Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija ex ante u ex post.
|
|
67
|
4.2 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Mira
|
Stima tat-tnaqqis annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
MHUX APPLIKABBLI
|
tunnellati ta’ CO2eq/sena
|
0
|
2200
|
Q2
|
2026
|
Ikunu ġew iffrankati emissjonijiet annwali ta’ mill-inqas 2 200 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2. Il-mira għandha titkejjel bħala t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) bħala somma tal-proġetti ta’ rinnovazzjoni kollha li tlestew sal-2024. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika għal kull bini rinnovat għandha titkejjel sa mhux aktar tard mill-2025; u l-emissjonijiet annwali tagħhom ta’ gassijiet serra stmati fuq din il-bażi. Il-linja bażi għandha tirreferi għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra stmati tal-bini qabel ir-rinnovazzjoni. Għandu jiġi vvalutat jekk l-attivitajiet tal-miżura ta’ appoġġ twettqux u jekk id-dokumenti kollha meħtieġa ġewx ippreżentati mill-assoċjazzjonijiet tal-appartamenti (bħaċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija, l-awditjar). Il-kalkolu tar-riżultat tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għandu jkun ibbażat fuq il-mudell ta’ SA Kredex/Enterprise Estonia għall-konsum tal-enerġija u data rilevanti oħra. Ir-riżultati miksuba għandhom jingħataw fi tmiem l-attivitajiet ta’ appoġġ.
|
|
68
|
4.3 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Stadju importanti
|
Sejħiet ippubblikati għal għotja għar-rinnovazzjoni
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħiet
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Sa KredEx/Enterprise Estonia għandha tippubblika sejħiet għal applikazzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-effiċjenza enerġetika ta’ bini residenzjali privat. L-appoġġ għandu jkun differenzjat bejn ir-reġjuni abbażi tal-valur tal-proprjetà immobbli, b’rata ogħla ta’ appoġġ f’reġjuni b’valur medju baxx tal-proprjetà.
L-appoġġ għandu jingħata għal proġetti ta’ rinnovazzjoni li jiksbu titjib fl-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-riżultati għandhom jiġu ċċertifikati minn kalkoli ex ante u ex post SA KredEx tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija.
|
|
69
|
4.3 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
Numru ta’ abitazzjonijiet
|
0
|
80
|
Q4
|
2024
|
Mill-inqas 80 abitazzjonijiet għandhom jiġu rinnovati, u jiksbu titjib fl-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-riżultati għandhom jiġu ċċertifikati permezz ta’ kalkoli ex ante u ex post KredEx tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija.
|
|
69a
|
4.3 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
Numru ta’ abitazzjonijiet
|
80
|
900
|
Q1
|
2026
|
Mill-inqas 900 abitazzjonijiet għandhom jiġu rinnovati u jiksbu titjib fl-effiċjenza enerġetika jew, fil-każ ta’ rinnovazzjonijiet kompluti, mill-inqas il-klassi tal-effiċjenza enerġetika C. Ir-riżultati għandhom jiġu ċċertifikati permezz ta’ kalkoli ex ante u ex post KredEx tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija.
|
|
70
|
4.4 nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Deċiżjoni tal-gvern dwar l-investimenti meħtieġa biex jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-għoli relatati mad-difiża fuq il-parks eoliċi
|
Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Gvern
|
|
|
|
Q2
|
2021
|
Il-Gvern għandu jadotta deċiżjoni dwar it-twettiq tal-investimenti meħtieġa biex jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-għoli relatati mad-difiża fuq il-parks eoliċi.
|
|
71
|
4.4 nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Gvern dwar il-bidu tal-proċess ta’ tħejjija tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija, in-nomina ta’ dawk responsabbli u l-iskadenzi
|
Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Gvern
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Id-Deċiżjoni tal-gvern dwar il-bidu tal-proċess ta’ tħejjija tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija għandha tiġi approvata, filwaqt li tiddefinixxi l-entità (jiet) responsabbli u tistabbilixxi l-iskadenzi rilevanti. Il-pjan ta’ żvilupp għandu jindirizza, inter alia, l-objettivi li tiżdied il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u ż-żamma u t-titjib tas-sigurtà tal-provvista, kif ukoll il-waqfien tal-użu tax-shale bituminuż għall-produzzjoni tal-elettriku fl-2035 u l-eliminazzjoni gradwali tal-produzzjoni taż-żejt tax-shale sal-2040.
|
|
72
|
4.4 nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni primarja u/jew sekondarja rilevanti u l-pubblikazzjoni ta’ materjal ta’ gwida biex jittaffew l-ostakli għall-installazzjoni ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija
|
Dispożizzjoni fil-liġi li tindika d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni primarja u/jew tad-dħul fis-seħħ rilevanti tal-leġiżlazzjoni sekondarja u l-pubblikazzjoni ta’ materjal ta’ gwida
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Il-materjali ta’ gwida meħtieġa għall-iffaċilitar u l-inċentivar tal-installazzjoni ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għandhom jiġu ppubblikati u l-leġiżlazzjoni primarja u/jew sekondarja rilevanti għandha tidħol fis-seħħ biex jitneħħew l-ostakli għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli bħas-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u ostakli rilevanti oħra identifikati.
|
|
73
|
4.4 nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija mill-Gvern
|
Dokument adottat mill-Gvern
|
|
|
|
Q4
|
2025
|
Il-pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija għandu jiġi approvat mill-Gvern. Il-pjan għandu jinkludi l-azzjonijiet relatati mat-tneħħija gradwali tal-użu tax-shale bituminuż għall-produzzjoni tal-elettriku fl-2035 u tal-produzzjoni taż-żejt tax-shale sal-2040. Għandu jinkludi wkoll miri għall-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku li għandha tiġi sostitwita b’enerġija rinnovabbli.
|
|
74
|
Programm 4.5 għat-tisħiħ tal-grilja tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-protezzjoni kontra l-maltempati)
|
Stadju importanti
|
Firma tal-kuntratt ta’ kofinanzjament tal-investiment tan-netwerk ma’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni
|
Firma ta’ kuntratt mal-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni
|
|
|
|
Q1
|
2022
|
Ftehim ta’ kofinanzjament għall-investimenti fin-netwerks tal-elettriku għandu jiġi konkluż bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u Elering AS. Il-kuntratt għandu jistabbilixxi r-riżultati mistennija u l-iskadenzi.
|
|
75
|
Programm 4.5 għat-tisħiħ tal-grilja tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-adattament għat-tibdil fil-klima (bħal reżiljenza mtejba kontra l-maltempati)
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali tal-grilja maħluqa permezz ta’ investimenti fin-network ta’ trażmissjoni
|
|
Kapaċità addizzjonali tal-grilja (MW)
|
0
|
310
|
Q2
|
2026
|
Żieda fil-kapaċità tan-netwerk ta’ trażmissjoni tal-elettriku Estonjan b’mill-inqas 310 MW.
|
|
76
|
4.6 programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’żoni industrijali
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal proġetti li jagħtu spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’siti industrijali
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Għandha tiġi ppubblikata sejħa miftuħa miċ-Ċentru ta’ Investiment Ambjentali biex jiġu appoġġati l-kostijiet tal-konnessjoni mal-grilja ta’ kumpaniji li jipproduċu l-elettriku minn sorsi rinnovabbli f’siti industrijali. Is-sejħa għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji tal-għażla tal-proġetti u l-kundizzjonijiet tal-għoti li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali.
|
|
77
|
4.6 programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’żoni industrijali
|
Mira
|
Kapaċità ta’ konnessjoni addizzjonali għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli f’siti industrijali jew qribhom konnessi mal-grilja
|
|
Kapaċità ta’ konnessjoni maħluqa (MW)
|
0
|
28
|
Q2
|
2026
|
Kapaċità addizzjonali ta’ konnessjoni għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli f’siti industrijali jew qribhom mibnija għal mill-inqas 28 MW.
|
|
78
|
4.7 programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal programm pilota għall-ħżin tal-enerġija
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Għandha tiġi ppubblikata sejħa miftuħa għal proposti miċ-Ċentru ta’ Investiment Ambjentali biex jiġu appoġġati proġetti ta’ ħżin tal-enerġija.
Is-sejħa għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji tal-għażla tal-proġetti u l-kundizzjonijiet tal-għoti li jiżguraw li l-proġetti magħżula jikkonformaw mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01) permezz tal-użu ta’ lista ta’ esklużjoni u r-rekwiżit ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti tal-UE u dik nazzjonali. Il-kriterji tal-għażla/eliġibbiltà għandhom jispeċifikaw li l-attivitajiet appoġġati u/jew l-intrapriżi jikkontribwixxu għal ekonomija newtrali għall-klima, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inklużi l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari.
|
|
79
|
4.7 programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin tas-sħana li tirriżulta minn appoġġ għall-investiment
|
|
Kapaċità installata (m³)
|
0
|
35 000
|
Q2
|
2026
|
L-iskema ta’ appoġġ għall-investiment għandha tirriżulta fl-installazzjoni ta’ ħżin tas-sħana ta’ mill-inqas 35 000 m³ f’sistemi ta’ tisħin distrettwali.
|
|
80
|
4.7 programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin tal-elettriku li tirriżulta minn appoġġ għall-investiment
|
|
Kapaċità installata (MW)
|
0
|
4
|
Q2
|
2026
|
L-iskema ta’ appoġġ għall-investiment għandha tirriżulta fl-installazzjoni ta’ kapaċità ta’ ħżin tal-elettriku ta’ mill-inqas 4 MW.
|
|
80a
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
Kuntratturi għas-sistema tar-radar u tar-radar passiv/sensuri magħżula u l-kuntratti ffirmati
|
Kuntratti ffirmati
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Kuntratti ffirmati għad-disinn dettaljat, għar-radar tas-sorveljanza tal-arja, għas-sistema/sensuri tar-radar passiv, għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-inġinerija ċivili u għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tar-radar. Il-kuntratturi għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ sejħa għall-offerti.
|
|
80b
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
Is-sistema/is-sensuri tar-radar u tar-radar passiv isiru operattivi
|
Data tal-bidu tal-operazzjonijiet
|
|
|
|
Q1
|
2026
|
Is-sistema/sensuri tar-radar u tar-radar passiv għandhom ikunu operattivi.
|
|
80c
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
It-tneħħija tar-restrizzjoni tal-għoli fuq it-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta fil-Golf ta’ Riga u fil-gżejjer Estonjani Hiiumaa, Saaremaa, Vormsi
|
Avviż
|
|
|
|
Q1
|
2026
|
Avviż maħruġ mill-Ministeru tad-Difiża u ppubblikat fuq is-sit web tiegħu, li jiddikjara li r-restrizzjonijiet tal-għoli fuq it-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta tneħħew fil-Golf ta’ Riga u fil-gżejjer Estonjani ta’ Hiiumaa, Saaremaa u Vormsi.
|
E.KOMPONENT 5: Trasport sostenibbli
Il-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jindirizza l-isfida tad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. L-objettivi tal-komponent huma li jitnaqqsu l-emissjonijiet u li jiġi inċentivat l-użu ta’ modi sostenibbli ta’ trasport.
