Brussell, 4.5.2023

COM(2023) 189 final

2023/0134(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE u d-Direttiva (UE) 2019/520 fir-rigward tal-klassi ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi heavy-duty bit-trejlers


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Id-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 indirizzat għadd ta’ sfidi soċjoekonomiċi u ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima. Għamlet dan billi ppermettiet id-differenzjazzjoni abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-tariffi għall-użu tat-triq għall-vetturi heavy-duty kif ukoll għall-vetturi light-duty sabiex l-operaturi jiġu inċentivati jużaw vetturi aktar effiċjenti. Fiż-żmien tal-adozzjoni tagħha, kien għadu ma kienx disponibbli qafas legali għaċ-ċertifikazzjoni tal-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija. Għalhekk, it-trejlers ma setgħux jiġu inklużi fid-differenzjazzjoni bbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 tat-tariffi għall-użu tat-triq.

B’riżultat ta’ dan, il-Premessa 31 tad-Direttiva (UE) 2022/362 talbet lill-Kummissjoni tinkludi l-effett tat-trejlers u tas-semitrejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija meta jiġi ddeterminat it-tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq ladarba jkunu disponibbli valuri ċċertifikati legalment għall-effett tat-trejlers u tas-semitrejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija. Il-kundizzjoni stabbilita fil-premessa ġiet issodisfata bl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 3 .

It-trejlers għandhom potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija u miżura orjentata lejn id-domanda li tnaqqas il-kostijiet operatorji ta’ trejlers aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija tista’ tinċentiva l-użu aktar rapidu tagħhom. Għalhekk, l-objettiv ta’ din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti r-regoli li jinkludu l-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fi skemi ta’ tariffi għall-użu tat-triq li jiddifferenzjaw it-tariffi għall-użu tat-triq abbażi tal-emissjoni tas-CO2 tal-vetturi.

Barra minn hekk, din il-proposta timmodifika d-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva (UE) 2022/362 dwar il-varjazzjoni fit-tariffi tal-infrastruttura u għall-utenti ta’ vetturi heavy-duty skont l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom biex jirriflettu l-istruttura l-ġdida tar-Regolament (UE) 2019/1242 li tirriżulta mir-reviżjoni tiegħu skont il-proposta COM(2023) 88 final 4 .

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din l-inizjattiva tikkomplementa l-pedaġġ ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 introdott mid-Direttiva (UE) 2022/362, kif stabbilit fil-premessa 31 ta’ dik id-Direttiva.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tikkomplementa l-proposta COM(2023) 88 final għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242, li jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu sabiex jistabbilixxi rekwiżiti fuq il-manifatturi tat-trejlers fir-rigward tal-flotot il-ġodda tagħhom, u b’hekk japplika għan-naħa tal-provvista tas-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Din il-proposta tapplika għan-naħa tad-domanda ta’ dan is-settur billi tinċentiva x-xiri ta’ trejlers aktar effiċjenti mill-operaturi tat-trasport. Din il-proposta tirrifletti wkoll l-emendi li saru għar-Regolament (UE) 2019/1242 fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2022/362 li jagħmlu referenza għal dak ir-Regolament.

Din il-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-Pjan REPowerEU 5 billi ttejjeb l-iffrankar u l-effiċjenzi tal-enerġija fis-settur tat-trasport bit-triq.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għad-Direttiva 1999/62/KE hija l-Artikoli 71 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li issa huma l-Artikoli 91 u 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea TFUE).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva affettwati minn din il-proposta jirrigwardaw it-tariffi għall-użu tat-triq fuq vetturi, qasam li għalih japplika l-Artikolu 91 tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri biex tirregola fil-qasam tat-trasport skont l-Artikolu 4(2)(g) tat-TFUE. Madankollu, adattament tar-regoli eżistenti jista’ jsir biss mill-UE nnifisha. L-estensjoni tar-regoli tal-UE għat-trejlers hija ġġustifikata mill-impatti tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi fuq it-tibdil fil-klima peress li dawn il-vetturi jagħmlu użu mill-istess infrastruttura tat-toroq u jikkontribwixxu għall-emissjonijiet tas-CO2.

Proporzjonalità

Il-miżuri proposti jikkontribwixxu biss biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti, b’mod partikolari ta’ applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u ta’ “min juża jħallas”, u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

Għażla tal-istrument

Peress li l-att legali li għandu jiġi emendat huwa Direttiva, l-att emendatorju jenħtieġ li jieħu l-istess forma.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Id-Direttiva (UE) 2022/362 indirizzat diversi problemi marbuta mat-tariffi għall-użu tat-triq ta’ vetturi tqal tal-merkanzija. Il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati għall-evalwazzjoni li wasslet għal dik id-Direttiva indika l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tat-toroq.

Id-Direttiva (UE) 2022/362 tat mandat għal tariffi għall-użu tat-triq differenzjati għall-vetturi heavy-duty u inkludiet il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw it-tariffi għall-użu tat-triq għall-vetturi light-duty abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2. Minħabba n-nuqqas ta’ qafas leġiżlattiv għaċ-ċertifikazzjoni tal-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi fiż-żmien tal-adozzjoni tagħha, id-Direttiva (UE) 2022/362 ma qisitx l-effett tat-trejlers fid-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq għall-vetturi heavy-duty. Għal konsistenza regolatorja sħiħa, il-premessa 31 tad-Direttiva tissuġġerixxi emenda biex din il-lakuna timtela billi l-effett tat-trejlers jiġi inkluż fid-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq għall-vetturi heavy-duty.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Intużaw metodi ta’ konsultazzjoni mmirati ma’ partijiet ikkonċernati u speċjalisti speċifiċi. Saru disa’ intervisti ma’ rappreżentanti mill-ministeri tat-trasport tal-Istati Membri, operaturi tat-trasport, rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-konformità tal-vetturi, fornituri u manifatturi ta’ servizzi ta’ pedaġġ, u korpi tal-istandardizzazzjoni.

·Sinteżi tal-kontributi li waslu u użu tar-riżultati

L-inklużjoni tat-trejlers fid-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tqieset bħala teknikament fattibbli mill-partijiet ikkonċernati. Fl-istess ħin, il-partijiet ikkonċernati indikaw il-kumplessitajiet possibbli relatati mal-implimentazzjoni kif ukoll il-possibbiltà ta’ simplifikazzjoni u titjib. Hawn taħt tingħata deskrizzjoni ta’ kif il-kontributi li waslu ġew ikkunsidrati fil-proposta.

