IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.3.2023
COM(2023) 160 final
2023/0079(COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
{SEC(2023) 360 final} - {SWD(2023) 160 final} - {SWD(2023) 161 final} - {SWD(2023) 162 final}
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.KUNTEST TAL-PROPOSTA
•Raġunijiet u objettivi tal-proposta
Il-materja prima tinstab fil-bidu tal-ktajjen tal-valur industrijali kollha. Dan ir-Regolament jiffoka fuq materja prima li mhix tal-enerġija u li mhix agrikola, iżda li hi tant importanti għall-ekonomija tal-UE u li l-provvisti tagħha għandhom livell għoli ta’ riskju tal-provvista. Dawn it-tipi ta’ materja prima kritika (CRMs) spiss ikunu inputs indispensabbli għal firxa ta’ setturi strateġiċi, fosthom l-enerġija rinnovabbli, l-industrija diġitali, is-setturi spazjali u tad-difiża u s-settur tas-saħħa. Fl-istess ħin, l-estrazzjoni u l-ipproċessar tas-CRMs jista’ jkollhom impatti ambjentali negattivi, skont il-metodi u l-proċessi użati, kif ukoll impatti soċjali.
L-UE tiddependi kważi esklussivament fuq l-importazzjonijiet għal ħafna mill-materja prima kritika. Il-fornituri ta’ dawk l-importazzjonijiet spiss huma kkonċentrati ħafna f’għadd żgħir ta’ pajjiżi terzi, kemm waqt l-estrazzjoni u anki waqt l-ipproċessar. Pereżempju, l-UE tikseb 97% tal-manjeżju tagħha miċ-Ċina. L-elementi tal-materjali tal-art rari tqal, użati fil-kalamiti permanenti, jiġu raffinati esklussivament fiċ-Ċina. 63% tal-kobalt tad-dinja, użat fil-batteriji, jiġi estratt fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, filwaqt li 60% jiġi raffinat fiċ-Ċina. Din il-konċentrazzjoni tesponi lill-UE għal riskji sinifikanti tal-provvista. Kemm-il darba ġrat li xi pajjiżi jużaw il-pożizzjoni soda tagħhom bħala fornituri tas-CRMs kontra l-pajjiżi xerrejja, pereżempju b’restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni.
Bil-bidla dinjija favur l-enerġija rinnovabbli u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet tagħna, hu previst li d-domanda għal uħud minn dawn il-materja prima kritika tiżdied malajr fid-deċennji li ġejjin. Id-domanda dinjija għal-litju użat fil-manifattura tal-batteriji għall-mobbiltà u l-ħżin tal-enerġija mistennija tiżdied sa 89 darba sal-2050. Id-domanda tal-UE għall-elementi tal-materjali tal-art rari li minnhom jiġu manifatturati l-kalamiti permanenti użati fit-turbini tar-riħ jew fil-vetturi elettriċi mistennija tiżdied b’sitta sa seba’ darbiet sal-2050. Id-domanda tal-UE għall-gallju, użat fil-manifattura tas-semikondutturi, mistennija tiżdied bi 17-il darba sal-2050. Is-sostituzzjoni tal-materjali u ż-żieda fl-effiċjenza u fiċ-ċirkolarità tal-materjali jistgħu jtaffu ż-żieda mbassra fid-domanda sa ċertu punt, iżda dawn il-passi mhumiex mistennija jreġġgħu lura x-xejra. Bħalissa hemm ir-riskju li l-kapaċitajiet attwali u ppjanati ma jissodisfawx aktar minn 50% tad-domanda mbassra għall-kobalt, u ż-żieda fid-domanda futura għall-elementi tal-art rari mistennija taqbeż it-tkabbir fil-kapaċitajiet. F’dan l-isfond, ħafna pajjiżi adottaw politiki biex jassiguraw attivament il-provvista tagħhom tal-materja prima kritika, u b’hekk żiedu l-kompetizzjoni għar-riżorsi.
It-tfixkil fil-provvista ta’ oġġetti essenzjali waqt il-kriżi tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-gwerra tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna ħareġ fid-dieher id-dipendenzi strutturali tal-provvista tal-UE u l-effetti potenzjalment dannużi tagħhom waqt xi kriżi. L-importanza ċentrali tal-materja prima kritika għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għall-applikazzjonijiet tad-difiża u spazjali, tfisser li t-tfixkil fil-provvista tagħhom ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-industrija fl-UE. Dan jipperikola l-funzjonament tas-suq uniku u jagħmel ħsara lill-kompetittività tal-UE, filwaqt li jpoġġi f’riskju l-impjiegi u l-ħolqien tal-impjiegi u jaffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi. Barra minn hekk, mingħajr provvista sigura tal-materja prima kritika, l-Unjoni mhix se tkun tista’ tilħaq l-objettiv tagħha għal futur ekoloġiku u diġitali.
L-inizjattiva tal-2008 dwar il-materja prima u l-pjan ta’ azzjoni tal-2020 dwar il-materja prima kritika, it-tnejn ħolqu qafas għal inizjattivi biex tiġi vvalutata l-kritikalità ta’ materja prima differenti, id-diversifikazzjoni internazzjonali, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-produzzjoni tas-CRMs fl-UE. Il-miżuri stabbiliti qed jgħinu biex tiġi żgurata provvista aktar sigura. Pereżempju, is-Sħubijiet Strateġiċi konklużi ma’ pajjiżi terzi, kif previst fil-pjan ta’ azzjoni, qed jgħinu biex jiddiversifikaw is-sorsi tal-provvista tal-materja prima billi jintegraw aktar il-ktajjen tal-valur tal-materja prima tal-UE ma’ dawk ta’ pajjiżi terzi rikki fir-riżorsi.
Madankollu, l-azzjonijiet mhux regolatorji ma kinux biżżejjed biex jiżguraw l-aċċess tal-UE għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika. Sal-lum ma jeżisti l-ebda qafas regolatorju mmirat biex inaqqas b’mod strutturali r-riskji tal-provvista fost il-firxa kollha tal-materja prima kritika. L-ewwel nett, sakemm ma jkollniex qafas komuni biex jiżgura li l-operaturi ekonomiċi jkunu reżiljenti u mħejjija għall-problemi li jinqalgħu, l-industrija se tibqa’ esposta żżejjed għar-riskju ta’ tfixkil fil-provvista. It-tieni, il-potenzjal tal-UE li żżid il-kapaċitajiet tagħha tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar jew tar-riċiklaġġ għadu mhux sfruttat biżżejjed. Fl-Istati Membri kollha, l-għarfien dwar id-depożiti minerali spiss imur lura għal żmien meta l-materja prima kritika ma kinitx ir-riżorsa mfittxija kif inhi llum. Xi drabi l-aċċess diffiċli għall-finanzjament, il-proċeduri twal u kumplessi tal-permessi u n-nuqqas ta’ aċċettazzjoni pubblika kif ukoll it-tħassib ambjentali potenzjali huma xkiel ewlieni għall-iżvilupp ta’ proġetti tal-materja prima kritika. It-tielet, il-leġiżlazzjoni dwar l-immaniġġjar tal-iskart ma toħloqx biżżejjed inċentivi biex tittejjeb iċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika (“iċ-ċirkolarità tagħhom”) jew għall-iżvilupp ta’ suq tal-materja prima sekondarja. Fl-aħħar nett, hemm nuqqas ta’ inċentivi biżżejjed biex jiġu rrapportati u limitati l-impatti ambjentali negattivi tas-CRMs li jitqiegħdu fis-suq tal-UE.
F’dan l-isfond, din il-proposta għandha l-objettivi li:
–jissaħħu l-istadji differenti tal-katina tal-valur Ewropea tal-materja prima kritika;
–jiġu diversifikati l-importazzjonijiet tal-UE tal-materja prima kritika biex jonqsu d-dipendenzi strateġiċi;
–tittejjeb il-kapaċità tal-UE li timmonitorja u ttaffi r-riskji attwali u futuri ta’ tfixkil fil-provvista tal-materja prima kritika;
–ikun żgurat il-moviment liberu tal-materja prima kritika fis-suq uniku, u li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, billi jittejbu ċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà tagħha.
|
Dan il-Memorandum hu marbut biss mal-proposta attwali għal Regolament. Il-viżjoni strateġika ġenerali għat-tisħiħ tal-provvista tal-materja prima kritika tal-Ewropa, permezz ta’ azzjoni fl-UE u lil hinn, hi spjegata fil-Komunikazzjoni mehmuża ma’ dik il-proposta.
|
•Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti f’dan il-qasam
Din il-proposta hi konsistenti mal-istrateġija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Hi maħsuba biex tgħin lill-UE tikseb il-kapaċitajiet li se jkunu meħtieġa biex tilħaq il-miri tagħha li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli, li tiżviluppa teknoloġiji strateġiċi tal-manifattura bħas-semikondutturi, u li tilħaq l-objettivi tal-UE tan-newtralità klimatika.
Din il-proposta twieġeb għad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles tal-2022 adottata mill-Kunsill Ewropew, li saħqet fuq l-importanza strateġika tal-materja prima kritika biex niżguraw l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u s-sovranità Ewropea. Hi konsistenti wkoll mar-Riżoluzzjoni ta’ Novembru 2021 tal-Parlament Ewropew dwar strateġija tal-UE dwar is-CRMs u mal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Fl-aħħar nett, dan ir-Regolament iwettaq l-impenn li kienet għamlet il-President von der Leyen fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022, li tonqos id-dipendenza tal-UE fuq il-materja prima kritika. Dan jintlaħaq billi tiġi diversifikata u assigurata provvista domestika sostenibbli tal-materja prima kritika billi jiġu identifikati Proġetti Strateġiċi tul il-katina tal-provvista u jinbnew riżervi strateġiċi. Qabel tħabbar l-Att dwar il-Materja Prima Kritika, il-Komunikazzjoni REPowerEU u l-Komunikazzjoni Konġunta dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur kienu ħabbru proposta leġiżlattiva dwar is-CRMs f’Mejju 2022.
Filwaqt li din il-proposta tiffoka fuq il-bini tal-kapaċità tal-UE li tforni s-CRMs, il-Komunikazzjoni mehmuża ma’ din il-proposta tispjega l-istrateġija sottostanti biex tkun żgurata l-provvista tas-settur tal-materja prima kritika, li tinkludi miżuri mhux regolatorji għal diversifikazzjoni tal-provvisti esterni minn barra l-UE u biex tingħata spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni u l-ħiliet. Mar-Regolamenqed jinhemżu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-kritikalità tal-Kummissjoni, il-folji informattivi korrispondenti dwar il-materja prima kritika u strateġika (ara l-ispjegazzjoni dettaljata fil-paġna 15 għal aktar dettalji) fil-mira ta’ din il-proposta, u mill-aħħar studju ta’ prospettiva. Il-proposta qed tiġi ppreżentata b’mod konġunt mal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti li, kif ħabbret il-Komunikazzjoni dwar Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti, se jsostni l-manifattura industrijali ta’ teknoloġiji ewlenin fl-UE.
Din il-proposta hi konsistenti mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li taġġorna l-Istrateġija Industrijali tal-UE tal-2020 f’Mejju 2021, u li tidentifika oqsma ta’ dipendenzi strateġiċi li jistgħu joħolqu vulnerabbiltajiet. Iż-żewġ rieżamijiet fil-fond sussegwenti taw aktar analiżi dwar l-oriġini tad-dipendenzi strateġiċi u l-ewwel indirizzaw is-CRMs b’mod ġenerali (fost kwistjonijiet oħra), imbagħad l-elementi tal-materjali tal-art rari u l-manjeżju.
Għalkemm ma kien jeżisti l-ebda qafas regolatorju qabel dan ir-Regolament li kellu l-għan li jiżgura l-provvista tas-CRMs, din il-proposta hi konsistenti mal-istrateġiji Ewropej preċedenti dwar is-CRMs. L-ewwel nett, dan ir-Regolament jibni fuq il-valutazzjoni tal-kritikalità, aġġornata kull 3 snin mill-inizjattiva tal-2008, li tat informazzjoni dwar is-CRMs u d-dipendenzi tal-UE fuqhom. It-tieni, dan jikkomplementa u jsaħħaħ l-inizjattivi ta’ wara l-pjan ta’ azzjoni tal-2020. Dan jipprovdi wkoll qafas biex jappoġġa proġetti tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika, u jibni fuq il-ħidma tal-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima. Il-proposta tibni wkoll fuq il-prinċipji tal-UE għal materja prima sostenibbli, maħsuba biex jallinjaw l-għarfien tal-Istati Membri dwar l-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli.
Barra minn hekk, bi qbil mal-pjan ta’ azzjoni tal-2021 dwar is-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u spazjali, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi osservatorju tat-teknoloġiji kritiċi. L-osservatorju se jidentifika, jimmonitorja u jivvaluta t-teknoloġiji kritiċi għas-setturi ċivili, tad-difiża u spazjali, l-applikazzjonijiet potenzjali tagħhom u l-ktajjen tal-valur u tal-provvista relatati, inkluż id-dipendenzi strateġiċi u l-vulnerabbiltajiet.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet studju ta’ prospettiva li jivvaluta l-ħtiġijiet futuri tal-Unjoni Ewropea għall-materja prima kritika u l-konġestjonijiet potenzjali tal-katina tal-provvista f’teknoloġiji u setturi strateġiċi ewlenin. Ir-rapport ibassar żieda bla preċedent fid-domanda għall-materjali ewlenin meħtieġa għal tranżizzjoni doppja ta’ suċċess u għall-aġendi tad-difiża u tal-ajruspazju tal-UE.
Din il-proposta hi konsistenti ma’ leġiżlazzjoni oħra dwar is-CRMs. Pereżempju, hi konsistenti mar-Regolament dwar il-Minerali ta’ Kunflitt, li jeżiġi li l-importaturi tal-landa, tat-tantalju, tat-tungstenu u tad-deheb (3TG) jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ta’ diliġenza dovuta li jindirizzaw l-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-kunflitti armati u fuq id-drittijiet tax-xogħol tul il-katina tal-valur tagħhom.
•Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE
Minħabba l-preżenza tal-materja prima kritika f’ħafna ktajjen tal-valur industrijali u l-karatteristiċi tal-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika bħall-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ, hemm bosta settijiet ta’ politiki u leġiżlazzjoni Ewropej li huma rilevanti.
L-ewwel nett, il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE tkopri l-proċeduri biex jinkisbu l-permessi għall-proġetti relatati mal-materja prima, inkluż is-CRMs, tul il-katina tal-valur kollha. Ir-Regolament propost se japplika mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tan-natura, inkluż id-Direttiva 2011/92//UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, id-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi, id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, u d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-politika tal-ilma. Din il-proposta għandha l-għan li tagħmel il-proċeduri nazzjonali tal-permessi aktar simplifikati u aktar prevedibbli, u b’hekk tiżgura li l-proġetti jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE li tipproteġi n-natura mingħajr ma timmina l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tagħha.
It-tieni, il-qafas tal-UE dwar l-iskart jirregola l-ġbir, it-tnaqqis, ir-riċiklaġġ u t-trattament tal-iskart, inkluż tal-flussi tal-iskart li fihom il-materja prima kritika. Id-Direttiva dwar l-Iskart tal-Estrazzjoni teżiġi li kull operatur responsabbli mill-immaniġġjar tal-iskart tal-estrazzjoni (jiġifieri l-iskart iġġenerat mill-operazzjonijiet tal-estrazzjoni) irid jikseb permess. Din il-proposta se tikkumplimenta dan billi teżiġi li l-operaturi (għall-faċilitajiet tal-iskart li qed joperaw bħalissa) u l-Istati Membri (għall-faċilitajiet tal-iskart magħluqa u abbandunati) janalizzaw il-potenzjal tal-irkupru tas-CRMs fl-iskart tal-estrazzjoni. Id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart hi mmirata għall-iskart b’mod ġenerali u tobbliga lill-Istati Membri jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart, billi timmira b’mod partikolari l-prodotti li fihom is-CRMs. Id-Direttiva dwar l-Iskart tat-Tagħmir Elettriku u Elettroniku tistabbilixxi regoli biex tippromwovi t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u forom oħra ta’ rkupru tal-iskart mit-tagħmir elettriku u elettroniku, biex tgħin għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u għall-irkupru tal-materja prima sekondarja, inkluż dik kritika. Qed isir rieżami konġunt tad-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw, flimkien mad-Direttiva 2005/64/KE dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-użu mill-ġdid, ir-riċiklabbiltà u l-irkupru tagħhom, ħalli jitnaqqas l-iskart mill-vetturi li ma għadhomx jintużaw u mill-komponenti tagħhom u tiżdied iċ-ċirkolarità tal-vetturi konvenzjonali u anki tal-vetturi elettriċi b’ammonti sinifikanti ta’ CRMs. L-inizjattiva leġiżlattiva bbażata fuq dan ir-rieżami se tikkumplimenta r-rekwiżiti orizzontali tar-riċiklabbiltà inklużi f’dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti aktar speċifiċi li jtejbu r-riċiklabbiltà tal-kalamiti permanenti fil-vetturi u li jagħmlu t-trattament u r-riċiklaġġ tal-iskart tagħhom aktar faċli.
It-tielet, il-klassifikazzjoni tal-perikli prevista fir-Regolament 1272/2008/KE dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet u l-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju previsti fir-Regolament 1907/2006/KE dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH) huma xierqa biex fl-UE tkun żgurata s-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u tal-prodotti li fihom xi sustanzi kimiċi, tant rilevanti għas-CRMs. F’dan ir-rigward, l-Istrateġija tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà tistabbilixxi l-azzjonijiet meħtieġa biex jitħarsu aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent bħala parti minn approċċ ambizzjuż favur ambjent ħieles mit-tossiċità fir-rigward tas-sikurezza kimika, bi qbil mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Din tinkludi t-tnaqqis tar-riskji u s-sostituzzjoni tal-aktar sustanzi kimiċi perikolużi fil-prodotti tal-konsumatur u professjonali. L-istrateġija tirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa li dawn l-aktar sustanzi kimiċi ta’ ħsara jitħallew jintużaw meta jkun essenzjali għas-soċjetà. Dan se japplika wkoll ħafna drabi għall-użi tas-CRMs.
Ir-raba’, il-preżenza tal-materja prima kritika f’ħafna ktajjen tal-valur industrijali u l-karatteristiċi tal-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika jeħtieġu l-kapaċità umana, inkluż billi tiġi żgurata forza tax-xogħol adegwata u kwalifikata biex tappoġġa lill-industrija. Dan hu garantit b’mod partikolari mill-protezzjoni tal-impjiegi u mill-ħolqien ta’ impjiegi ġodda ta’ kwalità biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-forza tax-xogħol fis-settur fl-istadji kollha tal-ktajjen tal-valur industrijali, tant kruċjali biex ikunu żgurati tranżizzjoni ekoloġika ġusta u s-sigurtà u l-provvista tal-materja prima kritika, u anki għall-kompetittività tas-settur. Bi qbil mal-objettivi tal-pjan REPowerEU u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika tipprovdi gwida politika komprensiva fir-rigward tal-formulazzjoni tal-politiki li jiżguraw il-protezzjoni tal-impjiegi, inkluż tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi, u li jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità fl-ekosistemi industrijali u l-ktajjen tal-valur, inkluż bl-appoġġ għat-titjib tal-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol skont il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol settorjali, u bil-konsultazzjoni mas-sħab soċjali fid-djalogu soċjali.
Finalment, din l-inizjattiva hi konsistenti wkoll ma’:
–id-Direttiva 2007/2/KE li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE), biex tiżgura li l-infrastrutturi tad-data ġeografika tal-Istati Membri jkunu kompatibbli u jistgħu jintużaw f’kuntest Ewropew u transfruntier; u
–ir-Regolament (UE) 2020/852 (Tassonomija) dwar l-istabbiliment ta’ qafas li jiffaċilita l-investiment sostenibbli.
Mil-lat tal-istrumenti internazzjonali, din il-proposta hi konsistenti ma’:
–l-obbligi kummerċjali internazzjonali tal-UE u l-politika kummerċjali komuni tal-UE. Il-Komunikazzjoni mehmuża ma’ dan ir-Regolament tinkludi miżuri li jsaħħu u jiddiversifikaw il-provvista esterna tal-UE tas-CRMs mingħand sorsi internazzjonali bla ma jimminaw ir-regoli kummerċjali u l-kompetizzjoni internazzjonali;
–il-politika aġġornata tal-UE dwar l-Artiku, ippubblikata fl-2021, maħsuba biex tgħin biex l-Artiku jitħares bħala reġjun ta’ kooperazzjoni paċifika, tindirizza l-effetti tat-tibdil fil-klima, u tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni Artiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet Artiċi, mhux l-anqas il-Popli Indiġeni, u l-ġenerazzjonijiet futuri;
–il-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-Global Gateway, b’mod partikolari fir-rigward tat-tmexxija tas-Sħubijiet Strateġiċi tagħha mal-pajjiżi terzi.
–Ir-Rappreżentant Għoli se jaqdu dmiru bis-sħiħ u jikkoopera biex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE u l-politiki l-oħra tagħha.
Ir-Regolament se jiżgura wkoll il-konsistenza ma’ proposti oħra qed isiru:
–Ir-Regolament hu konsistenti mar-Regolament dwar il-Batteriji, li jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-CRMs fil-batteriji mqiegħda fis-suq uniku, filwaqt li r-Regolament għandu l-għan li jżid il-kapaċità tal-UE li tipprovdi dawk il-materjali u li jagħmel l-informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tagħhom aktar trasparenti u disponibbli meta jitqiegħdu fis-suq uniku tal-UE. Dan juża approċċ simili għall-adozzjoni progressiva tal-obbligi dwar l-impronti ambjentali.
–Ir-Regolament jikkumplimenta l-proposta għal Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva (CSDD). Il-proposta għal CSDD jaf tkun tinkludi lill-kumpaniji li jużaw is-CRMs, biex tiżgura li dawn jindirizzaw sew l-impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent fl-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-valur proprji tagħhom, iżda mhix se toħloq ir-rekwiżit li trid tiġi prodotta informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika. Meta rilevanti, il-kalkolu tal-impronta ambjentali ta’ kull materjal skont ir-Regolament tas-CRMs jista’ jgħin għall-implimentazzjoni effettiva tal-politika tad-diliġenza dovuta.
–Billi jsaħħaħ ir-reżiljenza u t-tħejjija tal-industrija Ewropea fir-rigward tas-CRMs, ir-Regolament jikkumplimenta l-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku biex il-Kummissjoni, bil-viġilanza jew b’emerġenza, tkun tista’ tattiva miżuri mmirati meta jkun hemm xi theddida jew tfixkil fil-provvista ta’ oġġetti strateġiċi, li jistgħu jinkludu l-materja prima kritika.
–Ir-Regolament jiżgura wkoll li l-manifatturi tat-teknoloġiji ewlenin appoġġati fl-Att dwar iċ-Ċipep jew fl-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jkunu jistgħu jistrieħu fuq provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika.
2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ
•Bażi ġuridika
Il-bażi ġuridika ta’ dan ir-Regolament hija l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw miżuri biex jistabbilixxu u jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku.
Ir-Regolament hu maħsub biex jiżgura provvista sigura u sostenibbli tas-CRMs għall-UE. Mingħajr dawn l-isforzi, ix-xejriet attwali fil-provvista u d-domanda aktarx joħolqu riskju serju u strutturali ta’ tfixkil fil-provvista ta’ bosta CRMs. Peress li dawn huma essenzjali għall-funzjonament ta’ diversi setturi strateġiċi, it-tfixkil potenzjali fil-provvista jrid jiġi indirizzat ħalli jkun żgurat li s-swieq Ewropej jibqgħu stabbli. Malli jkun hemm xi tfixkil fil-provvista, u allura l-iskarsezzi u l-volatilità fil-prezzijiet assoċjati, aktarx li dawn jiskattaw ċerti sforzi unilaterali fil-livell nazzjonali biex jindirizzaw il-konsegwenzi tagħhom. Għalkemm ġustifikati fil-prinċipju, dawk l-isforzi, jekk ma jkunux ikkoordinati, għandhom il-potenzjal li jfixklu l-kompetizzjoni u joħolqu restrizzjonijiet intra-UE għall-moviment liberu tal-oġġetti.
Għalhekk din l-inizjattiva tintroduċi miżuri koordinati biex tnaqqas strutturalment il-probabbiltà ta’ tfixkil fil-provvista, fosthom miżuri li jsaħħu l-provvista domestika u jimmonitorjaw ir-riskju u t-tħejjija, u b’hekk se tgħin biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku:
–tistabbilixxi objettivi komuni u definizzjoni komuni ta’ materja prima kritika u strateġika;
–tistabbilixxi approċċ komuni u konsistenti biex jiżdiedu l-kapaċitajiet Ewropej tas-CRMs billi tipprovdi u tikkoordina l-appoġġ għal Proġetti Strateġiċi, u b’hekk tgħin biex tkun evitata d-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-frammentazzjoni tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn azzjonijiet ta’ appoġġ mhux ikkoordinati u tgħin biex jinżamm ambjent ekwu għall-kumpaniji tal-materja prima attivi fis-suq intern;
–tintroduċi miżuri ta’ monitoraġġ tar-riskju u tħejjija, filwaqt li tiżgura li l-kumpaniji jkollhom aċċess għal informazzjoni simili dwar il-monitoraġġ tar-riskju fis-suq intern u jiffaċċjaw miżuri armonizzati ta’ tħejjija;
–tarmonizza r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li jinkludu kalamiti permanenti (fir-rigward tar-riċiklabbiltà u l-kontenut riċiklat tal-kalamiti) u tal-prodotti li fihom is-CRMs (fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali tagħhom), u b’hekk tevita restrizzjonijiet intra-UE u tgħin biex ikun żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti.
•Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)
L-Istati Membri waħedhom mhumiex kapaċi jilħqu b’mod effettiv l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. L-ewwel nett, iż-żieda fil-kapaċitajiet tas-CRMs ma tkunx effiċjenti fil-livell nazzjonali minħabba, pereżempju, in-nuqqas ta’ okkorrenzi ġeoloġiċi fi Stat Membru individwali, l-iskala tal-investimenti meħtieġa u l-ekonomiji ta’ skala sostanzjali meħtieġa biex ikunu kompetittivi fis-suq dinji tal-materja prima. It-tieni, jekk ikun hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jiżdied il-monitoraġġ tar-riskji tal-provvista u t-tħejjija għar-riskji, l-isforzi aktarx ikunu duplikati u dan jikkaġuna l-ineffiċjenzi. Il-qafas propost għandu jippermetti tqassim aktar effiċjenti tal-kompiti, u l-aggregazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti.
Il-miżuri inklużi f’dan ir-Regolament ma jkunux effettivi daqshekk jekk jimplimentawhom l-Istati Membri waħedhom għax il-problemi indirizzati jikkonċernaw is-suq uniku kollu kemm hu. Dawn mhumiex limitati għal Stati Membri individwali jew għal subsett ta’ Stati Membri iżda jikkonċernaw il-bażi industrijali tal-UE kollha kemm hi. Barra minn hekk, approċċi individiwali fil-livell tal-Istati Membri aktarx li ma jkunux biżżejjed biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-ktajjen tal-provvista tant interkonnessi fis-suq uniku.