Ir-riforma u l-investimenti tal-komponent jappoġġaw l-iżvilupp tal-proġett transfruntier Rail Baltic, li jgħaqqad it-tliet bliet kapitali u l-pajjiżi Baltiċi mal-Polonja u l-bqija tal-Unjoni. Il-miżuri fil-komponent għandhom l-għan li jgħaqqdu l-Rail Baltic ma’ ferroviji nazzjonali oħra u ċentri TEN-T oħra (l-Ajruport ta’ Tallinn u l-Port Antik) u jiffaċilitaw l-aċċess għall-waqfiet lokali tiegħu bil-mixi jew bir-rota.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż biex l-investimenti jiġu ffukati fuq l-effiċjenza fir-riżorsi u t-trasport sostenibbli li jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019 u fl-2020). Il-miżuri l-ġodda jikkorrispondu wkoll għar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż biex jiżdiedu l-isforzibiex tittejjeb is-sostenibbiltà tas-sistema tat-trasport, inkluż permezz tal-elettrifikazzjoni tan-network ferrovjarju u billi jiżdiedu l-inċentivi biex jitħeġġeġ trasport sostenibbli u li jniġġes inqas (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
E.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
5.1.Riforma: L-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
L-objettiv tar-riforma huwa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tat-trasport u li jiġi inċentivat l-użu ta’ modi sostenibbli tat-trasport.
Il-miżura tikkonsisti fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp il-ġdid għat-Trasport u l-Mobilità u l-Pjan ta’ Implimentazzjoni relatat. Il-fokus tal-Pjan huwa li jnaqqas l-impronta ambjentali tas-sistemi tat-trasport u għandu jinkludi miżuri biex tiġi żviluppata mobbiltà interkonnessa u kondiviża f’żoni urbani għad-detriment tal-karozzi privati u jiġi promoss qafas komprensiv ta’ mobbiltà ħafifa (bil-mixi jew bir-rota) f’żoni barra miċ-ċentri urbani ewlenin. Il-pjan għandu jinkludi investimenti ferrovjarji li għandhom ikunu diretti lejn iż-żieda tal-veloċità u s-sikurezza tal-vjaġġi u ż-żieda ta’ konnessjonijiet kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija. L-azzjonijiet ewlenin taħt dan il-Pjan li għandhom jiġu implimentati fl-iskeda ta’ żmien tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jinkludu l-bini u l-estensjoni tal-ferrovija elettrifikata minn Tallinn għal Tartu u l-armonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport pubbliku fir-reġjun kapitali ta’ Tallinn (sistemi ta’ ħruġ ta’ biljetti u pprezzar).
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
5.2.[imħassar]
5.2.a
Investiment: Bastiment tax-xogħol multifunzjonali
L-objettiv tal-investiment huwa li jiżgura s-sikurezza u l-kundizzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma meħtieġa għat-tħaddim tat-trasport marittimu, jippermetti li jitwettqu operazzjonijiet kontra t-tniġġis u jżid il-kapaċità tar-riċerka għall-istudji ambjentali. Għal dawn il-finijiet, għandu jinbena bastiment b’emissjonijiet baxxi b’kapaċità ta’ riċerka, b’kapaċità ta’ installazzjoni tal-bagi u b’kapaċità ta’ kontroll tat-tniġġis.
Il-bastiment għandu jkun elettriku jew jaħdem bi fjuwils (idroġenu jew fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu jew bijometan sostenibbli) li jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin “Tagħmel l-Ebda Ħsara Sinifikanti” skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01):
a.Għall-idroġenu u l-fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu, dawn jiġu prodotti bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli konformi mad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) u l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati relatati, u jiksbu rekwiżit ta’ ffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ 73.4 % għall-idroġenu [li jirriżulta f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ inqas minn 3 t CO2e/tH2] u 70 % għall-fjuwils sintetiċi bbażati fuq l-idroġenu meta mqabbla ma’ komparatur tal-fjuwils fossili ta’ 94 g CO2e/MJ b’analoġija għall-approċċ stabbilit fl-Artikolu 25(2) u fl-Anness V tad-Direttiva (UE) 2018/2001;
b.Għall-bijometan, dawn huma konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Artikoli 29–31 u r-regoli dwar il-bijofjuwils ibbażati fuq l-ikel u l-għalf stabbiliti fl-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar l-Enerġija Rinnovabbli (REDII), u l-atti ta’ implimentazzjoni u delegati relatati.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
5.3.[imħassar]
5.3.a
Investiment: Kostruzzjoni tal-vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
L-objettiv tal-miżura huwa li jiżdied is-sehem tal-mobbiltà sostenibbli fl-Estonja billi tikkontribwixxi għall-proġett Rail Baltic, li jgħaqqad it-tliet Stati Baltiċi.
L-investiment jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ ħames viaducts fil-ġunzjoni ta’ Kangru qrib Tallinn: Il-viadutt ta’ Kangru, il-viadutt ta’ Raudalu, il-viadutt ta’ Raku, il-viadutt tad-dawl ta’ Männiku u l-mina tat-traffiku tad-dawl ta’ Männiku.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
5.4.Investiment: Kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
L-objettiv tal-miżura huwa li jiżdied is-sehem tal-mobbiltà sostenibbli fir-reġjun ta’ Tallinn. Għal dan l-għan, il-miżura għandha l-għan li tgħaqqad il-konnessjonijiet tal-Ferroviji Baltiċi mal-baħar mal-pajjiżi Nordiċi permezz tal-Port Antik ta’ Tallinn.
Għandu jingħata appoġġ lill-Awtorità tat-Trasport tal-Belt ta’ Tallinn, responsabbli għall-operat tat-trasport pubbliku f’Tallinn, biex tinbena linja ġdida ta’ tramm ta’ madwar 2 km li għandha tgħaqqad l-Ajruport ta’ Tallinn, iċ-Ċentru Ferrovjarju Baltiku, iċ-ċentru tal-belt, il-Port il-Qadim u l-istazzjon ferrovjarju reġjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
5.5
Investiment: Investimenti tal-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi
L-objettiv tal-miżura huwa li titnaqqas id-dipendenza fuq il-karozzi u tiżdied il-mobbiltà sostenibbli f’żoni barra mit-tliet ċentri urbani ewlenin (Tallinn, Tartu, Pärnu), fejn il-kapaċità finanzjarja tal-muniċipalitajiet hija ostaklu għall-iżvilupp ta’ kurituri tar-roti u tal-persuni bil-mixi sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-klima.
Għandu jingħata appoġġ lill-muniċipalitajiet għall-kostruzzjoni ta’ 24 km ta’ infrastruttura għar-roti u l-passaġġi biex jiġi żgurat aċċess sikur u sostenibbli għas-servizzi pubbliċi, inkluż it-trasport pubbliku, u għall-postijiet tax-xogħol. Se tingħata attenzjoni wkoll lill-waqfiet lokali tal-Ferroviji Baltiċi u l-konnessjoni man-netwerk eżistenti taċ-ċikliżmu u tal-persuni bil-mixi.
Il-miżura tikkumplimenta miżura simili mistennija li tiġi ffinanzjata mill-FEŻR, li tgħin biex tiżdied il-mobbiltà bir-roti fit-tliet ċentri urbani ewlenin ta’ Tallinn, Tartu u Pärnu.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
E.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Relatati
Miżura (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
81
|
5.1 l-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035 mill-Gvern
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035
|
|
|
|
Q1
|
2022
|
Il-pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035 għandu jiġi approvat mill-Gvern. Dan għandu jinkludi l-ħolqien tas-sistema komuni tat-trasport tar-reġjun kapitali ta’ Tallinn, azzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu tal-bijometan lokali, azzjonijiet biex tiġi żviluppata mobbiltà urbana sostenibbli u attiva fi bliet akbar skont il-loġika tal-kurituri tat-trasport integrati, l-ippjanar tal-infrastruttura multimodali, iż-żieda tal-konnessjonijiet, il-veloċità u s-sikurezza tal-ferroviji, li s-settur tat-trasport marittimu jsir aktar kompetittiv u aktar ekoloġiku u li jiġi konness b’mod multimodali, l-iżvilupp ta’ trasport bit-triq aktar rapidu u sikur.
Il-pjan għandu jinkludi mira biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b’ 700 000 tunnellata (jew 30 %) meta mqabbla mal-livelli tal-2018 u jintlaħaq sehem ta’ sorsi rinnovabbli fl-enerġija kkunsmata fis-settur tat-trasport ta’ 24 % sal-2035.
|
|
82
|
5.1 l-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-iżvilupp ekoloġiku tat-trasport pubbliku sostenibbli tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u tal-Mobilità 2021–2035
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jiġi approvat mill-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035. Dan għandu jinkludi l-ħolqien tas-sistema komuni tat-trasport tar-reġjun kapitali ta’ Tallinn, azzjonijiet li jiffaċilitaw l-użu tal-bijometan lokali, azzjonijiet biex tiġi żviluppata mobbiltà urbana sostenibbli u attiva fi bliet akbar skont il-loġika tal-kurituri tat-trasport integrati, l-ippjanar ta’ infrastruttura multimodali, iż-żieda tal-konnessjonijiet, il-veloċità u s-sikurezza tal-ferroviji, li s-settur tat-trasport marittimu jsir aktar kompetittiv, aktar ekoloġiku u li jiġi konness b’mod multimodali, l-iżvilupp ta’ trasport bit-triq aktar rapidu u sikur. Il-pjan ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi obbligu ta’ rappurtar annwali fuq il-ministru responsabbli lill-Gvern.
|
|
83
|
5.1 l-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035
|
L-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri ewlenin tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u tal-Mobilità 2021–2035 tlestiet
|
|
|
|
Q2
|
2026
|
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ewlenin tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u tal-Mobbiltà għandha titlesta, inkluż il-bini u l-estensjoni tal-linji ferrovjarji elettrifikati minn Tallinn sa Tartu u l-armonizzazzjoni tas-sistema tat-trasport pubbliku fir-reġjun kapitali ta’ Tallinn (inklużi sistemi komuni ta’ ħruġ ta’ biljetti u ta’ pprezzar).
|
|
84a
|
5.2.a bastiment tax-xogħol multifunzjonali
|
Stadju importanti
|
Kuntratt iffirmat għall-bini tal-bastiment
|
Kuntratt iffirmat
|
|
|
|
Q1
|
2024
|
Il-kuntratt għall-bini tal-bastiment tax-xogħol multifunzjonali għandu jiġi ffirmat mill-kuntrattur u l-Flotta Nazzjonali (Riigilaevastik). Il-kuntratt għandu jinkludi speċifikazzjoni tal-fjuwil li għandu jintuża mill-bastiment f’konformità mar-rekwiżiti ta’ “La Tagħmel Ħsara Sinifikanti” stabbiliti fid-deskrizzjoni tal-investiment.
|
|
85a
|
5.2.a bastiment tax-xogħol multifunzjonali
|
Stadju importanti
|
Bastiment ikkunsinnat
|
Bastiment ikkunsinnat u aċċettat
|
|
|
|
Q2
|
2026
|
Il-bastiment tax-xogħol multifunzjonali għandu jitwassal skont id-deskrizzjoni, il-kriterji u l-kundizzjonijiet kif stabbiliti fid-deskrizzjoni tal-investiment, u għandu jiġi aċċettat mill-Flotta Nazzjonali (Riigilaevastik).