L-abbozz ta’ proposta li ġie diskuss mal-partijiet ikkonċernati kien jikkonsisti fil-komputazzjoni tal-emissjonijiet totali tas-CO2 tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi bħala l-prodott tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bil-mutur fi grammi għal kull tunnellata-kilometru mmultiplikat bil-proporzjon tal-effiċjenza tat-trejler marbut magħha. Il-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjoni ta’ vetturi mbagħad tiġi ddefinita f’konformità mal-Artikolu 7ga(2). Madankollu, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ identifikaw kwistjonijiet b’rabta mal-proċess. Il-ministeri tat-trasport tal-Istati Membri ssottolinjaw inkonsistenzi possibbli mal-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva (UE) 2022/362. B’mod speċifiku, biex tiġi implimentata d-differenzjazzjoni bbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 f’dawn l-Istati Membri, it-tagħmir ta’ abbord 6 jaħżen il-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bil-mutur u ma huwiex meħtieġ li jaħżen l-emissjonijiet tas-CO2 fi grammi għal kull tunnellata-kilometru. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ irrikonoxxew li tali komputazzjoni tkun teħtieġ il-ħżin tal-proporzjon ta’ effiċjenza fuq it-tagħmir ta’ abbord għal kull trejler li normalment ikun marbut mal-vettura bil-mutur. Is-sewwieq ta’ din il-vettura jkun irid jagħżel it-trejler użat matul vjaġġ speċifiku minn lista ta’ dawn it-trejlers. Tali lista tista’ tkun twila b’mod sinifikanti għal impriżi bi flotta kbira ta’ trejlers. Fid-dawl ta’ dan, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ enfasizzaw li huwa importanti li l-interfaċċa tat-tagħmir ta’ abbord tinżamm sempliċi biex jitnaqqas ir-riskju ta’ interpretazzjoni ħażina jew ta’ żball min-naħa mis-sewwieqa. Fl-istess ħin, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ sostnew li diġà jeżisti tagħmir b’funzjonalitajiet simili, bħall-possibbiltà li sewwieq jagħżel l-għadd ta’ fusien u l-piż tal-kombinazzjoni ta’ vetturi. L-operaturi tat-trasport ressqu osservazzjoni simili dwar l-importanza tas-sempliċità u r-riskju ta’ piż addizzjonali.

B’rispons għall-punti ta’ hawn fuq, din il-proposta tiddefinixxi f’anness ġdid tad-Direttiva tliet klassijiet ta’ trejlers abbażi tal-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza. Għal kull klassi ta’ trejlers, huwa definit kif tiġi affettwata l-varjazzjoni tal-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bil-mutur, li tirriżulta fil-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjoni ta’ vetturi. Din il-bidla tagħmel din il-proposta aktar konsistenti mal-implimentazzjoni li għaddejja tad-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 introdotta fid-Direttiva (UE) 2022/362. B’mod speċifiku, ma hijiex meħtieġa komputazzjoni kif inkluża fl-abbozz ta’ proposta li ġie diskuss mal-partijiet ikkonċernati, u konsegwentement ma huwiex meħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 fi grammi għal kull tunnellata-kilometru tal-vettura bil-mutur jiġu maħżuna fuq it-tagħmir ta’ abbord. Bl-istess mod, ma huwiex meħtieġ li t-tagħmir ta’ abbord vettura bil-mutur jaħżen il-proporzjon tal-effiċjenza ta’ kull trejler li normalment jintuża ma’ vettura bil-mutur. Għaldaqstant, is-sewwieq ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi ma jkunx meħtieġ jagħżel valur minn lista ta’ trejlers; minflok, ikun meħtieġ li tintgħażel il-klassi tat-trejler, li tirriżulta fis-simplifikazzjoni tal-interfaċċa tat-tagħmir ta’ abbord u tal-funzjonalità l-ġdida.

Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ interpretazzjoni ħażina jew ta’ żball min-naħa tas-sewwieqa, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ issuġġerew ukoll li l-parametri tat-trejlers jiġu kkomunikati lit-tagħmir ta’ abbord il-vettura bil-mutur b’mod elettroniku billi jintuża t-tagħmir ta’ użin ta’ abbord it-trejlers. Din il-proposta ma telaborax aktar fuq dan is-suġġeriment minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel nett, l-użu tat-tagħmir ta’ użin abbord huwa waħda mill-għażliet deskritti fl-Artikolu 10d tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 7 u l-ebda Stat Membru ma għamel użu minn din l-għażla f’dan il-mument, li jfisser li t-tagħmir ta’ użin abbord ma jintużax b’mod wiesa’. It-tieni, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards CEN u ETSI, ikkonsultati mill-Kummissjoni, qablu li, filwaqt li hija teknikament possibbli, il-komunikazzjoni bejn it-tagħmir ta’ abbord relatat mal-pedaġġ u t-tagħmir ta’ użin abbord ma hijiex koperta mill-istandards attwali u ma hijiex appoġġata minn dawn l-apparati kollha attwalment fis-suq.

Il-ministeri tat-trasport tal-Istati Membri esprimew tħassib fir-rigward tal-infurzar. F’dan ir-rigward, il-proposta temenda l-Artikolu 7j biex tirrikjedi li s-sewwieq jew, jekk ikun xieraq, l-operatur tat-trasport jew il-fornitur tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), jipprovdi evidenza tal-karatteristiċi tat-trejler lill-uffiċjali tal-infurzar. Kumplikazzjoni potenzjali marbuta ma’ apparati ajrudinamiċi hija li dawn l-apparati jistgħu jitneħħew relattivament faċilment minn trejler. Biex jiġi żgurat li l-effiċjenza tat-trejlers tkun l-istess bħall-vettura approvata skont it-tip u li ma tkunx differenti minħabba bidliet fl-apparat ajrudinamiku, it-trejlers se jkunu mgħammra b’tikketta fuq quddiem tagħhom, li tinkludi lista tal-apparati ajrudinamiċi mgħammra fuq dak it-trejler stess, f’konformità mal-Punti 1.8 u 1.9 tal-Appendiċi 3 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, il-Valutazzjoni tal-Impatt imsemmija hawn taħt bniet fuq analiżi mill-mudell PRIMES u JRC DIONE kif ukoll analiżi mwettqa minn kuntrattur estern.