L-awtoritajiet fl-Istati Membri huma u se jibqgħu responsabbli unikament għall-għoti tal-permessi għal Proġett Strateġiku, soġġetti għar-regoli proċedurali stabbiliti f’din il-proposta. Għalhekk, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jwaqqfu l-għoti ta’ status strateġiku lil proġett li jkun se jitwettaq fit-territorju tagħhom.
•Proporzjonalità
Il-miżuri proposti ma jmorrux lil hinn minn dak meħtieġ biex tkun żgurata l-provvista tas-CRMs. Azzjoni fil-livell tal-Unjoni tipprovdi valur miżjud ċar minħabba l-iskala, l-urġenza u l-ambitu tal-isforzi meħtieġa:
–Il-miżuri dwar il-Proġetti Strateġiċi jiffukaw fuq il-materja prima strateġika (SRMs) biex jiżguraw li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ikun jinkludi l-aktar materjali meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal aktar reżiljenza u sigurtà.
–Il-miżuri dwar l-esplorazzjoni huma proporzjonati skont id-daqs tat-territorju ta’ kull Stat Membru, u l-Istati Membri se jkunu jistgħu jibqgħu jibbażaw fuq il-politiki tal-esplorazzjoni eżistenti tagħhom. Il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni huma meħtieġa, iżda, biex jitrawwem l-iżvilupp tal-katina tal-valur tas-CRMs.
–Il-miżuri proposti jinkludu rieżami u impenn mal-Istati Membri b’mod regolari, speċjalment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u l-governanza.
–Il-miżuri dwar il-monitoraġġ iħallu lill-Istati Membri responsabbli għall-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-operaturi ewlenin tas-suq. Il-piż fuq il-kumpaniji biex jipprovdu l-informazzjoni hu limitat għax ikopri biss lill-kumpaniji kbar attivi fl-estrazzjoni, fir-raffinar jew fir-riċiklaġġ tas-CRMs.
–Il-miżuri li jindirizzaw it-tħejjija tal-kumpaniji għar-riskji huma limitati għal subsett ta’ kumpaniji kbar li jimmanifatturaw teknoloġiji strateġiċi li fihom l-SRMs u huma limitati għall-awditjar intern tal-ktajjen tal-provvista tagħhom.
–Il-miżuri dwar is-sostenibbiltà ma jimponux rekwiżiti li jmorru lil hinn minn dak meħtieġ biex jiġi inċentivat l-iżvilupp tas-suq tal-materja prima sekondarja jew biex tkun żgurata aktar trasparenza tal-informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tas-CRMs, b’approċċ gradwali u abbażi tal-evidenza.
•L-għażla tal-istrument legali
Regolament hu meqjus l-aktar strument xieraq għax permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti li japplikaw direttament għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-operaturi ekonomiċi rilevanti. Dan se jgħin biex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu implimentati fil-ħin u b’mod armonizzat, u jwassal għal aktar ċertezza legali.
3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT
•Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti
Mhux applikabbli
•Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati
Bi qbil mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kummissjoni wettqet proċess komprensiv ta’ konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, skont strateġija ta’ konsultazzjoni, biex tiġbor informazzjoni affidabbli permezz ta’ bosta metodi, partijiet ikkonsultati u għodod. Il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kellha l-għan li tiġbor u tanalizza l-evidenza rilevanti kollha, inkluż id-data u l-informazzjoni dwar il-kostijiet, il-benefiċċji, u l-impatt potenzjali ta’ deċiżjoni ta’ politika fuq is-soċjetà. L-istrateġija tfasslet skont il-loġika tal-intervent, b’enfasi fuq il-kawżi tal-problemi li jeħtieġu azzjoni u l-karatteristiċi identifikati għall-katina tal-valur tas-CRMs tal-UE.
Il-Kummissjoni wettqet l-istrateġija tal-konsultazzjoni permezz ta’ diversi attivitajiet: konsultazzjoni miftuħa online organizzata mid-DĠ GROW bejn it-30 ta’ Settembru u l-25 ta’ Novembru 2022, sejħa għall-evidenza għal valutazzjoni tal-impatt miftuħa għal rispons tul l-istess perjodu, u kwestjonarju mmirat dwar “il-ġbir ta’ riżerva ta’ materja prima” u “il-permessi” fl-Istati Membri tal-UE kondiviż mal-grupp ta’ esperti “Grupp dwar il-Provvista tal-Materja Prima”. Il-Kummissjoni rċeviet 259 tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika u 52 rispondent hemżu dokument ta’ politika. Il-Kummissjoni ġabret ukoll 310 tweġibiet għas-sejħa għall-evidenza. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma miġburin fil-qosor fir-rapport sinteżi fattwali ppubblikat bit-tweġibiet għas-sejħa għall-evidenza fuq il-portal “Semma’ leħnek”.
B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati kkonfermaw il-benefiċċji tal-inizjattivi attwali bil-pjan ta’ azzjoni tal-UE tal-2020 dwar il-materja prima kritika biex tkun żgurata l-provvista tal-materja prima kritika, b’mod partikolari bis-Sħubijiet Strateġiċi dwar il-materja prima. Madankollu, huma enfasizzaw li l-kapaċitajiet domestiċi tal-UE u r-reżiljenza tal-industrija għar-riskju tal-provvista ma tjibux biżżejjed. Il-Kummissjoni rċeviet appoġġ wiesa’ għall-idea li tipproponi inizjattiva biex tiżgura aċċess sigur u sostenibbli għall-materja prima kritika filwaqt li ttejjeb ir-reżiljenza u t-tħejjija tal-Ewropa billi tindirizza l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista. Dwar il-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista, il-kontribut li wasal enfasizza għadd ta’ nuqqasijiet strutturali li jwaqqfu lill-industriji tal-estrazzjoni milli jiżviluppaw xi proġetti fl-UE. Biex jingħelbu dawn l-isfidi, enfasizzaw l-importanza li jsiru Proġetti Strateġiċi fl-istadji tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ biex tiġi żviluppata l-katina tal-valur tal-UE tal-materja prima kritika.
Fit-tweġibiet tagħhom, in-negozji u l-kumpaniji ffukaw fuq il-kostijiet proċedurali u amministrattivi u appellaw għal azzjoni biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri tal-permessi u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament. L-organizzazzjonijiet nongovernattivi (NGOs) u ċ-ċittadini esprimew tħassib dwar l-impatti ambjentali u soċjali tal-proġetti tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar li ma jkollhomx is-salvagwardji ambjentali u soċjali xierqa.
Il-partijiet ikkonċernati qablu li jeħtieġ jinħoloq ambjent ekwu sostenibbli għall-katina tal-valur tal-UE tal-materja prima kritika. L-NGOs indikaw l-importanza li titnaqqas l-impronta ambjentali tal-materja prima tal-UE filwaqt li jitħeġġeġ użu aktar effiċjenti tar-riżorsi u jitwettqu attivitajiet anqas ta’ ħsara għall-ambjent. Il-partijiet ikkonċernati talbu wkoll approċċ aktar koerenti u kkoordinat għall-isfidi inerenti fl-akkwist tas-CRMs b’mod partikolari billi jiżdiedu l-monitoraġġ u l-prospettiva u billi jittieħdu miżuri ta’ tħejjija għar-riskju aktar miftiehma. Madankollu, il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati kellhom fehmiet differenti dwar l-aħjar forma ta’ azzjoni meħtieġa.
B’mod ġenerali, il-partijiet ikkonċernati qablu li azzjoni mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali ma tkunx biżżejjed biex jingħelbu l-vulnerabbiltajiet tal-provvista tal-materja prima kritika minħabba l-kumplessità, l-opaċità u d-dimensjoni tranżnazzjonali tagħhom, u jippreferu azzjoni fil-livell tal-UE dwar din il-kwistjoni.
•Ġbir u użu tal-għarfien espert
Mhux applikabbli
•Valutazzjoni tal-impatt
Skont il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, din il-proposta regolatorja hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt li tanalizza l-problema u s-sottoproblemi relatati man-nuqqas ta’ provvista sigura u sostenibbli tal-UE tal-materja prima kritika. Il-valutazzjoni tal-impatt tidentifika alternattivi ta’ politika possibbli li jindirizzaw il-fatturi li jikkawżaw il-problemi u tivvaluta l-impatti probabbli tagħhom. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet strutturata biex tirrifletti l-konsultazzjoni tal-Grupp ta’ Tmexxija Interservizzi tal-Kummissjoni dwar il-materja prima kritika.
Il-valutazzjoni tal-impatt irċeviet opinjoni negattiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fl-20 ta’ Jannar 2023. Il-Bord jirrakkomanda li:
–jiġi ċċarat il-kuntest politiku madwar l-inizjattiva u jiġi speċifikat kif inizjattivi paralleli u l-lakuni regolatorji se jkunu affettwati mill-inizjattiva li jmiss;
–jiġi spjegat aħjar is-sett ta’ objettivi ġenerali u speċifiċi, l-iskedi taż-żmien tagħhom, kif jinteraġixxu u liema mudelli jintużaw biex jitkejjel is-suċċess;
–tittejjeb il-linja bażi, il-kompożizzjoni u l-iskeda taż-żmien tal-alternattivi ta’ politika, u
–tittejjeb il-valutazzjoni tal-impatti ewlenin.
Meta reġgħet ġiet ippreżentata valutazzjoni tal-impatt riveduta, il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi fis-16 ta’ Frar 2023.
Il-valutazzjoni tal-impatt hija msejsa fuq sett ta’ pilastri ta’ politika li jindirizzaw il-fatturi li jikkawżaw il-problemi identifikati, u maħsuba biex jilħqu l-objettivi tal-inizjattiva. Tistabbilixxi tliet alternattivi ta’ politika għal kull pilastru abbażi tal-ambitu, il-livell tar-riżorsi, l-effiċjenza u l-koerenza, u s-sinerġiji maħluqa u l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. B’mod ġenerali, l-alternattivi ta’ politika jvarjaw mill-Alternattiva 1 (l-eqreb għax-xenarju tal-istatus quo) sal-Alternattiva 3 (approċċ usa’ li jinkludi miżuri li jmorru lil hinn mill-qafas regolatorju attwali iżda fil-limiti ta’ dak teknikament fattibbli).
L-Alternattiva ta’ Politika 1 tipprevedi mekkaniżmu li jistabbilixxi miri għall-materja prima strateġika. Tinkludi struttura ta’ governanza minn bord apposta għas-CRMs tal-UE bl-appoġġ ta’ network ta’ aġenziji nazzjonali u kapaċità operazzjonali fil-Kummissjoni. Din l-entità tiżviluppa l-kapaċità tal-monitoraġġ, tippermetti l-koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi tal-UE u tiżgura li l-kumpaniji jkunu ppreparati aħjar għal xi tfixkil possibbli fil-provvista. Tinkludi elementi li jappoġġaw il-katina tal-valur, b’mod partikolari b’aktar koordinazzjoni waqt l-esplorazzjoni, aktar appoġġ għal proġetti nazzjonali tas-CRMs, u aċċess aħjar għall-finanzjament. Mil-lat ta’ ċirkolarità, tipprevedi rakkomandazzjoni maħsuba għall-elettroniċi żgħar tal-konsumatur u tħabbir ta’ azzjonijiet futuri. Tipprevedi azzjoni akbar tal-UE biex jitfasslu standards internazzjonali, u rekwiżiti minimi għall-iskemi taċ-ċertifikazzjoni dwar is-sostenibbiltà tas-CRMs u rekwiżiti tal-informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tas-CRMs imqiegħda fis-suq tal-UE.
L-Alternattiva ta’ Politika 2 għandha l-istess mekkaniżmu ta’ governanza bħall-Alternattiva 1 u l-istess kompiti mil-lat ta’ monitoraġġ, stokkijiet strateġiċi u tħejjija għar-riskji. Din tmur lil hinn biex ittejjeb il-katina tal-valur fl-UE billi tiżviluppa obbligi aktar sodi dwar l-esplorazzjoni u billi timplimenta Proġetti Strateġiċi tul il-katina tal-valur tal-materja prima strateġika. Dawn il-proġetti jibbenefikaw minn permessi simplifikati u aċċess ikkoordinat għall-finanzjament. Fost il-miżuri li jagħtu spinta liċ-ċirkolarità hemm it-twettiq ta’ emendi mmirati tad-Direttiva dwar l-Iskart tal-Estrazzjoni. Il-miżuri dwar l-istandards jinkludu l-iżvilupp ta’ kisbiet oħra ta’ standardizzazzjoni għall-proċessi industrijali, u l-miżuri dwar l-impronta ambjentali jinkludu l-iżvilupp progressiv ta’ limiti għas-CRMs, diment li valutazzjoni speċifika tkun tindika li dan ma jaffettwax is-sigurtà tal-provvista.
L-Alternattiva ta’ Politika 3 tiżviluppa kapaċità esterna mil-lat ta’ governanza biex ikunu jistgħu jiġu proposti miżuri ambizzjużi dwar l-istokkijiet strateġiċi, il-monitoraġġ u t-tħejjija għar-riskji. Tibni wkoll fuq il-kunċett ta’ Proġetti Strateġiċi li jgawdu appoġġ addizzjonali għall-permessi b’riżorsi apposta mill-Istati Membri u minn Fond Ewropew apposta għas-CRMs. Bħall-Alternattiva 2, din tinkludi l-miżuri taċ-ċirkolarità, l-istandards u l-impronta ambjentali.
B’mod ġenerali, l-alternattiva ppreferuta hi l-Alternattiva ta’ Politika 2 għax għandha l-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati u tal-Istati Membri, tixħet piż addizzjonali limitat fuq l-istituzzjonijiet, għandha kost relattivament aktar baxx, u tgħin biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi. Tikseb valur miżjud ċar għall-funzjonament tas-suq uniku u tħalli impatti ekonomiċi pożittivi għall-produtturi tal-materja prima kritika u għas-setturi downstream billi tibni r-reżiljenza industrijali u tagħti spinta lill-iżvilupp tal-katina tal-valur tas-CRMs tal-UE. L-Alternattiva ta’ Politika 3 tilħaq ċerti objettivi b’mod aktar effettiv (speċjalment fir-rigward tal-pilastri dwar il-monitoraġġ u l-aċċess għall-finanzjament) iżda ma tistax titwettaq minħabba r-restrizzjonijiet baġitarji attwali.
Differenzi meta mqabbla mal-alternattiva ppreferuta fil-valutazzjoni tal-impatt
Ir-Regolament jinkludi miżuri li ma ġewx ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri:
–Miżuri dwar ix-xiri konġunt tal-materja prima strateġika. Dawn il-miżuri kienu parti mill-Alternattiva ta’ Politika 3 dwar l-istokkijiet strateġiċi iżda aktar tard ġew analizzati bħala fattibbli fl-Alternattiva ta’ Politika 2 anki mingħajr qafas speċifiku għall-ġbir ta’ riżerva. Miżuri dwar ir-riċiklabbiltà u dwar il-kontenut riċiklat ta’ kalamiti ta’ materjali tal-art rari. Dawn il-miżuri ma ġewx dettaljati fil-valutazzjoni tal-impatt iżda jindirizzaw parti integrali mill-problema deskritta fiha, b’mod partikolari l-kawża tal-problema li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart ma tindirizzax b’mod suffiċjenti l-irkupru tal-materja prima kritika. Il-Kummissjoni ġabret evidenza addizzjonali mingħand esperti, gruppi ta’ riflessjoni u l-industrija biex tifhem aħjar l-isfidi taċ-ċirkolarità relatati mal-kalamiti u l-impatti potenzjali tal-miżuri. Jeħtieġ ukoll li jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar il-konformità u dwar il-preżunzjoni tal-konformità biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati l-istandards meħtieġa.
–Miżuri dwar il-kooperazzjoni għal Sħubijiet Strateġiċi. Billi ssaħħet id-dimensjoni internazzjonali tal-valutazzjoni tal-impatt, kif issuġġerixxa l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, tqies xieraq li tiżdied miżura li tenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni u kumplimentarjetà fir-rigward tas-Sħubijiet Strateġiċi tal-UE dwar il-materja prima ma’ pajjiżi terzi, inkluż il-koerenza tagħhom mal-kooperazzjoni bilaterali tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi rilevanti, li tikkumplimenta l-azzjonijiet imħabbra fil-Komunikazzjoni mehmuża.
–Il-miżuri dwar it-testijiet tal-istress tal-ktajjen tal-valur ġew inklużi fl-Alternattiva ta’ Politika 3 iżda jinsabu fir-Regolament b’kamp ta’ applikazzjoni aktar immirat, li jiffoka fuq il-materja prima strateġika biss. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri mistennija jkunu jistgħu jaqsmu l-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tagħhom, u b’hekk jillimitaw il-piż amministrattiv.
Dawn il-miżuri l-ġodda jibqgħu fil-qafas ġenerali tas-suġġetti analizzati fil-valutazzjoni tal-impatt u ma jbiddlux ġmielu l-paragun tal-alternattivi, jew l-alternattiva ppreferuta.
Ir-Regolament propost jinkludi wkoll miżuri li ġew ivvalutati fil-valutazzjoni tal-impatt iżda li jvarjaw fl-implimentazzjoni tagħhom, jiġifieri:
–Il-proposta tintegra l-miżuri dwar l-iskart tal-estrazzjoni ppjanati fil-valutazzjoni tal-impatt direttament fir-Regolament minflok b’emenda mmirata tad-Direttiva dwar l-Iskart tal-Estrazzjoni, u b’hekk tiżgura li dawn jiġu applikati aktar malajr u b’mod aktar dirett.
–Tintegra miżuri dwar iż-żieda fil-ġbir tal-iskart elettroniku u ta’ prodotti u komponenti oħra rikki fis-CRMs, antiċipati bħala Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-impatt, direttament fir-Regolament. Din ir-rakkomandazzjoni trid titħabbar fil-Komunikazzjoni mehmuża, flimkien ma’ lista ta’ miżuri oħra dwar iċ-ċirkolarità, kif ippjanat. Dan bil-għan li aktar tard tingħata gwida lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa skont ir-Regolament.
–L-alternattiva ppreferuta fil-valutazzjoni tal-impatt kienet tinkludi miżuri li jeżiġu li l-asserzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jkunu bbażati fuq skemi taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuti iżda implimentati mingħajr referenza għal asserzjonijiet dwar is-sostenibbiltà. Dawn l-asserzjonijiet se jkunu soġġetti għal leġiżlazzjoni orizzontali, kif tħabbar fl-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-asserzjonijiet ekoloġiċi. Il-proposta tinkludi dispożizzjoni li tippermetti lill-Kummissjoni tirrikonoxxi skemi taċ-ċertifikazzjoni għas-sostenibbiltà ta’ proġetti dwar is-CRMs. Il-parteċipazzjoni f’waħda minn dawn l-iskemi se tagħti mod ċar u effiċjenti lill-promoturi tal-proġetti kif jagħmlu attestazzjoni tal-konformità mal-kriterju li jkun Proġett Strateġiku relatat mas-sostenibbiltà.
•Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni
Din il-proposta ma tipprevedix piż regolatorju addizzjonali sinifikanti.
Il-kostijiet amministrattivi għan-negozji li se japplikaw direttament ma’ dan ir-Regolament huma limitati. Dawn huma relatati qabelejn mal-obbligi tar-rappurtar għal sett limitat ta’ kumpaniji kbar li joperaw fil-katina tal-valur tas-CRMs, u r-rappurtar jibqa’ volontarju għall-kumpaniji l-oħra. Il-kostijiet imġarrba aktarx jitpaċew għall-istess kumpaniji, għax f’ċerti kundizzjonijiet (eż., li l-proġetti tagħhom jissejħu proġetti strateġiċi) se jibbenefikaw minn aktar effiċjenza bl-obbligi tal-permessi simplifikati. Għadd limitat ta’ kumpaniji kbar li jimmanifatturaw it-teknoloġiji strateġiċi b’materja prima strateġika se jġarrbu wkoll kostijiet biex iwettqu l-awditjar.
Il-kostijiet relatati mal-istudji meħtieġa għall-kalkolu tal-impronta ambjentali sottostanti huma wkoll kostijiet amministrattivi li ġew imkejla fir-Regolament, u li se jitpaċew b’inizjattivi oħra.
Il-valutazzjoni tal-kostijiet tistma wkoll il-kostijiet għas-siti tal-estrazzjoni eżistenti għar-rappurtar ta’ aktar informazzjoni. Peress li l-għarfien prodott minn din l-informazzjoni dwar il-flussi tal-iskart aktarx jiġġenera aktar attività ekonomika permezz tal-irkupru, dawn il-kostijiet aktarx jitpaċew.
Għall-Istati Membri, il-kostijiet aktarx ikunu akbar. Iżda r-Regolament se joħloq ukoll sinerġiji akbar u anqas duplikazzjoni fl-azzjonijiet bejn l-Istati Membri. Dan jippermetti ffrankar potenzjali għax itejjeb il-koordinazzjoni, pereżempju fil-monitoraġġ u fl-istokkijiet strateġiċi. L-inizjattiva ma tantiċipa l-ebda kost għaċ-ċittadini.
•Drittijiet fundamentali
Il-proposta teżiġi li l-Proġetti Strateġiċi li jirċievu l-appoġġ jiġu implimentati b’mod sostenibbli. Implimentazzjoni sostenibbli tfisser li l-proġetti jridu jkunu mhux biss ambjentalment sostenibbli iżda jirrispettaw ukoll id-drittijiet tal-bniedem stabbiliti fi strumenti, linji gwida u prinċipji internazzjonali.
4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI
Il-proposta għandha implikazzjonijiet baġitarji għall-Kummissjoni. B’mod speċifiku, u meta jkun operattiv għalkollox, ikunu meħtieġa sa 33 ekwivalenti full-time fis-sena biex jiġi implimentat ir-Regolament u l-atti delegati relatati tul il-perjodu 2024-27 tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE.
Minbarra EUR 3,2 miljun magħduda fl-Intestatura 1 għat-twettiq ta’ firxa ta’ studji meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament, dan jeħtieġ impenji fuq linji baġitarji eżistenti, li jammontaw għal EUR 14,969 miljun fl-Intestatura 7 (Nefqa Amministrattiva). L-impenji l-ġodda se jiġu koperti mill-pakketti baġitarji eżistenti tal-programmi rilevanti. L-implikazzjonijiet baġitarji huma prinċipalment biex titwettaq il-ħidma prevista biex:
–jitfasslu l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż:
–l-atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-applikazzjoni u r-rapport annwali tal-Proġett Strateġiku; il-programmi ta’ esplorazzjoni ġenerali; it-tħejjija għar-riskju tal-kumpaniji; l-ispeċifikazzjoni ta’ liema prodotti li m’għadhomx jintużaw u liema flussi tal-iskart fihom ammonti rilevanti ta’ materja prima kritika; u
–l-atti delegati relatati mad-definizzjoni tal-materja prima kritika u strateġika; il-kontenut riċiklat tal-prodotti li jinkorporaw kalamiti permanenti; il-kodiċijiet doganali għall-prodotti li jinkorporaw kalamiti permanenti; u r-regoli tal-kalkolu u tal-verifika u l-klassijiet tal-prestazzjoni għall-impronta ambjentali;
–jiġi pprovdut is-segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika;
–titmexxa l-amministrazzjoni tal-istudji u tal-kuntratti;
–jitwettqu kompiti ta’ monitoraġġ, ġbir tad-data u valutazzjoni tar-riskji, b’mod partikolari dwar:il-monitoraġġ tas-suq u r-rappurtar tal-materja prima kritika u strateġika u l-valutazzjoni tal-kritikalità tagħhom;
–tiġi kkoordinata l-informazzjoni mill-Istati Membri;
–ikun żgurat l-infurzar tal-obbligi tal-Istati Membri dwar il-miżuri taċ-ċirkolarità, inkluż il-miżuri dwar l-iskart tal-estrazzjoni;
–tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-metodu tal-impronta ambjentali, jiġu żviluppati metodi tal-kalkolu u tiġi monitorjata l-applikazzjoni tal-miżuri;
–jiġu infurzati l-azzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni u jitħejjew talbiet għall-istandardizzazzjoni;
–jiġu kkoordinati l-attivitajiet nazzjonali ta’ esplorazzjoni;
–tiġi kkoordinata l-informazzjoni tal-Istati Membri dwar l-istokkijiet strateġiċi u l-iżvilupp ta’ gwida meta possibbli;
–jingħataw appoġġ u rappurtar kontinwi għall-Proġetti Strateġiċi, b’mod partikolari dwar il-proċessi tal-permessi u jingħata l-appoġġ għall-proċess tal-għażla.
Mil-lat ta’ ħtiġijiet tal-persunal, il-Kummissjoni stħarrġet bir-reqqa modi kif taqsam il-ħidma bejn id-DĠs, tirrialloka l-persunal meta possibbli u testernalizza l-appoġġ xjentifiku u tekniku għat-tħejjija tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni u għall-kompiti trasversali. Iżda għadu evidenti li l-livell għoli ta’ ambizzjoni tal-miżuri u ż-żieda fl-importanza tal-materja prima kritika jeżiġu approċċ strutturat biex tinkiseb il-kapaċità tal-UE li tieħu azzjoni dwar din il-kwistjoni.
5.ELEMENTI OĦRA
•Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar
Il-Kummissjoni se tevalwa l-koerenza, ir-riżultati, l-impatti, il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà ta’ din il-proposta wara ħames mid-data meta ssir applikabbli.
Is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni se jiġu ppreżentati f’rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni li se jiġi ppubblikat.
Biex issir l-evalwazzjoni, il-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika, l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti se jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni meta titlobhom. B’mod partikolari, din se tinkludi informazzjoni dwar il-progress favur il-parametru referenzjarju għall-kapaċità tal-UE fl-istadji kollha tal-katina tal-valur u l-effettività tal-attivitajiet tal-monitoraġġ.
•Spjegazzjoni dettaljata ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proposta
Il-Kapitolu I tar-Regolament jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet ġenerali u jinkludi d-definizzjonijiet. Ir-Regolament jistqarr li l-objettiv ġenerali hu li jkun żgurat l-aċċess tal-UE għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika billi jiġu segwiti erba’ objettivi speċifiċi, jiġifieri li: jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE fl-istadji differenti tal-katina tal-valur, jiġu ddiversifikati l-importazzjonijiet tal-materja prima tal-UE, jittejbu l-kapaċitajiet tal-monitoraġġ u tal-mitigazzjoni tar-riskji, u jkun żgurat suq uniku li jiffunzjona tajjeb filwaqt li jissaħħu s-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika. Jistabbilixxi parametri referenzjarji biex jiġi mmarkat il-progress tal-ewwel żewġ objettivi deskritti hawnhekk.