|
|
86a
|
5.3.a kostruzzjoni tal-vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
Stadju importanti
|
Kuntratti ta’ xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta’ vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
Kuntratti ta’ xogħlijiet iffirmati
|
|
|
|
Q3
|
2023
|
Kuntratti ta’ xogħlijiet iffirmati għall-viadutti tal-Ferroviji Baltiċi li ġejjin: Il-viadutt ta’ Kangru, il-viadutt ta’ Raudalu, il-viadutt ta’ Raku, il-viadutt tad-dawl ta’ Männiku u l-mina tat-traffiku tad-dawl ta’ Männiku.
|
|
87a
|
5.3.aKostruzzjoni tal-vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
Mira
|
Vjadotti kompluti
|
|
Għadd ta’ vjadotti
|
0
|
5
|
Q1
|
2026
|
Il-kostruzzjoni tal-viadutti Rail Baltic li ġejjin tlestiet u ġiet aċċettata mill-awtorità kontraenti: Il-viadutt ta’ Kangru, il-viadutt ta’ Raudalu, il-viadutt ta’ Raku, il-viadutt tad-dawl ta’ Männiku u l-mina tat-traffiku tad-dawl ta’ Männiku.
|
|
89
|
5.4 kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Stadju importanti
|
Tlestija tad-disinn tal-proġett ta’ kostruzzjoni tat-tramm
|
Approvazzjoni tad-disinn tal-proġett
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Il-Bord tal-Ippjanar Urban u l-Utilitajiet ta’ Tallinn għandu jadotta d-disinn tal-proġett ta’ kostruzzjoni tat-tramm.
|
|
90
|
5.4 kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Stadju importanti
|
Għoti ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet
|
Kuntratt iffirmat għall-kostruzzjoni tal-linja tat-tramm
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Kuntratt ta’ xogħlijiet konkluż bejn il-Bord tal-Ippjanar Urban u l-Utilitajiet ta’ Tallinn u l-kuntrattur għall-kostruzzjoni tal-linja tat-tramm bejn it-triq Gonsiori u Põhja Puiestee
|
|
91
|
5.4 kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Mira
|
Linja tat-tramm ġdida li qed topera
|
|
Metri tal-linja tat-tramm
|
0
|
2500
|
Q4
|
2025
|
Is-sezzjoni tat-tramm b’tul ta’ 2500 metru għandha timtela u titqiegħed fis-servizz skont l-ittra ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-Belt ta’ Tallinn.
|
|
92
|
5.5 investimenti tal-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal proposti għal għotjiet
|
Pubblikazzjoni tal-avviż għal sejħa għal proposti għal għotjiet
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Għandha tiġi ppubblikata sejħa miftuħa għall-investiment mill-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi.
|
|
93
|
5.5 investimenti tal-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi
|
Mira
|
L-infrastruttura għar-roti u għall-mixi tlestiet
|
|
Km ta’ roti u passaġġi
|
0
|
24
|
Q4
|
2025
|
Għandhom jinbnew mill-inqas 24 kilometru ta’ roti u mogħdijiet għall-mixi bħala riżultat tal-iskema ta’ appoġġ. Dawn għandhom ġeneralment ikunu modi ġodda. F’każijiet ġustifikati, ir-rikostruzzjoni tar-roti u tal-mixi eżistenti għandha tkun permessa, bħal jekk il-wisa’ tal-passaġġ eżistenti ma tilħaqx l-istandards, u b’hekk ikun impossibbli għall-mixi u għaċ-ċiklisti li jiċċaqalqu simultanjament b’mod sikur u mingħajr interferenza.
|
F.KOMPONENT 6: Il-kura tas-saħħa u l-protezzjoni soċjali
Dan il-komponent tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu l-għan li jindirizza l-isfidi relatati mar-reżiljenza tas-sistema tal-kura tas-saħħa u l-aċċess għaliha, l-adegwatezza tax-xibka tas-sikurezza soċjali, l-aċċessibbiltà tas-servizzi soċjali u l-qgħad fost iż-żgħażagħ. L-għanijiet tal-miżuri inklużi fil-komponent huma li: tindirizza n-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa, issaħħaħ il-kura primarja u l-isptar, testendi t-tul tal-benefiċċju tal-assigurazzjoni tal-qgħad f’perjodi ta’ qgħad għoli, ittejjeb l-aċċess għas-servizzi soċjali, tindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ u tnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż, dwar it-titjib tal-aċċessibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa, inkluż billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema tas-saħħa, tissaħħaħ il-kura primarja u tiġi żgurata l-provvista ta’ prodotti mediċi kritiċi (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 fl-2020), dwar it-titjib tax-xibka tas-sigurtà soċjali, iż-żieda fl-aċċess għas-servizzi soċjali b’mod integrat (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2020 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2022) u dwar it-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, inkluż billi tittejjeb it-trasparenza fil-pagi (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2019).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
F.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
6.1.Riforma: Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
L-objettiv tar-riforma huwa li ttejjeb ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa Estonjana, inkluż biex tlaħħaq mal-kriżijiet, u b’hekk tiżgura li n-nies ikollhom aċċess għal kura tas-saħħa integrata u ta’ kwalità għolja fl-Estonja kollha. Ir-riforma tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(I)Sal-31 ta’ Diċembru 2024 għandu jiġi adottat Pjan Direzzjonali għall-Iżvilupp tan-Network tal-Isptarijiet li għandu jiddeskrivi n-network konsolidat tal-isptarijiet sabiex jittejbu l-effiċjenza u l-infrastruttura, u jiddefinixxi l-ispeċjalizzazzjoni tal-isptarijiet biex titnaqqas ir-rata għolja ta’ ħtieġa mhux issodisfata għall-kura medika.
(II)In-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandu jiġi indirizzat permezz ta’ tliet miżuri:
a.Sal-31 ta’ Diċembru 2022 għandu jiġi adottat qafas strateġiku li għandu jiddeskrivi l-provvista tas-servizzi tas-saħħa fid-diversi setturi tas-saħħa, b’mod partikolari l-kura speċjalizzata, l-allokazzjoni tar-riżorsi fiżiċi u umani, u l-mekkaniżmu ta’ finanzjament biex jiġi żgurat l-għoti ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità tajba madwar il-pajjiż. Sal-2023, l-ammissjoni għat-taħriġ tal-infermiera għandha tiżdied b’ 5 % meta mqabbla mal-2020.
b.L-iskema ta’ rimborż għat-tobba u l-ispiżjara għandha tiġi emendata sabiex tinċentiva l-forza tax-xogħol tas-saħħa biex taħdem f’żoni remoti.
c.L-iskema ta’ rimborż għall-infermiera għandha tiġi stabbilita sabiex tinċentivahom jaħdmu f’żoni remoti.
d.Il-Ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Università ta’ Tartu għandu jiġi emendat biex jistabbilixxi rekwiżiti għaż-żieda gradwali tad-dħul f’ċerti professjonijiet b’nuqqasijiet, b’mod partikolari tobba tal-familja, psikjatri, mard intern. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2026.
6.2.[imħassar]
6.2.a
Investiment: Kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
L-investiment għandu l-għan li jikkontribwixxi għat-titjib tal-aċċess għall-kura tas-saħħa kif ukoll l-għoti tal-kura tas-saħħa u l-kura soċjali b’mod integrat.
L-investiment jikkonsisti fil-bini ta’ ċentru tas-saħħa ġdid fil-belt ta’ Viljandi. L-investiment għandu jkollu żewġ partijiet, sptar ġenerali u ċentru tal-kura tas-saħħa primarja.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
6.3.Riforma: It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
L-għan tar-riforma huwa li tiżgura l-aċċess għall-kura medika ġenerali, ittejjeb il-kontinwità tat-trattament u tagħmel il-provvista tal-kura tas-saħħa primarja aktar flessibbli u ċċentrata fuq il-bniedem. Ir-riforma tikkonsisti fi tliet sottomiżuri. L-ewwel nett, sabiex jittejjeb l-aċċess għall-kura speċjalizzata, l-użu tal-konsultazzjoni elettronika fil-kura primarja ġie estiż fit-30 ta’ Settembru 2020 u ppermetta li l-pazjenti jingħataw pariri minn speċjalista mingħajr ma jkollhom għalfejn jikkonsultawhom wiċċ imb wiċċ. It-tieni nett, il-leġiżlazzjoni daħlet fis-seħħ fl-31 ta’ Marzu 2021 li ttejjeb l-aċċess għall-kura tas-saħħa billi żżid il-livell ta’ appoġġ għat-tobba ġeneralisti u billi timmodifika l-mudell ta’ finanzjament għall-kura medika ġenerali bl-għan li tagħmel ix-xogħol f’ċentri tas-saħħa primarja f’żoni remoti aktar attraenti. It-tielet, l-Att dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa għandu jiġi emendat fir-rigward tal-ġestjoni tal-lista tal-pazjenti, filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura primarja u jiġu estiżi d-drittijiet tal-infermiera li jippreskrivu l-mediċini lill-pazjenti.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.
6.4.Riforma: Tiġdid tal-Governanza tas-Saħħa elettronika
L-objettiv tar-riforma huwa li taġġorna l-qafas ta’ governanza għas-Saħħa elettronika bil-ħsieb li twieġeb aħjar għall-ħtiġijiet tas-sistema tas-saħħa u tiżgura l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali biex tappoġġa sistema tas-saħħa sostenibbli fl-Estonja. Ir-riforma tikkonsisti fl-adozzjoni ta’ mudell ta’ governanza nazzjonali rivedut għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni tas-sistema tas-saħħa attwali biex tipprovdi mudell ġdid ta’ governanza tas-Saħħa-e li jħares’ il quddiem u tippromwovi fehim komuni fost is-sħab tad-diviżjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet fis-Saħħa elettronika.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2023.