Id-data ta’ monitoraġġ dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u karatteristiċi oħra tal-flotta l-ġdida ta’ vetturi heavy-duty inkisbet mid-data ta’ monitoraġġ annwali kif irrapportata mill-Istati Membri u l-manifatturi u miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) skont ir-Regolament (UE) 2018/956.

Valutazzjoni tal-impatt

L-inizjattiva hija appoġġata mill-Valutazzjoni tal-Impatt imwettqa għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , li rċeviet opinjoni pożittiva, wara sottomissjoni mill-ġdid, mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fis-6 ta’ Diċembru 2022. Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkonkludiet li l-effiċjenza enerġetika tat-trejlers għandha potenzjal sinifikanti għal titjib u tali miżuri jagħtu kontribut kosteffiċjenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty. F’termini ekonomiċi, l-iffrankar ekonomiku nett tul il-ħajja tal-vettura minn perspettiva soċjetali jvarja minn kważi EUR 11 500 fil-każ ta’ trejlers bi żbarra tal-irmonk reefer għal aktar minn EUR 42 500 għal semitrejler medju b’karozzerija forma ta’ kaxxa.

Għalhekk, din ir-reviżjoni se tipprevedi mira obbligatorja għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika għall-flotta ta’ trejlers ġodda, li, billi hija indirizzata lill-manifatturi, hija miżura orjentata lejn il-provvista. Kif inhu l-każ għall-vetturi bil-mutur, tali miżura orjentata lejn il-provvista tkun appoġġata b’mod qawwi minn miżura komplementari orjentata lejn id-domanda. It-tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq u, għalhekk, il-kostijiet operatorji tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jużaw trejlers aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija għandu effett fuq id-domanda ta’ dawn il-vetturi fis-sens li jappoġġa x-xiri ta’ trejlers aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li, għalhekk, ikunu aktar għaljin. Dan l-effett ġie kkunsidrat ukoll fl-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-istandards tas-CO2 tal-vetturi heavy-duty.

L-emendi għad-Direttiva 1999/62/KE kif proposti minn dan l-att huma relatati mill-qrib mal-proposta għal emenda tar-Regolament (UE) 2019/1242. Madankollu, id-Direttiva 1999/62/KE tista’ tiġi emendata biss b’Direttiva oħra, u għalhekk huma meħtieġa żewġ atti separati.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Id-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq introdotti f’din il-proposta tapplika biss għal trejlers aktar effiċjenti. Dan ifisser li l-operaturi tat-toroq, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pedaġġ, u l-kolletturi tal-pedaġġi ma għandhomx għalfejn jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti ta’ trejlers oħra. Id-definizzjoni tal-klassijiet tat-trejlers hija maħsuba biex tissimplifika l-implimentazzjoni għal dawk l-impriżi b’għadd sinifikanti ta’ trejlers.

L-inizjattiva hija mistennija li jkollha impatt pożittiv żgħir fuq il-kompetittività minħabba t-tariffi differenzjati, li jwassal għal adozzjoni kemxejn ogħla ta’ trejlers aktar effiċjenti, u b’hekk tixpruna l-innovazzjoni.

Din l-inizjattiva tiċċara d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-obbligu li jiġu varjati t-tariffi tal-infrastruttura u għall-utenti skont l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bil-mutur.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja għall-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-proposta tinkludi rekwiżiti speċifiċi ta’ rapportar għall-Istati Membri relatati mal-varjazzjoni tat-tariffi tal-infrastruttura jew għall-utenti skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni

Meta jitqies l-ambitu tal-proposta, ma jidhirx ġustifikat jew proporzjonali li jkunu meħtieġa dokumenti ta’ spjegazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

(a)Il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 1999/62/KE fiha l-elementi li ġejjin:

Artikolu 1(1): Artikolu 2 – Definizzjonijiet

Fil-punt (a) tad-definizzjoni ta’ “vettura mingħajr emissjonijiet”, ir-referenza għad-definizzjoni ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet fir-Regolament (UE) 2019/1242 hija emendata sabiex tirreferi esklussivament għal vetturi heavy-duty bil-mutur b’emissjonijiet żero fid-definizzjoni l-ġdida proposta, u mhux għat-trejlers. Din l-emenda tiżgura li t-tifsira tad-definizzjoni attwali tiġi ppreservata u li l-klassifikazzjoni ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi heavy-duty mal-klassi 5 tal-emissjonijiet tas-CO2, f’konformità mal-Artikolu 7ga(2), tkun ibbażata esklussivament fuq il-vettura bil-mutur.

Fid-definizzjoni ta’ “vettura b’emissjonijiet baxxi”, il-punt (b) huwa emendat sabiex jispeċifika l-gruppi ta’ vetturi kkonċernati billi jirreferi għal dawk koperti mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7ga(7). Din l-emenda tiżgura li t-tifsira tad-definizzjoni attwali tiġi ppreservata u tirrifletti l-istruttura proposta l-ġdida tar-Regolament (UE) 2019/1242. Fil-fatt, abbażi tal-proposta ppreżentata b’mod parallel mill-Kummissjoni, l-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament mhux se jibqa’ jiddefinixxi s-sottogruppi ta’ vetturi koperti mir-Regolament.

Id-definizzjoni ta’ “trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet” hija emendata sabiex:

it-terminoloġija tiġi armonizzata mat-terminoloġija użata fil-punt 5.1 il-ġdid propost tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242;

tiġi żgurata l-applikabbiltà tagħha wara l-2030 abbażi tal-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li se jiġu stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1242 (ladarba jiġi emendat f’konformità mal-proposta parallela tal-Kummissjoni);

jiġi żgurat li r-referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ta’ sottogrupp tapplika kif definit fil-punt 38;

l-aħħar taqsima, dwar l-aġġustamenti possibbli għall-valuri tas-CO2 ta’ referenza, titmexxa għall-Artikolu 7ga(1), biex jiġi żgurat l-istess żmien ta’ applikabbiltà għall-klassijiet kollha ta’ emissjonijiet tas-CO2.