Il-Kapitolu II jistabbilixxi listi tal-materja prima kritika u strateġika, li jridu jiġu rieżaminati tal-anqas kull erba’ snin permezz tal-metodoloġiji pprovduti fl-Annessi I u II. Dawn il-listi jistabbilixxu l-ambitu tal-miżuri differenti.
Il-Kummissjoni tivvaluta aktar minn 80 materjal użat fl-ekonomija tal-UE għar-riskju tagħhom tal-provvista u l-importanza ekonomika tagħhom abbażi tad-data medja fl-aħħar perjodu sħiħ ta’ 5 snin. Ir-riskju tal-provvista hu determinat mill-konċentrazzjoni tal-provvista dinjija u tal-UE, id-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni, l-input ta’ materjali sekondarji, u s-sostitwibbiltà teknika. L-importanza ekonomika hi kkalkulata mis-sehem tal-użu fis-setturi NACE fil-livell ta’ żewġ ċifri u l-valur miżjud tagħhom, filwaqt li titqies is-sostitwibbiltà ekonomika. Il-materja prima li taqbeż il-limiti tissejjaħ materja prima kritika.
Din il-metodoloġija rikonoxxuta sew tidentifika l-isfidi tal-ktajjen tal-provvista fl-ekonomija kollha tal-UE. Iżda hemm bżonn jitħaddem approċċ kumplimentari biex tkun żgurata perspettiva aktar dinamika dwar l-iżviluppi fid-domanda u fil-provvista dinjija. Dan jidentifika l-materja prima meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja u tad-difiża u tal-ajruspazju tal-UE, u janalizza l-isfidi futuri u d-dipendenzi ewlenin fil-provvista ta’ din il-materja prima.
Il-materja prima kollha skrinjata fil-valutazzjoni tal-kritikalità tagħha tiġi mmappjata skont l-użu u l-importanza tagħha għat-teknoloġiji li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja u l-objettivi tad-difiża u tal-ajruspazju. Biex twettaq dan l-eżerċizzju dwar l-ambitu kwalitattiv, l-analiżi bbażat fuq il-“Materials Dependencies for Dual-Use Technologies Relevant to Europe’s Defense Sector” tal-2019, il-“Critical Raw Materials for Strategic Technologies and Sectors – a Foresight Study”, “Study on the resilience of critical supply chains for energy security and clean energy transition during and after the COVID-19 crisis” tal-2020, u s-“Supply Chain Analysis and Material Demand Forecast in Strategic Technologies and Sectors in the EU – A Foresight Study” tal-2023. Din l-analiżi tqis ukoll il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-AIE, l-OECD u sorsi oħra tad-data.
Meta l-materja prima jkollha importanza kbira għat-teknoloġija, jitqiesu fatturi addizzjonali, abbażi ta’ approċċ semikwantitattiv stabbilit fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. Biex jiġi vvalutat jekk jistax ikun hemm diskrepanza fil-provvista u jekk iva, id-daqs tagħha, il-projezzjonijiet tad-domanda sal-2030 u lil hinn jiġu identifikati sa fejn ikunu affidabbli u disponibbli, u d-domanda mbassra titqabbel mal-provvista attwali, għall-UE u globalment. Biex jiġi vvalutat kif il-produzzjoni tal-materja prima tkun tista’ tirreaġixxi għas-sinjali tas-suq, ir-riżervi magħrufa jridu jitqabblu mal-volum tal-produzzjoni dinji attwali tal-materja prima. Barra minn hekk, il-volum tal-produzzjoni dinji jiġi kwantifikat b’mod logaritmiku għax il-volumi kbar tal-produzzjoni huma ferm aktar diffiċli li jiżdiedu. Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, qed tiġi proposta l-lista tal-materja prima strateġika li hemm fl-Anness 1.
Il-Kapitolu III jistabbilixxi l-qafas biex tissaħħaħ il-katina tal-valur tal-materja prima strateġika tal-UE billi jintgħażlu u jiġu implimentati Proġetti Strateġiċi, li se jkunu eliġibbli għal proċessi tal-permessi simplifikati u aċċess eħfef għal opportunitajiet tal-finanzjament, li se jittejbu wkoll b’koordinazzjoni aħjar.
It-Taqsima 1 tistabbilixxi r-regoli li jirregolaw l-għażla u l-implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi, inkluż il-kriterji għar-rikonoxximent tagħhom bħala Proġetti Strateġiċi, il-proċeduri għar-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tagħhom.
It-Taqsima 2 tistabbilixxi proċessi tal-permessi simplifikati għal proġetti tal-materja prima kritika u b’mod partikolari Proġetti Strateġiċi.
It-Taqsima 3 għandha l-għan li tipprovdi kundizzjonijiet abilitanti għall-Proġetti Strateġiċi, inkluż appoġġ lill-Istati Membri biex iħaffu l-implimentazzjoni tagħhom, il-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju u l-faċilitazzjoni tal-ftehimiet tax-xiri.
It-Taqsima 4 tistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-iżvilupp ta’ programmi tal-esplorazzjoni ġenerali fl-Ewropa biex jeħfief l-iżvilupp ta’ proġetti tal-esplorazzjoni u tal-estrazzjoni.
Il-Kapitolu IV jiżviluppa mekkaniżmu għal monitoraġġ ikkoordinat tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika u jipprovdi miżuri biex jittaffew ir-riskji tal-provvista. Jistabbilixxi qafas għall-monitoraġġ sistematiku tar-riskji tal-provvista tal-materja prima kritika fi stadji differenti tal-ktajjen tal-valur. Jistabbilixxi wkoll qafas għall-mitigazzjoni tar-riskji billi jikkoordina l-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika billi jeżiġi li l-importaturi u l-manifatturi l-kbar jawditjaw regolarment il-ktajjen tal-provvista tagħhom u jiffaċilitaw ix-xiri konġunt tal-materja prima strateġika.
Il-Kapitolu V fih dispożizzjonijiet għall-iżvilupp taċ-ċirkolarità tas-swieq tal-materja prima kritika u biex tonqos l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika.
It-Taqsima 1 tistabbilixxi regoli biex l-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw miżuri dwar iċ-ċirkolarità, b’mod partikolari fir-rigward tal-flussi tal-iskart b’potenzjal qawwi ta’ rkupru tal-materja prima kritika, u biex l-Istati Membri u l-operaturi tal-iskart tal-estrazzjoni jivvalutaw il-potenzjal li jirkupraw il-materja prima kritika mis-siti tal-iskart tal-estrazzjoni. Ittejjeb ukoll iċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti billi titlob informazzjoni dwar it-tip u l-kompożizzjoni tal-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti, u dwar il-kontenut ta’ CRM riċiklat tagħhom. Wara valutazzjoni apposta, tipprevedi l-introduzzjoni ta’ limiti minimi tal-kontenut riċiklat.
It-Taqsima 2 tistabbilixxi regoli għar-rikonoxximent mill-Kummissjoni tal-iskemi taċ-ċertifikazzjoni relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika. Fiha wkoll dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali jew tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-UE.
It-Taqsima 3 fiha regoli dwar il-moviment liberu, il-konformità u s-sorveljanza tas-suq relatati mal-prodotti li jinkorporaw kalamiti permanenti u s-CRMs li għalihom trid tiġi dikjarata l-impronta ambjentali.
Il-Kapitolu VI jipprovdi qafas għall-kooperazzjoni dwar is-Sħubijiet Strateġiċi ma’ pajjiżi terzi relatati mal-materja prima u biex jinbnew sinerġiji akbar bejn is-Sħubijiet Strateġiċi u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi rilevanti.
Il-Kapitolu VII jistabbilixxi Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika, magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, li se tippresjedi l-Bord. Il-Bord se jagħti pariri lill-Kummissjoni u jassisti fil-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni biex jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-Kapitoli VIII u IX huma kapitoli b’artikoli dwar l-atti delegati u l-atti ta’ implimentazzjoni u dwar l-emendi magħmula f’leġiżlazzjoni oħra.
Il-Kapitolu X fih artikoli dwar il-penali, il-monitoraġġ tal-progress u dwar it-twettiq ta’ evalwazzjoni tar-Regolament. Jistabbilixxi wkoll rappurtar komuni għall-Istati Membri relatat ma’ miżuri differenti u fih artikolu li jiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali miġbura skont dan ir-Regolament tiġi ttrattata b’mod konsistenti.
L-Anness I jistabbilixxi l-lista tal-materja prima strateġika u l-metodoloġija biex tintgħażel.
L-Anness II jistabbilixxi l-lista tal-materja prima kritika u l-metodoloġija biex tintgħażel.
L-Anness III jipprovdi l-elementi li jridu jitqiesu meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ proġett tal-materja prima mal-kriterji għar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku.
L-Anness IV jispeċifika l-kriterji li skema taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuta trid tissodisfa.
L-Anness V jistabbilixxi l-element li jrid jitqies meta jiġu definiti r-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għall-impronta ambjentali tal-materja prima kritika.
L-Anness VI jipprovdi lista tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u deskrizzjonijiet tal-prodott li jikkorrispondu għall-prodotti koperti mir-rekwiżiti taċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti.
2023/0079 (COD)
Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,
Billi:
(1)L-aċċess għall-materja prima hu essenzjali għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-funzjonament tas-suq intern. Hemm sett ta’ materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola li, minħabba l-importanza ekonomika kbira tiegħu u l-esponiment tiegħu għal riskju kbir ta’ provvista, spiss ikkawżat minħabba konċentrazzjoni qawwija tal-provvista minn ftit pajjiżi terzi, jitqies kritiku. Minħabba r-rwol ewlieni ta’ ħafna materja prima kritika biex jitwettqu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u fid-dawl tal-użu tagħhom għall-applikazzjonijiet tad-difiża u spazjali, id-domanda se tiżdied b’mod esponenzjali fid-deċennji li ġejjin. Fl-istess ħin, ir-riskju ta’ tfixkil fil-provvista qed jiżdied minħabba żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi u fil-kompetizzjoni għar-riżorsi. Barra minn hekk, jekk ma titmexxiex kif xieraq, iż-żieda fid-domanda għall-materja prima kritika tista’ tikkaġuna impatti ambjentali u soċjali negattivi. Fid-dawl ta’ dawn ix-xejriet, jeħtieġ jittieħdu miżuri li jiżguraw l-aċċess għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika biex jitħarsu r-reżiljenza ekonomika u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni.
(2)Minħabba l-kumplessità u l-karattru tranżnazzjonali tal-ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika, jekk il-miżuri nazzjonali maħsuba biex jiżguraw provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika ma jkunux ikkoordinati, hemm potenzjal qawwi li dawn ifixklu l-kompetizzjoni u jifframmentaw is-suq intern. Għalhekk, biex jitħares il-funzjonament tas-suq intern, jenħtieġ li jinħoloq qafas komuni tal-Unjoni li jindirizza b’mod kollettiv din l-isfida prinċipali.
(3)L-ewwel nett, biex ikun żgurat b’mod effettiv l-aċċess tal-Unjoni għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika, jenħtieġ li dak il-qafas ikun jinkludi miżuri li jnaqqsu r-riskji dejjem akbar tal-provvista tal-Unjoni billi jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul l-istadji kollha tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika, inkluż l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ, favur parametri referenzjarji definiti għal kull materja prima strateġika. It-tieni, billi l-Unjoni se tibqa’ tkun dipendenti fuq l-importazzjonijiet, jenħtieġ li l-qafas ikun jinkludi miżuri li jżidu d-diversifikazzjoni tal-provvisti esterni tal-materja prima strateġika. It-tielet, jeħtieġ isiru miżuri li jsaħħu l-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u ttaffi r-riskji eżistenti u futuri tal-provvista. Ir-raba’, jenħtieġ li l-qafas ikun fih miżuri li jżidu ċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà tal-materja prima kritika kkonsmata fl-Unjoni.
(4)Biex ikun żgurat li l-miżuri stabbiliti fir-Regolament ikunu jiffukaw fuq l-aktar materjali rilevanti, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista tal-materja prima strateġika u lista tal-materja prima kritika. Dawk il-listi jenħtieġ li jservu wkoll biex jiggwidaw u jikkoordinaw l-isforzi tal-Istati Membri favur it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima strateġika jkun fiha materja prima li għandha importanza strateġika kbira, filwaqt li jitqies l-użu tagħha fit-teknoloġiji strateġiċi li fuqhom jistrieħu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali, li qed iġarrbu diskrepanza potenzjalment sinifikanti bejn il-provvista dinjija u d-domanda projettata, u li hu relattivament diffiċli li tiżdied il-produzzjoni tagħhom, pereżempju minħabba ż-żminijiet twal meħtieġa għal proġetti ġodda li jżidu l-kapaċità tal-provvista. Biex jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi possibbli, jenħtieġ li l-lista tal-materjali strateġiċi tiġi rieżaminata b’mod perjodiku u, jekk ikun meħtieġ, tiġi aġġornata. Biex ikun żgurat li l-isforzi li jżidu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul il-katina tal-valur, li jsaħħu l-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u ttaffi r-riskji tal-provvista, u li jżidu d-diversifikazzjoni tal-provvista jkunu ffokati fuq il-materjali li tant jeħtieġu, jenħtieġ li l-miżuri rilevanti jkunu japplikaw biss għal-lista tal-materja prima strateġika.
(5) Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tkun tinkludi l-materja prima strateġika kollha u kull materja prima oħra ta’ importanza kbira għall-ekonomija ġenerali tal-Unjoni u li jkollha riskju kbir ta’ tfixkil fil-provvista. Biex jitqiesu l-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi possibbli, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kontinwazzjoni tal-prattika attwali, minn żmien għal żmien twettaq valutazzjoni abbażi tad-data dwar il-produzzjoni, il-kummerċ, l-applikazzjonijiet, ir-riċiklaġġ, u s-sostituzzjoni għal firxa wiesgħa ta’ materja prima biex taġġorna l-listi tal-materja prima kritika u strateġika ħalli dawn ikunu jirriflettu l-evoluzzjoni fl-importanza ekonomika u r-riskju tal-provvista assoċjat ma’ dik il-materja prima. Jenħtieġ li l-lista tal-materja prima kritika tkun tinkludi dik il-materja prima li tilħaq jew taqbeż il-limiti tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista, mingħajr ma tikklassifika l-materja prima rilevanti mil-lat ta’ kritikalità. Jenħtieġ li din il-valutazzjoni tkun ibbażata fuq medja tal-aħħar data disponibbli f’perjodu ta’ 5 snin. Jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament relatati ma’ punt uniku ta’ servizz għall-permessi, l-ippjanar, l-esplorazzjoni, il-monitoraġġ, iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà jkunu japplikaw għall-materja prima kritika kollha.
(6)Biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Unjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima strateġika, jenħtieġ li jiġu stabbiliti parametri referenzjarji li jiggwidaw l-isforzi u jsegwu l-progress. Jenħtieġ li l-għan ikun li jiżdiedu l-kapaċitajiet għal kull materja prima strateġika f’kull stadju tal-katina tal-valur, filwaqt li jfittex li jinkisbu parametri referenzjarji tal-kapaċità ġenerali għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika. L-ewwel nett, jenħtieġ li l-Unjoni żżid l-użu tar-riżorsi ġeoloġiċi proprji tagħha tal-materja prima strateġika u tibni l-kapaċità li tippermettilha toħroġ il-materjali meħtieġa għall-produzzjoni ta’ mill-anqas 10% tal-konsum tal-materja prima strateġika tal-Unjoni. Meta wieħed iqis li l-kapaċità tal-estrazzjoni tiddependi ħafna fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi ġeoloġiċi tal-Unjoni, il-kisba ta’ dan il-parametru referenzjarju tiddependi fuq tali disponibbiltà. It-tieni, biex tinbena katina tal-valur sħiħa u tiġi evitata konġestjoni fl-istadji intermedji, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid ukoll il-kapaċità tal-ipproċessar tagħha tul il-katina tal-valur u tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 40% tal-konsum annwali tagħha tal-materja prima strateġika. It-tielet, fid-deċennji li ġejjin, sehem dejjem akbar mill-konsum tal-Unjoni tal-materja prima strateġika mistenni jkun jista’ jiġi kopert minn materja prima sekondarja, li ttejjeb kemm is-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-provvista tal-materja prima tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 15% tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika. Dawn il-parametri referenzjarji jirreferu għall-perjodu sal-2030, f’konformità mal-miri tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-miri diġitali tad-Deċennju Diġitali, li dawn jirfdu. Barra minn hekk, l-impjiegi ta’ kwalità, inkluż l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tranżizzjonijiet minn impjieg għall-ieħor, se jindirizzaw ir-riskji fis-suq tax-xogħol settorjali u jgħinu biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-UE.
(7)Għal xi materja prima, l-Unjoni tiddependi kważi għalkollox fuq pajjiż wieħed għall-provvista tagħha. Tali dipendenzi jinvolvu riskju kbar ta’ tfixkil fil-provvista. Biex jiġi limitat dan ir-riskju potenzjali u tiżdied ir-reżiljenza ekonomika tal-Unjoni, jenħtieġ li jsiru sforzi biex ikun żgurat li sal-2030 ma tkunx dipendenti fuq pajjiż terz wieħed għal aktar minn 65% tal-provvista tagħha ta’ xi materja prima strateġika, mhux ipproċessata u fi kwalunkwe stadju tal-ipproċessar, filwaqt li iżda tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-pajjiżi li magħhom l-Unjoni stabbiliet Sħubija Strateġika dwar il-materja prima li tagħti lok għal aktar assigurazzjonijiet fir-rigward tar-riskji tal-provvista.
(8)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri xierqa li jappoġġaw Proġetti Strateġiċi maħsuba għall-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika fl-Unjoni li għandhom, flimkien mal-isforzi tal-Istati Membri, jikkontribwixxu biex jiżdiedu l-kapaċitajiet favur il-parametri referenzjarji. Miżuri oħra, b’mod partikolari dwar l-esplorazzjoni jew iċ-ċirkolarità, jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex jissaħħu l-istadji differenti tal-katina tal-valur u b’hekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-parametri referenzjarji. Biex ikun żgurat li l-parametri referenzjarji jintlaħqu fil-ħin, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bil-għajnuna tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika (“il-Bord”), issegwi u tirrapporta l-progress tal-parametri referenzjarji. Jekk il-progress rappurtat tal-parametri referenzjarji jkun ġeneralment insuffiċjenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità ta’ miżuri addizzjonali. Nuqqas ta’ progress fuq sett wieħed jew żgħir biss ta’ materja prima strateġika, fil-prinċipju jenħtieġ li ma jwassalx għall-ħtieġa ta’ sforzi addizzjonali tal-Unjoni.
(9)Biex jinbnew il-kapaċitajiet fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Bord, tidentifika Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni li jkunu maħsuba biex isiru attivi fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika. L-appoġġ effettiv għall-Proġetti Strateġiċi għandu l-potenzjal li jtejjeb l-aċċess għall-materjali għas-setturi downstream, u li joħloq opportunitajiet ekonomiċi tul il-katina tal-valur, inkluż għall-SMEs, u jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-impjiegi. Għalhekk, biex ikun żgurat l-iżvilupp ta’ Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, jenħtieġ li tali proġetti jibbenefikaw minn proċeduri tal-permessi simplifikati u prevedibbli, u appoġġ biex jiksbu aċċess għall-finanzjament. Biex l-appoġġ ikun iffokat u jkun żgurat il-valur miżjud tagħhom, jenħtieġ li l-proġetti, qabel ma jirċievu dan l-appoġġ, jiġu analizzati skont sett ta’ kriterji. Jenħtieġ li l-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni għall-materja prima strateġika, juru fattibbiltà teknika biżżejjed u jiġu implimentati b’mod sostenibbli ambjentalment u soċjalment. Jenħtieġ li dawn jipprovdu wkoll benefiċċji transfruntieri lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Kummissjoni tivvaluta li dawn il-kriterji ntlaħqu, jenħtieġ li tippubblika r-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku f’deċiżjoni. Peress li jeħtieġ isir rikonoxximent malajr ħalli tiġi appoġġata b’mod effettiv is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, jenħtieġ li l-proċess tal-valutazzjoni jibqa’ ħafif u mhux peżanti żejjed.
(10)Biex tiġi ddiversifikata l-provvista tal-materja prima strateġika tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Bord, tidentifika Proġetti Strateġiċi f’pajjiżi terzi li jkun beħsiebhom isiru attivi fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima strateġika. Biex ikun żgurat li tali Proġetti Strateġiċi jiġu implimentati b’mod effettiv, jenħtieġ li dawn igawdu aċċess aħjar għall-finanzjament. Biex ikun żgurat il-valur miżjud tagħhom, il-proġetti jenħtieġ li jiġu vvalutati skont sett ta’ kriterji. Bħall-proġetti fl-Unjoni, il-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu jsaħħu s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, juru fattibbiltà teknika biżżejjed u jiġu implimentati b’mod sostenibbli. Għall-proġetti fi swieq emerġenti u fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw, il-proġett jenħtieġ li jkollu benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u għall-pajjiż terz involut u jżid il-valur f’dak il-pajjiż, filwaqt li titqies ukoll il-konsistenza tiegħu mal-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni. Tali valur jista’ jinkiseb bil-kontribut tal-proġett lil aktar minn stadju wieħed tal-katina tal-valur u bil-ħolqien ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjali usa’ permezz tal-proġett, inkluż il-ħolqien tal-impjiegi skont standards internazzjonali. Meta l-Kummissjoni tivvaluta li dawn il-kriterji ntlaħqu, jenħtieġ li tippubblika r-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku f’deċiżjoni.
(11)Biex tkun żgurata s-sostenibbiltà taż-żieda fil-produzzjoni tal-materja prima, il-proġetti ġodda tal-materja prima jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod sostenibbli. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Proġetti Strateġiċi li jirċievu appoġġ skont dan ir-Regolament jiġu vvalutati filwaqt li jitqiesu l-istrumenti internazzjonali li jkopru l-aspetti kollha tas-sostenibbiltà enfasizzati fil-prinċipji tal-UE għall-materja prima sostenibbli, inkluż li jkunu żgurati l-protezzjoni ambjentali, prattiki soċjalment responsabbli, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem bħad-drittijiet tan-nisa, u prattiki kummerċjali trasparenti. Il-proġetti jenħtieġ li jiżguraw ukoll impenn in bona fede u konsultazzjonijiet komprensivi u sinifikanti mal-komunitajiet lokali, inkluż mal-popli indiġeni. Biex il-promoturi tal-proġetti jingħataw mod ċar u effiċjenti biex jikkonformaw ma’ dan il-kriterju, il-konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, mal-istandards, il-linji gwida u l-prinċipji internazzjonali jew il-parteċipazzjoni fi skema taċ-ċertifikazzjoni rikonoxxuta skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titqies biżżejjed.
(12)Kull promotur ta’ proġett tal-materja prima strateġika jenħtieġ li jkun jista’ jitlob lill-Kummissjoni r-rikonoxximent tal-proġett tiegħu bħala Proġett Strateġiku. L-applikazzjoni jenħtieġ li tkun tinkludi diversi dokumenti u evidenza relatati mal-kriterji. Biex tiġi vvalutata aħjar il-vijabbiltà soċjali, ambjentali u ekonomika, il-fattibbiltà tal-proġett, u l-livell ta’ fiduċja fl-istimi, il-promotur tal-proġett jenħtieġ li jipprovdi wkoll klassifikazzjoni tal-proġett skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi, u biex issir validazzjoni oġġettiva, jenħtieġ li jappoġġa din il-klassifikazzjoni b’evidenza rilevanti. Ma’ applikazzjoni, jenħtieġ li tinhemeż ukoll skeda taż-żmien għall-proġett ħalli jiġi stmat meta l-proġett ikun jista’ jikkontribwixxi għall-parametri referenzjarji tal-kapaċità domestika jew tad-diversifikazzjoni. Billi l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġetti tal-estrazzjoni hi kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, jenħtieġ li l-promotur jipprovdi wkoll pjan li jkun fih miżuri li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni pubblika. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lis-sħab soċjali, lis-soċjetà ċivili u lil atturi oħra ta’ sorveljanza. Il-promotur jenħtieġ li jipprovdi wkoll pjan kummerċjali li jipprovdi informazzjoni dwar il-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett u li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-ftehimiet tal-finanzjament u tax-xiri diġà garantiti kif ukoll stimi għall-ħolqien potenzjali tal-impjiegi u għall-ħtiġijiet tal-proġett mil-lat ta’ ħaddiema tal-ħiliet, inkluż it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid.
(13)Biex ikun żgurat it-trattament effettiv u effiċjenti tal-applikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħti prijorità lill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-proġetti relatati ma’ stadji speċifiċi tal-katina tal-valur jew materja prima strateġika sottorappreżentati, biex tkun tista’ tiżgura l-progress bilanċjat tal-Unjoni tal-parametri referenzjarji kollha tal-kapaċità tal-Unjoni inklużi f’dan ir-Regolament.
(14)Peress li hemm bżonn il-kooperazzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun se jiġi implimentat Proġett Strateġiku ħalli tkun żgurata l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkollu d-dritt li joġġezzjona għalih u b’hekk jipprevjeni li proġett jingħata l-istatus ta’ Proġett Strateġiku kontra r-rieda tiegħu. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru rilevanti jenħtieġ li jipprovdi ġustifikazzjoni motivata għar-rifjut tiegħu billi jirreferi għall-kriterji applikabbli. Bl-istess mod, il-Unjoni jenħtieġ li ma tagħtix l-istatus ta’ Proġett Strateġiku lill-proġetti li jkunu se jitwettqu minn pajjiż terz kontra r-rieda tal-gvern tiegħu u għalhekk jenħtieġ li toqgħod lura milli tagħmel dan meta gvern ta’ pajjiż terz joġġezzjona.
(15)Biex ikun evitat l-użu ħażin tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ tħassar id-deċiżjoni inizjali tagħha li tirrikonoxxi proġett bħala strateġiku jekk dan ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet jew jekk ir-rikonoxximent kien ibbażat fuq applikazzjoni b’informazzjoni żbaljata. Qabel ma tkun tista’ tagħmel dan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lill-Bord u tisma’ lill-promotur tal-proġett.
(16)Fid-dawl tal-importanza tagħhom biex tkun żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jitqiesu li huma fl-interess pubbliku. L-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika għandu importanza kruċjali għas-suċċess tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għar-reżiljenza tas-setturi tad-difiża u spazjali. Biex jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika fl-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu appoġġ fil-proċeduri nazzjonali tal-għoti tal-permessi biex jitħaffef it-twettiq tal-Proġetti Strateġiċi f’konformità mal-liġi tal-Unjoni.