6.5.[imħassar]
6.6.Investiment: Il-provvista ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
L-għan tal-investiment huwa li jgħin liż-żgħażagħ bi ftit esperjenza ta’ xogħol isibu impjieg. Il-leġiżlazzjoni dwar l-iskema mġedda “L-Ewwel Impjieg Tiegħi” (M1T) għandu jkollha żewġ komponenti: sussidju tal-pagi mħallas lill-impjegatur u r-rimborż tal-ispejjeż tat-taħriġ ta’ żagħżugħ. Sussidju tal-pagi u allowance għat-taħriġ (sa EUR 2 500) għandhom jitħallsu lil impjegatur li jimpjega żagħżugħ bejn is-16 u d-29 sena u rreġistrat bħala qiegħed mingħajr ebda esperjenza ta’ xogħol jew b’esperjenza ta’ xogħol għal żmien qasir biss. Il-miżura M1T għandha tiġi integrata ma’ servizzi oħra, b’mod partikolari b’appoġġ ta’ segwitu għaż-żgħażagħ u l-impjegaturi lil hinn mill-bidu tar-relazzjoni ta’ impjieg. L-għan huwa, b’mod partikolari, li jiġi evitat it-tmiem prematur tar-relazzjoni ta’ impjieg u li jiġu identifikati, f’kooperazzjoni mal-persuna li timpjega u maż-żgħażagħ, il-ħtiġijiet ta’ taħriġ taż-żgħażagħ. Sat-30 ta’ Ġunju 2022 għandu jiġi ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni msaħħaħ għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ li għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-investiment b’miżuri addizzjonali li jappoġġaw liż-żgħażagħ qiegħda. B’mod partikolari, għandu jinkludi miżuri biex jittejbu l-ħiliet taż-żgħażagħ, jiddefinixxi azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, inkluż is-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni tas-sitwazzjoni tan-NEETs u jiddefinixxi l-partijiet ewlenin u r-rwoli tagħhom biex jipprevjenu u jittrattaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
6.7.Riforma: Estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad
L-objettiv tar-riforma huwa li tindirizza l-isfida li ilha teżisti għat-titjib tal-adegwatezza tax-xibka ta’ sikurezza soċjali. Ir-riforma tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu biex tiġi attivata l-estensjoni tal-perjodu tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad b’ 60 jum, b’mod partikolari meta r-rata tal-qgħad irreġistrata taqbeż ir-rata ta’ inflazzjoni/paga tal-qgħad li ma taċċellerax (NAIRU/NAWRU) b’marġni sinifikanti. Il-mekkaniżmu ta’ estensjoni u l-marġni, li ma għandhomx ikunu ogħla minn 2 %, għandhom jiġu miftiehma fi djalogu mas-sħab soċjali. Il-miżura għandha l-għan li tgħin lin-nies inaqqsu perjodu itwal ta’ qgħad f’kundizzjonijiet diffiċli tas-suq tax-xogħol.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata sat-30 ta’ Ġunju 2023.
6.8.Riforma: Kura fuq terminu twil
L-għan tar-riforma huwa li ttejjeb l-għoti ta’ kura fit-tul. Ir-riforma tikkonsisti mill-elementi li ġejjin:
(I)L-emendi għall-Att dwar l-Għajnuna Soċjali għandhom jistabbilixxu d-definizzjoni ta’ kura fit-tul u jirrikjedu li l-awtoritajiet lokali jqisu l-prinċipju li persuna trid tkun tista’ tgħix kemm jista’ jkun fit-tul fid-dar tagħha, fl-ambjent tas-soltu tagħha, b’servizzi ta’ kwalità suffiċjenti disponibbli. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2022.
(II)Pjan ta’ Azzjoni dwar l-għoti ta’ kura soċjali u tas-saħħa b’mod integrat għandu jipprovdi għall-istabbiliment ta’ mudell ta’ kura integrata fl-Estonja kollha, jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti u jiddefinixxi l-finanzjament tas-sistema. Il-pjan ta’ Azzjoni għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Diċembru 2022.
(III)Digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali għandu jiddefinixxi t-tfassil u l-karatteristiċi tas-servizzi ta’ kura mill-awtoritajiet lokali lil persuni bi bżonnijiet ta’ kura aktar baxxi, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. B’mod partikolari, għandha tinkludi investimenti adegwati u żvilupp ta’ servizzi mill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu għal għajxien indipendenti għal persuni anzjani bi bżonnijiet ta’ kura aktar baxxi u persuni b’diżabilità biex jappoġġaw għajxien indipendenti. Id-digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali sal-31 ta’ Diċembru 2024.
(IV)L-emendi leġiżlattivi li għandhom l-għan li jtejbu s-sistema ta’ appoġġ għal tfal bi ħtiġijiet ta’ kura ogħla għandhom jipprovdu għall-immodernizzar u l-integrazzjoni ta’ servizzi għal tfal bi ħtiġijiet ta’ kura ogħla. B’mod partikolari, is-servizzi fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-impjiegi għandhom jiġu integrati sabiex jipprovdu appoġġ komprensiv għall-familji taħt piż tal-kura. Is-sistema attwali ta’ appoġġ għandha tiġi ssimplifikata u l-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kura għandhom jiġu kkonsolidati sabiex il-ġenituri jkollhom punt ta’ kuntatt sigur għall-pariri u l-appoġġ inizjali. L-emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2025.
6.9.Riforma: It-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
L-għan tar-riforma huwa li titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa. Ir-riforma tikkonsisti fl-adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Benessri għall-2023–2030 u l-implimentazzjoni tiegħu u l-introduzzjoni ta’ għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
Il-pjan ta’ Żvilupp tal-Benessri għandu jiġi adottat sal-31 ta’ Marzu 2024 u għandu jistabbilixxi l-objettivi strateġiċi tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali u l-faqar, l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn is-sessi u inklużjoni soċjali akbar, u l-promozzjoni tat-trattament ugwali ta’ persuni li jagħmlu parti minn gruppi ta’ minoranza. Il-pjan ta’ Żvilupp għandu jiddeskrivi miżuri biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, b’mod partikolari billi tiżdied it-trasparenza fil-pagi, titnaqqas il-prevalenza u l-impatt negattiv tal-istereotipi tas-sessi fuq il-ħajja u d-deċiżjonijiet tan-nisa u l-irġiel, inkluż fir-rigward tal-għażliet edukattivi u tal-karriera u l-piż tal-kura, u l-appoġġ għal implimentazzjoni aktar effettiva tal-Att dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi.
Għodda diġitali tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għandha tiġi introdotta sal-31 ta’ Marzu 2024 li għandha toffri lill-impjegaturi għodda sempliċi u faċli biex jirċievu u janalizzaw data u informazzjoni dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u r-raġunijiet possibbli tagħha fl-organizzazzjonijiet tagħhom u b’hekk tappoġġahom fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u fit-teħid ta’ azzjoni effettiva biex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ paga ugwali u biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2024.
F.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
94
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-Ordni tal-Gvern dwar il-pjan direzzjonali għall-iżvilupp tan-netwerk tal-Isptarijiet
|
Dħul fis-seħħ tal-Ordni tal-Gvern
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Dħul fis-seħħ tal-Ordni tal-Gvern li għandha tistabbilixxi:
- il-lista ta’ sptarijiet reġjonali, ċentrali, lokali u ta’ riabilitazzjoni sabiex jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa;
- ir-rekwiżiti, l-għanijiet u l-passi li għandhom jittieħdu għall-konsolidazzjoni tan-netwerk tal-isptarijiet;
- l-investimenti meħtieġa għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni u t-tfassil mill-ġdid ta’ profili tal-isptarijiet inklużi fil-lista ta’ sptarijiet.
|
|
95
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Approvazzjoni tal-Qafas Strateġiku biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa
|
Approvazzjoni tal-Qafas Strateġiku biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa mill-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Il-qafas Strateġiku biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa għandu jiddeskrivi:
-miżuri dwar l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa fis-setturi differenti tas-saħħa, b’mod partikolari l-kura speċjalizzata,
-l-allokazzjoni ta’ riżorsi fiżiċi u umani biex tiġi żgurata l-provvista tal-kura tas-saħħa fit-territorju kollu,
mekkaniżmi ta’ finanzjament, governanza u skambju ta’ informazzjoni li jiżguraw il-prestazzjoni fil-pajjiż kollu.
|
|
96
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digrieti tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol li jemendaw is-sistema ta’ rimborż għat-tobba u l-ispiżjara
|
Dħul fis-seħħ tad-Digrieti tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol
|
|
|
|
Q1
|
2023
|
Id-dħul fis-seħħ tad-Digrieti tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol li għandhom itejbu s-sistema ta’ rimborż għat-tobba u l-ispiżjara biex jinċentivaw il-forza tax-xogħol tas-saħħa biex taħdem f’żoni remoti.
|
|
96a
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol u l-emenda għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Servizzi tas-Saħħa li jistabbilixxi s-sistema ta’ rimborż għall-infermiera
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol u tal-emenda għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Servizzi tas-Saħħa
|
|
|
|
Q2
|
2024
|
Id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol u l-emenda għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Servizzi tas-Saħħa li għandu jistabbilixxi s-sistema ta’ rimborż għall-infermiera biex jinċentivawhom jaħdmu f’żoni remoti. Din is-sistema ta’ rimborż għandha tkopri infermiera ta’ prattika ġenerali u avvanzata, fil-kura tas-saħħa primarja u fl-isptarijiet.
|
|
97
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Mira
|
Ammissjoni għal taħriġ tal-infermerija
|
|
Żieda perċentwali fl-għadd ta’ persuni ammessi għat-taħriġ tal-infermiera
|
0
|
5
|
Q4
|
2023
|
L-ammissjonita’ persuni fit-taħriġ tal-infermiera żdiedet b’ 5 % meta mqabbla mal-2020.
|
|
98
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tar-Regolament Ministerjali li jemenda l-ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Università ta’ Tartu dwar in-nuqqas ta’ tobba f’ċerti speċjalizzazzjonijiet
|
Dħul fis-seħħ tar-Regolament Ministerjali u ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Università ta’ Tartu
|
|
|
|
Q2
|
2026
|
Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Ministerjali li jemenda l-ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Università ta’ Tartu li għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti għaż-żieda gradwali tad-dħul f’ċerti professjonijiet b’nuqqasijiet, b’mod partikolari tobba tal-familja, psikjatri, mard intern.
|
|
99a
|
6.2.a
Kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
Stadju importanti
|
Firma tal-kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
Firma tal-kuntratt
|
|
|
|
Q2
|
2023
|
Ir-Riigi Kinnisvara AS (ir-rappreżentant tal-Viljandi Haigla) u l-kuntrattur għandhom jiffirmaw kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ TERVIKUM, inkluża l-installazzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, b’mod partikolari t-tagħmir tekniku għat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun, it-tidwil u l-produzzjoni tal-elettriku, il-kejl, il-monitoraġġ u s-sistemi ta’ kontroll u xogħlijiet interni.
|
|
100a
|
6.2.a kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
Stadju importanti
|
Kostruwita ta’ TERVIKUM
|
TERVIKUM mibni u mgħammar
|
|
|
|
Q4
|
2025
|
Il-kostruzzjoni tat-TERVIKUM, li tikkonsisti fi sptar ġenerali u ċentru tal-kura tas-saħħa primarja, għandha titlesta, u l-bini għandu jiġi fornut bit-tagħmir meħtieġ biex it-TERVIKUM isir operattiv.
|
|
106
|
6.3 tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern, li jemenda l-lista tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Estonjan dwar l-aċċess għall-kura medika speċjalizzata
|
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għad-Digriet tal-Gvern
|
|
|
|
Q3
|
2020
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li għandhom itejbu l-aċċess għall-kura speċjalizzata billi jestendu l-użu tal-konsultazzjoni elettronika fil-kura primarja li tippermetti li l-pazjenti jingħataw pariri minn speċjalista mingħajr ma jkollhom għalfejn jikkonsultawhom wiċċ imb wiċċ.