Din l-emenda tiżgura li t-tifsira tad-definizzjoni attwali tiġi ppreservata, flimkien mal-applikabbiltà tagħha, wara l-2030.

Id-definizzjoni ta’ “emissjonijiet ta’ referenza tas-CO2 ta’ grupp ta’ vetturi” hija emendata sabiex tiddefinixxi emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza”, b’referenza kemm għas-sottogruppi kif ukoll għall-gruppi ta’ vetturi, biex fil-punt (a) jiġi ċċarat li l-vetturi koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 huma raggruppati f’sottogruppi, u biex jiġu speċifikati l-gruppi ta’ vetturi kkonċernati fil-punt (b) billi ssir referenza għal dawk koperti minn atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7ga(7). Din l-emenda tiżgura li t-tifsira tad-definizzjoni attwali tiġi ppreservata.

Id-definizzjonijiet ta’ “trejler” u “semitrejler” huma miżjuda biex jipprovdu ċarezza legali fir-rigward ta’ dawn it-termini speċifiċi u biex il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti jiġi speċifikat aħjar.

Artikolu 1(2): Artikolu 7ga – Varjazzjoni tat-tariffi għall-vetturi heavy-duty

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 7ga, it-tieni u r-raba’ subparagrafi huma emendati u mħassra rispettivament sabiex:

fit-tieni subparagrafu jirreferu għall-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utenti għall-klassijiet kollha tal-emissjonijiet tas-CO2 għas-sottogruppi kollha ta’ vetturi koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242, u għalhekk jinkludu f’dak is-subparagrafu r-referenza għas-sottogruppi li se jkunu koperti ladarba l-emendi proposti għal dak ir-Regolament jidħlu fis-seħħ u li bħalissa huma msemmija fir-raba’ subparagrafu;

ir-raba’ subparagrafu attwali jingħaqad mat-tieni subparagrafu attwali;

jippreservaw iż-żmien ta’ applikabbiltà tal-varjazzjoni għas-sottogruppi ta’ vetturi attwalment koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 billi jirreferu b’mod espliċitu għal dawk is-sottogruppi ta’ vetturi u billi jispeċifikaw it-13 ta’ Mejju 2023 bħala t-tmiem tal-perjodu ta’ sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament, jiġifieri d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 9 ;

jippreservaw iż-żmien ta’ applikabbiltà tal-varjazzjoni għas-sottogruppi ta’ vetturi li se jkunu koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 ladarba jidħlu fis-seħħ l-emendi għal dak ir-Regolament, kif stabbilit fir-raba’ subparagrafu attwali u fit-tieni sentenza attwali tat-tielet subparagrafu;

jiżguraw li ż-żmien ta’ applikabbiltà tal-aġġustamenti possibbli għall-valuri tas-CO2 ta’ referenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/1242 ikun l-istess għall-klassijiet 2, 3 u 4 tal-emissjonijiet tas-CO2, kif stabbilit fid-definizzjoni attwali ta’ “trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet”, filwaqt li jitqiesu l-bidliet proposti għall-Artikolu 11(2).

Fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa emendat sabiex:

jispeċifika l-gruppi ta’ vetturi kkonċernati billi jirreferi għal dawk koperti mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7ga(7);

jippreserva ż-żmien ta’ applikabbiltà tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tas-sottogruppi ta’ vetturi li se jkunu koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 ladarba jidħlu fis-seħħ l-emendi għal dak ir-Regolament;

jiċċara li, wara l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242 għal vetturi heavy-duty oħra, il-varjazzjoni tapplika għall-klassijiet kollha tal-emissjonijiet tas-CO2.

Il-paragrafu 7 huwa emendat sabiex iżomm is-sottogruppi ta’ vetturi kkonċernati billi jirreferi b’mod espliċitu għas-sottogruppi ta’ vetturi attwalment koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242.

Artikolu 1(3): Artikolu 7gc – L-effett tat-trejlers fuq id-determinazzjoni tat-tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq

L-Artikolu 7gc il-ġdid jispeċifika l-modalitajiet għad-determinazzjoni tal-varjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi skont l-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija. Id-differenzjazzjoni hija bbażata fuq il-proporzjon ta’ effiċjenza tat-trejlers, kif speċifikat fl-Anness VIII. Din id-dispożizzjoni għandha tinċentiva l-użu ta’ trejlers aktar effiċjenti. L-Artikolu jiddefinixxi l-għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-valuri ta’ limitu għall-effiċjenza tat-trejlers u metodoloġija għal trejlers eqdem, li għalihom ma huwiex assenjat proporzjon ta’ effiċjenza.

Artikolu 1(4): Artikolu 7j – Ġbir u ħlas tal-pedaġġi u tat-tariffi għall-utenti

Il-paragrafu 2a huwa emendat biex jiġi żgurat li l-elementi kollha possibbli ta’ tariffi jinġabru u jitħallsu b’mod koerenti.

Artikolu 1(5): Artikolu 9d – Għoti tas-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati

L-Artikolu 9d huwa emendat biex jiġi emendat l-Anness VIII il-ġdid sabiex jiġu ddeterminati l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza jew biex jiġu aġġustati għall-progress xjentifiku u tekniku.

Artikolu 1(6): Artikolu 11 — Rappurtar

Il-punt (c) eżistenti tal-paragrafu 2 huwa emendat biex jinkludi informazzjoni dwar l-Artikolu 7gc. 

Artikolu 1(7)

L-Anness VIII il-ġdid huwa marbut mal-Artikolu 7gc propost, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-varjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi.

(b)Il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva (UE) 2019/520 10 fiha l-element li ġej:

Artikolu 2

L-Anness I huwa emendat biex tiżdied informazzjoni relatata mat-trejlers biex jiġi ffaċilitat l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi tat-triq fl-Unjoni.