(17)Il-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi jiżguraw li l-proġetti tal-materja prima jkunu sikuri, siguri u konformi mar-rekwiżiti ambjentali, soċjali u tas-sikurezza. Il-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni tistabbilixxi kundizzjonijiet komuni għall-proċess u għall-kontenut tal-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi, u b’hekk tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u tippermetti l-użu sostenibbli tal-potenzjal tal-Unjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima. Għalhekk, l-għoti tal-istatus ta’ Proġett Strateġiku jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal xi kundizzjoni tal-permess applikabbli għall-proġetti rilevanti, inkluż dawk stabbiliti fid-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fid-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u fid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(18)Fl-istess ħin, l-imprevedibbiltà, il-kumplessità u, xi drabi, it-tul eċċessiv tal-proċessi nazzjonali tal-għoti tal-permessi jimminaw is-sigurtà tal-investiment meħtieġa għall-iżvilupp effettiv tal-proġetti strateġiċi tal-materja prima. Għalhekk, biex tkun żgurata u mħaffa l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw proċedura tal-permessi simplifikata u prevedibbli għall-Proġetti Strateġiċi. Għal dak il-għan, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jingħataw status ta’ prijorità fil-livell nazzjonali biex ikun żgurat trattament amministrattiv rapidu u trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u ta’ soluzzjoni tat-tilwim kollha relatati magħhom. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jkunx jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jissimplifikaw il-permessi tal-proġetti l-oħra tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika li ma jkunux Proġetti Strateġiċi.
(19)Minħabba r-rwol tagħhom li jiżguraw is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, u l-kontribut tagħhom għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, il-Proġetti Strateġiċi jenħtieġ li jitqiesu mill-awtorità tal-permessi responsabbli li huma fl-interess pubbliku. Il-Proġetti Strateġiċi li jħallu impatt ħażin fuq l-ambjent, sa fejn dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u tad-Direttiva 2009/147/KE jistgħu jiġu awtorizzati meta l-awtorità tal-permessi responsabbli tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni każ b’każ tagħha, li l-interess pubbliku moqdi mill-proġett jisboq dawk l-impatti, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi. Meta rilevanti, il-valutazzjoni każ b’każ jenħtieġ li tqis l-ispeċifiċità ġeoloġika tas-siti tal-estrazzjoni, li tillimita d-deċiżjonijiet dwar il-post.
(20)Biex titnaqqas il-kumplessità u jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza fil-proċess tal-permessi, il-promoturi tal-proġetti tal-materja prima kritika jenħtieġ li jkunu jistgħu jinteraġixxu ma’ awtorità nazzjonali waħda, li tkun responsabbli għall-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-proċess kollu tal-għoti tal-permessi u li, fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi, toħroġ deċiżjoni komprensiva fil-limitu taż-żmien applikabbli. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti waħda. Meta jkun meħtieġ fid-dawl tal-organizzazzjoni interna ta’ Stat Membru, il-kompiti tal-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu delegati lil awtorità differenti, soġġetta għall-istess kundizzjonijiet. Biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tar-responsabbiltajiet tagħha, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu persunal u riżorsi biżżejjed lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom, jew lil awtorità li taġixxi f’isimha.
(21)Biex tkun żgurata ċ-ċarezza dwar l-istatus tal-permessi tal-Proġetti Strateġiċi u tiġi limitata l-effettività ta’ litigazzjoni abbużiva potenzjali, filwaqt li ma tiġix imminata reviżjoni ġudizzjarja effettiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li kull tilwima dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi tissolva mingħajr dewmien. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l-applikanti u l-promoturi tal-proġetti jkollhom aċċess għal proċedura sempliċi tas-soluzzjoni tat-tilwim u li l-Proġetti Strateġiċi jingħataw trattament urġenti fil-proċeduri ġudizzjarji u tas-soluzzjoni tat-tilwim kollha relatati mal-proġetti.
(22)Biex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li stabbilixxa l-Gateway Diġitali Unika, jipprevedi regoli ġenerali għall-provvista online ta’ informazzjoni, ta’ proċeduri u ta’ servizzi tal-assistenza rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u l-proċeduri koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1724. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun żgurat li l-promoturi tal-proġetti tal-Proġett Strateġiku jkunu jistgħu jaċċessaw u jlestu kull proċedura relatata mal-proċess tal-għoti tal-permessi kompletament online, f’konformità mal-Artikolu 6(1) u l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1724.
(23)Biex il-promoturi tal-proġetti u investituri oħra jingħataw is-sigurtà u ċ-ċarezza meħtieġa biex jiżdied l-iżvilupp ta’ Proġett Strateġiku, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-proċess tal-għoti tal-permessi relatat ma’ tali proġetti ma jaqbiżx il-limitu taż-żmien stabbilit minn qabel. Għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ, it-tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi jenħtieġ li ma jkunx iżjed minn sena. Madankollu, għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni, it-tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi, meta jitqiesu l-kumplessità u l-firxa tal-impatti potenzjali involuti, jenħtieġ li jkunx iżjed minn sentejn. Biex dawk il-limiti taż-żmien jintlaħqu b’mod effettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli jkollhom riżorsi u persunal biżżejjed. Bl-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri, meta jitolbuha, fit-tfassil, fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ riformi, inkluż li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva relatata mal-permessi nazzjonali.
(24)Il-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meħtieġa skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-ilma, il-ħabitats u l-għasafar, huma parti integrali mill-proċess tal-għoti tal-permessi tal-proġetti tal-materja prima u huma salvagwardja essenzjali biex tiżgura li l-impatti ambjentali negattivi jiġu evitati jew minimizzati. Iżda biex ikun żgurat li l-proċessi tal-għoti tal-permessi tal-Proġetti Strateġiċi jkunu prevedibbli u fil-ħin, jenħtieġ li jinħataf kull potenzjal ta’ simplifikazzjoni tal-valutazzjonijiet u tal-awtorizzazzjonijiet meħtieġa mingħajr ma jitnaqqar il-livell tal-protezzjoni ambjentali. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li jkun żgurat li l-valutazzjoni meħtieġa tiġi kkombinata biex tevita d-duplikazzjoni bla bżonn u jenħtieġ li jkun żgurat li l-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet responsabbli jaqblu b’mod espliċitu dwar l-ambitu tal-valutazzjoni kkombinata qabel titwettaq ħalli jkun evitat segwitu bla bżonn.
(25)Il-kunflitti dwar l-użu tal-art jistgħu joħolqu ostakli għall-varar tal-proġetti tal-materja prima kritika. Pjanijiet imfassla tajjeb, inkluż pjanijiet spazjali u t-tqassim f’żoni, li jqisu l-potenzjal ta’ implimentazzjoni tal-proġetti tal-materja prima kritika u jiġu vvalutati l-impatti ambjentali potenzjali tagħhom, għandhom il-potenzjal li jgħinu fil-bilanċ bejn il-beni u l-interessi pubbliċi, jitnaqqas ir-riskju ta’ kunflitt u jitħaffef il-varar sostenibbli tal-proġetti tal-materja prima fl-Unjoni. Għalhekk, meta jiżviluppaw il-pjanijiet rilevanti, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli jenħtieġ li jikkunsidraw li jinkludu dispożizzjonijiet għall-proġetti tal-materja prima.
(26)Fl-Unjoni, il-proġetti tal-materja prima kritika spiss isibu diffikultajiet tal-aċċess għall-finanzjament. Is-swieq tal-materja prima kritika spiss ikunu karatterizzati minn volatilità kbira tal-prezzijiet, żminijiet twal tat-tħejjija, konċentrazzjoni qawwija u opaċità. Barra minn hekk, il-finanzjament għas-settur jeħtieġ livell għoli ta’ għarfien espert li ħafna drabi hu nieqes fost l-istituzzjonijiet finanzjarji. Biex jingħelbu dawn il-fatturi u jingħata kontribut li jiżgura provvista stabbli u affidabbli tal-materja prima strateġika, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jgħinu fl-aċċess għall-finanzjament u fl-appoġġ amministrattiv.
(27)Katina tal-valur soda fl-Ewropa tista’ tinbena biss b’mezzi finanzjarji adegwati. Il-Kummissjoni se taħdem mas-sħab tal-implimentazzjoni ta’ InvestEU biex issib modi kif iżżid l-appoġġ għall-investiment f’konformità mal-objettivi komuni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/523 u f’dan ir-Regolament. Iċ-Ċentru ta’ Konsulenza ta’ InvestEU jista’ jgħin biex jinbnew sensiela ta’ proġetti vijabbli.
(28)Biex jingħelbu l-limitazzjonijiet tal-isforzi tal-investimenti pubbliċi u privati li bħalissa ħafna drabi jkunu frammentati u jiġu ffaċilitati l-integrazzjoni u r-redditu fuq l-investiment, jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-banek promozzjonali jikkoordinaw aħjar u joħolqu sinerġiji bejn il-programmi eżistenti tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, u jiżguraw koordinazzjoni u kollaborazzjoni aħjar mal-industrija u l-partijiet ikkonċernati ewlenin tas-settur privat. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi stabbilit sottogrupp apposta fil-Bord li jlaqqa’ flimkien lill-esperti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni kif ukoll tal-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi rilevanti. Dan is-sottogrupp jenħtieġ li jiddiskuti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament individwali tal-Proġetti Strateġiċi u l-possibbiltajiet tal-finanzjament eżistenti tagħhom biex il-promoturi tal-proġetti jingħataw suġġeriment dwar kif l-aħjar li jaċċessaw il-possibbiltajiet tal-finanzjament eżistenti. Meta jiddiskuti u jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-finanzjament tal-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi, il-Bord jenħtieġ li jikkunsidra b’mod partikolari l-istrateġija dwar il-Portal Globali.
(29)L-investiment privat mill-kumpaniji, l-investituri finanzjarji u l-akkwirenti hu essenzjali. Meta l-investiment privat waħdu ma jkunx biżżejjed, l-implimentazzjoni effettiva tal-proġetti tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika jaf tkun teħtieġ l-appoġġ pubbliku, pereżempju fil-forma ta’ garanziji, self jew investimenti tal-ekwità u tal-kważi ekwità. Dan l-appoġġ pubbliku jista’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Tali għajnuna jrid ikollha effett ta’ inċentiv u tkun meħtieġa, xierqa u proporzjonata. Il-linji gwida eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat, li dan l-aħħar saritilhom reviżjoni dettaljata skont l-objettivi tat-tranżizzjoni doppja, jipprovdu biżżejjed possibbiltajiet ta’ appoġġ għall-investimenti tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.
(30)L-appoġġ pubbliku jintuża biex ċerti fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali speċifiċi identifikati jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, u l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jidduplikawx jew jeskludu l-finanzjament privat jew jgħawġu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ ukoll li jkollhom valur miżjud ċar għall-Unjoni.
(31)Il-prezzijiet volatili ta’ diversi tipi ta’ materja prima strateġika, aggravati bil-mezzi limitati tal-iħħeġġjar fis-swieq tal-futur, joħolqu ostaklu kemm għall-promoturi tal-proġetti biex jiżguraw il-finanzjament għall-proġetti tal-materja prima strateġika, u anki għall-konsumaturi downstream li jipprovaw jiżguraw prezzijiet stabbli u prevedibbli għal inputs ewlenin. Bi sforz biex tonqos l-inċertezza dwar il-prezzijiet futuri tal-materja prima strateġika, jeħtieġ jiġi previst l-istabbiliment ta’ sistema li tippermetti lill-akkwirenti interessati u anki lill-promoturi tal-Proġetti Strateġiċi jindikaw l-offerti tagħhom tax-xiri jew tal-bejgħ u li dawn jitlaqqgħu jekk l-offerti rispettivi jkunu potenzjalment kompatibbli.
(32)L-għarfien u l-immappjar eżistenti tal-okkorrenzi tal-materja prima tal-Unjoni kienu ġew żviluppati fi żmien meta ma kinitx prijorità li tkun żgurata l-provvista tal-materja prima kritika għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji strateġiċi. Biex tinkiseb u tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi tal-materja prima kritika, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni ġenerali tal-materja prima kritika, li jenħtieġ li jinkludu miżuri bħall-immappjar tal-minerali, kampanji ġeokimiċi, stħarriġiet ġeoxjentifiċi, u r-riproċessar tas-settijiet tad-data xjentifiċi eżistenti. L-identifikazzjoni tal-okkorrenzi minerali u l-valutazzjoni tal-vijabbiltà teknika u ekonomika tal-estrazzjoni tagħhom jinvolvu kostijiet għoljin. Biex jonqos dak ir-riskju u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-proġetti tal-estrazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni miksuba tul il-programm nazzjonali tal-esplorazzjoni rispettiv tagħhom disponibbli għall-pubbliku, meta xieraq bil-qafas tal-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika stabbilita bid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(33)Id-data u s-servizzi spazjali derivati mill-osservazzjoni tad-dinja jistgħu jappoġġaw l-isforzi għal ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika sostenibbli billi jipprovdu fluss kontinwu tal-informazzjoni, li jaf ikun utli għal attivitajiet bħall-monitoraġġ u l-ġestjoni taż-żoni tal-estrazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjoekonomiku, jew l-esplorazzjoni tar-riżorsi minerali. Peress li l-osservazzjoni tad-dinja tista’ tipprovdi wkoll data dwar żoni remoti u inaċċessibbli, din jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-Istati Membri meta jfasslu u jimplimentaw il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni tagħhom sa fejn ikun possibbli.
(34)Għalkemm it-tisħiħ tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika tal-Unjoni hu meħtieġ biex niżguraw aktar sigurtà tal-provvista, il-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika se jibqgħu dinjin u esposti għal fatturi esterni. Avvenimenti riċenti jew attwali, fosthom il-kriżi tal-COVID-19 u l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna ħarġu fid-dieher il-vulnerabbiltà ta’ wħud mill-ktajjen tal-provvista tal-Unjoni għat-tfixkil. Biex ikun żgurat li l-Istati Membri u l-industriji Ewropej ikunu jistgħu jantiċipaw it-tfixkil fil-provvista u jkunu ppreparati biex jifilħu l-konsegwenzi tagħhom, jenħtieġ li jiġu żviluppati miżuri li jżidu l-kapaċità tal-monitoraġġ, jikkoordinaw l-istokkijiet strateġiċi u jsaħħu t-tħejjija tal-kumpaniji.
(35)Fost l-Istati Membri m’hemmx l-istess kapaċità ta’ għarfien u antiċipazzjoni tar-riskji, u mhux l-Istati Membri kollha żviluppaw strutturi apposta biex jimmonitorjaw il-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika u jistgħu jinfurmaw lill-kumpaniji dwar ir-riskji potenzjali ta’ tfixkil fil-provvista. Bl-istess mod, għalkemm xi kumpaniji investew fil-monitoraġġ tal-ktajjen tal-provvista tagħhom, oħrajn ma għandhomx il-kapaċità li jagħmlu dan. Għalhekk, fid-dawl tad-dimensjoni dinjija tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima kritika u minħabba l-kumplessità tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa għodda apposta tal-monitoraġġ li tivvaluta r-riskji tal-provvista tal-materja prima kritika u tiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni miġbura għall-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi privati, u b’hekk iżżid is-sinerġiji fost l-Istati Membri. Biex ikun żgurat li l-ktajjen tal-valur tal-Unjoni jkunu ppreparati biżżejjed għat-tfixkil potenzjali fil-provvista, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq testijiet tal-istress li jivvalutaw il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima strateġika u l-esponiment tagħhom għar-riskji tal-provvista. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu għal dan l-eżerċizzju billi, meta possibbli, iwettqu dawk it-testijiet tal-istress permezz tal-aġenziji nazzjonali tagħhom tal-provvista u tal-informazzjoni li jkopru l-materja prima kritika. Il-Bord jenħtieġ li jiżgura l-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Meta l-ebda Stat Membru ma jkollu l-kapaċità biex iwettaq xi test tal-istress meħtieġ fuq materja prima strateġika partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettqu hija stess. Meta r-riżultati ta’ dawk it-testijiet tal-istress ikunu qed isiru disponibbli għall-pubbliku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissuġġerixxi wkoll strateġiji potenzjali li jistgħu jadottaw l-awtoritajiet pubbliċi u l-atturi privati biex itaffu r-riskji tal-provvista, bħall-ġbir ta’ stokkijiet strateġiċi jew aktar diversifikazzjoni tal-provvista tagħhom. Għall-fini tal-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex isiru l-miżuri tal-monitoraġġ u tat-testijiet tal-istress, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkoordina mas-sottogrupp permanenti rilevanti tal-Bord u l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw u jimmonitorjaw l-operaturi tas-suq ewlenin li huma importanti għall-funzjonament tal-katina tal-valur. Meta l-ebda membru tas-sottogrupp permanenti ma jkollu l-kapaċità jwettaq test tal-istress meħtieġ fuq materja prima strateġika partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettqu hija stess.
(36)L-istokkijiet strateġiċi huma għodda importanti biex jittaffa t-tfixkil fil-provvista, b’mod partikolari tal-materja prima. Għalkemm l-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku propost jippermetti l-iżvilupp possibbli ta’ tali stokkijiet fil-każ tal-attivazzjoni tal-modalità ta’ viġilanza tas-Suq Uniku, l-Istati Membri u l-kumpaniji ma għandhomx obbligi li jiġbru jew jikkoordinaw l-istokkijiet strateġiċi tagħhom qabel tfixkil fil-provvista. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda mekkaniżmu tal-koordinazzjoni madwar l-Unjoni Ewropea li jippermetti l-iżvilupp ta’ valutazzjoni komuni u ta’ analiżi tad-duplikazzjonijiet u tas-sinerġiji potenzjali. Għalhekk, bħala l-ewwel pass, u filwaqt li jitqies in-nuqqas attwali ta’ informazzjoni rilevanti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-istokkijiet strateġiċi tagħhom, sew jekk operati minn awtoritajiet pubbliċi u sew jekk operaturi ekonomiċi f’isem l-Istati Membri. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun tinkludi l-livell ta’ stokk disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, il-perspettiva tal-livelli tal-istokkijiet, u r-regoli u l-proċeduri applikabbli għal dawk l-istokkijiet. Kull talba jenħtieġ li tkun proporzjonata, tqis il-kost u l-isforz meħtieġ biex id-data ssir disponibbli kif ukoll l-impatt tagħha fuq is-sigurtà nazzjonali, u tistabbilixxi skadenzi xierqa għall-għoti tal-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni dwar l-istokkijiet tal-operaturi ekonomiċi tista’ tiżdied mal-analiżi, iżda din ma tfissirx talba għal informazzjoni dwarhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta d-data b’mod sigur, u tippubblika biss informazzjoni fuq livell aggregat. Bħala t-tieni pass, abbażi tal-informazzjoni miksuba, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa abbozz ta’ parametru referenzjarju għal dak li jrid jitqies livell sigur ta’ stokkijiet tal-Unjoni, filwaqt li jitqies il-konsum annwali totali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika kkonċernata. Abbażi ta’ paragun bejn l-istokkijiet eżistenti u l-livelli ġenerali tal-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika madwar l-Unjoni, il-Bord, li jaġixxi bi qbil mal-Kummissjoni, imbagħad jenħtieġ li jkun jista’ joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jżidu l-konverġenzi u biex iħeġġiġhom jiġbru l-istokkijiet strateġiċi tagħhom. Meta jagħmel dan, il-Bord jenħtieġ li jikkunsidra l-ħtieġa li jinżammu inċentivi għall-iżvilupp ta’ stokkijiet strateġiċi minn operaturi privati li jużaw il-materja prima strateġika.
(37)Biex tkun żgurata aktar koordinazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-konsultazzjoni meħtieġa qabel il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’fora internazzjonali fejn jistgħu jiġu diskussi tali stokkijiet strateġiċi, b’mod partikolari mis-sottogrupp permanenti dedikat tal-Bord. Bl-istess mod, biex tiżdied il-kumplimentarjetà bejn din il-proposta u strumenti orizzontali jew speċifiċi għal suġġetti oħra, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-informazzjoni miġbura u aggregata tingħadda lill-mekkaniżmi ta’ viġilanza jew ta’ governanza tal-kriżijiet, bħall-grupp konsultattiv propost tal-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku, il-Bord Ewropew dwar is-Semikondutturi tal-Att propost dwar iċ-Ċipep, il-Bord tal-HERA jew il-Bord għall-Kriżijiet tas-Saħħa.
(38)Biex ikun żgurat li jkunu ppreparati biżżejjed biex jiffaċċjaw tfixkil fil-provvista, il-kumpaniji l-kbar li jimmanifatturaw teknoloġiji strateġiċi fl-Unjoni b’materja prima strateġika jenħtieġ li jawditjaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom u jirrapportaw kif xieraq lill-bord tad-diretturi tagħhom. Dan se jiżgura li dawn iqisu r-riskji tal-provvista tal-materja prima strateġika u jiżviluppaw strateġiji xierqa tal-mitigazzjoni biex ikunu ppreparati aħjar f’każ ta’ tfixkil fil-provvista. Bl-istess mod, il-kumpaniji l-kbar li jaqgħu f’dan il-kamp ta’ applikazzjoni jenħtieġ li jwettqu testijiet tal-istress regolari tal-ktajjen tal-provvista tal-materja prima strateġika tagħhom biex jiżguraw li jqisu x-xenarji differenti kollha li jistgħu jolqtu l-provvista tagħhom f’każ ta’ tfixkil. Dawn il-miżuri se jwasslu biex il-kostijiet tar-riskji potenzjali tal-provvista jingħataw aktar kunsiderazzjonijiet.
(39)Ħafna swieq tal-materja prima strateġika mhumiex trasparenti għalkollox u huma kkonċentrati fuq in-naħa tal-provvista, u dan iżid is-saħħa tan-negozjar lill-bejjiegħa u jżid il-prezzijiet lix-xerrejja. Biex tgħin ħalli jorħsu l-prezzijiet għall-impriżi stabbiliti fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sistema li tkun kapaċi taggrega d-domanda tax-xerrejja interessati. Meta tiżviluppa dik is-sistema, l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-esperjenza miksuba fi sforzi simili, b’mod partikolari fir-rigward tax-xiri konġunt tal-gass kif stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill 2022/2576. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll f’din is-sistema biex jiġbru l-istokkijiet strateġiċi tagħhom. Il-miżuri kollha f’dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.
(40)Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u l-istokkijiet strateġiċi inklużi f’dan ir-Regolament ma jinvolvux l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali u ma jissostitwux il-mekkaniżmi eżistenti. L-inċentivi tal-monitoraġġ u t-tħejjija għar-riskji jenħtieġ li jkunu konformi mal-istrumenti Ewropej. Għalhekk, l-istrumenti bħall-proposta tal-Istrument għall-Emerġenzi fis-Suq Uniku maħsuba biex jantiċipaw, itaffu u jirrispondu għall-kriżijiet li jolqtu l-funzjonament tas-Suq Uniku jew ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni, xorta jistgħu japplikaw għall-materja prima kritika u strateġika f’każ ta’ kriżi jew theddida sal-punt li dawk il-materjali jkunu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-istrumenti. Il-kumplimentarjetà u l-koerenza bejn dan ir-Regolament u l-istrumenti tal-kriżi jenħtieġ li jkunu żgurati bi skambju tal-informazzjoni.
(41)Ħafna mill-materja prima kritika hi metalli, li fil-prinċipju jistgħu jiġu riċiklati kontinwament, iżda l-kwalitajiet xi drabi jiddeterjoraw. Dan joffri l-potenzjal li nersqu lejn ekonomija tassew ċirkolari fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika. Wara l-fażi tal-bidu ta’ tkabbir malajr fid-domanda għall-materja prima kritika għal teknoloġiji ġodda, meta l-estrazzjoni u l-ipproċessar primarji xorta se jkunu jikkostitwixxu s-sors predominanti, ir-riċiklaġġ jenħtieġ li jsir dejjem aktar importanti u jnaqqas il-ħtieġa ta’ estrazzjoni primarja u l-impatti assoċjati tagħha. Illum, iżda, ir-rati tar-riċiklaġġ ta’ ħafna mill-materja prima kritika huma baxxi, u s-sistemi u t-teknoloġiji tar-riċiklaġġ spiss ma jkunux adattati għall-ispeċifiċitajiet ta’ din il-materja prima. Għalhekk jeħtieġ tittieħed azzjoni li tindirizza l-fatturi differenti li jżommu lura l-potenzjal taċ-ċirkolarità.
(42)L-Istati Membri għandhom kompetenzi importanti fil-qasam taċ-ċirkolarità, pereżempju fil-qasam tas-sistemi tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart. Jenħtieġ li dawn jintużaw biex jiżdiedu r-rati tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-flussi tal-iskart b’potenzjal qawwi ta’ rkupru ta’ materja prima kritika, billi jintużaw pereżempju inċentivi finanzjarji bħal skontijiet, għotjiet monetarji jew sistemi ta’ rifużjoni tad-depożiti. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jagħmlu differenza bħala xerrejja tal-materja prima kritika u tal-prodotti li jkun fihom din il-materja prima kritika, u l-programmi nazzjonali tar-riċerka u tal-innovazzjoni jenħtieġ li jipprovdu riżorsi sinifikanti biex jiżdiedu l-istat tal-għarfien u t-teknoloġija għaċ-ċirkolarità tal-materja prima kritika kif ukoll l-effiċjenza tal-materjali. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni billi jtejbu d-disponibbiltà tal-informazzjoni u jindirizzaw l-ostakli legali, ekonomiċi u tekniċi. Soluzzjoni oħra possibbli li l-Istati Membri jenħtieġ li jeżaminaw hi mekkaniżmi tal-kondiviżjoni tar-riskji bejn l-operaturi u l-Istat Membru li jippromwovu l-irkupru minn faċilitajiet tal-iskart magħluqa.
(43)L-Unjoni għandha legat ta’ estrazzjoni tal-materja prima f’ħafna mir-reġjuni tagħha, u għalhekk għandha ammonti sostanzjali ta’ skart tal-estrazzjoni f’faċilitajiet magħluqa li, billi l-importanza ekonomika tagħhom żdiedet biss dan l-aħħar, b’mod ġenerali qatt ma ġew mistħarrġa għall-potenzjal tal-materja prima kritika. L-irkupru tal-materja prima kritika mill-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni għandu l-potenzjal li joħloq valur ekonomiku u impjiegi fir-reġjuni storiċi tal-estrazzjoni, li spiss huma affettwati mid-deindustrijalizzazzjoni u t-tnaqqis. In-nuqqas ta’ attenzjoni għall-kontenut tal-materja prima kritika, u l-informazzjoni dwaru, speċjalment fil-faċilitajiet tal-iskart magħluqa, hu ostaklu ewlieni biex ikun jista’ jinħataf iżjed il-potenzjal tal-materja prima kritika fl-iskart tal-estrazzjoni.
(44)L-irkupru tal-materja prima kritika mill-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni jenħtieġ li jkun parti mill-valorizzazzjoni tal-faċilitajiet tal-iskart rilevanti. Id-Direttiva 2006/21/KE tistabbilixxi rekwiżiti għoljin tal-protezzjoni ambjentali u tas-saħħa tal-bniedem għall-immaniġġjar tal-iskart tal-industrija tal-estrazzjoni. Filwaqt li dawn ir-rekwiżiti għoljin jenħtieġ li jinżammu, jixraq jiġu stabbiliti miżuri addizzjonali biex jiġi massimizzat l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni.