|
|
107
|
6.3 tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għad-Digriet tal-Gvern li jemenda l-lista tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Estonjan dwar l-ispejjeż u s-servizzi tat-tobba ġeneralisti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi għad-Digriet tal-Gvern
|
|
|
|
Q1
|
2021
|
Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jipprevedu l-finanzjament ta’ spejjeż fissi u servizzi għat-tobba ġeneralisti sabiex tiżdied l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-prattika medika primarja barra miż-żoni metropolitani, speċjalment f’żoni remoti, u biex jiżdied l-aċċess tal-pazjenti għas-servizzi dijanjostiċi u ta’ skrinjar.
|
|
108
|
6.3 tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ emendi għall-Att dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa
|
Dispożizzjoni fil-liġi li tindika d-dħul fis-seħħ tal-liġi
|
|
|
|
Q1
|
2023
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa li għandhom jemendaw il-ġestjoni tal-lista tal-pazjenti, jiżguraw il-kontinwità tal-kura primarja u jestendu d-drittijiet tal-infermiera li jippreskrivu l-mediċini lill-pazjenti.
|
|
109
|
6.4 tiġdid tal-Governanza tas-Saħħa elettronika
|
Stadju importanti
|
Approvazzjoni tal-Qafas ta’ Governanza tas-Saħħa elettronika u l-pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni tiegħu
|
Approvazzjoni tal-proposta dwar il-Qafas ta’ Governanza tas-Saħħa elettronika u pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni mill-Kumitat ta’ Tmexxija tal- “Eesti Tervise IKT juhtimise raamistik”
|
|
|
|
Q2
|
2023
|
L-approvazzjoni tal-proposta dwar il-Qafas ta’ Governanza u l-pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni li għandhom jaġġornaw il-qafas ta’ governanza għas-Saħħa elettronika u l-koordinazzjoni tal-iżvilupp tas-servizzi tas-Saħħa elettronika.
|
|
113
|
6.6 provvediment ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol biex tissaħħaħ l-iskema “L-Ewwel Impjieg Tiegħi”
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol
|
|
|
|
Q1
|
2022
|
Id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol li għandu jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-iskema u l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħha, inkluż il-finanzjament u l-grupp fil-mira. L-għan tal-iskema għandu jkun li tippermetti liż-żgħażagħ mingħajr esperjenza ta’ xogħol jew bi ftit esperjenza ta’ xogħol jiksbu esperjenza ta’ xogħol u jtejbu l-ħiliet tagħhom biex jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol.
|
|
114
|
6.6 provvediment ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Stadju importanti
|
Il-garanzija għaż-Żgħażagħ
Pjan ta’ Azzjoni
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni msaħħaħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ mill-Gvern
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Il-Gvern għandu jadotta Pjan ta’ Azzjoni emendat ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ biex jappoġġa l-impjieg taż-żgħażagħ. Dan il-pjan ta’ azzjoni għandu — jinkludi miżuri biex jittejbu l-ħiliet taż-żgħażagħ, — jiddefinixxi azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, inkluż is-sensibilizzazzjoni u l-prevenzjoni tas-sitwazzjoni tan-NEETs
— tiddefinixxi l-partijiet ewlenin u r-rwoli tagħhom fil-prevenzjoni u t-trattament tal-qgħad fost iż-żgħażagħ.
|
|
115
|
6.6 provvediment ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Mira
|
Numru ta’ żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iskema “L-Ewwel Impjieg Tiegħi”
|
|
In-numru ta’ parteċipanti
|
0
|
3178
|
Q4
|
2025
|
Mill-inqas 3 178 żagħżugħ u żagħżugħa ta’ bejn is-16 u d-29 sena pparteċipaw fl-iskema “L-Ewwel Impjieg Tiegħi” (għadd kumulattiv ta’ parteċipanti).
|
|
116
|
6.7 estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għall —
L-att dwar is-Servizzi u l-Benefiċċji tal-Qgħad u
L-att dwar l-Assigurazzjoni tal-Qgħad
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi
|
|
|
|
Q2
|
2023
|
Id-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att li għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu permanenti biex tiġi attivata l-estensjoni tad-durata tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad b’ 60 jum, b’mod partikolari meta r-rata tal-qgħad irreġistrata taqbeż ir-rata ta’ inflazzjoni/paga tal-qgħad li ma taċċellerax b’marġni sinifikanti. Il-mekkaniżmu ta’ estensjoni u l-marġni, li ma għandhomx ikunu ogħla minn 2 %, għandhom jiġu miftiehma fi djalogu mas-sħab soċjali.
|
|
117
|
6.8 kura fit-tul
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar l-Għajnuna Soċjali
|
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi
|
|
|
|
Q2
|
2022
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għall-Att dwar l-Għajnuna Soċjali li għandhom jistabbilixxu l-kunċett ta’ kura fit-tul u jirrikjedu li l-awtoritajiet lokali jqisu l-prinċipju li persuna trid tkun tista’ tgħix kemm jista’ jkun f’darha, fl-ambjent tas-soltu tagħha, b’servizzi ta’ kwalità suffiċjenti disponibbli.
|
|
118
|
6.8 kura fit-tul
|
Stadju importanti
|
Pjan ta’ Azzjoni dwar mudell ta’ kura integrata
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali għandu jadotta Pjan ta’ Azzjoni li jipprevedi l-istabbiliment ta’ mudell ta’ kura integrata fl-Estonja kollha u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti fil-mudell futur ta’ finanzjament tas-sistema.
|
|
119
|
6.8 kura fit-tul
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Id-digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali għandu jiddefinixxi d-disinn u l-karatteristiċi tas-servizzi mill-awtoritajiet lokali lil persuni bi bżonnijiet ta’ kura aktar baxxi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħhom. B’mod partikolari, għandu jinkludi investimenti u żvilupp ta’ servizzi mill-awtoritajiet lokali biex jipprovdu għal għajxien indipendenti għal persuni anzjani bi bżonnijiet ta’ kura aktar baxxi u persuni b’diżabilità biex jappoġġaw għajxien indipendenti.
|
|
120
|
6.8 kura fit-tul
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi tas-sistema ta’ appoġġ għal tfal bi bżonnijiet ta’ kura għolja
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi
|
|
|
|
Q1
|
2025
|
Id-dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li għandhom jipprovdu għall-immodernizzar u l-integrazzjoni ta’ servizzi għal tfal bi bżonnijiet ta’ kura ogħla. B’mod partikolari,
— is-servizzi fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-protezzjoni soċjali u l-impjiegi għandhom jiġu integrati sabiex jipprovdu appoġġ komprensiv għall-familji taħt il-piż tal-kura, u
— is-sistema attwali ta’ appoġġ għandha tiġi ssimplifikata u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kura għandha tiġi kkonsolidata sabiex il-ġenituri jkollhom punt ta’ kuntatt sigur għall-pariri u l-appoġġ inizjali.
|
|
121
|
6.9 it-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Benessri 2023–2030 mill-gvern
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Benessri
|
|
|
|
Q1
|
2024
|
Il-pjan għandu jiddeskrivi l-miżuri biex titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
|
|
122
|
6.9 it-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
L-iżvilupp ta’ prototip ta’ għodda għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
|
|
|
Q4
|
2022
|
Għandu jiġi żviluppat prototip ta’ għodda għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għall-impjegaturi bl-għan li jiġu pprovduti b’data u informazzjoni dwar id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u r-raġunijiet possibbli tagħha fl-organizzazzjonijiet tagħhom u b’hekk jiġi appoġġat it-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u t-teħid ta’ azzjoni effettiva sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ paga ugwali u titnaqqas id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
|
|
123
|
6.9 it-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
L-introduzzjoni ta’ għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
|
|
|
Q1
|
2024
|
L-għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa għandha tkun disponibbli għall-impjegaturi bl-għan li tipprovdilhom data u informazzjoni dwar id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u r-raġunijiet possibbli tagħha fl-organizzazzjonijiet tagħhom u b’hekk tappoġġa t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u t-teħid ta’ azzjoni effettiva sabiex jiġi implimentat il-prinċipju ta’ paga ugwali u titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi.
|
G.VERIFIKA TA’ KONTIJIET U KONTROLL
G.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġi stabbilit il-qafas legali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Hija għandha tiddefinixxi r-rwoli li għandhom l-entitajiet pubbliċi rilevanti fl-implimentazzjoni tal-pjan u kif dawn il-korpi għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2021.
G.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
124
|
Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-pjan
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Gvern dwar il-qafas legali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja.
|
Dħul fis-seħħ tar-regolamentazzjoni tal-gvern
|
|
|
|
Q4
|
2021
|
Id-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi l-qafas legali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja qabel ma ssir l-ewwel talba għal pagament. Ir-Regolament għandu tal-anqas jiddefinixxi l-awtoritajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja u l-kompiti tagħhom inklużi l-kompiti tal-Ministeru tal-Finanzi, il-ministeri settorjali u ċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat.
|
H.KOMPONENT 8: REPowerEU
Il-Kapitolu REPowerEU jindirizza l-isfida tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. L-għanijiet tal-komponent huma li jiffaċilita l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; li jiffaċilita d-dekarbonizzazzjoni ta’ setturi ekonomiċi magħżula; li tiżdied il-kapaċità tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku; li tingħata spinta lill-użu tal-bijometan sostenibbli u li titħaffef l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.
Il-Kapitolu tar-REPowerEU jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż biex titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili billi jiġi aċċellerat l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u t-tisħiħ tan-network domestiku tal-elettriku (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li titqies id-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika “La tagħmilx ħsara sinifikanti” (2021/C58/01).
L-implimentazzjoni tal-miżura li tiffaċilita l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-miżura biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku u l-miżura li żżid il-produzzjoni u l-użu tal-bijometan sostenibbli huma kollha mistennija li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili. Iż-żieda fis-sehem tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha dimensjoni transfruntiera jew multinazzjonali, speċjalment fir-reġjun Baltiku u fil-Finlandja, minħabba li tikkontribwixxi għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni kollha kemm hi. Inqas dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati se toħloq ukoll valur miżjud Ewropew peress li se tillibera l-provvista għal Stati Membri oħra, fis-sitwazzjoni attwali ta’ restrizzjonijiet fuq il-provvista tal-gass naturali, u sakemm Stati Membri oħra jirnexxilhom inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-fjuwils fossili.
H.1. Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
8.1
Riforma: L-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
L-għan ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari l-enerġija mir-riħ. Ir-riforma għandha tikkonsisti minn:
·Id-dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi biex jiġu ssimplifikati l-proċessi tal-ippjanar, tal-permessi u tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-proġetti tal-enerġija eolika.
·Il-Gvern għandu jistabbilixxi żoni ta’ żvilupp ta’ prijorità tar-riħ fuq il-bażi ta’ rapport tekniku li jidentifika oqsma prijoritarji ta’ żvilupp b’potenzjal totali stmat li jipproduċu 1 000 MW.
·L-awtoritajiet lokali għandhom jirċievu appoġġ biex itejbu l-proċeduri amministrattivi, inkluż l-għoti ta’ permessi, għall-iżvilupp tal-enerġija eolika.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
8.2.
Investiment: Programm biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
L-għan ta’ dan l-investiment huwa li tiżdied il-kapaċità tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku. In-nuqqas ta’ kapaċità tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku bħalissa jillimita l-użu tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. L-investimenti għandhom jinvolvu xogħlijiet fin-netwerk tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tan-netwerk b’ 160 MW.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
8.3.