(c)Il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE 11 fiha l-element li ġej:

Artikolu 3

L-Anness I huwa emendat biex tingħata l-possibbiltà lill-Istat Membru li jżid il-proporzjon ta’ effiċjenza tat-trejlers u l-klassi tat-trejlers tagħhom maċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

2023/0134 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE u d-Direttiva (UE) 2019/520 fir-rigward tal-klassi ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi heavy-duty bit-trejlers

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 12 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 13 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 saħħet il-prinċipji ta’ “min iniġġes iħallas” u ta’ “min juża jħallas” permezz tal-introduzzjoni ta’ tariffi obbligatorji abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2, billi jew jiġu varjati t-tariffi għall-infrastruttura u għall-utenti skont l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi jew billi tiġi applikata tariffa għall-kostijiet esterni għall-emissjonijiet tas-CO2. Bħalissa, it-tariffi għall-użu tat-triq ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jinkludu vettura bil-mutur u trejler huma varjati abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bil-mutur, irrispettivament mill-karatteristiċi tat-trejler marbut, b’mod partikolari mill-effett tiegħu fuq l-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjoni ta’ vetturi.

(2)Għalkemm trejler ma jikkonsmax enerġija waħdu, huwa jeħtieġ l-enerġija mill-vettura bil-mutur tal-irmonk biex jiċċaqlaq. L-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tat-trejlers twassal għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi konvenzjonali u għaż-żieda fl-awtonomija tal-vetturi. Tali ottimizzazzjoni tat-trejlers tiġi mit-titjib fil-prestazzjoni ajrudinamika, ir-reżistenza għad-dawrien u l-piż tat-trejlers. Il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika huwa ta’ madwar 7,5 % għat-trejlers bl-iżbarra tal-irmonk u 15 % għas-semitrejlers meta mqabbel ma’ trejler ta’ referenza tas-sena 2020. Għalhekk, it-trejlers jista’ jkollhom rwol importanti fid-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Madankollu, l-adozzjoni mis-suq ta’ trejlers aktar effiċjenti hija mxekkla mill-prezzijiet aktar għoljin tagħhom u mill-fatt li sa issa x-xerrejja tat-trejlers ma kinux f’pożizzjoni li jqabblu trejlers differenti f’termini tal-effiċjenza enerġetika tagħhom. Dan iwassal għal disponibbiltà limitata ta’ trejlers effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-suq. Diġà huma disponibbli apparati ajrudinamiċi fis-suq, u se jsiru aktar disponibbli fil-futur, iżda dawn ma jintużawx b’mod komuni fil-flotta attwali tal-Unjoni.

(3)Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 15 stabbilixxa valuri ċċertifikati legalment għall-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija. Biex ikompli jitnaqqas il-kost operatorju ta’ trejlers aktar effiċjenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli li jinkludu l-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fi skemi ta’ tariffi għall-użu tat-triq ibbażati fuq id-differenzjazzjoni tas-CO2. Peress li l-vetturi bil-mutur jistgħu jkunu marbuta ma’ trejlers differenti, jenħtieġ li l-inklużjoni tat-trejlers fi skemi ta’ tariffi għall-użu tat-triq ibbażati fuq id-differenzjazzjoni tas-CO2 tkun ibbażata fuq it-trejler li fil-fatt jintuża.

(4)Jenħtieġ li l-estensjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trejlers tapplika għat-trejlers li għalihom japplika r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362. Il-prestazzjoni tat-trejlers tista’ tvarja skont il-parametri tekniċi tagħhom. Biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tat-trejlers f’termini tal-effiċjenza enerġetika, il-prestazzjoni f’termini tal-potenzjal ta’ tnaqqis tas-CO2 ta’ trejler speċifiku titqabbel mal-prestazzjoni ta’ trejler ta’ referenza, li jkun simili f’termini ta’ konfigurazzjoni tal-fus, it-tagħbija massima permissibbli fuq il-fus u l-konfigurazzjoni tax-xażi. Il-proporzjon bejn il-valur tat-trejler speċifiku u dak tat-trejler ta’ referenza huwa definit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 bħala proporzjon ta’ effiċjenza. Trejlers aktar effiċjenti għandhom valur tal-proporzjon ta’ effiċjenza aktar baxx minn 1.

(5)Il-kalkolu tal-proporzjon ta’ effiċjenza jista’ jkun ibbażat fuq kilometru, tunnellata-kilometru jew m3-kilometru. Għat-trejlers kollha ħlief dawk orjentati lejn il-volum, jenħtieġ li jintuża l-proporzjon ta’ effiċjenza bbażat fuq tunnellata-kilometru. It-trejlers orjentati lejn il-volum huma dawk li huma primarjament iddisinjati għat-trasport ta’ merkanzija voluminuża. Il-proporzjon ta’ effiċjenza bbażat fuq tunnellata-kilometru ma jistax jintuża għal trejlers orjentati lejn il-volum minħabba li dawn it-trejlers għandhom reżistenza għad-dawrien u massa ogħla mill-kontropartijiet tradizzjonali tagħhom. Għat-trejlers orjentati lejn il-volum, minflok jenħtieġ li jintuża l-proporzjon ta’ effiċjenza – ibbażat fuq m3-kilometru.

(6)Il-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjoni ta’ vettura ma’ trejler aktar effiċjenti jenħtieġ li tkun ogħla mill-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura bil-mutur waħedha, u għalhekk tagħti aċċess għal tnaqqis akbar tat-tariffi għall-użu tat-triq. L-effett tal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ trejler fuq il-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi jenħtieġ li jkun ibbażat fuq it-tqabbil bejn il-proporzjon ta’ effiċjenza tat-trejler speċifiku mal-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza msemmija f’din id-Direttiva. Huma previsti limiti differenti għas-semitrejlers u għal trejlers oħra peress li l-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b’mod kosteffiċjenti huwa differenti.

(7)Fejn l-Istat Membru jinkludi l-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija fi skemi ta’ tariffi għall-użu tat-triq fit-territorju tiegħu u jimponi tariffi speċifiċi fuq kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jiddevjaw mill-piżijiet u/jew mid-dimensjonijiet massimi stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 16 , jenħtieġ li dak l-Istat Membru jitħalla japplika t-tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq għal dawk il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jużaw tal-anqas trejler wieħed aktar effiċjenti.