(45)L-operaturi eżistenti u ġodda tal-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni jenħtieġ li jwettqu studju preliminari ta’ valutazzjoni ekonomika dwar l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni preżenti fis-sit u minn dan l-iskart li jkun qed jiġi ġġenerat. F’konformità mal-ġerarkija tal-iskart stabbilita fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart li fih materja prima kritika, billi tiġi estratta l-materja prima kritika mill-volum estratt qabel ma jsir skart. Fit-tiswir ta’ dan l-istudju, l-operaturi jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa, inkluż il-konċentrazzjonijiet u l-kwantitajiet tal-materja prima kritika fl-iskart tal-estrazzjoni, u jwettqu valutazzjoni ta’ diversi alternattivi fir-rigward tal-proċessi, l-operazzjonijiet jew l-arranġamenti kummerċjali li jistgħu jippermettu rkupru ekonomikament vijabbli tal-materja prima kritika. Dan l-obbligu jiżdied mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2006/21/KE u l-liġijiet nazzjonali li jittrasponuh u li huwa applikabbli direttament. Waqt l-implimentazzjoni tiegħu, l-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jipprovaw inaqqsu kemm jista’ jkun il-piż amministrattiv u jintegraw il-proċeduri sa fejn ikun possibbli.
(46)Biex jiġi indirizzat in-nuqqas attwali tal-informazzjoni dwar il-potenzjal tal-materja prima kritika tal-faċilitajiet magħluqa tal-iskart tal-estrazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu bażi tad-data bl-informazzjoni kollha rilevanti għall-promozzjoni tal-irkupru, b’mod partikolari l-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet tal-materja prima kritika fil-faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni skont r-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li ssir disponibbli għall-pubbliku u b’format faċli għall-utent u diġitali, ħalli jingħata aċċess għal informazzjoni teknika aktar dettaljata. Biex jiżdied l-aċċess għall-informazzjoni li jkun faċli għall-utent, l-Istati Membri jenħtieġ li pereżempju jipprovdu punt ta’ kuntatt biex isir skambji aktar dettaljat mal-iżviluppaturi potenzjali ta’ proġetti tal-irkupru tal-materja prima kritika. Il-bażi tad-data jenħtieġ li tkun imfassla b’tali mod li tippermetti lill-promoturi potenzjali tal-proġetti jidentifikaw faċilment il-faċilitajiet b’potenzjal qawwi ta’ rkupru ekonomikament vijabbli. Biex jiffukaw ir-riżorsi limitati, l-Istati Membri jenħtieġ li jħaddmu approċċ gradwali fil-ġbir tal-informazzjoni, u l-passi tal-ġbir tal-informazzjoni li huma aktar impenjattivi jwettquhom biss għall-aktar faċilitajiet promettenti. L-attivitajiet tal-ġbir tal-informazzjoni jenħtieġ li jkunu mmirati biex jipprovdu informazzjoni eżatta u rappreżentattiva dwar il-faċilitajiet tal-iskart tal-estrazzjoni u biex jiksbu l-aħjar indikazzjoni possibbli tal-potenzjal tal-irkupru tal-materja prima kritika.
(47)Il-kalamiti permanenti huma inkorporati f’varjetà wiesgħa ta’ prodotti, u t-turbini eoliċi u l-vetturi elettriċi jkunu l-aktar applikazzjonijiet importanti u li qed jikbru malajr, bħal prodotti oħra fosthom apparati tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, ir-robots industrijali, il-mezzi tat-trasport ħfief, il-ġeneraturi tat-tkessiħ, il-pompi tas-sħana, il-muturi elettriċi, il-pompi elettriċi industrijali, il-magni tal-ħasil awtomatiċi, it-tumble dryers, il-microwaves, il-vacuum cleaners u l-magni tal-ħasil tal-platti li fihom ammonti sinifikanti li jeħtieġ jiġu rkuprati. Ħafna mill-kalamiti permanenti, speċjalment it-tipi l-aktar performanti, fihom ċerta materja prima kritika, bħan-neodimju, il-praseodimju, id-disprożju u t-terbju, il-boron, is-samarju, in-nikil jew il-kobalt. Ir-riċiklaġġ tagħhom hu possibbli iżda llum qed isir biss fl-Unjoni fuq skala żgħira jew fil-kuntest ta’ proġetti tar-riċerka. Għalhekk jenħtieġ li l-kalamiti permanenti jkunu prodott ta’ prijorità biex tiżdied iċ-ċirkolarità.
(48)Prekundizzjoni għar-riċiklaġġ effettiv tal-kalamiti hi li r-riċiklaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammont, it-tip u l-kompożizzjoni kimika tal-kalamiti fi prodott, il-post fejn jinsabu u l-kisi, il-kolol u l-addittivi użati, kif ukoll informazzjoni dwar kif il-kalamiti permanenti jistgħu jitneħħew mill-prodott. Barra minn hekk, biex ikun żgurat interess kummerċjali għar-riċiklaġġ tal-kalamiti, il-kalamiti permanenti inkorporati fi prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li, maż-żmien, ikun fihom ammont dejjem akbar ta’ materjali riċiklati. Filwaqt li tingħata t-trasparenza dwar il-kontenut riċiklat fl-ewwel stadju, jenħtieġ li jiġi stabbilit kontenut minimu ta’ kontenut riċiklat wara valutazzjoni apposta fil-livell xieraq u l-impatti probabbli.
(49)Il-materja prima kritika mibjugħa fis-suq tal-Unjoni spiss tiġi ċċertifikata fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-produzzjoni u tal-katina tal-provvista tagħha. Iċ-ċertifikazzjoni tista’ tinkiseb fil-kuntest ta’ firxa wiesgħa ta’ skemi taċ-ċertifikazzjoni pubbliċi u privati disponibbli b’ambiti u strettezzi differenti, li joħolqu l-potenzjal ta’ konfużjoni rigward in-natura u l-veraċità tal-asserzjonijiet magħmula dwar is-sostenibbiltà relattiva tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni abbażi ta’ tali ċertifikazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jirrikonoxxu l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jenħtieġ li jitqiesu bħala komprensivi u affidabbli, u li jipprovdu bażi komuni għall-awtoritajiet u għall-parteċipanti fis-suq biex jagħmlu valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika. Ir-rikonoxximent jenħtieġ li jingħata biss lill-iskemi taċ-ċertifikazzjoni li jkopru firxa wiesgħa ta’ aspetti tas-sostenibbiltà, fosthom il-protezzjoni ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem inkluż id-drittijiet tax-xogħol u t-trasparenza kummerċjali, u li fihom dispożizzjonijiet għal verifika indipendenti u monitoraġġ tal-konformità minn partijiet terzi. Biex ikunu żgurati proċeduri effiċjenti, jenħtieġ li l-promoturi tal-proġetti li japplikaw biex jiġu rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi jitħallew jistrieħu fuq il-parteċipazzjoni fi skema rikonoxxuta biex juru li l-proġett tagħhom ikun qed jiġi implimentat b’mod sostenibbli.
(50)Il-produzzjoni tal-materja prima kritika fi stadji differenti tal-katina tal-valur tikkaġuna impatti ambjentali, fuq il-klima, l-ilma, il-fawna jew il-flora. Biex tiġi limitata tali ħsara u tiġi inċentivata l-produzzjoni ta’ materja prima kritika aktar sostenibbli, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tiżviluppa sistema għall-kalkolu tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, inkluż proċess ta’ verifika, biex tiżgura li l-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni turi pubblikament l-informazzjoni dwar dik l-impronta. Is-sistema jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kunsiderazzjoni ta’ metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi u standards internazzjonali rilevanti fil-qasam tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Ir-rekwiżit li tiġi ddikjarata l-impronta ambjentali ta’ materjal jenħtieġ li japplika biss meta jkun ġie konkluż, abbażi ta’ valutazzjoni apposta, li dan jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni billi jiffaċilita l-akkwist tal-materja prima kritika b’impronta ambjentali aktar baxxa u ma jaffettwax b’mod sproporzjonat il-flussi kummerċjali. Meta jkunu ġew adottati l-metodi tal-kalkolu rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa klassijiet tal-prestazzjoni għall-materja prima kritika, u b’hekk tippermetti lix-xerrejja potenzjali jqabblu faċilment l-impronta ambjentali relattiva tal-materjali disponibbli u jmexxu s-suq lejn materjali aktar sostenibbli. Il-bejjiegħa tal-materja prima kritika jenħtieġ li jiżguraw li d-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali tkun disponibbli għall-klijenti tagħhom. It-trasparenza dwar l-impronta relattiva tal-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni tista’ tippermetti wkoll politiki oħra fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, bħal inċentivi jew kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiċi, li jippromwovu l-produzzjoni tal-materja prima kritika b’impatti ambjentali aktar baxxi.
(51)Il-metodi tal-Impronta Ambjentali jikkostitwixxu bażi rilevanti għall-iżvilupp tar-regoli tal-kalkolu. Dawn jiddependu fuq metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi li jqisu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u jkopru l-impatti ambjentali, inkluż it-tibdil fil-klima u l-impatti relatati mal-ilma, l-arja, il-ħamrija, ir-riżorsi, l-użu tal-art u t-tossiċità.
(52)Jenħtieġ li jkun żgurat li l-operaturi responsabbli jivvalutaw il-konformità tal-prodotti jew tal-materjali tagħhom mar-rekwiżiti biex itejbu ċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti u dwar id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika qabel ma jqegħduhom fis-suq u li dawk ir-rekwiżiti jiġu infurzati b’mod effettiv mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Id-dispożizzjonijiet dwar il-konformità u s-sorveljanza tas-suq stabbiliti skont ir-Regolament 2019/1020 u r-Regolament (UE) 2023/xxx [OP: please insert reference to ESPR], tfasslu biex jindirizzaw din l-isfida u għalhekk jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dawk ir-rekwiżiti. Biex ikun żgurat ukoll l-aqwa użu tal-oqfsa eżistenti, jenħtieġ li jkun żgurat li għall-prodotti soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament 2018/858 jew ir-Regolament 168/2013, il-konformità tiġi infurzata bis-sistema eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip.
(53)Kif previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni jenħtieġ li titlob lil organizzazzjoni Ewropea waħda jew aktar tal-istandardizzazzjoni biex tabbozza standards Ewropej li jappoġġaw l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.
(54)L-Unjoni kkonkludiet Sħubijiet Strateġiċi li jkopru l-materja prima ma’ pajjiżi terzi biex timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2020 dwar il-Materja Prima Kritika. Biex tiġi ddiversifikata l-provvista, dawn l-isforzi jenħtieġ li jissoktaw. Biex jiġi żviluppat u żgurat qafas koerenti għall-konklużjoni tas-sħubijiet futuri, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, bħala parti mill-interazzjoni tagħhom fuq il-Bord, jenħtieġ li jiddiskutu u jiżguraw koordinazzjoni, fost l-oħrajn, dwar jekk is-sħubijiet eżistenti jilħqux l-għanijiet maħsuba, il-prijoritizzazzjoni tal-pajjiżi terzi għal sħubijiet ġodda, il-kontenut ta’ tali sħubijiet, u l-koerenza u s-sinerġiji potenzjali tagħhom bejn il-kooperazzjoni bilaterali tal-Istati Membri mal-pajjiżi terzi rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku mas-swieq emerġenti u l-ekonomiji li qed jiżviluppaw, b’koerenza mal-istrateġija tagħha dwar il-Portal Globali, li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-katina tal-provvista tal-materja prima tagħha u jżidu l-valur tal-produzzjoni f’dawn il-pajjiżi.
(55)Biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ kompiti relatati mal-iżvilupp ta’ Proġetti Strateġiċi u l-finanzjament, il-programmi tal-esplorazzjoni, il-kapaċitajiet tal-monitoraġġ jew l-istokkijiet strateġiċi tagħhom u biex il-Kummissjoni tingħata pariri xierqa, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika. Jenħtieġ li l-Bord ikun magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, filwaqt li jkun jista’ jiżgura l-parteċipazzjoni ta’ partijiet oħra bħala osservaturi. Biex jiġi żviluppat l-għarfien espert meħtieġ għall-implimentazzjoni ta’ ċerti kompiti, il-Bord jenħtieġ li jistabbilixxi sottogruppi permanenti dwar il-finanzjament, l-esplorazzjoni, il-monitoraġġ u l-istokkijiet strateġiċi, li jenħtieġ li jaġixxu bħala network billi jiġbru flimkien lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti differenti u, meta meħtieġ, jikkonsultaw lill-industrija, lill-akkademja, lis-soċjetà ċivili u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Jenħtieġ li l-pariri u l-opinjonijiet tal-Bord ma jkunux vinkolanti u n-nuqqas ta’ tali parir jew opinjoni jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Kummissjoni milli twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament.
(56)In-nuqqas ta’ progress favur l-objettivi, inkluż il-parametri referenzjarji tal-kapaċità u tad-diversifikazzjoni, jista’ jindika l-bżonn li jiġu adottati miżuri addizzjonali. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja l-progress favur dawk l-objettivi.
(57)Biex il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri jinżamm minimu, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati l-obbligi differenti tar-rappurtar u l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa mudell biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar tagħhom dwar il-proġetti, l-esplorazzjoni, il-monitoraġġ jew l-istokkijiet strateġiċi f’dokument uniku ppubblikat b’mod regolari, li jista’ jkun kunfidenzjali jew ristrett.
(58)Biex tkun żgurata kooperazzjoni ta’ fiduċja u kostruttiva tal-awtoritajiet kompetenti fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali, il-partijiet kollha involuti fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tad-data li jiksbu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, l-uffiċjali tagħhom, l-impjegati taċ-ċivil u persuni oħra li jaħdmu bis-superviżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet, u l-uffiċjali u l-impjegati taċ-ċivil ta’ awtoritajiet oħra tal-Istati Membri jenħtieġ li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni miksuba jew skambjata minnhom skont dan ir-Regolament u tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Dan jenħtieġ li japplika wkoll għall-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika. Id-data jenħtieġ li tiġi ttrattata u maħżuna f’ambjent sigur.
(59)Meta tkun se tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa waqt it-tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ekwa fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.
(60)Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’: (a) l-ispeċifikazzjoni tal-mudelli li jridu jintużaw għall-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-Proġetti Strateġiċi, ir-rapporti tal-progress relatati mal-Proġetti Strateġiċi, il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni, u r-rappurtar tal-Istati Membri relatat mal-esplorazzjoni, il-monitoraġġ, l-istokkijiet strateġiċi u ċ-ċirkolarità; (b) l-ispeċifikazzjoni ta’ liema prodotti, komponenti u flussi tal-iskart għandhom jitqiesu li għandhom potenzjal kbir ta’ rkupru tal-materja prima kritika; u (c) id-determinazzjoni tal-kriterji u l-applikazzjoni tagħhom għar-rikonoxximent tal-iskemi relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(61)Biex ikun żgurat li l-obbligi imposti skont dan ir-Regolament jiġu rrispettati, b’mod partikolari rigward il-fatt li jkunu jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn, il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-obbligu tagħhom, inkluż dwar it-tħejjija għar-riskju, ir-rappurtar tal-proġetti u l-informazzjoni dwar ir-riċiklabbiltà, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali. Għalhekk, fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jeħtieġ jistabbilixxu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.
(62)Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, tal-effettività, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri oħra possibbli. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-progress għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż il-parametri referenzjarji tal-kapaċità u tad-diversifikazzjoni. Ir-rapport, abbażi tal-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mat-trasparenza tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, jenħtieġ li jivvaluta wkoll l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi relatati mal-impronta ambjentali.
(63)Sal-punt li xi waħda mill-miżuri previsti f’dan ir-Regolament tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, id-dispożizzjonijiet dwar dawk il-miżuri huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.
(64)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jitjieb il-funzjonament tas-suq intern billi jiġi stabbilit qafas li jiżgura l-aċċess tal-Unjoni għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Kapitolu 1
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett u objettivi
1.Dan ir-Regolament għandu l-objettiv ġenerali li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas li jiżgura l-aċċess tal-Unjoni għal provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika.
2.Biex jilħaq l-objettiv ġenerali msemmi fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament jimmira li:
(a)isaħħaħ l-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika biex jiżgura li l-kapaċitajiet tal-Unjoni sal-2030 għal kull materja prima strateġika jkunu żdiedu b’mod sinifikanti u biex, b’mod ġenerali, il-kapaċità tal-Unjoni toqrob lejn jew tilħaq il-parametri referenzjarji li ġejjin:
(i)il-kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni tkun tista’ testratta l-minerali jew il-konċentrati meħtieġa biex tipproduċi mill-anqas 10% tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika, sal-punt li r-riżervi tal-Unjoni jippermettu dan;
(ii)il-kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tal-ipproċessar, tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 40% tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika;
(iii)il-kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni, inkluż għall-istadji intermedji kollha tar-riċiklaġġ, tkun tista’ tipproduċi mill-anqas 15% tal-konsum annwali tal-Unjoni tal-materja prima strateġika.
(b)jiddiversifika l-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-materja prima strateġika biex jiżgura li l-konsum annwali tal-Unjoni sal-2030 ta’ kull materja prima strateġika fi kwalunkwe stadju rilevanti tal-ipproċessar ikun jista’ jistrieħ fuq importazzjonijiet minn diversi pajjiżi terzi, li l-ebda wieħed minnhom ma jipprovdi aktar minn 65% tal-konsum annwali tal-Unjoni;
(c)itejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li timmonitorja u ttaffi r-riskju tal-provvista relatat mal-materja prima kritika;
(d)jiżgura l-moviment liberu tal-materja prima kritika u tal-prodotti li fihom il-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, billi jtejjeb iċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà tagħhom.
3.Meta, abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 42, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Unjoni aktarx ma tilħaqx l-objettivi stabbiliti fil-paragrafu 2, din għandha tivvaluta l-fattibbiltà u l-proporzjonalità li tipproponi miżuri jew li teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni biex tiżgura li jintlaħqu dawk l-objettivi.
4.Il-Kummissjoni għandha tqis l-objettivi u l-parametri referenzjarji stabbiliti fil-paragrafu 2(a)(iii), bħala prijoritajiet relatati tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4)(a)(i) tar-Regolament XX/XXXX [OP please insert: the Ecodesign for Sustainable Products Regulation], meta tkun qed tħejji r-rekwiżiti tal-ekodisinn li jtejbu l-aspetti tal-prodott li ġejjin: id-durabbiltà, ir-riużabbiltà, ir-riparabbiltà, l-użu tar-riżorsi jew l-effiċjenza tar-riżorsi, il-possibbiltà ta’ rimanifattura u riċiklaġġ, il-kontenut riċiklat u l-possibbiltà ta’ rkupru tal-materjali.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)“materja prima” tfisser sustanza fi stat ipproċessat jew mhux ipproċessat użata bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali, minbarra sustanzi użati b’mod predominanti bħala ikel, għalf jew fjuwil tal-kombustjoni;
(2)“materja prima kritika” tfisser il-materja prima kif definit fl-Artikolu 4;
(3)“materja prima strateġika” tfisser il-materja prima kif definit fl-Artikolu 3;
(4)“katina tal-valur tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha involuti fl-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ ta’ materja prima;
(5)“esplorazzjoni” tfisser l-attivitajiet kollha mmirati għall-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal-proprjetajiet ta’ okkorrenzi minerali;
(6)“estrazzjoni” tfisser l-estrazzjoni primarja ta’ minerali u prodotti tal-pjanti mis-sors oriġinali tagħhom, inkluż minn okkorrenza minerali taħt l-art, okkorrenza minerali taħt l-ilma, salmura tal-baħar u siġar;
(7)“kapaċità tal-estrazzjoni tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-estrazzjoni għall-minerali, il-prodotti mill-pjanti u l-konċentrati b’materja prima strateġika, inkluż l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;
(8)“riżervi” tfisser l-okkorrenzi minerali kollha li jkunu ekonomikament vijabbli għall-estrazzjoni;
(9)“ipproċessar” tfisser il-proċessi fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi kollha involuti fit-trasformazzjoni ta’ materja prima minn minerali, prodotti mill-pjanti jew skart f’metalli puri, ligi jew forom oħra użabbli ekonomikament;
(10)“kapaċità tal-ipproċessar tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volumi massimi annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar għall-materja prima strateġika, għajr l-operazzjonijiet li jkun hemm tipikament fis-sit tal-estrazzjoni jew qribu, fl-Unjoni;
(11)“riċiklaġġ” tfisser operazzjoni tal-irkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi, għall-iskopijiet oriġinali jew għal skopijiet oħra;
(12)“kapaċità tar-riċiklaġġ tal-Unjoni” tfisser aggregat tal-volum massimu annwali tal-produzzjoni tal-operazzjonijiet tar-riċiklaġġ għall-materja prima strateġika, inkluż l-issortjar u t-trattament minn qabel tal-iskart u l-ipproċessar tiegħu f’materja prima sekondarja, fl-Unjoni;
(13)“konsum annwali tal-materja prima strateġika” tfisser aggregat tal-ammont tal-materja prima strateġika kkonsmata mill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni f’forma pproċessata, għajr il-materja prima strateġika inkorporata fi prodotti intermedji jew finali mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;
(14)“riskju tal-provvista” tfisser riskju tal-provvista kif ikkalkulat skont l-Anness II;
(15)“proġett tal-materja prima” tfisser faċilità ppjanata, jew estensjoni jew adattament sinifikanti ppjanat ta’ faċilità eżistenti, li huma attivi fl-estrazzjoni, fl-ipproċessar jew fir-riċiklaġġ tal-materja prima;
(16)“akkwirent” tfisser impriża li tkun għamlet fi ftehim tax-xiri ma’ promotur tal-proġett;
(17)“ftehim tax-xiri” tfisser ftehim kuntrattwali bejn impriża u promotur tal-proġett li jkun fih impenn min-naħa tal-impriża li takkwista sehem mill-materja prima prodotta minn proġett speċifiku tal-materja prima tul ċertu perjodu taż-żmien, jew impenn min-naħa tal-promotur tal-proġett li jipprovdi l-għażla lill-impriża biex tagħmel dan;
(18)“promotur tal-proġett” tfisser impriża jew konsorzju ta’ impriżi li jiżviluppaw proġett tal-materja prima;
(19)“proċess tal-għoti tal-permessi” tfisser proċess li jkopri l-permessi amministrattivi rilevanti kollha għall-ippjanar, il-bini u t-tħaddim tal-Proġetti Strateġiċi msemmija fl-Artikolu 5, inkluż il-permessi tal-bini, tal-konnessjoni kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meta dawn ikunu meħtieġa, u li jinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi kollha mir-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli msemmija fl-Artikolu 8(1);
(20) “deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li ma jinkludux il-qrati jew it-tribunali li jiddeterminaw jekk promotur tal-proġett ikunx awtorizzat jimplimenta proġett tal-materja prima jew le, mingħajr preġudizzju għal xi deċiżjoni meħuda fil-kuntest ta’ proċedura tal-appell amministrattiv;
(21)“esplorazzjoni ġenerali” tfisser esplorazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, li ma tinkludix l-esplorazzjoni mmirata;
(22)“esplorazzjoni mmirata” tfisser l-investigazzjoni dettaljata ta’ okkorrenza minerali individwali;
(23)“depożiti tal-minerali fil-fond” tfisser okkorrenzi minerali li jinsabu aktar fil-fond fil-qoxra tad-Dinja minn okkorrenzi ta’ minerali sfruttati b’mod konvenzjonali;
(24)“mappa predittiva” tfisser mappa li tindika żoni li aktarx ikun fihom okkorrenzi minerali ta’ materja prima partikolari;
(25)“tfixkil fil-provvista” tfisser it-tnaqqis sinifikanti mhux mistenni fid-disponibbiltà ta’ materja prima jew żieda sinifikanti fil-prezz ta’ materja prima;
(26) “katina tal-provvista tal-materja prima” tfisser l-attivitajiet u l-proċessi kollha tal-katina tal-valur tal-materja prima sal-punt fejn materja prima tintuża bħala input għall-manifattura ta’ prodotti intermedji jew finali;
(27)“strateġiji tal-mitigazzjoni” tfisser il-politiki żviluppati minn operatur ekonomiku li jillimitaw il-probabbiltà ta’ tfixkil fil-provvista fil-katina tal-provvista tiegħu jew li jtaffu d-danni kkawżati minn dak it-tfixkil fl-attività ekonomika tiegħu;
(28)“operaturi ewlenin tas-suq” tfisser il-produtturi involuti fl-estrazzjoni, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ tal-materja prima kritika, il-kummerċjanti u d-distributuri tal-materja prima kritika, u l-kumpaniji downstream li jikkonsmaw ammonti sinifikanti ta’ materja prima kritika;
(29)“stokk strateġiku” tfisser kwantità ta’ materja prima partikolari f’xi forma maħżuna minn operatur pubbliku jew privat biex tiġi rilaxxata fil-każ ta’ tfixkil fil-provvista;
(30)“kumpanija kbira” tfisser kumpanija li fl-aħħar sena finanzjarja li għaliha tħejjew ir-rapporti finanzjarji annwali kellha medja ta’ aktar minn 500 impjegat u fatturat dinji nett ta’ aktar minn EUR 150 miljun;
(31)“teknoloġiji strateġiċi” tfisser it-teknoloġiji meħtieġa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali kif ukoll għall-applikazzjonijiet tad-difiża u spazjali;
(32)“bord tad-diretturi” tfisser il-korp amministrattiv jew superviżorju responsabbli għas-superviżjoni tal-meniġment eżekuttiv tal-kumpanija jew, jekk ma jkun hemm l-ebda korp ta’ dan it-tip, il-persuna/i li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti;
(33)“ġbir” tfisser il-ġbir tal-iskart, inkluż l-issortjar preliminari u l-ħżin preliminari tal-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament tal-iskart;
(34)“trattament” tfisser operazzjonijiet tal-irkupru jew tar-rimi, inkluż l-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;
(35)“irkupru” tfisser operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli billi jissostitwixxi materjali oħra li kieku kienu jintużaw biex jaqdu funzjoni partikolari, jew skart li jkun qed jiġi ppreparat biex jaqdi dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija aktar ġenerali;
(36)“skart tal-estrazzjoni” tfisser skart tal-estrazzjoni skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/21/KE;
(37)“faċilità tal-iskart tal-estrazzjoni” tfisser faċilità tal-iskart skont it-tifsira tad-Direttiva 2006/21/KE;
(38)“valutazzjoni ekonomika preliminari” tfisser valutazzjoni kunċettwali fi stadju bikri, tal-vijabbiltà ekonomika potenzjali ta’ proġett tal-materja prima għall-irkupru ta’ materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni;
(39)“apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika” tfisser apparat mediku mhux invażiv li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni anatomiċi jew xi apparat ieħor li juża l-kampijiet manjetiċi biex jagħmel immaġni ġewwiena tal-oġġett;
(40)“ġeneratur tal-enerġija eolika” tfisser il-parti ta’ turbina eolika fuq l-art jew lil hinn mill-kosta li tikkonverti l-enerġija mekkanika tar-rotor f’enerġija elettrika;
(41)“robot industrijali” tfisser manipulatur ikkontrollat b’mod awtomatiku, riprogrammabbli, għal diversi użi, programmabbli bi tliet assi jew aktar, li jista’ jkun fiss jew mobbli biex jintuża f’applikazzjonijiet tal-awtomatizzazzjoni industrijali;
(42) “vettura bil-mutur” tfisser vettura approvata skont it-tip tal-kategoriji M jew N skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2018/858;
(43)“mezz tat-trasport ħafif” tfisser vettura bir-roti li tista’ titħaddem bil-mutur elettriku waħdu jew b’kombinament ta’ potenza tal-mutur u tal-bniedem, inkluż skuters elettriċi, roti elettriċi u vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;
(44)“ġeneratur tat-tkessiħ” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tkessiħ li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tkessiħ tas-sħana estratta mill-ispazju jew mill-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;
(45)“pompa tas-sħana” tfisser il-parti ta’ sistema tat-tisħin li tiġġenera differenza fit-temperatura li tippermetti t-tisħin tal-provvista tas-sħana fl-ispazju jew fil-proċess, permezz ta’ ċiklu elettriku ta’ kompressjoni tal-fwar;
(46)“mutur elettriku” tfisser apparat li jikkonverti l-potenza elettrika tal-input f’potenza mekkanika tal-output, u b’output nominali ta’ 0,12 kW jew aktar;
(47)“magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatika” tfisser magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ fejn it-tagħbija tiġi ttrattata għalkollox mill-magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ mingħajr il-ħtieġa ta’ intervent mill-utent f’xi punt waqt il-programm;
(48)“tumble dryer” tfisser apparat li fih it-tessuti jitnixxfu bit-tidwir f’tanbur li jdur u tgħaddi l-arja msaħħna minnu;
(49)“microwave” tfisser apparat maħsub biex jintuża għat-tisħin tal-ikel permezz tal-enerġija elettromanjetika;
(50)“vacuum cleaner” tfisser apparat li jneħħi l-ħmieġ minn fuq wiċċ li jeħtieġ jitnaddaf bi fluss tal-arja maħluq minn pressjoni baxxa żviluppata ġol-unità;
(51)“magna tal-ħasil tal-platti” tfisser magna li tnaddaf u tlaħlaħ il-pożati u l-oġġetti ta’ fuq il-mejda;
(52)“kalamita permanenti” tfisser kalamita li żżomm il-manjetiżmu tagħha wara li titneħħa minn kamp manjetiku estern;
(53)“trasportatur tad-data” tfisser simbolu ta’ barcode lineari, simbolu bidimensjonali jew mezz ieħor għal ġbir awtomatiku tad-data tal-identifikazzjoni li jista’ jinqara minn apparat;
(54)“identifikatur uniku tal-prodott” tfisser sekwenza unika ta’ karattri għall-identifikazzjoni tal-prodotti;
(55)“kisi tal-kalamiti” tfisser saff ta’ materjal li ġeneralment jintuża biex jipproteġi l-kalamiti mill-korrużjoni;
(56)“tneħħija” tfisser trattament manwali, mekkaniku, kimiku, termali jew metallurġiku bir-riżultat li l-komponenti jew il-materjali fil-mira jkunu identifikabbli bħala fluss ta’ output separat jew parti minn fluss ta’ output;
(57)“riċiklatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li twettaq riċiklaġġ f’faċilità permessa;
(58)“tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq” tfisser provvista ta’ prodott għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni waqt attività kummerċjali, sew bi ħlas u anki mingħajru;
(59)“tip ta’ materja prima kritika” tfisser materja prima kritika mqiegħda fis-suq li tkun differenzjata skont l-istadju tal-ipproċessar tagħha, il-kompożizzjoni kimika tagħha, l-oriġini ġeografika tagħha jew il-metodi tal-produzzjoni użati;
(60)“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;
(61)“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 34;
(62)“Sħubija Strateġika” tfisser impenn bejn l-Unjoni u pajjiż terz biex tiżdied il-kooperazzjoni relatata mal-katina tal-valur tal-materja prima li hi stabbilita bi strument mhux vinkolanti li jistabbilixxi azzjonijiet konkreti ta’ interess reċiproku.