Investiment: Żieda fil-produzzjoni u l-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
L-għan ta’ din il-miżura huwa li tingħata spinta lill-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli f’konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II) u li titħaffef l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli. L-investiment għandu jikkonsisti f’subinvestimenti.
Wieħed mis-subinvestiment jikkonsisti fil-ħolqien ta’ kundizzjonijiet regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli. Is-sottoinvestiment wieħed jikkonsisti f’żewġ elementi:
1.L-Estonja għandha tikkummissjona stħarriġ indipendenti li jidentifika l-interventi regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa li għandhom jinbdew u jiġu implimentati biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli. L-istħarriġ għandu jipprovdi valutazzjoni tal-volumi storiċi u attwali tal-konsum tal-gass naturali, tal-bijogass u tal-bijometan u pjan direzzjonali għad-domanda futura biex jintwera l-potenzjal tal-bijogass sostenibbli u l-produzzjoni sostenibbli tal-bijometan bħala sostitut għall-gass naturali maż-żmien. Ir-rapport finali dwar l-istħarriġ għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent.
2.Il-Gvern għandu japprova pjan ta’ azzjoni għall-produzzjoni u l-użu ta’ bijogass sostenibbli u bijometan sostenibbli. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi lista ta’ bidliet leġiżlattivi u interventi meħtieġa biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli.
It-tieni sottoinvestiment jikkonsisti fil-bini ta’ faċilitajiet ta’ produzzjoni. L-appoġġ mill-miżura għandu jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tal-bijometan sostenibbli b’mill-inqas 4 000 000 metru kubu. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal għotjiet li jappoġġaw l-użu tal-bijometan għandha tinkludi l-kriterju tal-għażla li t-traffiku tat-trakkijiet li jittrasportaw il-bijoskart għandu jiġi minimizzat.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
H.2. Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għal appoġġ finanzjarju li ma jitħallasx lura
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
Indikaturi kwalitattivi (għal stadji importanti)
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri)
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira
|
|
|
|
|
|
|
Unità ta’ kejl
|
Linja bażi
|
Għan
|
Ir-raba’ trimestru
|
Sena
|
|
|
125
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għall-appoġġ tal-awtoritajiet lokali
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti
|
|
|
|
Q3
|
2023
|
Għandha tiġi ppubblikata sejħa għal proposti biex tappoġġa lill-awtoritajiet lokali biex iqabbdu esperti jew jakkwistaw servizzi mmirati lejn it-titjib tal-proċeduri amministrattivi, inkluż l-għoti ta’ permessi, għall-iżvilupp tal-enerġija eolika.
|
|
126
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għal-liġijiet rilevanti li jissimplifikaw il-proċessi tal-permessi, tal-ippjanar u tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi
|
|
|
|
Q2
|
2024
|
Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi biex jissimplifikaw il-proċessi tal-permessi, tal-ippjanar u tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-proġetti tal-enerġija eolika. Dawn għandhom jinkludu l-emendar tal-liġijiet li ġejjin sa fejn ikun meħtieġ: il-kodiċi tal-Bini, l-Att dwar l-Ilma, l-Att dwar l-Ippjanar, l-Att dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u s-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali, l-Att dwar l-Imposti Ambjentali u l-Att dwar il-Foresti.
|
|
127
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Deċiżjoni governattiva li tistabbilixxi oqsma ta’ prijorità għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ
|
Deċiżjoni governattiva adottata
|
|
|
|
Q3
|
2024
|
Il-Gvern għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi oqsma prijoritarji ta’ żvilupp tal-enerġija mir-riħ. Il-Gvern għandu jadotta d-deċiżjoni abbażi ta’ rapport tekniku li għandu jkun identifika oqsma prijoritarji ta’ żvilupp b’potenzjal totali stmat li jipproduċu 1 000 MW.
|
|
128
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Mira
|
Appoġġ għall-awtoritajiet lokali
|
|
Għadd ta’ awtoritajiet lokali appoġġati
|
0
|
20
|
Q1
|
2025
|
20 l-awtoritajiet lokali għandhom ikunu rċevew appoġġ abbażi tas-sejħa għal proposti biex iqabbdu esperti jew jakkwistaw servizzi jew bl-użu ta’ servizzi akkwistati ċentralment immirati biex itejbu l-proċeduri amministrattivi, inkluż l-għoti ta’ permessi, għall-iżvilupp tal-enerġija eolika.
|
|
129
|
Programm 8.2 biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
Stadju importanti
|
L-iffirmar tal-ftehim ta’ kofinanzjament għax-xogħlijiet tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
Ftehim iffirmat
|
|
|
|
Q1
|
2024
|
L-iffirmar tal-ftehim ta’ kofinanzjament, għax-xogħlijiet tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku, bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u Elering AS bl-għan li tiżdied il-kapaċità tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku b’ 160 MW.
|
|
130
|
Programm 8.2 biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
Mira
|
Il-kostruzzjoni lesta u kapaċità addizzjonali ta’ 160 MW disponibbli
|
|
MW ta’ kapaċità addizzjonali disponibbli
|
0
|
160
|
Q1
|
2026
|
Ix-xogħlijiet tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku għandhom jitlestew u jirriżultaw f’żieda fil-kapaċità tan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku b’ 160 MW.
|
|
131
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal applikazzjonijiet għal għotjiet biex jappoġġaw l-użu tal-bijometan
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-applikazzjonijiet
|
|
|
|
Q2
|
2024
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal applikazzjonijiet għal għotjiet biex jiġi appoġġat l-użu ta’ bijometan sostenibbli f’konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED II). Is-sejħa għandu jkun fiha, fost il-kriterji tal-għażla, ir-rekwiżit stabbilit fid-deskrizzjoni tal-investiment.
|
|
132
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Stħarriġ indipendenti li jidentifika l-interventi regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa
|
Pubblikazzjoni tar-rapport finali dwar l-istħarriġ
|
|
|
|
Q4
|
2024
|
Ir-rapport finali dwar l-istħarriġ indipendenti li jidentifika l-interventi regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa li għandhom jinbdew u jiġu implimentati biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent. Ir-rapport għandu jinkludi stima tal-potenzjal għal bijogass sostenibbli u bijometan sostenibbli bħala sostitut għall-gass naturali maż-żmien abbażi ta’ analiżi tal-volumi ta’ konsum storiċi u d-domanda futura.
|
|
133
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
L-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni għall-produzzjoni u l-użu tal-bijogass u tal-bijometan
|
Pjan approvat
|
|
|
|
Q2
|
2025
|
Il-Gvern għandu japprova l-pjan ta’ azzjoni għall-produzzjoni u l-użu ta’ bijogass sostenibbli u bijometan sostenibbli. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi lista ta’ bidliet leġiżlattivi u interventi meħtieġa biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-użu tal-bijogass sostenibbli u tal-bijometan sostenibbli.
|
|
134
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Mira
|
Installazzjoni ta’ kapaċità ġdida ta’ produzzjoni tal-bijometan
|
|
Żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni installata ta’ bijometan sostenibbli f’metri kubi
|
0
|
4 000 000
|
Q2
|
2026
|
Il-kapaċità installata għall-produzzjoni ta’ bijometan sostenibbli għandha tiżdied b’mill-inqas 4 000 000 metru kubu taħt l-iskema ta’ appoġġ.
|
2.L-ispiża totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza
Il-kost totali stmat tal-RRP modifikat inkluż il-kapitolu tar-REPowerEU tal-Estonja huwa ta’ EUR 953 330 000.
L-ispiża totali stmata tal-kapitolu REPowerEU hija ta’ EUR 90 040 000. B’mod partikolari, il-kostijiet totali stmati tal-miżuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 21c(3) tar-Regolament (UE) 2023/435 huma ta’ EUR 0 filwaqt li l-kostijiet tal-miżuri l-oħra fil-kapitolu tar-REPowerEU huma ta’ EUR 90 040 000.
SEZZJONI 2: APPOĠĠ FINANZJARJU
1.Kontribuzzjoni finanzjarja
Il-pagamenti msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġu organizzati bil-mod li ġej:
L-ewwel Reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
23
|
2.1. Tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Il-ħolqien ta’ Task Force għat-Tranżizzjoni Ekoloġika biex timplimenta u timmonitorja t-tranżizzjoni ekoloġika
|
|
28
|
2.3. Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika
|
Stadju importanti
|
Stabbiliment ta’ grupp ta’ ħidma biex jippjana u jistabbilixxi l-programm ta’ żvilupp
|
|
37
|
2.6. Il-Fond Ekoloġiku
|
Stadju importanti
|
Firma ta’ ftehim kuntrattwali bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u SmartCap
|
|
38
|
2.6. Il-Fond Ekoloġiku
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tad-dokument ta’ politika ta’ investiment minn SmartCap
|
|
44
|
3.1. Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Stadju importanti
|
It-twaqqif ta’ tim għall-ġestjoni tad-data fl-Uffiċċju tal-Istatistika, fil-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni u fl-Awtorità tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Istat
|
|
70
|
4.4. Nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Deċiżjoni tal-gvern dwar l-investimenti meħtieġa biex jittaffew ir-restrizzjonijiet tal-għoli relatati mad-difiża fuq il-parks eoliċi
|
|
71
|
4.4. Nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Gvern dwar il-bidu tal-proċess ta’ tħejjija tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija, in-nomina ta’ dawk responsabbli u l-iskadenzi
|
|
74
|
4.5. Programm għat-tisħiħ tal-grilja tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-protezzjoni kontra l-maltempati)
|
Stadju importanti
|
Firma tal-kuntratt ta’ kofinanzjament tal-investiment tan-netwerk ma’ operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni
|
|
81
|
5.1. L-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035 mill-Gvern
|
|
89
|
5.4. Kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Stadju importanti
|
Tlestija tad-disinn tal-proġett ta’ kostruzzjoni tat-tramm
|
|
106
|
6.3. It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern, li jemenda l-lista tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Estonjan dwar l-aċċess għall-kura medika speċjalizzata
|
|
107
|
6.3. It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għad-Digriet tal-Gvern li jemenda l-lista tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Estonjan dwar l-ispejjeż u s-servizzi tat-tobba ġeneralisti
|
|
113
|
6.6. Il-provvista ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol biex tissaħħaħ l-iskema “L-Ewwel Impjieg Tiegħi”
|
|
124
|
Verifika u Kontroll
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Gvern dwar il-qafas legali għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Estonja.