(8)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda l-Anness VIII tad-Direttiva 1999/62/KE, permezz ta’ atti delegati, biex tiddefinixxi jew taġġusta l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza stabbiliti fih, u biex tiddefinixxi metodoloġija għall-allokazzjoni għall-klassijiet tat-trejlers tat-trejlers li jkunu għaddew minn proċess ta’ modifika retroattiva, speċjalment dawk li għalihom ma jkunx ġie assenjat proporzjon ta’ effiċjenza f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362. Jenħtieġ li d-definizzjoni tal-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza ssir malli d-data dwar l-effiċjenza tat-trejlers tinġabar għal mill-anqas sena skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 . Jenħtieġ li l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza jkunu bbażati fuq l-effiċjenza medja tal-flotta tat-trejlers meta jiġu ppubblikati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal tali vetturi, u fuq il-potenzjal li t-trejlers ikollhom biex jiġi ġġenerat titjib fl-effiċjenza. Jenħtieġ li dawn imbagħad jiġu aġġustati biex jirriflettu l-progress tekniku u penetrazzjoni dejjem akbar ta’ teknoloġiji ġodda, bħal trejlers b’fusien motorizzati. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ metodoloġija għat-trejlers b’modifika retroattiva tikkunsidra l-installazzjoni ta’ tagħmir li jtejjeb l-enerġija tagħhom, bħal apparat ajrudinamiku, li jkun jista’ jiġi vverifikat matul it-test perjodiku tal-affidabbiltà stradali u li jenħtieġ li jiġi rrapportat fuq iċ-ċertifikat tal-affidabbiltà stradali, kif imsemmi fid-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 18 .

(9)Sabiex jiġi żgurat li s-sewwieqa jiddikjaraw b’mod korrett il-prestazzjoni tat-trejler imqabbad mal-vettura bil-mutur meta jagħmlu użu mit-tnaqqis tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2, huwa meħtieġ li l-uffiċjali tal-infurzar jiġu pprovduti, fuq talba, b’evidenza tal-klassi tal-emissjonijiet tal-kombinazzjoni ta’ vetturi, jiġifieri inkluża evidenza li tattesta l-prestazzjoni tat-trejler. Jekk tali evidenza ma tiġix ipprovduta, Stat Membru jkun intitolat li japplika tariffi abbażi tal-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura bil-mutur waħedha.

(10)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tal-varjazzjoni fit-tariffi għall-użu tat-triq skont l-emissjonijiet tas-CO2 , jeħtieġ li d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE 19 tiġi emendata biex tirrikjedi, fejn ikun disponibbli fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità tagħhom jew fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali, li l-proporzjon ta’ effiċjenza tat-trejlers jiġi indikat fuq iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tagħhom. Huwa importanti li jiġi żgurat li d-data relatata mal-effiċjenza tat-trejlers tkun disponibbli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 .

(11)Barra minn hekk, huwa xieraq li d-Direttiva 1999/62/KE tiġi emendata sabiex tirrifletti l-istruttura l-ġdida tar-Regolament (UE) 2019/1242, kif emendat bi [żid ir-referenza ladarba tkun magħrufa]. Il-bidliet meħtieġa għandhom l-għan li jippreservaw it-tifsira attwali tad-definizzjonijiet ta’ vettura b’emissjonijiet żero, vettura b’emissjonijiet baxxi, emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, u jenħtieġ li jaġġornaw din tal-aħħar sabiex l-applikabbiltà tagħha tiġi armonizzata mar-Regolament imsemmi hawn fuq wara l-2030. Jenħtieġ li dawn il-bidliet jippreservaw ukoll l-obbligu li jiġu varjati t-tariffi tal-infrastruttura u għall-utenti u ż-żmien minn meta japplika dan l-obbligu. Fir-rigward tas-sottogruppi ta’ vetturi diġà koperti mir-Regolament, jenħtieġ li dawn il-bidliet b’mod partikolari jiċċaraw li dan l-obbligu japplika mit-13 ta’ Mejju 2023, jiġifieri sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 21 , li tispeċifika l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal dawk is-sottogruppi ta’ vetturi. Biex tiġi żgurata l-adozzjoni f’waqtha ta’ dawn il-bidliet fir-rigward tad-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament (UE) 2019/1242, jenħtieġ li tiġi stabbilita skadenza ta’ sena għat-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(12)Għalhekk jenħtieġ li d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 1999/62/KE

Id-Direttiva 1999/62/KE hija emendata kif ġej:    

(1)L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-punt 29, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) vettura bil-mutur tqila msemmija fl-Artikolu 3(11)(a) u (b), tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*); jew”

(b)Fil-punt 30, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) vettura tqila minn grupp ta’ vetturi kopert minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7ga(7), b’emissjonijiet tas-CO2 anqas minn 50 % tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-grupp ta’ vetturi tagħha, għajr vettura b’emissjonijiet żero;”;

(c)Il-punt 37 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(37)    “trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet”, għas-sottogrupp ta’ vetturi (sg) u l-perjodu ta’ rapportar ta’ sena (Y), jiġifieri ETsg,Y, tfisser il-prodott tal-fattur ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 annwali (RETsg,Y) immultiplikat bl-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza (rCO2sg) tas-sottogrupp (sg), jiġifieri ETsg,Y = RETsg,Y x rCO2sg; RETsg,Y jiġi ddeterminat f’konformità mal-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242;”;

(d)Il-punt 38 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(38)    “emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza’ tfisser:

(a) għas-sottogruppi ta’ vetturi koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242, l-ammont ikkalkulat f’konformità mal-formula fil-punt 3 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament;

(b) għal grupp ta’ vetturi kopert minn att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7ga(7), l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza speċifikati fih, li jikkorrispondu għall-valur medju tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 tal-vetturi f’dak il-grupp ta’ vetturi, irrappurtat f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (  6  ) għall-ewwel perjodu ta’ rapportar, li se jibda wara d-data li fiha r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta’ vetturi f’dak il-grupp ta’ vetturi, li ma jikkonformawx mal-obbligi msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400, hu pprojbit f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2017/2400;”;

(e)jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(42)    “trejler” tfisser trejler kif definit fl-Artikolu 3(17) tar-Regolament (UE) 2018/858 u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362**;

(43)     “semitrejler” tfisser trejler li jissodisfa d-definizzjoni ta’ semitrejler fl-Artikolu 3(33) tar-Regolament (UE) 2018/858 u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362.”

* Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

** Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145)”;

(2)L-Artikolu 7ga huwa emendat kif ġej:

(a)Fil-paragrafu 1, it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom japplikaw dik il-varjazzjoni għas-sottogruppi ta’ vetturi koperti mir-Regolament (UE) 2019/1242 abbażi tal-emissjonijiet ta’ referenza tas-CO2 ippubblikati f’konformità mal-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament. Madankollu, għas-sottogruppi ta’ vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH, l-Istati Membri għandhom japplikaw dik il-varjazzjoni sa mhux aktar tard mit-13 ta’ Mejju 2023. Fejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jiġu aġġustati skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2019/1242, dawk l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandhom japplikaw mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li jmiss.