(63)
Kapitolu 2
Materja prima kritika u strateġika
Artikolu 3
Lista tal-materja prima strateġika
1.Il-materja prima elenkata fl-Anness I, it-Taqsima 1 għandha titqies bħala materja prima strateġika.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness I, it-Taqsima 1 ħalli taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika.
Lista aġġornata tal-materja prima strateġika għandha tinkludi, minn fost il-materja prima vvalutata, il-materja prima li tkun fost dik bl-akbar importanza strateġika, bl-akbar tkabbir previst fid-domanda u bl-akbar diffikultà biex iżżid il-produzzjoni. L-importanza strateġika, it-tkabbir previst fid-domanda u d-diffikultà biex iżżid il-produzzjoni għandhom jiġu determinati f’konformità mal-Anness I, it-Taqsima 2.
3.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima strateġika sa [OP please insert: four years after the date of entry into force of this Regulation], u mbagħad kull 4 snin.
Artikolu 4
Lista tal-materja prima kritika
1.Il-materja prima elenkata fl-Anness II, it-Taqsima 1 għandha titqies bħala materja prima kritika.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness II, it-Taqsima 1 ħalli taġġorna l-lista tal-materja prima kritika.
Lista aġġornata tal-materja prima kritika għandha tinkludi l-materja prima strateġika elenkata fl-Anness I, it-Taqsima 1, u kull materja prima oħra li tilħaq jew taqbeż il-livelli tal-importanza ekonomika u tar-riskju tal-provvista msemmija fil-paragrafu 3. L-importanza ekonomika u r-riskju tal-provvista għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-Anness II, it-Taqsima 2.
3.Il-livelli għandhom ikunu 1 għar-riskju tal-provvista u 2,8 għall-importanza ekonomika.
4.Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina u, jekk ikun meħtieġ, taġġorna l-lista tal-materja prima kritika sa [OP please insert: four years after the date of entry into force of this Regulation], u mbagħad kull 4 snin.
Kapitolu 3
Insaħħu l-katina tal-valur tal-materja prima tal-Unjoni
Taqsima 1
Proġetti Strateġiċi
Artikolu 5
Kriterji għar-rikonoxximent tal-Proġetti Strateġiċi
1.Wara applikazzjoni mill-promotur tal-proġett u f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tirrikonoxxi bħala Proġetti Strateġiċi dawk il-proġetti tal-materja prima li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:
(a)il-proġett jagħti kontribut sinifikanti għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika;
(b)il-proġett ikun jew ikun se jsir fattibbli teknikament fi żmien raġonevoli u l-volum tal-produzzjoni mistenni tal-proġett jista’ jiġi stmat b’livell suffiċjenti ta’ fiduċja;
(c)il-proġett jitwettaq b’mod sostenibbli, b’mod partikolari fejn jidħlu l-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti ambjentali, l-użu ta’ prattiki soċjalment responsabbli inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-potenzjal ta’ impjiegi ta’ kwalità u l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet lokali u mas-sħab soċjali rilevanti, u l-użu ta’ prattiki kummerċjali trasparenti b’politiki tal-konformità adegwati biex jiġu evitati u minimizzati r-riskji tal-impatti negattivi fuq il-funzjonament xieraq tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż il-korruzzjoni u t-tixħim;
(d)għall-proġetti fl-Unjoni, l-istabbiliment, l-operazzjoni jew il-produzzjoni tal-proġett ikollhom benefiċċji transfruntieri lil hinn mill-Istat Membru kkonċernat, inkluż għas-setturi downstream;
(e)għall-proġetti fil-pajjiżi terzi li huma swieq emerġenti jew ekonomiji li qed jiżviluppaw, il-proġett ikollu benefiċċju reċiproku għall-Unjoni u għall-pajjiż terz ikkonċernat billi jżid il-valur f’dak il-pajjiż.
2.L-issodisfar tal-kriterji tar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni f’konformità mal-elementi u l-evidenza stabbiliti fl-Anness III.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness III u tadatta l-elementi u l-evidenza li jridu jitqiesu waqt il-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kriterji tar-rikonoxximent stabbiliti fil-paragrafu 1 għall-progress tekniku u xjentifiku, jew biex jitqiesu bidliet fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fl-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Anness III, il-punt 4, jew l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni addizzjonali tal-Unjoni jew strumenti internazzjonali rilevanti għall-issodisfar tal-kriterju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c).
3.Ir-rikonoxximent ta’ proġett bħala Proġett Strateġiku ma għandux jaffettwa r-rekwiżiti applikabbli għall-proġett rilevanti jew għall-promotur tal-proġett skont il-liġi internazzjonali, tal-Unjoni jew nazzjonali.
Artikolu 6
Applikazzjoni u rikonoxximent
1.L-applikazzjonijiet għar-rikonoxximent ta’ proġett tal-materja prima bħala Proġett Strateġiku għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett lill-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tinkludi:
(a)evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1);
(b)klassifikazzjoni tal-proġett skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi, appoġġata b’evidenza xierqa;
(c)skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett, inkluż ħarsa ġenerali lejn il-permessi meħtieġa għall-proġett u l-istatus tal-proċess tal-għoti tal-permessi korrispondenti;
(d)pjan b’miżuri li jiffaċilitaw l-aċċettazzjoni pubblika inkluż, meta xieraq, l-istabbiliment ta’ kanali tal-komunikazzjoni rikorrenti mal-komunitajiet u l-organizzazzjonijiet lokali, inkluż is-sħab soċjali, l-implimentazzjoni ta’ kampanji tal-għarfien u tal-informazzjoni, u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi tal-mitigazzjoni u tal-kumpens;
(e)informazzjoni dwar il-kontroll tal-impriżi involuti fil-proġett, definita skont l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004;
(f)pjan kummerċjali li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett;
(g)stima tal-potenzjal tal-proġett li joħloq impjiegi ta’ kwalità u tal-ħtiġijiet tal-proġett mil-lat ta’ ħaddiema kwalifikati, u titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid.
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għall-promoturi tal-proġetti biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).
3.Meta l-Kummissjoni jidhrilha li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ma tkunx kompluta, din għandha tagħti l-opportunità lill-applikant li jissottometti l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-applikazzjoni timtela fil-ħin.
4.Il-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika msemmi fl-Artikolu 34 (“il-Bord”) għandu, abbażi ta’ proċess ġust u trasparenti, jiddiskuti u joħroġ opinjoni dwar il-kompletezza tal-applikazzjoni u jekk il-proġett propost jissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1).
5.Meta l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun kkonċernat minn proġett propost joġġezzjona għall-għoti tal-istatus strateġiku propost tal-proġett, dan għandu jippreżenta raġunijiet sostanzjati għal dan waqt id-diskussjoni msemmija fil-paragrafu 4. Il-Bord għandu jiddiskuti r-raġunijiet sostanzjati ppreżentati minn Stat Membru għall-oġġezzjoni tiegħu. Jekk, wara d-diskussjoni, l-Istat Membru jibqa’ bl-oġġezzjoni tiegħu, il-proġett ma għandux jitqies għall-istatus ta’ Proġett Strateġiku.
Għall-Proġetti Strateġiċi fil-pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha taqsam l-applikazzjoni riċevuta mal-pajjiż terz li t-territorju tiegħu jkun kkonċernat mill-proġett propost. Il-Kummissjoni ma għandhiex tapprova l-applikazzjoni qabel ma tirċievi l-approvazzjoni espliċita tal-pajjiż terz rilevanti.
6.Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord imsemmija fil-paragrafu 4, tadotta d-deċiżjoni tagħha dwar ir-rikonoxximent tal-proġett bħala Proġett Strateġiku fi żmien 60 jum u tinnotifika lill-applikant dwar dan.
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun motivata, inkluż, meta applikabbli, meta tkun differenti mill-opinjoni tal-Bord. Il-Kummissjoni għandha taqsam ir-raġunijiet tagħha mal-Bord u mal-promotur tal-proġett.
7.Il-Kummissjoni tista’ tagħti prijorità lill-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ta’ proġetti attivi dwar stadji speċifiċi tal-katina tal-valur biex:
(a)tiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-Proġetti Strateġiċi għall-materja prima strateġika kollha u fl-istadji kollha tal-katina tal-valur;
(b)tiżgura li jinkiseb progress favur il-parametri referenzjarji kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(2)(a) u (b).
8.Meta il-Kummissjoni tagħraf li xi Proġett Strateġiku ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jew meta r-rikonoxximent tiegħu kien ibbażat fuq applikazzjoni b’informazzjoni żbaljata, din tista’, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Bord u tal-promotur responsabbli tal-proġett, tħassar id-deċiżjoni li tagħti lill-proġett l-istatus ta’ Proġett Strateġiku.
9.Proġetti li ma jibqgħux rikonoxxuti bħala Proġetti Strateġiċi għandhom jitilfu d-drittijiet kollha marbuta ma’ dak l-istatus skont dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi
1.Il-Proġetti Strateġiċi għandhom jitqiesu li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista tal-materja prima strateġika fl-Unjoni.
2.Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikoli 6(4) u 16(1)(c) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2009/147/KE, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku jew li jservu s-saħħa u s-sikurezza pubblika, u jistgħu jitqiesu li għandhom interess pubbliku prevalenti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dawk id-Direttivi.
3.L-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn Proġett Strateġiku għandu jieħu l-miżuri biex jgħin għall-implimentazzjoni fil-ħin u effettiva tiegħu.
4.Minn żmien għal żmien, il-Bord għandu jiddiskuti l-implimentazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi u, meta meħtieġ, il-miżuri li jistgħu jieħdu l-promotur tal-proġett jew l-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat minn Proġett Strateġiku biex jiffaċilita aktar l-implimentazzjoni ta’ dawk il-Proġetti Strateġiċi.
5.Il-promotur tal-proġett għandu, kull sentejn wara d-data tar-rikonoxximent bħala Proġett Strateġiku, jissottometti rapport lill-Bord li jkun fih informazzjoni tal-anqas dwar:
(a)il-progress fl-implimentazzjoni tal-proġett, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess tal-għoti tal-permessi;
(b)meta rilevanti, ir-raġunijiet għad-dewmien meta mqabbel mal-iskeda taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 6(1)(c) u pjan biex jingħeleb dan id-dewmien;
(c)il-progress fil-finanzjament tal-proġett, inkluż informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju pubbliku.
6.Il-Bord jista’ jitlob informazzjoni oħra fi kwalunkwe mument mingħand il-promoturi tal-proġett li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Proġett Strateġiku.
7.Il-promotur tal-proġett għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar:
(a)bidliet fil-proġett li jaffettwaw l-issodisfar min-naħa tiegħu tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1);
(b)bidliet fil-kontroll tal-impriżi involuti fil-proġett fuq bażi dejjiema, meta mqabbla mal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1)(e).
8.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għall-promoturi tal-proġetti biex jippreżentaw ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 5. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).
9.Il-promotur tal-proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna regolarment sit web apposta dwar il-proġett b’informazzjoni rilevanti dwar il-Proġett Strateġiku, inkluż informazzjoni dwar l-impatti u l-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi assoċjati mal-Proġett Strateġiku. Is-sit web għandu jkun aċċessibbli b’mod liberu għall-pubbliku u għandu jkun disponibbli b’lingwai/ li jistgħu jinftiehmu faċilment mill-popolazzjoni lokali.
Taqsima 2
Proċess tal-għoti tal-permessi
Artikolu 8
Punt uniku tal-kuntatt
1.Sa [OP please insert: 3 months after the date of entry into force of this Regulation], l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità nazzjonali kompetenti waħda li għandha tkun responsabbli biex tiffaċilita u tikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-materja prima kritika u tipprovdi informazzjoni dwar l-elementi msemmija fl-Artikolu 17.
2.L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-punt uniku tal-kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess tal-għoti tal-permessi li jwassal għal deċiżjoni komprensiva dwar proġett tal-materja prima kritika partikolari u għandha tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni rilevanti kollha.
3.Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil, jew jitwettqu minn, awtorità oħra, għal kull proġett tal-materja prima kritika, dment li:
(a)l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 tinnotifika lill-promotur tal-proġett dwar dik id-delega;
(b)awtorità waħda tkun responsabbli għal kull proġett tal-materja prima kritika.
(c)awtorità waħda tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti.
4.Il-promoturi tal-proġetti għandhom jitħallew jissottomettu d-dokumenti kollha rilevanti għall-proċess tal-għoti tal-permessi b’format elettroniku.
5.L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tqis kull studju validu mwettaq u l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet maħruġa għall-proġett partikolari tal-materja prima kritika qabel ma l-proġett jidħol fil-proċess tal-għoti tal-permessi f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u ma għandhiex teżiġi studji u permessi jew awtorizzazzjonijiet duplikati, sakemm ma jkunx meħtieġ mod ieħor skont il-liġi tal-Unjoni.
6.L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżgura li l-applikanti jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi u l-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika, u dwar proċeduri sempliċi għas-soluzzjoni tat-tilwim inkluż, meta applikabbli, dwar mekkaniżmi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim.
7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ikollha għadd biżżejjed ta’ persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi biżżejjed meħtieġa, inkluż għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, biex tkun tista’ taqdi dmirha skont dan ir-Regolament.
8.Il-Bord għandu:
(a)minn żmien għal żmien, jiddiskuti l-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima u jaqsam l-aqwa prattiki biex titħaffef il-proċedura tal-permessi għall-proġetti tal-materja prima kritika u biex titjieb l-aċċettazzjoni pubblika tagħhom;
(b)meta rilevanti, jipproponi linji gwida lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ din it-Taqsima li jridu jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 9
Status prijoritarju tal-Proġetti Strateġiċi
1.Biex ikun żgurat ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-proċessi tal-għoti tal-permessi relatati mal-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet kollha kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-proċessi jiġu ttrattati bl-aktar mod spedit possibbli skont il-liġijiet tal-Unjoni u nazzjonali.
2.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fil-liġi tal-Unjoni, il-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni għandhom jingħataw l-istatus tal-akbar importanza nazzjonali possibbli, meta tali status ikun jeżisti fil-liġi nazzjonali, u jiġu ttrattati skont dan fil-proċessi tal-għoti tal-permessi.
3.Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji relatati mal-proċess tal-għoti tal-permessi u l-ħruġ tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni quddiem xi qorti, tribunal, bord nazzjonali, inkluż il-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, meta jkunu jeżistu fil-liġi nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sa fejn il-liġi nazzjonali tipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza u diment li jiġu rispettati d-drittijiet normalment applikabbli tad-difiża tal-individwi jew tal-komunitajiet lokali. Il-promoturi tal-proġetti tal-Proġetti Strateġiċi għandhom jipparteċipaw f’tali proċedura ta’ urġenza, meta applikabbli.
Artikolu 10
Tul tal-proċess tal-għoti tal-permessi
1.Għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni, il-proċess tal-għoti tal-permessi ma għandux jaqbeż:
(a)l-24 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni;
(b)it-12-il xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.
2.Għall-Proġetti Strateġiċi fl-Unjoni li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku, it-tul tal-passi li jifdal tal-proċess tal-għoti tal-permessi wara li l-proġett ikun jingħata status strateġiku ma għandu, b’deroga mill-paragrafu 1, jaqbeż:
(a)il-21 xahar għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu l-estrazzjoni;
(b)id-9 xhur għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ.
3.F’każijiet eċċezzjonali, meta n-natura, il-kumplessità, il-post jew id-daqs tal-proġett propost jeżiġu dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) tista’ testendi l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1(a) u 2(a), b’massimu ta’ 3 xhur u l-limiti taż-żmien imsemmija fil-paragrafu 1(b) u 2(b), sa massimu ta’ xahar, qabel l-iskadenza tagħhom u abbażi ta’ każ b’każ. F’dak il-każ, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tinforma bil-miktub lill-promotur tal-proġett bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta tkun mistennija d-deċiżjoni komprensiva.
4.Għall-Proġetti Strateġiċi li jinvolvu biss l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ, in-nuqqas ta’ deċiżjoni komprensiva mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) fil-limiti taż-żmien applikabbli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jwassal biex l-applikazzjoni rilevanti għall-għoti tal-permessi titqies bħala approvata, għajr meta l-proġett speċifiku jkun jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew id-Direttivi 2000/60/KE, 2008/98/KE, 2009/147/KE, 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE jew determinazzjoni ta’ jekk tali valutazzjoni tal-impatt ambjentali tkunx meħtieġa u l-valutazzjonijiet rilevanti jkun għadhom ma sarux.
5.Sa mhux aktar tard minn xahar wara li tirċievi applikazzjoni għall-għoti tal-permessi relatata ma’ Proġett Strateġiku, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tivvalida l-applikazzjoni jew, jekk il-promotur tal-proġett ma kienx bagħat l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni, titlob lill-promotur tal-proġett jissottometti applikazzjoni kompluta fi żmien erbatax-il jum minn din it-talba.
Id-data tar-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tkun il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi.
6.Sa mhux aktar tard minn xahar wara d-data tar-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni għall-għoti tal-permessi, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tfassal, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet oħra kkonċernati, skeda dettaljata għall-proċess tal-għoti tal-permessi. L-iskeda għandha tiġi ppubblikata mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 7(7) jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) fuq sit web b’aċċess liberu.
7.Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni u internazzjonali, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u r-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.
Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal xi waħda mill-proċeduri tal-għoti tal-permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal xi limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.
Artikolu 11
Valutazzjonijiet ambjentali u awtorizzazzjonijiet
1.Meta tkun trid issir valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal Proġett Strateġiku f’konformità mal-Artikoli 5 sa 9 tad-Direttiva 2011/92/UE, il-promotur tal-proġett rilevanti għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) dwar l-ambitu u l-livell tad-dettall tal-informazzjoni li trid tiġi inkluża fir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva.
L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li l-opinjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tinħareġ malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx it-30 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba tal-promotur tal-proġett.
2.Fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi li l-obbligu għalihom li jwettqu valutazzjonijiet tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2008/98/KE, 2009/147/KE, 2010/75/UE, 2011/92/UE jew 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li tiġi applikata proċedura koordinata jew konġunta li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Skont il-proċedura koordinata msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tikkoordina d-diversi valutazzjonijiet individwali tal-impatt ambjentali ta’ proġett partikolari meħtieġa mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
Skont il-proċedura konġunta msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tipprevedi valutazzjoni unika tal-impatt ambjentali ta’ proġett partikolari meħtieġa mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.
3.L-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tiżgura li l-awtoritajiet ikkonċernati joħorġu l-konklużjoni motivata msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (g)(iv) tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali ta’ Proġett Strateġiku fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva u jlestu l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ta’ dik id-Direttiva.
4.Il-limitu taż-żmien għall-konsultazzjoni tal-pubbliku kkonċernat dwar ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/92/UE ma għandux itul iżjed minn 90 jum fil-każ tal-Proġetti Strateġiċi.
5.Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku.
Il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-proċess tal-għoti tal-permessi għall-Proġetti Strateġiċi li jkunu daħlu fil-proċess tal-għoti tal-permessi qabel ma ngħataw l-istatus ta’ Proġett Strateġiku biss sal-punt li l-passi indirizzati f’dawk il-paragrafi jkunu għadhom ma tlestewx.
Artikolu 12
Ippjanar
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali responsabbli għat-tħejjija tal-pjanijiet, inkluż it-tqassim f’żoni, il-pjanijiet spazjali u l-pjanijiet tal-użu tal-art, jinkludu f’dawn il-pjanijiet, meta xieraq, dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġetti tal-materja prima kritika. Għandha tingħata prijorità lill-uċuħ artifiċjali u mibnija, lis-siti industrijali, lis-siti abbandunati, u fejn ikun xieraq, lis-siti fi mħadar li ma jistgħux jintużaw għall-agrikoltura u għall-forestrija.
2.Meta pjanijiet li jinkludu dispożizzjonijiet għall-iżvilupp tal-proġetti tal-materja prima kritika jkunu soġġetti għal valutazzjoni skont id-Direttiva 2001/42/KE u skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu kkombinati. Meta rilevanti, din il-valutazzjoni kkombinata għandha tindirizza wkoll l-impatt fuq il-korpi tal-ilma potenzjalment affettwati u tivverifika jekk il-pjan jikkawżax deterjorament tal-istatus jew tal-potenzjal imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE jew potenzjalment ifixkel li korp tal-ilma jikseb status tajjeb jew potenzjal tajjeb. Meta l-Istati Membri rilevanti jkunu meħtieġa jivvalutaw l-impatti tal-attivitajiet eżistenti u futuri fuq l-ambjent tal-baħar, inkluż l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/89/UE, dawn l-impatti għandhom jiġu koperti wkoll mill-valutazzjoni kkombinata.
Artikolu 13
Applikabbiltà tal-konvenzjonijiet tal-UNECE
1.Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont l-Artikoli 6 u 7 tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NUKEE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-25 ta’ Ġunju 1998, u skont il-Konvenzjoni tal-NUKEE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali, iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991.
2.Id-deċiżjonijiet kollha adottati skont din it-Taqsima għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.
Taqsima 3
Kundizzjonijiet abilitanti
Artikolu 14
Tħaffif tal-implimentazzjoni
1.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet biex iħaffu u jwaħħdu l-investimenti privati fi Proġetti Strateġiċi. Tali attivitajiet jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 107 u l-Artikolu 108 tat-TFUE, jinkludu l-għoti u l-koordinazzjoni ta’ appoġġ lill-Proġetti Strateġiċi li jsibu diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament.
2.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ amministrattiv lill-Proġetti Strateġiċi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni malajr u effettiva tagħhom, inkluż billi jipprovdu:
(a)assistenza biex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi amministrattivi u tar-rappurtar applikabbli;
(b)assistenza lill-promoturi tal-proġetti biex ikomplu jżidu l-aċċettazzjoni pubblika tal-proġett.
Artikolu 15
Koordinazzjoni tal-finanzjament
1.Is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6)(a) għandu, meta jintalab minn promotur tal-proġett ta’ Proġett Strateġiku, jiddiskuti u jagħti pariri dwar kif il-finanzjament tal-proġett tiegħu jista’ jitlesta, filwaqt li jitqies il-finanzjament diġà miksub u billi tal-anqas jitqiesu l-elementi li ġejjin:
(a)is-sorsi privati addizzjonali ta’ finanzjament;
(b)l-appoġġ mingħand riżorsi tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;
(c)l-istrumenti u l-programmi eżistenti tal-Istati Membri, inkluż minn banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali;
(d)il-finanzjament u l-programmi tal-finanzjament rilevanti tal-Unjoni.
Artikolu 16
Iffaċilitar tal-ftehimiet tax-xiri
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema biex tiffaċilita l-konklużjoni ta’ ftehimiet tax-xiri relatati mal-Proġetti Strateġiċi, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni.