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
It-tieni reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
1
|
1.1. It-trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal proposti bi kriterji għall-għoti u kundizzjonijiet għall-għoti
|
|
11
|
1.4. Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi t-termini ta’ appoġġ għall-iżvilupp tal-ħiliet diġitali
|
|
16
|
1.5.1. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Strateġiji nazzjonali u reġjonali
|
Stadju importanti
|
Preparazzjoni tal-iżvilupp ta’ strateġiji
|
|
19
|
1.5.2. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Ċentri tan-negozju innovattivi fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni
|
Stadju importanti
|
Analiżi preparatorja biex jiġu definiti l-kontenut u l-postijiet taċ-ċentri tan-negozju
|
|
21
|
1.5.3. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Gruppi b’impatt fuq l-esportazzjoni elettronika globali u stadji virtwali
|
Stadju importanti
|
It-twaqqif ta’ gruppi tal-impatt u l-għażla ta’ destinazzjonijiet għal missjonijiet diġitali globali
|
|
25
|
2.2. Ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi t-termini ta’ appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet ekoloġiċi
|
|
32
|
2.4. Modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-eliġibbiltà
|
|
34
|
2.5. L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal għotjiet
|
|
51
|
3.4. Programm #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali permezz tal-pjattaforma ta’ assistent virtwali
|
|
54
|
3.5. Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Stadju importanti
|
Żvilupp ta’ servizzi ta’ bażi tal-IT imwassla/kondiviżi ċentralment
|
|
65
|
4.2. Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal applikazzjonijiet għal għotjiet għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti residenzjali
|
|
68
|
4.3. Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Stadju importanti
|
Sejħiet ippubblikati għal għotja għar-rinnovazzjoni
|
|
90
|
5.4. Kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Stadju importanti
|
Għoti ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet
|
|
114
|
6.6. Il-provvista ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Stadju importanti
|
Pjan ta’ Azzjoni ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ
|
|
117
|
6.8. Kura fuq terminu twil
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar l-Għajnuna Soċjali
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
It-tielet Reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
7
|
1.3. Żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
żvilupp ta’ pjattaformi tal-eFTI (Informazzjoni elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija)
|
|
24
|
2.1. Tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari mit-Task Force għal Tranżizzjoni Ekoloġika
|
|
41
|
2.7. Il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet ministerjali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ
|
|
47
|
3.2. Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi
|
Mira
|
Tnedija ta’ servizzi ta’ avvenimenti tal-ħajja personali u/jew servizzi proattivi
|
|
49
|
3.3. Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u portal diġitali għall-imprendituri
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ żviluppi tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal
|
|
63
|
4.1. Promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika
|
Stadju importanti
|
Konklużjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni li jistipula l-kundizzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn SA Kredex/Enterprise Estonia u ċ-ċentri ta’ żvilupp tal-kontea
|
|
76
|
4.6. Programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’żoni industrijali
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal proġetti li jagħtu spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’siti industrijali
|
|
78
|
4.7. Programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti għal programm pilota għall-ħżin tal-enerġija
|
|
82
|
5.1. L-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-iżvilupp ekoloġiku tat-trasport pubbliku sostenibbli tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u tal-Mobilità 2021–2035
|
|
92
|
5.5. Investimenti tal-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal proposti għal għotjiet
|
|
95
|
6.1. Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Approvazzjoni tal-Qafas Strateġiku biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema fis-settur tas-saħħa
|
|
96
|
6.1. Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħolli jemenda s-sistema ta’ rimborż għat-tobba u l-ispiżjara
|
|
99a
|
6.2.a kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
Stadju importanti
|
Firma tal-kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
|
108
|
6.3. It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ ta’ emendi għall-Att dwar l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tas-Saħħa
|
|
109
|
6.4. Tiġdid tal-Governanza tas-Saħħa elettronika
|
Stadju importanti
|
Approvazzjoni tal-Qafas ta’ Governanza tas-Saħħa elettronika u l-pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni tiegħu
|
|
116
|
6.7. Estensjoni tat-tul ta’ żmien tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni tal-qgħad
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Att dwar is-Servizzi u l-Benefiċċji tal-Qgħad u l-Att dwar l-Assigurazzjoni tal-Qgħad
|
|
118
|
6.8. Kura fuq terminu twil
|
Stadju importanti
|
Pjan ta’ Azzjoni dwar mudell ta’ kura integrata
|
|
122
|
6.9. It-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
Ir-raba’ reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
2
|
1.1. It-trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Mira
|
Għoti ta’ għotjiet
|
|
12
|
1.4. Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Reġistrazzjoni f’attivitajiet ta’ taħriġ
|
|
17
|
1.5.1. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Strateġiji nazzjonali u reġjonali
|
Stadju importanti
|
Akkwist ta’ studji
|
|
29
|
2.3. Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika
|
Stadju importanti
|
Twaqqif tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġiji Ekoloġiċi
|
|
35
|
2.5. L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti mogħtija għotjiet wara s-sejħa għal proposti
|
|
43a
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għall-proposti għall-għotjiet
|
|
55
|
3.5. Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ infrastruttura tal-cloud privata nazzjonali mill-awtoritajiet pubbliċi
|
|
56
|
3.5. Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Stadju importanti
|
Estensjoni tal-infrastruttura tal-cloud għall-ambaxxata tad-data
|
|
84a
|
5.2.a bastiment tax-xogħol multifunzjonali
|
Stadju importanti
|
Kuntratt iffirmat għall-bini tal-bastiment
|
|
86a
|
5.3.a kostruzzjoni tal-vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
Stadju importanti
|
Kuntratti ta’ xogħlijiet għall-kostruzzjoni ta’ vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
|
96a
|
6.1 bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Ministru tas-Saħħa u x-Xogħol u l-emenda għall-Att dwar l-Organizzazzjonijiet tas-Servizzi tas-Saħħa li jistabbilixxi s-sistema ta’ rimborż għall-infermiera
|
|
97
|
6.1. Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Mira
|
Ammissjoni għal taħriġ tal-infermerija
|
|
121
|
6.9. It-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tal-Benessri 2023–2030 mill-gvern
|
|
123
|
6.9. It-tnaqqis tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
Stadju importanti
|
Għodda diġitali tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa
|
|
125
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti għall-appoġġ tal-awtoritajiet lokali
|
|
126
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi għal-liġijiet rilevanti li jissimplifikaw il-proċessi tal-permessi, tal-ippjanar u tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali
|
|
129
|
Programm 8.2 biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
Stadju importanti
|
L-iffirmar tal-ftehim ta’ kofinanzjament għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
|
131
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Sejħa għal applikazzjonijiet għal għotjiet biex jappoġġaw l-użu tal-bijometan
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
Il-ħames reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
4
|
1.2. Żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni ta’ standards internazzjonali u l-aħjar prattiki għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali fil-kostruzzjoni
|
|
8
|
1.3. Żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
żviluppi fl-interfaċċa tal-ECMR (Nota ta’ Kunsinna elettronika)
|
|
14
|
1.4. Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Għadd ta’ moduli ġodda ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
15
|
1.4. Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Rieżami tal-istandards tal-kwalifiki għall-ispeċjalisti tal-ICT.
|
|
26
|
2.2. Ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Mira
|
Għadd ta’ moduli ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
39
|
2.6. Il-Fond Ekoloġiku
|
Mira
|
Volum ta’ investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew investimenti ta’ ekwità f’intrapriżi
|
|
43b
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti mogħtija wara s-sejħa għall-proposti
|
|
57
|
3.5. Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
Il-migrazzjoni ta’ sistemi kritiċi għall-infrastruttura nazzjonali tal-cloud tal-ambaxxata tad-data
|
|
58
|
3.5. Rikonfigurazzjoni ta’ servizzi diġitali bażiċi u tranżizzjoni sikura għall-infrastruttura tal-cloud
|
Mira
|
Ittestjar tas-sigurtà ċentrali tas-sistemi ta’ informazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi
|
|
59
|
3.6. L-istabbiliment tal-analiżi strateġika tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emenda tal-Att dwar il-Prevenzjoni tal-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u ta’ bidliet leġiżlattivi, amministrattivi u kuntrattwali oħra meħtieġa għaċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika
|
|
61
|
3.8. Kostruzzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
|
Mira
|
L-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna għal siti ġodda
|
|
64
|
4.1. Promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika
|
Stadju importanti
|
L-għodod diġitali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar ir-rinnovazzjoni inkluż il-viżwalizzazzjoni tar-riżultati tar-rinnovazzjoni u l-istima tal-kost tar-rinnovazzjoni saru operazzjonali
|
|
66
|
4.2. Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
69
|
4.3. Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
72
|
4.4. Nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni primarja u/jew sekondarja rilevanti u l-pubblikazzjoni ta’ materjal ta’ gwida biex jittaffew l-ostakli għall-installazzjoni ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija
|
|
80a
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
Kuntratturi għas-sistema tar-radar u tar-radar passiv/sensuri magħżula u l-kuntratti ffirmati
|
|
94
|
6.1. Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-Ordni tal-Gvern dwar il-pjan direzzjonali għall-iżvilupp tan-netwerk tal-Isptarijiet
|
|
119
|
6.8. Kura fuq terminu twil
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tad-digriet tal-Ministru tal-Protezzjoni Soċjali
|
|
120
|
6.8. Kura fuq terminu twil
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi tas-sistema ta’ appoġġ għal tfal bi bżonnijiet ta’ kura għolja
|
|
127
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Deċiżjoni governattiva li tistabbilixxi oqsma ta’ prijorità għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ
|
|
128
|
8.1 l-iffaċilitar tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli
|
Mira
|
Appoġġ għall-awtoritajiet lokali
|
|
132
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Stħarriġ indipendenti li jidentifika l-interventi regolatorji, organizzattivi u finanzjarji meħtieġa
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
Is-sitt Reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
3
|
1.1. It-trasformazzjoni diġitali fl-intrapriżi
|
Mira
|
Għoti ta’ għotjiet
|
|
5
|
1.2. Żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Stadju importanti
|
Disponibbiltà ta’ servizzi pubbliċi fuq il-pjattaforma tal-kostruzzjoni elettronika
|
|
6
|
1.2. Żvilupp tal-kostruzzjoni elettronika