B’deroga mit-tieni subparagrafu, għall-klassijiet 1, 4 u 5 tal-emissjonijiet tas-CO2, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dik il-varjazzjoni għandha tapplika għal gruppi ta’ vetturi koperti minn atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 7 mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni. Il-varjazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza speċifikati fih u għandha tapplika sakemm l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għas-sottogruppi ta’ vetturi kkonċernati jiġu ppubblikati f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242. Mill-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, l-Istati Membri għandhom japplikaw dawk l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza minflok dawk speċifikati skont il-paragrafu 7 u l-varjazzjoni għas-sottogruppi ta’ vetturi kkonċernati għandha tiġi applikata għall-klassijiet kollha ta’ emissjonijiet.”;

(b)Fil-paragrafu 7, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għall-gruppi ta’ vetturi għajr is-sottogruppi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH.”.

(3)jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 7gc

1. Sat-30 ta’ Ġunju 2030, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-effett tat-trejlers fuq l-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjoni tiegħu ma’ vettura bil-mutur meta japplikaw l-Artikolu 7ga. Mill-1 ta’ Lulju 2030 huma għandhom iqisu dak l-effett.

Meta Stat Membru japplika l-ewwel subparagrafu, il-klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjoni ta’ vetturi msemmija fl-Artikolu 7ga (2) għandha tkun affettwata mill-klassi tat-trejler tat-trejler irmunkat f’konformità mal-Anness VIII.

2. Meta Stat Membru japplika l-ewwel paragrafu u, f’konformità mal-Artikolu 9(1)(a), jimponi tariffi speċifiċi fuq kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jiddevjaw mill-piżijiet u/jew mid-dimensjonijiet massimi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE*, f’konformità mal-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva, huwa jista’ japplika tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq għal tali kombinazzjonijiet ta’ vetturi li jużaw tal-anqas trejler wieħed li għalih tkun assenjata klassi ta’ trejlers f’konformità mal-Anness VIII ta’ din id-Direttiva.

L-ammont tat-tnaqqis tat-tariffa għall-użu tat-triq jista’ jikkorrispondi għat-tnaqqis mogħti lil kombinazzjonijiet ta’ vetturi li ma jiddevjawx mill-piżijiet u/jew mid-dimensjonijiet massimi.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 9d sabiex temenda l-Anness VIII biex tiddetermina l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza stabbiliti fih, jew biex taġġustahom biex jirriflettu l-progress tekniku. L-ewwel determinazzjoni tagħhom għandha tkun ibbażata fuq l-effiċjenza medja tal-flotta tat-trejlers meta jiġu ppubblikati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal dawn il-vetturi, u fuq il-potenzjal li t-trejlers ikollhom biex jiġġeneraw titjib fl-effiċjenza, filwaqt li jitqies il-potenzjal differenti bejn is-semitrejlers u trejlers oħra.

Għall-klassijiet 1 u 2 tat-trejlers kif identifikati fit-tabella fl-Anness VIII, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jiddetermina l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza sa mhux aktar tard minn sena wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għat-trejlers skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242.

Għall-klassi 3 tat-trejlers kif identifikata fit-tabella fl-Anness VIII, applikabbli għal trejlers mgħammra b’apparat li jappoġġa b’mod attiv il-propulsjoni tagħhom u li ma jkollu l-ebda magna tal-kombustjoni interna jew li jkollu magna ta’ kombustjoni interna b’emissjonijiet ta’ anqas minn 5 g CO2/kWh, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat li jiddetermina l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza wara li jkunu disponibbli valuri ċċertifikati legalment għal dawk it-trejlers.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 9d sabiex temenda l-Anness VIII biex tistabbilixxi metodoloġija għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni għal klassi ta’ trejlers ta’ trejlers li jkunu għaddew minn proċess ta’ modifika retroattiva b’tagħmir li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħhom, speċjalment dawk li jkunu ġew irreġistrati, mibjugħa jew intenzjonati li jidħlu fis-servizz qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362.

4. Għall-fini tar-reġistrazzjoni tat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 3, ir-raba’ subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-punt 10 (informazzjoni oħra) tal-Anness II tad-Direttiva 2014/45/UE**.

____________________

* Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59)

** Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51)”;

(4)Fl-Artikolu 7j (2a), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta sewwieq jew, meta applikabbli, l-operatur tat-trasport jew il-fornitur tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza tal-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura għall-finijiet tal-Artikolu 7g(2), l-Artikolu 7ga u l-Artikolu 7gb, l-Istati Membri jistgħu japplikaw pedaġġi jew tariffi għall-utenti sal-ogħla livell li jista’ jintalab ħlas għalih. Meta sewwieq jew, meta applikabbli, l-operatur tat-trasport jew il-fornitur tas-Servizz Ewropew ta’ Pedaġġ Elettroniku (EETS), ma jkunx jista’ jipprovdi evidenza tal-klassi tal-emissjonijiet tal-kombinazzjoni ta’ vetturi għall-finijiet tal-Artikolu 7gc, l-Istati Membri jistgħu japplikaw pedaġġi jew tariffi għall-utenti abbażi tal-klassi tal-emissjonijiet tal-vettura bil-mutur.”;

(5)Fl-Artikolu 9d, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e biex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-Anness 0, il-formuli fil-punti 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa, l-ammonti indikati fit-tabelli tal-Annessi IIIb u IIIc sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku, u l-limiti tal-proporzjon ta’ effiċjenza indikati fit-tabella fl-Anness VIII sabiex tiddeterminahom jew taġġustahom biex jirriflettu l-progress tekniku.”;

(6)Fl-Artikolu 11, il-punt c huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura jew tat-tariffi għall-utenti skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi, skont l-Artikolu 7g, 7ga, 7gb jew 7gc;”;

(7)it-test fl-Anness ta’ din id-Direttiva jiżdied bħala l-Anness VIII.