2.Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti lill-akkwirenti potenzjali jagħmlu offerti li jindikaw:
(a)il-volum u l-kwalità tal-materja prima strateġika li jkun beħsiebhom jixtru;
(b)il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba;
(c)it-terminu maħsub tal-ftehim tax-xiri.
3.Is-sistema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tippermetti lill-promoturi tal-proġetti ta’ Proġetti Strateġiċi jagħmlu offerti li jindikaw:
(a)il-volum u l-kwalità tal-materja prima strateġika li dwarha jkun beħsiebhom jikkonkludu ftehimiet tax-xiri;
(b)il-prezz jew il-firxa tal-prezzijiet maħsuba li bihom ikunu lesti li jbigħu;
(c)it-terminu maħsub tal-ftehim tax-xiri.
4.Abbażi tal-offerti u l-offerti riċevuti skont il-paragrafi 2 u 3, il-Kummissjoni għandha tlaqqa’ lill-promoturi tal-proġetti ta’ Proġetti Strateġiċi mal-akkwirenti rilevanti għall-proġett tagħhom.
Artikolu 17
Aċċessibbiltà online tal-informazzjoni amministrattiva
L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni online li ġejja dwar il-proċessi amministrattivi rilevanti għall-proġetti tal-materja prima kritika, u b’mod ċentralizzat u faċilment aċċessibbli:
(a)il-proċess tal-għoti tal-permessi;
(b)is-servizzi tal-finanzjament u tal-investiment;
(c)il-possibbiltajiet tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;
(d)is-servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol.
(e)
Taqsima 4
Esplorazzjoni
Artikolu 18
Programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni
1.Kull Stat Membru għandu jfassal programm nazzjonali tal-esplorazzjoni ġenerali maħsub għall-materja prima kritika. Kull Stat Membru għandu jfassal l-ewwel programm bħal dan sa [OP please insert: 1 year after the date of entry into force of this Regulation]. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu rieżaminati u, jekk ikun meħtieġ, jiġu aġġornati mill-anqas kull 5 snin.
2.Il-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu miżuri biex tiżdied l-informazzjoni disponibbli dwar l-okkorrenzi ta’ materja prima kritika tal-Unjoni, inkluż id-depożiti tal-minerali fil-fond. Dawn għandhom jinkludu, kif ikun xieraq, il-miżuri li ġejjin:
(a)immappjar tal-minerali fuq skala xierqa;
(b)kampanji ġeokimiċi, inkluż biex jiġu stabbiliti l-kompożizzjonijiet kimiċi tal-ħamrija, tas-sedimenti, tal-blat;
(c)stħarriġ ġeoxjentifiku, bħal stħarriġ ġeofiżiku;
(d)ipproċessar tad-data miġbura bl-esplorazzjoni ġenerali, inkluż bl-iżvilupp ta’ mapep predittivi;
(e)ipproċessar mill-ġdid tad-data eżistenti tal-istħarriġ ġeoxjentifiku biex jiġu verifikati okkorrenzi minerali mhux identifikati li fihom il-materja prima kritika.
3.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.
4.L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-programmi nazzjonali tagħhom.
5.L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar l-okkorrenzi minerali tagħhom li jkun fihom il-materja prima kritika miġbura bil-miżuri stabbiliti fil-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu. Din l-informazzjoni għandha, meta applikabbli, tinkludi l-klassifikazzjoni tal-okkorrenzi identifikati bil-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell biex l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ssir disponibbli. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).
6.Filwaqt li jqis il-kooperazzjoni eżistenti dwar l-esplorazzjoni ġenerali, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6)(b) għandu jiddiskuti l-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u l-implimentazzjoni tagħhom, inkluż tal-anqas:
(a)il-potenzjal ta’ kooperazzjoni, inkluż dwar l-esplorazzjoni ta’ okkorrenzi minerali transfruntieri u formazzjonijiet ġeoloġiċi komuni;
(b)l-aqwa prattiki relatati mal-miżuri elenkati fil-paragrafu 2;
(c)il-possibbiltà li tinħoloq bażi tad-data integrata għall-ħżin tar-riżultati tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.
(d)
Kapitolu 4
Monitoraġġ u mitigazzjoni tar-riskju
Artikolu 19
Monitoraġġ u ttestjar tal-istress
1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja r-riskju tal-provvista relatat mal-materja prima kritika. Dak il-monitoraġġ għandu jkopri tal-anqas l-evoluzzjoni tal-parametri li ġejjin:
(a)il-flussi kummerċjali;
(b)id-domanda u l-provvista;
(c)il-konċentrazzjoni tal-provvista;
(d)il-produzzjoni u l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-Unjoni u dinjija fi stadji differenti tal-katina tal-valur.
2.L-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6)(c) għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 billi:
(a)jikkondividu kull informazzjoni li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20;
(b)jiġbru, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet parteċipanti l-oħra, informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20;
(c)jipprovdu analiżi tar-riskji tal-provvista tal-materja prima kritika fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-parametri elenkati fil-paragrafu 1.
3.Il-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali li jipparteċipaw fis-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6)(c), għandha tiżgura li jitwettaq test tal-istress għall-katina tal-provvista ta’ kull materja prima strateġika mill-anqas kull tliet snin. Għal dak il-għan, is-sottogrupp permanenti msemmi fl-Artikolu 35(6)(c) għandu jikkoordina u jaqsam l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress tal-materja prima strateġika differenti mill-awtoritajiet parteċipanti differenti.
It-testijiet tal-istress imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkonsistu f’valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għat-tfixkil fil-provvista tal-katina tal-provvista tal-Unjoni tal-materja prima strateġika rilevanti billi jiġi stmat l-impatt ta’ xenarji differenti li jistgħu jikkawżaw tali tfixkil u l-effetti potenzjali tiegħu, filwaqt li jitqiesu mill-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)il-post fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima kkonċernata;
(b)il-kapaċitajiet tal-operaturi ekonomiċi tul il-katina tal-valur kif ukoll l-istruttura tas-suq;
(c)il-fatturi li jistgħu jaffettwaw il-provvista, inkluż iżda mhux limitati għas-sitwazzjoni ġeopolitika, il-loġistika, il-provvista tal-enerġija, il-forza tax-xogħol jew id-diżastri naturali;
(d)id-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi tal-provvista u tal-materjali sostituti;
(e)l-utenti tal-materja prima rilevanti tul il-katina tal-valur u s-sehem tagħhom mid-domanda, b’attenzjoni speċjali għall-manifattura ta’ teknoloġiji rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-applikazzjonijiet tad-difiża u spazjali.
4.Il-Kummissjoni għandha tagħmel għodda tal-monitoraġġ disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu, u taġġornaha regolarment, li jkun fiha:
(a)l-informazzjoni disponibbli dwar l-evoluzzjoni tal-parametri msemmija fil-paragrafu 1;
(b)kalkolu tar-riskju tal-provvista tal-materja prima kritika fid-dawl tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a);
(c)ir-riżultati tat-testijiet tal-istress imsemmija fil-paragrafu 3;
(d)Meta xieraq, suġġeriment għal strateġiji xierqa tal-mitigazzjoni biex jonqos ir-riskju tal-provvista.
5.Meta, abbażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1, 2 u 3, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm indikazzjoni ċara tar-riskju ta’ tfixkil fil-provvista, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri, lill-Bord u lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni dwar mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ ġestjoni tal-kriżijiet li l-ambitu tagħhom ikun ikopri l-materja prima kritika jew strateġika rilevanti.
Artikolu 20
Obbligi ta’ informazzjoni għall-monitoraġġ
1.L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar kull proġett ġdid jew eżistenti tal-materja prima fit-territorju tagħhom li jkun rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 19(1)(d), inkluż klassifikazzjoni ta’ proġetti ġodda skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.
2.L-Istati Membri għandhom jidentifikaw l-operaturi ewlenin tas-suq tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika stabbilita fit-territorju tagħhom u għandhom:
(a)jimmonitorjaw l-attivitajiet tagħhom bi stħarriġiet regolari u proporzjonati biex jiġbru l-informazzjoni meħtieġa għall-kompiti tal-monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 19;
(b)bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet;
(c)jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar avvenimenti maġġuri li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet regolari tal-attivitajiet tal-operaturi ewlenin tas-suq.
3.L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-data miġbura skont il-paragrafi 2(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu lill-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u lill-Eurostat għall-finijiet tal-kompilazzjoni tal-istatistika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw l-awtorità nazzjonali responsabbli għat-trażmissjoni tad-data lill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika u lill-Eurostat.
Artikolu 21
Rappurtar dwar l-istokkijiet strateġiċi
1.L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jippreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-istat tal-istokkijiet strateġiċi tagħhom tal-materja prima strateġika.
2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri l-istokkijiet miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi kollha, il-kumpaniji pubbliċi jew l-operaturi ekonomiċi inkarigati minn Stat Membru biex jibnu stokkijiet strateġiċi f’ismu u għandha mill-anqas tinkludi deskrizzjoni ta’:
(a)il-livell tal-istokkijiet disponibbli ta’ kull materja prima strateġika, imkejjel bħala tunnellati u bħala persentaġġ tal-konsum nazzjonali annwali tal-materjali rilevanti, kif ukoll il-forma kimika u l-purità tal-materjali maħżuna;
(b)l-evoluzzjoni tal-livell tal-istokkijiet disponibbli ta’ kull materja prima strateġika tul il-5 snin preċedenti;
(c)kull regola jew proċedura applikabbli għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi.
3.Ir-rapport jista’ jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima kritika u ta’ materja prima oħra.
Artikolu 22
Koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi
1.Sa [OP please complete: 2 year after the date of entry into force of this Regulation] u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tirċievi skont l-Artikolu 21(1), taqsam mal-Bord:
(a)abbozz ta’ parametru referenzjarju li jindika livell sikur tal-istokkijiet għall-Unjoni ta’ kull materja prima strateġika, definit skont il-paragrafu 2;
(b)paragun tal-livell ġenerali tal-istokkijiet għall-Unjoni ta’ kull materja prima strateġika u l-abbozz tal-parametru referenzjarju msemmi fil-punt (a);
(c)informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali tal-istokkijiet strateġiċi, fid-dawl tar-regoli jew tal-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom.
2.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Bord, għandha tadotta parametru referenzjarju li jindika livell sikur tal-istokkijiet għall-Unjoni ta’ materja prima strateġika, li għandu:
(a)jiġi espress bħala l-ammont meħtieġ biex ikopri ammont tal-jiem ta’ importazzjonijiet netti medji ta’ kuljum f’każ ta’ tfixkil fil-provvista, ikkalkulat abbażi tal-ammont ta’ importazzjonijiet tul is-sena kalendarja preċedenti;
(b)iqis l-istokkijiet miżmuma minn operaturi privati, sa fejn l-informazzjoni dwar tali stokkijiet tkun disponibbli;
(c)ikun proporzjonat għar-riskju tal-provvista u għall-importanza ekonomika assoċjati mal-materja prima strateġika rilevanti.
3.Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-Bord, tista’ toħroġ opinjonijiet indirizzati lill-Istati Membri:
(a)biex iżidu l-livell tal-istokkijiet strateġiċi, filwaqt li jqisu l-paragun imsemmi fil-paragrafu 1(b), id-distribuzzjoni relattiva tal-istokkijiet eżistenti fost l-Istati Membri u l-konsum tal-materja prima strateġika mill-operaturi ekonomiċi fit-territorji rispettivi tal-Istati Membri;
(b)biex jemendaw jew jikkoordinaw ir-regoli jew il-proċeduri għar-rilaxx, l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istokkijiet strateġiċi biex tittejjeb l-aċċessibbiltà transfruntiera potenzjali, b’mod partikolari meta meħtieġ għall-produzzjoni ta’ teknoloġiji strateġiċi.
4.Fit-tħejjija tal-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-Bord għandu jagħti piż partikolari lill-ħtieġa li jinżammu inċentivi għall-operaturi privati, li jiddependu fuq il-materja prima strateġika bħala inputs, biex jikkostitwixxu l-istokkijiet proprji tagħhom jew biex jieħdu miżuri oħra li jimmaniġġjaw l-esponiment tagħhom għar-riskji tal-provvista.
5.L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar jekk u kif ikunu implimentaw jew ikun beħsiebhom jimplimentaw l-opinjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.
6.Qabel il-parteċipazzjoni ta’ mill-anqas żewġ Stati Membri f’fora internazzjonali jew multilaterali fl-oqsma tal-istokkijiet strateġiċi tal-materja prima strateġika, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni minn qabel bejn l-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jew b’laqgħa apposta tal-Bord.
7.Id-data miġbura dwar l-istokkijiet disponibbli għall-Unjoni għandha tingħata mill-Kummissjoni lill-korpi ta’ governanza tal-Unjoni responsabbli għall-mekkaniżmi ta’ viġilanza għall-kriżijiet jew ta’ ġestjoni tal-kriżijiet li jkopru l-materja prima strateġika rilevanti.
Artikolu 23
Tħejjija tal-kumpaniji għar-riskju
1.L-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-kumpaniji l-kbar li jimmanifatturaw it-teknoloġiji strateġiċi u li jużaw il-materja prima strateġika fit-territorju tagħhom.
It-teknoloġiji strateġiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu, iżda mhux limitati għal, batteriji tal-ħżin tal-enerġija u l-elettromobbiltà, tagħmir relatat mal-produzzjoni u l-użu tal-idroġenu, tagħmir relatat mal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, muturi tat-trazzjoni, pompi tas-sħana, trażmissjoni u ħżin tad-data, apparat elettroniku mobbli, tagħmir relatat mal-manifattura addittiva, robotika, droni, lanċaturi tar-rokits, satelliti u ċipep avvanzati.
2.Il-kumpaniji l-kbar identifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 għandhom, kull sentejn, iwettqu awditjar tal-katina tal-provvista tagħhom, li jinkludi:
(a)immappjar ta’ fejn tiġi estratta, ipproċessata jew irriċiklata l-materja prima strateġika li jużaw;
(b)test tal-istress tal-katina tal-provvista tagħhom tal-materja prima strateġika, li jkun jikkonsisti f’valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tagħha għat-tfixkil fil-provvista billi jiġi stmat l-impatt ta’ xenarji differenti li jistgħu jikkawżaw tali tfixkil u l-effetti potenzjali tagħhom, filwaqt li jitqiesu mill-anqas l-elementi elenkati fl-Artikolu 19(3).
3.Il-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw rapport li jkun fih ir-riżultati tal-awditjar msemmi fil-paragrafu 2 lill-bord tad-diretturi tagħhom.
Artikolu 24
Xiri konġunt
1.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u topera sistema li taggrega d-domanda tal-impriżi interessati li jikkonsmaw materja prima strateġika stabbilita fl-Unjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-istokkijiet strateġiċi u tfittex offerti mingħand il-fornituri biex tissodisfa dik id-domanda aggregata. Din għandha tkopri l-materja prima strateġika mhux ipproċessata u anki ipproċessata.
2.Għall-istabbiliment u t-tħaddim tas-sistema msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha:
(a)tagħżel għal liema materja prima strateġika, f’liema stadju tal-ipproċessar, tista’ tintuża s-sistema, filwaqt li jitqies ir-riskju relattiv tal-provvista tal-materja prima strateġika differenti u l-ħtieġa li jinbnew stokkijiet strateġiċi relatati ma’ dik il-materja abbażi tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 21 u 22;
(b)tistabbilixxi ammonti minimi tal-materja mitluba għall-parteċipazzjoni fis-sistema, filwaqt li jitqies l-għadd mistenni ta’ parteċipanti interessati u l-ħtieġa li jkun żgurat ammont maniġġabbli ta’ parteċipanti.
3.Il-parteċipazzjoni fis-sistema msemmija fil-paragrafu għandha tkun miftuħa u trasparenti għall-impriżi interessati kollha stabbiliti fl-Unjoni u għall-awtoritajiet tal-Istati Membri. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri jew ta’ xi entità nazzjonali soġġetta għad-Direttivi dwar l-akkwisti 2014/24 jew 2014/25 għandha tkun possibbli biss meta dik il-parteċipazzjoni tkun kompatibbli ma’ dawn id-Direttivi.
4.L-impriżi tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jipparteċipaw fis-sistema msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinnegozjaw b’mod trasparenti u b’mod konġunt ix-xiri, inkluż il-prezzijiet jew termini u kundizzjonijiet oħra tal-ftehim tax-xiri jew jużaw xiri konġunt biex jiksbu kundizzjonijiet aħjar mal-fornituri tagħhom jew biex jipprevjenu l-iskarsezzi. L-impriżi parteċipanti tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inkluż mal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni.
5.L-entitajiet għandhom jiġu esklużi mill-parteċipazzjoni bħala fornitur, fl-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt jew bħala fornitur tas-servizzi jekk ikunu:
(a)fil-mira ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 215 tat-TFUE;
(b)sidien jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fil-mira ta’ tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.
6.B’deroga mill-Artikolu 176 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni tista’ tikkuntratta s-servizzi meħtieġa ta’ entità stabbilita fl-Unjoni bi proċedura tal-akkwist skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li taġixxi bħala fornitur tas-servizzi biex tistabbilixxi u tħaddem is-sistema skont il-paragrafu 1. Il-fornitur tas-servizzi magħżul ma għandu jkollu l-ebda kunflitt ta’ interess.
7.Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-kompiti fil-kuntratt tas-servizz li għandu jagħti l-fornitur tas-servizzi, inkluż l-allokazzjoni tad-domanda, l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess għall-provvista, ir-reġistrazzjoni u l-verifika tal-parteċipanti kollha, il-pubblikazzjoni u r-rappurtar tal-attivitajiet u kull kompitu ieħor meħtieġ biex tiġi stabbilita u titħaddem is-sistema. Il-kuntratt tas-servizz għandu jittratta wkoll l-aspetti prattiċi tal-operat tal-fornitur tas-servizzi, inkluż l-użu tal-għodda tal-IT, il-miżuri tas-sigurtà, il-munita/i, ir-reġim tal-pagament, u l-obbligazzjonijiet.
8.Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi għandu jirriżerva d-dritt għall-Kummissjoni li timmonitorjah u tawditjah. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sħiħ għall-informazzjoni miżmuma mill-fornitur tas-servizzi fir-rigward tal-kuntratt. Is-servers u l-informazzjoni kollha għandhom ikunu fiżikament lokalizzati u maħżuna fit-territorju tal-Unjoni.
9.Il-kuntratt tas-servizz mal-fornitur tas-servizzi magħżul għandu jiddetermina s-sjieda tal-informazzjoni miksuba mill-fornitur tas-servizzi, u għandu jipprevedi t-trasferiment possibbli ta’ dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni malli jintemm jew jiskadi l-kuntratt tas-servizz.
Kapitolu 5
Sostenibbiltà
Taqsima 1
Ċirkolarità
Artikolu 25
Miżuri nazzjonali dwar iċ-ċirkolarità
1.Kull Stat Membru għandu sa [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation] biex jadotta u jimplimenta programmi nazzjonali li jkun fihom miżuri mfassla biex:
(a)iżidu l-ġbir tal-iskart b’potenzjal għoli ta’ rkupru tal-materja prima kritika u jiżguraw l-introduzzjoni tagħha fis-sistema xierqa tar-riċiklaġġ, biex jiġu massimizzati d-disponibbiltà u l-kwalità tal-materjal riċiklabbli bħala input għall-faċilitajiet tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika;
(b)iżidu l-użu mill-ġdid tal-prodotti u tal-komponenti b’potenzjal għoli ta’ rkupru tal-materja prima kritika;
(c)iżidu l-użu tal-materja prima kritika sekondarja fil-manifattura inkluż, meta xieraq, billi jitqies il-kontenut riċiklat fil-kriterji tal-għoti relatati mal-akkwist pubbliku;
(d)iżidu l-maturità teknoloġika tat-teknoloġiji tar-riċiklaġġ tal-materja prima kritika u jippromwovu l-effiċjenza tal-materjali u s-sostituzzjoni tal-materja prima kritika fl-applikazzjonijiet, tal-anqas billi jiġu inklużi azzjonijiet ta’ appoġġ għal dak il-għan fil-programmi nazzjonali tar-riċerka u tal-innovazzjoni;
(e)jiżguraw li l-ħaddiema tagħhom ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jappoġġaw iċ-ċirkolarità tal-katina tal-valur tal-materja prima kritika.
2.Il-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru b’mod partikolari l-prodotti u l-iskart li mhumiex soġġetti għal xi rekwiżit speċifiku dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Għal prodotti u skart oħrajn, il-miżuri għandhom jiġu implimentati b’koerenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.
Fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-programmi msemmija f’dak il-paragrafu jistgħu jinkludu, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE, l-introduzzjoni ta’ inċentivi finanzjarji, bħal skontijiet, għotjiet monetarji jew sistemi tar-rifużjoni tad-depożiti, biex iħeġġu l-użu mill-ġdid tal-prodotti b’potenzjal għoli ta’ rkupru tal-materja prima kritika u l-ġbir tal-iskart minn tali prodotti.
3.Kull Stat Membru għandu sa [OP please insert: 4 years after the date of entry into force of this Regulation] biex jadotta u jimplimenta miżuri biex jippromwovi l-irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni, b’mod partikolari mill-faċilitajiet tal-iskart magħluqa identifikati fil-bażi tad-data maħluqa f’konformità mal-Artikolu 26 bħala li fihom materja prima kritika li potenzjalment tista’ tiġi rkuprata ekonomikament.
4.Il-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitfasslu b’tali mod li jevitaw l-ostakli għall-kummerċ u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni f’konformità mat-TFUE.
5.Meta jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet tal-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku riċiklat, skont l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2012/19/UE dwar l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku, l-Istati Membri għandhom jidentifikaw separatament, u jirrappurtaw, il-kwantitajiet tal-komponenti li fihom ammonti rilevanti tal-materja prima kritika u li tneħħew minn dak l-iskart tat-tagħmir u l-kwantitajiet tal-materja prima kritika rkuprata mill-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-format u d-dettalji ta’ tali rappurtar. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3). L-ewwel perjodu tar-rapportar għandu jkopri l-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni.
6.L-Istati Membri għandhom, bħala parti mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 43, jipprovdu informazzjoni dwar l-adozzjoni tal-programmi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont il-paragrafi 1 u 2.
7.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw lista ta’ prodotti, komponenti u flussi tal-iskart li jridu tal-anqas jitqiesu bħala li għandhom potenzjal qawwi ta’ rkupru tal-materja prima kritika skont it-tifsira tal-paragrafu 1(a) u (b).
Fit-tfassil ta’ din il-lista, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)l-ammont totali tal-materja prima kritika li tista’ tiġi rkuprata minn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart:
(b)il-punt sa fejn dawk il-prodotti, komponenti u flussi tal-iskart huma koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
(c)il-lakuni regolatorji;
(d)l-isfidi partikolari li jaffettwaw il-ġbir u t-trattament tal-iskart tagħhom;
(e)is-sistemi eżistenti tal-ġbir u tat-trattament tal-iskart li japplikaw għalihom.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
Artikolu 26
Irkupru tal-materja prima kritika mill-iskart tal-estrazzjoni
1.L-operaturi obbligati jissottomettu pjanijiet għall-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/21/KE għandhom jipprovdu studju preliminari lill-awtorità kompetenti, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/21/KE, ta’ valutazzjoni ekonomika dwar l-irkupru potenzjali tal-materja prima kritika minn:
(a)l-iskart tal-estrazzjoni maħżun fil-faċilità; u
(b)l-iskart tal-estrazzjoni li jkun qed jiġi ġġenerat jew, meta jitqies aktar effettiv, mill-volum estratt qabel ma jsir skart.
2.L-istudju msemmi fil-paragrafu 1 għandu tal-anqas jinkludi stima tal-kwantitajiet u tal-konċentrazzjonijiet tal-materja prima kritika li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u fil-volum estratt u valutazzjoni tal-irkupru tekniku u ekonomiku tagħhom.
3.L-operaturi tal-faċilitajiet eżistenti tal-iskart għandhom jissottomettu l-istudju msemmi fil-paragrafu 1 lill-awtorità kompetenti kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/21/KE sa [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation]. L-operaturi tal-faċilitajiet ġodda tal-iskart għandhom jissottomettu dan l-istudju lill-awtorità kompetenti meta jissottomettu l-pjanijiet tagħhom tal-immaniġġjar tal-iskart f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2006/21/KE.
4.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażi tad-data tal-faċilitajiet tal-iskart magħluqa kollha, inkluż il-faċilitajiet tal-iskart abbandunati, li hemm fit-territorju tagħhom. Din il-bażi tad-data għandu jkun fiha informazzjoni dwar:
(a)il-post, il-firxa taż-żona u l-volum tal-iskart tal-faċilità tal-iskart;
(b)l-operatur jew l-operatur preċedenti tal-faċilità tal-iskart u, meta applikabbli, is-suċċessur legali tagħhom;
(c)il-kwantitajiet u l-konċentrazzjonijiet approssimattivi tal-materja prima kollha li tinsab fl-iskart tal-estrazzjoni u, meta disponibbli, fid-depożitu minerali oriġinali, f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;
(d)kull informazzjoni oħra meqjusa rilevanti mill-Istat Membru biex tippermetti l-irkupru tal-materja prima kritika minn faċilità tal-iskart.
5.Il-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi stabbilita sa [OP please insert: 1 year after the date of entry into force of this Regulation] u l-informazzjoni kollha timtela sa [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation]. Din għandha tkun disponibbli b’format aċċessibbli għall-pubbliku u diġitali u għandha tiġi aġġornata tal-anqas kull sentejn biex tkun tinkludi informazzjoni addizzjonali disponibbli u l-faċilitajiet li jkun għadhom kif ingħalqu jew kif ġew identifikati.
6.Biex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4(c), l-Istati Membri għandhom iwettqu tal-anqas l-attivitajiet li ġejjin:
(a)għall-faċilitajiet tal-iskart magħluqin kollha, l-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw b’mod komprensiv il-fajls tal-permessi disponibbli sa [OP please insert: 1 year after the date of entry into force of this Regulation];
(b)għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart fejn l-informazzjoni disponibbli ma teskludix a priori l-preżenza ta’ kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll, sa [OP please insert: 2 years after the date of entry into force of this Regulation], kampjunar ġeokimiku rappreżentattiv;
(c)għal dawk il-faċilitajiet tal-iskart fejn l-attivitajiet deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu jkunu indikaw kwantitajiet potenzjalment rekuperabbli ekonomikament ta’ materja prima kritika, l-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll, sa [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation], analiżi aktar dettaljata li tinvolvi core-logging jew tekniki ekwivalenti, meta dan ikun favur l-ambjent f’konformità mar-rekwiżiti ambjentali applikabbli fil-livell tal-Unjoni u mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/21/KE meta rilevanti.