|
Mira
|
Tlestija ta’ proġetti ta’ żvilupp u ħolqien ta’ prototipi
|
|
9
|
1.3. Żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Mira
|
Għadd totali ta’ proġetti li tlestew
|
|
33
|
2.4. Modernizzazzjoni tal-mudelli ta’ negozju fil-kumpaniji tal-manifattura
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti appoġġati
|
|
42
|
2.7 il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Stadju importanti
|
Teknoloġiji u tagħmir għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku
|
|
45
|
3.1. Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Mira
|
Tlestija ta’ proġetti ta’ titjib tal-kwalità tad-data
|
|
46
|
3.1. Il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ċentru ta’ eċċellenza għall-governanza tad-data u d-data miftuħa
|
Mira
|
Pubblikazzjoni ta’ settijiet ta’ data fuq il-portal nazzjonali tad-data miftuħa
|
|
48
|
3.2. Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u servizzi pubbliċi diġitali proattivi għall-individwi
|
Mira
|
Tnedija ta’ servizzi ta’ avvenimenti personali u servizzi proattivi
|
|
50
|
3.3. Żvilupp ta’ servizzi ta’ avvenimenti u portal diġitali għall-imprendituri
|
Mira
|
L-iskjerament ta’ żviluppi tal-IT li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ avvenimenti kummerċjali u l-portal
|
|
52
|
3.4. Programm #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Introduzzjoni tal-assistent virtwali Bürokratt fl-ambjenti tas-servizzi pubbliċi diġitali
|
|
53
|
3.4. Programm #Bürokratt (pjattaforma u ekosistema nazzjonali ta’ assistenti virtwali)
|
Mira
|
Aċċess għas-servizzi pubbliċi diġitali permezz tal-pjattaforma ta’ assistent virtwali
|
|
62
|
3.8. Kostruzzjoni ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna
|
Mira
|
L-introduzzjoni ta’ netwerk tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna għal siti ġodda
|
|
73
|
4.4. Nagħtu spinta lit-tranżizzjoni ekoloġika fl-ekonomija tal-enerġija
|
Stadju importanti
|
Adozzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali tas-Settur tal-Enerġija mill-Gvern
|
|
91
|
5.4 kostruzzjoni tal-linja tat-tramm tal-Port il-Qadim ta’ Tallinn
|
Mira
|
Linja tat-tramm ġdida li qed topera
|
|
93
|
5.5. Investimenti tal-muniċipalitajiet fir-roti u l-mixi
|
Mira
|
L-infrastruttura għar-roti u għall-mixi tlestiet
|
|
100a
|
6.2.a kostruzzjoni ta’ TERVIKUM
|
Stadju importanti
|
Kostruwita ta’ TERVIKUM
|
|
115
|
6.6. Il-provvista ta’ miżuri tas-suq tax-xogħol biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ
|
Mira
|
Numru ta’ żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iskema “L-Ewwel Impjieg Tiegħi”
|
|
133
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Stadju importanti
|
L-iżvilupp ta’ pjan ta’ azzjoni għall-produzzjoni u l-użu tal-bijogass u tal-bijometan
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 142 977 720
|
Is-seba’ Reġistrazzjoni (appoġġ li ma jitħallasx lura):
|
Numru sekwenzjali
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment)
|
Stadju importanti/Mira
|
Isem
|
|
10
|
1.3. Żvilupp ta’ servizzi diġitali ta’ poloz tal-vjeġġ
|
Stadju importanti
|
Evalwazzjoni ex post tal-iżvilupp u l-użu tal-kontijiet tal-vjeġġ diġitali
|
|
13
|
1.4. Riforma tal-ħiliet għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji
|
Mira
|
Tlestija ta’ attivitajiet ta’ taħriġ
|
|
18
|
1.5.1. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Strateġiji nazzjonali u reġjonali
|
Mira
|
Numru ta’ strateġiji ta’ esportazzjoni tal-pajjiż u reġjonali
|
|
20
|
1.5.2. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Ċentri tan-negozju innovattivi fi swieq ewlenin tal-esportazzjoni
|
Mira
|
Numru ta’ ċentri tan-negozju miftuħa
|
|
22
|
1.5.3. Appoġġ għall-kompetittività tal-intrapriżi fi swieq barranin — Gruppi b’impatt fuq l-esportazzjoni elettronika globali u stadji virtwali
|
Mira
|
L-għadd ta’ missjonijiet imwettqa mill-gruppi tal-impatt globali u l-għadd ta’ avvenimenti ewlenin li fihom l-Estonja kienet irrappreżentata permezz ta’ “stadji virtwali”
|
|
27
|
2.2. Ħiliet ekoloġiċi biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika tal-intrapriżi
|
Mira
|
Persuni li jieħdu sehem fi programmi ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid
|
|
30
|
2.3. Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika
|
Mira
|
Għadd ta’ raggruppamenti appoġġati permezz tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġija Ekoloġika
|
|
31
|
2.3. Programmi ta’ żvilupp ta’ teknoloġija ekoloġika
|
Mira
|
Għadd ta’ negozji ġodda appoġġati permezz tal-Programm għall-Iżvilupp tat-Teknoloġija Ekoloġika u li rċevew investiment privat
|
|
36
|
2.5. L-użu ta’ teknoloġiji ekoloġiċi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
|
40
|
2.6. Il-Fond Ekoloġiku
|
Mira
|
Volum ta’ investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju jew investimenti ta’ ekwità f’intrapriżi
|
|
43
|
2.7. Il-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-adozzjoni ta’ teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli
|
Mira
|
Għotjiet allokati għal teknoloġiji tal-idroġenu ekoloġiku bbażati fuq sorsi rinnovabbli li jirrappreżentaw mill-inqas EUR 49.49 miljun
|
|
43c
|
2.8 appoġġ għall-investiment fis-sigurtà tal-provvista
|
Mira
|
Għadd ta’ proġetti li tlestew
|
|
60
|
3.7. Sistema ta’ informazzjoni għall-analiżi strateġika f’ħin reali tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu
|
Stadju importanti
|
L-iżvilupp tas-sistema l-ġdida ta’ analiżi tal-ICT fil-ħin reali għaċ-Ċentru għall-Analiżi Strateġika, u t-twassil lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja
|
|
67
|
4.2. Appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini ta’ appartamenti
|
Mira
|
Stima tat-tnaqqis annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra
|
|
69a
|
4.3 appoġġ għar-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali żgħir
|
Mira
|
Abitazzjonijiet bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija
|
|
75
|
4.5. Programm għat-tisħiħ tal-grilja tal-elettriku biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għall-adattament għat-tibdil fil-klima (bħall-protezzjoni kontra l-maltempati)
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali tal-grilja maħluqa permezz ta’ investimenti fin-network ta’ trażmissjoni
|
|
77
|
4.6. Programm biex tingħata spinta lill-produzzjoni tal-enerġija f’żoni industrijali
|
Mira
|
Kapaċità ta’ konnessjoni addizzjonali għall-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli f’siti industrijali jew qribhom konnessi mal-grilja
|
|
79
|
4.7. Programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin tas-sħana li tirriżulta minn appoġġ għall-investiment
|
|
80
|
4.7. Programm Pilota għall-Ħżin tal-Enerġija
|
Mira
|
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin tal-elettriku li tirriżulta minn appoġġ għall-investiment
|
|
80b
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
Is-sistema/is-sensuri tar-radar u tar-radar passiv isiru operattivi
|
|
80c
|
4.8 spinta lill-iżvilupp ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta
|
Stadju importanti
|
It-tneħħija tar-restrizzjoni tal-għoli fuq it-turbini eoliċi lil hinn mill-kosta fil-Golf ta’ Riga u fil-gżejjer Estonjani Hiiumaa, Saaremaa, Vormsi
|
|
83
|
5.1. L-użu ta’ infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija sikura, ekoloġika, kompetittiva, ibbażata fuq il-ħtiġijiet u sostenibbli
|
Stadju importanti
|
Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Żvilupp tat-Trasport u l-Mobilità 2021–2035
|
|
85a
|
5.2.a bastiment tax-xogħol multifunzjonali
|
Stadju importanti
|
Bastiment ikkunsinnat
|
|
87a
|
5.3.a kostruzzjoni tal-vjadotti tal-Ferroviji Baltiċi
|
Mira
|
Vjadotti kompluti
|
|
98
|
6.1. Bidla komprensiva fl-organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa fl-Estonja
|
Stadju importanti
|
Dħul fis-seħħ tar-Regolament Ministerjali li jemenda l-ftehim bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Università ta’ Tartu dwar in-nuqqas ta’ tobba f’ċerti speċjalizzazzjonijiet
|
|
130
|
Programm 8.2 biex jiżdied l-aċċess tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għan-netwerk tad-distribuzzjoni tal-elettriku
|
Mira
|
Il-kostruzzjoni lesta u kapaċità addizzjonali ta’ 160 MW disponibbli
|
|
134
|
8.3 żieda fil-produzzjoni u fl-użu ta’ bijogass u bijometan sostenibbli
|
Mira
|
Installazzjoni ta’ kapaċità ġdida ta’ produzzjoni tal-bijometan
|
|
|
|
Ammont ta’ ħlas bin-nifs
|
EUR 95 318 480
|
SEZZJONI 3: ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI
1.Arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza
Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan Estonjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom isiru f’konformità mal-arranġamenti li ġejjin:
Il-Ministeru tal-Finanzi bħala l-ministeru ewlieni u ċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat għandhom jiżguraw koordinazzjoni, monitoraġġ u implimentazzjoni ġenerali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Iċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat għandu jwettaq il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni. Id-dipartiment tal-Baġit tal-Istat fil-Ministeru tal-Finanzi f’kooperazzjoni maċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat għandu jwettaq il-kompiti relatati mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Il-ministeri u l-aġenziji settorjali għandhom iwettqu r-responsabbiltajiet assenjati lilhom, relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan. Is-servizzi tagħhom għandhom jappoġġaw ukoll il-monitoraġġ tal-progress tal-proġetti taħt il-kompetenza tagħhom u jżommu kooperazzjoni mill-qrib maċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat u l-Ministeru tal-Finanzi. Għal dan l-għan, is-Sistema Operattiva tal-Fondi Strutturali (SFOS) eżistenti għandha tintuża biex tirreġistra d-data kollha relatata mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan.
Id-dipartiment tal-Kontroll Finanzjarju tal-Ministeru tal-Finanzi, l-awtorità ta’ verifika, għandu jwettaq verifiki regolari tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti. Hija għandha tħejji wkoll sommarju tal-awditi mwettqa għal talbiet għal pagamenti. L-awtorità tal-Awditjar għandha tospita wkoll is-Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi.
Is-sorsi nazzjonali u esterni kollha għandhom jiġu bbaġitjati flimkien fi programmi speċifiċi għas-settur li jippermettu monitoraġġ trasparenti tal-finanzjament settorjali u li jippermettu l-identifikazzjoni tar-riskji u l-prevenzjoni tal-finanzjament doppju.
2.Arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti
Iċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat bħala l-awtorità ta’ ġestjoni għandu jkollu r-responsabbiltà li jippreżenta talbiet għal pagament lill-Kummissjoni Ewropea u li jfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li biha jiċċertifika li l-fondi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni hija kompluta, preċiża u affidabbli u li s-sistema ta’ kontroll tipprovdi l-assigurazzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom jiġu żgurati wkoll mill-Ministeru tal-Finanzi f’kooperazzjoni maċ-Ċentru ta’ Servizzi Kondiviżi tal-Istat.
Id-data relatata mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għandha tinħażen fis-sistema ta’ informazzjoni integrata eżistenti, is-Sistema Operattiva tal-Fondi Strutturali (SFOS). Il-SFOS huwa adattat għar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) 2021/241 għall-ġbir tad-data, ir-rapporti ta’ progress u t-talbiet għal pagament, inkluż biex jinġabru l-indikaturi u informazzjoni oħra meħtieġa biex tintwera u tiġi rrappurtata l-kisba tal-istadji importanti u l-miri. Il-SFOS għandu jintuża mill-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan. L-informazzjoni fl-SFOS għandha tiġi aġġornata kontinwament dwar il-progress u r-riżultati tal-pjan inklużi n-nuqqasijiet identifikati u l-azzjonijiet korrettivi kollha meħuda.
F’konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti maqbula fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, l-Estonja għandha tippreżenta talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Estonja għandha tiżgura li, fuq talba, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data sottostanti rilevanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talba għall-pagament, kemm għall-valutazzjoni tat-talba għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għall-finijiet ta’ awditjar u kontroll.