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/520

Fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2019/520, il-Parti I hija sostitwita b’dan li ġej:

“Parti I. Data dwar il-vetturi

Entrata

M/F(1) 

Kummenti

Numru tar-reġistrazzjoni

M

 

Numru tax-xażi/Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN)

M

 

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

 

Il-Marka

M

(D.1(2)) eż. Ford, Opel, Renault

Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura

M

(D.3) eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-Kategorija tal-UE

M

(J) eż. motorini, muturi, karozzi

Klassi ta’ emissjonijiet Euro

M

eż. Euro 4, Euro 6

Klassi ta’ emissjonijiet tas-CO2

F

applikabbli għal vetturi heavy-duty

Data tar-riklassifikazzjoni

F

applikabbli għal vetturi heavy-duty

CO2 fi g/tkm

F

applikabbli għal vetturi heavy-duty

Orjentazzjoni lejn il-volum: iva/le

F

applikabbli għat-trejlers

Proporzjon tal-effiċjenza – ibbażat fuq tunnellata-kilometru (-)...

F

applikabbli għat-trejlers

Proporzjon tal-effiċjenza – ibbażat fuq m³-kilometru (-)...

F

applikabbli għat-trejlers

Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura

M

 

(1)

M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, F = fakultattiv.

(2)

Kodiċi armonizzat tal-Unjoni, ara d-Direttiva 1999/37/KE.

Artikolu 3

Emenda għad-Direttiva 1999/37/KE

Fl-Anness I tad-Direttiva 1999/37/KE, fil-punt (V) emissjonijiet tal-egżost, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(V.11) Proporzjon tal-effiċjenza:

Għal trejlers mhux orjentati lejn il-volum, il-proporzjon tal-effiċjenza – tunnellata-kilometru fejn indikat fil-pożizzjoni 49.11.2 taċ-ċertifikat ta’ konformità definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683* jew fil-pożizzjoni 49.11.2 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

Għal trejlers orjentati lejn il-volum, il-proporzjon tal-effiċjenza – ibbażat fuq m3-kilometru fejn indikat fil-pożizzjoni 49.11.3 taċ-ċertifikat ta’ konformità definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 jew fil-pożizzjoni 49.11.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

L-orjentazzjoni lejn il-volum hija indikata fil-pożizzjoni 49.10 taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ trejlers heavy-duty definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 jew fil-pożizzjoni 49.10 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament,

(V.12) Il-klassi tat-trejler iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 7gc tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

___________________

* Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1)”.

Artikolu 4

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Id-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 69, 4.3.2022, p. 1)
(2)    Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 187 20.7.1999, p. 42)
(3)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145)
(4)    Il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi tqal ġodda u li jintegra l-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956. Ara t-taqsima “Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni” hawn taħt.
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan REPowerEU (COM/2022/230 final)
(6)    It-tagħmir ta’ abbord huwa definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/520 bħala: “‘tagħmir ta’ abbord (OBE)’ , tfisser is-sett sħiħ ta’ komponenti tal-hardware u tas-software li għandhom jintużaw bħala parti mis-servizz ta’ pedaġġ li huwa installat, jew jinġarr, abbord vettura sabiex jiġbor, jaħżen, jipproċessa u jirċievi/jittrażmetti mill-bogħod id-data, jew bħala apparat separat jew inkorporat fil-vettura;
(7)    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59)
(8)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi tqal ġodda u li jintegra l-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956, SWD(2023) 88 final.
(9)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 tal-10 ta’ Mejju 2021 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni u emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2019 (ĠU L 167, 12.5.2021, p. 47)
(10)    Id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45).
(11)    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57)
(12)    ĠU C […], […], p. […].
(13)    ĠU C […], […], p. […].
(14)    Id-Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 69, 4.3.2022, p. 1)
(15)    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145)
(16)    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità id-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59)
(17)    Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1)
(18)    Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51)
(19)    Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57)
(20)    Id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabbiltà tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45).
(21)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/781 tal-10 ta’ Mejju 2021 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni u emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2019 (ĠU L 167, 12.5.2021, p. 47).

Brussell, 4.5.2023

COM(2023) 189 final

ANNESS

tal-

proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 1999/62/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE u d-Direttiva (UE) 2019/520 fir-rigward tal-klassi ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi heavy-duty bit-trejlers


ANNESS

“ANNESS VIII

KRITERJI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAT-TREJLERS

Dan l-Anness jispeċifika l-kriterji ta’ varjazzjoni skont liema l-klassijiet tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-kombinazzjonijiet ta’ vetturi għandhom jiġu differenzjati f’konformità mal-Artikolu 7gc.

Tip ta’ vettura rmunkata

Proporzjon ta’ effiċjenza

Klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura bil-mutur f’konformità mal-Artikolu 7ga mingħajr ma jitqies l-effett tat-trejler

Klassi tal-emissjonijiet tas-CO2 assenjata lil kombinazzjoni ta’ vetturi, filwaqt li jitqies l-effett tat-trejler

Klassi tat-trejler

Inqas minn

Mhux inqas minn

Semitrejler

ST1

ST2

1

2

1

2

3

Trejler, għajr semitrejler

T1

T2

1

2

2

3

Semitrejler

ST2

ST3

1 jew 2

3

2

Trejler, għajr semitrejler

T2

T3

Semitrejler

ST3

ST4

1, jew 2, jew 3

4

3

Trejler, għajr semitrejler

T3

T4

1 Il-proporzjon ta’ effiċjenza ta’ trejler huwa:

1) Għal trejlers mhux orjentati lejn il-volum, il-proporzjon tal-effiċjenza – ibbażat fuq tunnellata-kilometru, fejn indikat fil-pożizzjoni 49.11.2 taċ-ċertifikat ta’ konformità kif definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683*1 jew fil-pożizzjoni 49.11.2 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

2) Għal trejlers orjentati lejn il-volum, il-proporzjon tal-effiċjenza – ibbażat fuq m3-kilometru fejn indikat fil-pożizzjoni 49.11.3 taċ-ċertifikat ta’ konformità tal-vetturi definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 jew fil-pożizzjoni 49.11.3 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

L-orjentazzjoni tal-vettura lejn il-volum hija indikata fil-pożizzjoni 49.10 taċ-ċertifikat ta’ konformità definit fl-Appendiċi tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 jew fil-pożizzjoni 49.10 taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali definit fl-Appendiċi 1 tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

*1 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1)