7.L-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 6 għandhom isiru fil-limiti tas-sistemi legali nazzjonali relatati mad-drittijiet tal-proprjetà, is-sjieda tal-art, ir-riżorsi minerali u l-iskart, u kull dispożizzjoni rilevanti oħra. Meta tali fatturi jxekklu l-attivitajiet, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ifittxu l-kooperazzjoni tal-operatur jew tas-sid tal-faċilità tal-iskart. Ir-riżultati tal-attivitajiet deskritti fil-paragrafu 6 għandhom ikunu aċċessibbli bħala parti mill-bażi tad-data. Meta possibbli, l-Istati Membri għandhom jinkludu klassifikazzjoni fil-bażi tad-data tal-faċilitajiet magħluqa tal-iskart tal-estrazzjoni skont il-Klassifikazzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riżorsi.
Artikolu 27
Riċiklabbiltà tal-kalamiti permanenti
1.Minn [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation], kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, ġeneraturi tal-enerġija eolika, robots industrijali, vetturi bil-mutur, mezzi tat-trasport ħfief, ġeneraturi tat-tkessiħ, pompi tas-sħana, muturi elettriċi, inkluż meta dawn ikunu integrati fi prodotti oħra, magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ awtomatiċi, tumble dryers, microwaves, vacuum cleaners jew magni tal-ħasil tal-platti għandha tiżgura li dawk il-prodotti jkollhom tikketta li tidher, tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx li tindika:
(a)jekk dawk il-prodotti jinkorporawx kalamita permanenti waħda jew aktar jew le;
(b)jekk il-prodott jinkorporax kalamita permanenti waħda jew aktar, jekk dawk il-kalamiti jappartjenux għal xi wieħed mit-tipi li ġejjin:
(i) Neodimju-Ħadid-Boron;
(ii) Samarju-Kobalt;
(iii) Aluminju-Nikil-Kobalt;
(iv) Ferrite.
2.Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format għat-tikkettar imsemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
3.Minn [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation], kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar tat-tipi msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (b)(i) sa (iii), għandha tiżgura li fuq il-prodott jew fil-prodott ikun hemm trasportatur tad-data.
4.It-trasportatur tad-data msemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun marbut ma’ identifikatur uniku tal-prodott li jipprovdi aċċess għal dan li ġej:
(a)l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;
(b)informazzjoni dwar il-piż, il-post u l-kompożizzjoni kimika tal-kalamiti permanenti individwali kollha inklużi fil-prodott, u dwar il-preżenza u t-tip ta’ kisi tal-kalamiti, kolol u kull addittiv użat;
(c)informazzjoni li tippermetti l-aċċess u t-tneħħija tal-kalamiti permanenti kollha inkorporati fil-prodott, li tal-anqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-kalamita permanenti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2012/19/UE.
5.Għall-prodotti meta l-kalamiti permanenti inkorporati jkunu jinsabu esklussivament f’mutur elettriku wieħed jew aktar inkorporati fil-prodott, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4(b), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar il-post ta’ dawk il-muturi elettriċi, u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4(c), tista’ tinbidel b’informazzjoni dwar l-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi, li tal-anqas tinkludi s-sekwenza tal-passi tat-tneħħija, l-għodod jew it-teknoloġiji kollha meħtieġa għall-aċċess u t-tneħħija tal-muturi elettriċi.
6.Għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 3 li għalihom hu meħtieġ passaport tal-prodott kif definit fir-Regolament XX/XX [ir-Regolament dwar l-Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli] skont att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiġi inkluża f’dak il-passaport tal-prodott.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tkun kompluta, aġġornata u eżatta u għandha tibqa’ disponibbli għal perjodu mill-anqas sa 10 snin wara t-tul tal-ħajja tipiku tal-prodott, inkluż wara insolvenza, likwidazzjoni jew waqfien tal-attività fl-Unjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tirreferi għall-mudell tal-prodott jew, meta l-informazzjoni tkun differenti bejn unitajiet tal-istess mudell, għal lott jew unità partikolari. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun aċċessibbli għar-riċiklaturi, għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u għall-awtoritajiet doganali.
8.Għandhom japplikaw l-Artikolu 9(1)(c) u (d) u l-Artikoli 10 u 13 tar-Regolament (UE) …/… [OP: please insert reference to the Ecodesign for Sustainable Products], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament.
Qabel ma jqiegħdu fis-suq prodott imsemmi fil-paragrafu 3, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi għandhom jiżguraw li l-identifikatur uniku tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 4 jittella’ fir-reġistru msemmi fl-[Artikolu 12(1)] tar-Regolament (UE) …/… [Ekodisinn għal Prodotti Sostenibbli].
Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafu, ir-referenzi għal “l-att delegat applikabbli adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 10(b) u “l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 10(f), u l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2023/xxx [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
9.Meta r-rekwiżiti tal-informazzjoni relatati mar-riċiklaġġ tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament XX/XXXX [OP please insert: the Ecodesign for Sustainable Products Regulation] jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni ta’ xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
10.Il-prodotti ddisinjati primarjament għal applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu
11.Għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L, ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw minn [OP please insert: 5 years after the date of entry into force of this Regulation].
12.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex temenda l-Anness VI biex tipprovdi jew taġġorna lista tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda u deskrizzjonijiet tal-prodott li jikkorrispondu għall-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 biex tiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet doganali fir-rigward ta’ dawk il-prodotti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 28.
Artikolu 28
Kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti
1.Minn [OP please insert: 3 years after the date of entry into force of this Regulation] jew sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2, skont liema minnhom jiġi l-aħħar, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq prodotti msemmija fl-Artikolu 27(1) li jinkorporaw kalamita permanenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 27(1), il-punt (b)(i) sa (iii) u li għalihom il-piż totali ta’ dawn il-kalamiti permanenti kollha jaqbeż iż-0,2 kg, għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu s-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodott.
2.Sa [OP please insert: 2 years after the date of entry into force of this Regulation], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli għall-kalkolu u l-verifika tas-sehem ta’ neodimju, disprożju, praseodimju, terbju, boron, samarju, nikil u kobalt irkuprati mill-iskart tal-manifattura jew mill-iskart ta’ wara l-konsum li jkun preżenti fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.
Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jispeċifikaw il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità minn fost il-moduli stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, bl-adattamenti meħtieġa fid-dawl tal-prodotti kkonċernati. Meta tispeċifika l-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-kriterji li ġejjin:
(a)jekk il-modulu kkonċernat hux xieraq għat-tip ta’ prodott u proporzjonat għall-interess pubbliku segwit;
(b)id-disponibbiltà ta’ partijiet terzi kompetenti u indipendenti li jistgħu jwettqu kompiti potenzjali tal-valutazzjoni tal-konformità ta’ partijiet terzi;
(c)meta l-involviment tal-partijiet terzi jkun obbligatorju, il-ħtieġa tal-manifattur li jkollu għażla bejn il-moduli tal-assigurazzjoni tal-kwalità u taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.
3.Wara l-31 ta’ Diċembru 2030, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati li jissupplementaw dan ir-Regolament billi tistabbilixxi ishma minimi għan-neodimju, id-disprożju, il-praseodimju, it-terbju, il-boron, is-samarju, in-nikil u l-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum li jridu jkunu preżenti fil-kalamita permanenti inkorporata fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1.
L-atti delegati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jipprevedu perjodi tranżizzjonali adattati skont id-diffikultà ta’ adattament tal-prodotti koperti mill-miżura, biex tkun żgurata l-konformità.
Is-sehem minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni minn qabel tal-impatti, filwaqt li jitqiesu:
(a)id-disponibbiltà eżistenti u mbassra tan-neodimju, tad-disprożju, tal-praseodimju, tat-terbju, tal-boron, tas-samarju, tan-nikil u tal-kobalt irkuprati mill-iskart ta’ wara l-konsum;
(b)l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1 u d-distribuzzjoni relattiva tas-sehem tal-kontenut riċiklat fil-kalamiti permanenti inkorporati fil-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 imqiegħda fis-suq;
(c)il-progress tekniku u xjentifiku, inkluż bidliet konsiderevoli fit-teknoloġiji tal-kalamiti permanenti li jħallu impatt fuq it-tip ta’ materja rkuprata;
(d)il-kontribut effettiv u potenzjali ta’ sehem minimu għall-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni;
(e)l-impatti possibbli fuq il-funzjonament tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti;
(f)il-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi sproporzjonati fuq l-affordabbiltà tal-kalamiti permanenti u tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti.
4.Meta r-rekwiżiti relatati mal-kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti jiġu stabbiliti f’atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament XX/XX [OP please insert: the Ecodesign for Sustainable Products Regulation] jew f’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għal xi wieħed mill-prodotti elenkati fil-paragrafu 1, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw minflok id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
5.Mid-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-paragrafu 1, meta joffru l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruhom waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ.
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-prodotti ddisinjati primarjament għall-applikazzjonijiet tad-difiża jew spazjali għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.
6.Għall-apparat tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, il-vetturi bil-mutur u l-mezzi tat-trasport ħfief li huma vetturi approvati skont it-tip tal-kategorija L, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 6 għandhom japplikaw wara 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2.
Taqsima 2
Ċertifikazzjoni u impronta ambjentali
Artikolu 29
Skemi rikonoxxuti
1.Il-gvernijiet jew l-organizzazzjonijiet li żviluppaw u jissorveljaw l-iskemi taċ-ċertifikazzjoni relatati mas-sostenibbiltà tal-materja prima kritika (“sidien tal-iskemi”) jistgħu japplikaw biex l-iskemi tagħhom jiġu rikonoxxuti mill-Kummissjoni.
L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fihom kull evidenza rilevanti relatata mal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-informazzjoni minima li għandu jkun fihom l-applikazzjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
2.Meta, abbażi tal-evidenza pprovduta skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tiddetermina li skema taċ-ċertifikazzjoni tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, din għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti rikonoxximent lil dik l-iskema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
3.Il-Kummissjoni għandha minn żmien għal żmien tivverifika li l-iskemi rikonoxxuti jkun għadhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness IV.
4.Is-sidien tal-iskemi rikonoxxuti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kull bidla jew aġġornament li jsiru fl-iskemi rikonoxxuti. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk dawk il-bidliet jew l-aġġornamenti jaffettwawx il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa.
5.Jekk ikun hemm evidenza ta’ każijiet ripetuti jew sinifikanti meta l-operaturi ekonomiċi li jimplimentaw skema rikonoxxuta jkunu naqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dik l-iskema, il-Kummissjoni għandha teżamina, b’konsultazzjoni mas-sid tal-iskema rikonoxxuta, jekk dawk il-każijiet jindikawx defiċjenzi fl-iskema li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent u tieħu azzjoni xierqa.
6.Meta l-Kummissjoni tidentifika defiċjenzi fi skema rikonoxxuta li jaffettwaw il-bażi għar-rikonoxximent, din tista’ tagħti perjodu ta’ żmien xieraq lis-sid tal-iskema biex jieħu azzjoni ta’ rimedju.
7.Meta s-sid tal-iskema jonqos jew jirrifjuta li jieħu l-azzjoni ta’ rimedju meħtieġa, u meta il-Kummissjoni tkun sabet li d-defiċjenzi msemmija fil-paragrafu 6 ifissru li l-iskema ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tirtira r-rikonoxximent tal-iskema. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
8.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru tal-iskemi rikonoxxuti u żżommu aġġornat. Dak ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq sit web b’aċċess liberu.
Artikolu 30
Dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali
1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli tal-kalkolu u tal-verifika tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika differenti, f’konformità mal-Anness V u filwaqt li tqis metodi tal-valutazzjoni xjentifikament sodi u standards internazzjonali rilevanti. Ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika għandhom jidentifikaw liema hi l-aktar kategorija tal-impatt importanti. Id-dikjarazzjoni tal-impronta għandha tkun limitata għal dik il-kategorija tal-impatt.
2.Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli tal-kalkolu u tal-verifika għal materja prima kritika speċifika jekk, wara li tkun ikkunsidrat id-diversi kategoriji rilevanti tal-impatt ambjentali, tkun ikkonkludiet li l-materja prima kritika inkwistjoni għandha impronta ambjentali sinifikanti u li għalhekk obbligu li tiġi dikjarata l-impronta ambjentali ta’ dik il-materja fir-rigward tal-kategorija tal-aktar impatt importanti, meta jitqiegħed fis-suq, hu meħtieġ u proporzjonat biex jgħin fl-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni billi jiffaċilita l-provvista tal-materja prima kritika b’inqas impronta ambjentali.
3.Meta tikkunsidra jekk l-obbligu previst fil-paragrafu 2 hux meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)jekk u kif l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni humiex diġà qed jintlaħqu b’leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni applikabbli għall-materja prima kritika inkwistjoni;
(b)l-eżistenza u l-adozzjoni ta’ standards u linji gwida internazzjonali rilevanti, jew il-prospetti ta’ qbil dwar tali standards fil-livell internazzjonali, kif ukoll prattiki sostenibbli fis-suq, inkluż l-iskemi volontarji rikonoxxuti skont l-Artikolu 29;
(c)l-effettività tas-sħubijiet strateġiċi, tal-proġetti strateġiċi, tal-ftehimiet kummerċjali u ta’ strumenti internazzjonali oħra u tal-kuntatt mwettaq mill-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.
4.Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni minn qabel tal-impatti biex tiddeċiedi jekk tadottax att delegat skont il-paragrafu 1. Tali valutazzjoni għandha:
(a)tkun ibbażata fost l-oħrajn fuq konsultazzjoni ma’:
(a)il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, bħall-industrija inkluża l-industrija downstream, l-SMEs u, meta rilevanti, l-industrija tal-artiġjanat, is-sħab soċjali, in-negozjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-ħarsien tal-ambjent u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur;
(b)pajjiżi terzi li l-kummerċ tagħhom mal-Unjoni jista’ jiġi affettwat b’mod sinifikanti minn dan l-obbligu;
(c)il-Bord;
(b)tiżgura li kull miżura bħal din ma tkunx imħejjija, adottata jew applikata bil-ħsieb jew bl-effett li jinħolqu ostakli mhux meħtieġa għall-kummerċ internazzjonali, u li ma tkunx aktar restrittiva għall-kummerċ milli meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni, wara li tqis il-kapaċità tal-fornituri tal-pajjiżi terzi li jikkonformaw ma’ tali dikjarazzjoni b’tali mod li l-flussi kummerċjali aggregati u l-kostijiet tal-materja prima kritika ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat;
(c)tivvaluta jekk il-miżura tgħinx biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni mingħajr ma tħalli impatt sproporzjonat fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tikseb il-materja prima kritika inkwistjoni.
5.Kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq materja prima kritika li għaliha l-Kummissjoni tkun adottat regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1 għandha tagħmel disponibbli dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.
Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għal kull tip ta’ materja prima kritika individwali mqiegħda fis-suq u ma għandux japplika għall-materja prima kritika inkluża fil-prodotti intermedji jew finali.
6.Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
(a)l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali reġistrata u l-indirizz postali tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u, meta disponibbli, il-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;
(b)informazzjoni dwar it-tip ta’ materja prima kritika li għaliha tapplika d-dikjarazzjoni;
(c)informazzjoni dwar il-pajjiż u r-reġjun minn fejn tkun ġiet estratta, ipproċessata, raffinata u riċiklata l-materja prima kritika, kif applikabbli;
(d)l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika, ikkalkulata f’konformità mar-regoli tal-verifika u tal-kalkolu applikabbli adottati skont il-paragrafu 1;
(e)il-klassi tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali li l-materja prima kritika tikkorrispondi għaliha, stabbilita f’konformità mal-att delegat applikabbli adottat skont il-paragrafu 7;
(f)web link li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa r-riżultati tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.
7.Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 36 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi klassijiet tal-prestazzjoni tal-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika skont il-paragrafu 1, f’konformità mal-Anness V.
8.Id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali għandha tkun disponibbli fuq sit web b’aċċess liberu.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-format tad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali msemmija fil-paragrafu 5. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 37(3).
9.Meta joffru materja prima kritika għall-bejgħ, inkluż fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, jew juruha waqt attività kummerċjali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq materja prima kritika għandhom jiżguraw li l-klijenti tagħhom ikollhom aċċess għad-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali qabel ma jintrabtu b’kuntratt tal-bejgħ.
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jqiegħdu fis-suq il-materja prima kritika ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet li aktarx iqarrqu jew iħawdu lill-klijenti fir-rigward tal-informazzjoni inkluża fid-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali.
Taqsima 3
Moviment liberu, konformità u sorveljanza tas-suq
Artikolu 31
Moviment liberu
1.L-Istati Membri ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-informazzjoni tar-riċiklaġġ jew tal-kontenut riċiklat tal-kalamiti permanenti jew għal raġunijiet relatati mal-informazzjoni dwar l-impronta ambjentali tal-materja prima kritika koperta minn dan ir-Regolament, jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti jew il-materja prima kritika konformi ma’ dan ir-Regolament.
2.Waqt il-fieri kummerċjali, il-wirjiet, id-dimostrazzjonijiet jew l-avvenimenti simili, l-Istati Membri ma għandhomx jipprevjenu l-wiri tal-prodotti li fihom il-kalamiti permanenti jew il-materja prima kritika li mhix konformi ma’ dan ir-Regolament, diment li jkun hemm sinjal viżibbli li jindika b’mod ċar li tali prodotti jew materja ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament u li ma jistgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq qabel ma jsiru konformi.
Artikolu 32
Konformità u sorveljanza tas-suq
1.Qabel ma jqiegħdu fis-suq prodott kopert mill-Artikoli 27 jew 28, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għandhom jiżguraw li tkun saret il-proċedura applikabbli tal-valutazzjoni tal-konformità u li tkun tfasslet id-dokumentazzjoni teknika meħtieġa. Meta l-konformità ta’ prodott mar-rekwiżiti applikabbli tkun intweriet bil-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità, il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli għandhom jiżguraw li tkun tfasslet id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE u li tkun twaħħlet il-marka CE.
2.Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għall-prodotti koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27 għandha tkun il-proċedura stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2023/XXX [OP: insert reference to ESPR], sakemm dawk il-prodotti ma jkunux koperti wkoll mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 28, f’liema każ il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità għandha tkun il-proċedura stabbilita fir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2).
3.Il-Kapitolu IX u l-Artikoli 37, 38 u 39 tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28.
4.Fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(a)Il-Kapitolu XII tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR], u d-definizzjonijiet korrispondenti fl-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament, għandhom japplikaw fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 30.
(b)L-Istati Membri għandhom, minbarra r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2023/xxx [OP: please insert reference to ESPR], iqisu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30 fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament;
(c)L-Artikoli 60 u 61(1) tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom japplikaw ukoll għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30;
(d)il-Kummissjoni għandha, minbarra r-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR], tinkludi informazzjoni relatata mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30 fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 61(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament;
(e)fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR], il-grupp ta’ kooperazzjoni amministrattiva (“ADCO”) imsemmi f’dak l-Artikolu u l-Kummissjoni għandhom iqisu wkoll ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 u 30.
5.Għall-finijiet tal-paragrafi 3 u 4, il-partijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jiġu applikati kif ġej:
(a)ir-referenzi għal “ir-rekwiżiti tal-ekodisinn speċifikati fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 37(1), “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti delegati applikabbli adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 63(1) u “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-att delegat rilevanti adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jinqraw bħala referenzi għal “ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 ta’ dan ir-Regolament”;
(b)ir-referenzi għall-“prodott kopert minn att delegat adottat skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 37(3) u 63(1) tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għal “prodott jew materja koperti mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 28 ta’ dan ir-Regolament”;
(c)ir-referenzi għall-“kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 41 u “kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-atti delegati rilevanti adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 45(10) tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għall-“kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament”;
(d)ir-referenzi għall-“proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 4” fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) 2023/XX [OP: please insert reference to ESPR] għandhom jinqraw bħala referenza għall-“proċeduri tal-valutazzjoni tal-konformità previsti skont ir-regoli tal-kalkolu u tal-verifika adottati skont l-Artikolu 28(2) ta’ dan ir-Regolament”.
6.Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal prodotti koperti mill-approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament 2018/858 u r-Regolament 168/2013.
Kapitolu 6
Sħubijiet Strateġiċi
Artikolu 33
Sħubijiet Strateġiċi
1.Il-Bord għandu jiddiskuti minn żmien għal żmien:
(a)il-punt sa fejn is-Sħubijiet Strateġiċi konklużi mill-Unjoni jgħinu għal:
(i)it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni;
(ii)il-parametru referenzjarju stabbilit fl-Artikolu 1(2)(b);
(iii)it-titjib tal-kooperazzjoni tul il-katina tal-valur tal-materja prima kritika bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab;
(b)il-koerenza u s-sinerġiji potenzjali bejn il-kooperazzjoni bilaterali tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi rilevanti u l-azzjonijiet imwettqa mill-Unjoni fil-kuntest ta’ Sħubijiet Strateġiċi;
(c)liema pajjiżi terzi għandhom jingħataw prijorità għall-konklużjoni tas-Sħubijiet Strateġiċi, filwaqt li jitqiesu l-kriterji li ġejjin:
(i)il-kontribut potenzjali għas-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jitqiesu r-riżervi potenzjali, il-kapaċitajiet tal-estrazzjoni, tal-ipproċessar u tar-riċiklaġġ ta’ pajjiż terz relatati mal-materja prima kritika;
(ii)jekk il-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz jiżgurax il-monitoraġġ, il-prevenzjoni u l-minimizzazzjoni tal-impatti ambjentali, l-użu ta’ prattiki soċjalment responsabbli inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol u l-involviment sinifikanti mal-komunitajiet lokali, l-użu ta’ prattiki kummerċjali trasparenti u l-prevenzjoni tal-impatti negattivi fuq il-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjoni pubblika u l-istat tad-dritt;
(iii)jekk hemmx ftehimiet ta’ kooperazzjoni eżistenti bejn pajjiż terz u l-Unjoni u, għas-swieq emerġenti u l-ekonomiji li qed jiżviluppaw, il-potenzjal ta’ varar ta’ proġetti tal-investiment tal-Global Gateway.
(iv) għas-swieq emerġenti u għall-ekonomiji li qed jiżviluppaw, jekk u kif sħubija tista’ tikkontribwixxi biex jiżdied il-valur lokali u tkun ta’ ġid reċiproku għall-pajjiż sieħeb u għall-Unjoni.
2.Il-Bord għandu, fil-kuntest tal-paragrafu 1 u sa fejn jirrigwarda s-swieq emerġenti u l-ekonomiji li qed jiżviluppaw, jiżgura l-kooperazzjoni ma’ fora rilevanti oħra tal-koordinazzjoni, inkluż dawk stabbiliti bħala parti mill-istrateġija Global Gateway.
3.L-Istati Membri għandhom:
(a)jikkoordinaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw il-koerenza bejn il-kooperazzjoni bilaterali tagħhom ma’ pajjiżi terzi rilevanti u s-Sħubijiet Strateġiċi mhux vinkolanti tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi, li l-ambitu tagħhom jinkludi tal-anqas il-katina tal-valur tal-materja prima kritika;
(b)jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kooperazzjoni stabbiliti fi Sħubijiet Strateġiċi.
Kapitolu 7
Governanza
Artikolu 34
Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika
1.Jiġi stabbilit il-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika.
2.Il-Bord għandu jwettaq il-kompiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 35
Kompożizzjoni u funzjonament tal-Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika
1.Il-Bord għandu jkun magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Għandu jkun ippresedut mill-Kummissjoni.
2.Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli fil-Bord. Meta rilevanti fir-rigward tal-funzjoni u l-għarfien espert, Stat Membru jista’ jaħtar rappreżentanti differenti fir-rigward tal-kompiti differenti tal-Bord. Kull membru tal-Bord għandu jkollu sostitut.
3.Il-Bord għandu, wara proposta tal-Kummissjoni, jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu.
4.Il-Bord għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu speċifikati f’dan ir-Regolament b’mod effettiv. Meta meħtieġ, il-Bord għandu jiltaqa’ wara talba motivata tal-Kummissjoni.
Il-Bord għandu jiltaqa’ tal-anqas:
(a)kull 3 xhur għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-Proġetti Strateġiċi skont il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1;
(b)kull 6 xhur għall-iżvilupp tal-monitoraġġ skont il-Kapitolu 4;
(c)darba fis-sena biex jiġi diskuss il-progress tal-implimentazzjoni tal-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-esplorazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu 3, it-Taqsima 4, inkluż fid-dawl ta’ aġġornamenti tal-listi tal-materja prima kritika jew strateġika.
5.Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Bord b’segretarjat eżekuttiv li jipprovdi appoġġ tekniku u loġistiku.
6.Il-Bord jista’ jistabbilixxi sottogruppi permanenti jew temporanji biex jittrattaw kwistjonijiet u kompiti speċifiċi.
Il-Bord għandu tal-anqas jistabbilixxi s-sottogruppi permanenti li ġejjin:
(a)sottogrupp biex jiddiskuti u jikkoordina l-finanzjament għall-Proġetti Strateġiċi skont l-Artikolu 15; rappreżentanti ta’ banek u istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp, il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra inkluż il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u, kif ikun xieraq, istituzzjonijiet finanzjarji privati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi;
(b)sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil istituti jew stħarriġiet ġeoloġiċi nazzjonali jew, fin-nuqqas ta’ tali istitut jew stħarriġ, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli mill-esplorazzjoni ġenerali, biex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali tal-esplorazzjoni msemmija fl-Artikolu 18;
(c)sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lil aġenziji nazzjonali tal-provvista u tal-informazzjoni li jkopru l-materja prima kritika jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-kompiti tal-monitoraġġ kif stabbilit fl-Artikolu 19;
(d)sottogrupp li jlaqqa’ flimkien lill-aġenzija nazzjonali tal-emerġenzi u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istokkijiet strateġiċi jew, fin-nuqqas ta’ tali aġenzija u awtorità, l-awtorità nazzjonali rilevanti responsabbli għal dik il-kwistjoni, biex jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi kif stabbilit fl-Artikolu 22.
7.Il-Bord għandu jistieden rappreżentanti tal-Parlament Ewropew biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, inkluż tas-sottogruppi permanenti jew temporanji msemmija fil-paragrafu 6.
Meta xieraq, il-Bord jista’ jistieden lil esperti, partijiet terzi oħra jew rappreżentanti tal-pajjiżi terzi biex jattendu l-laqgħat tas-sottogruppi permanenti jew temporanji msemmija fil-paragrafu 6 bħala osservaturi jew biex jipprovdu kontributi bil-miktub.
Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bord għandu, meta xieraq, jiżgura l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni mal-istrutturi rilevanti tar-rispons għall-kriżijiet u tat-tħejjija għall-kriżijiet stabbiliti skont il-liġi tal-Unjoni.
8.Il-Bord għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura t-trattament u l-ipproċessar sikur tal-informazzjoni kunfidenzjali u sensittiva kummerċjalment.
9.Il-Bord għandu jagħmel l-aqwa sforzi biex jilħaq kunsens.
Kapitolu 8
Setgħat delegati u proċedura ta’ kumitat
Artikolu 36
Eżerċizzju tad-delega
1.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati hi mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 27(12), fl-Artikolu 28(2) u fl-Artikolu 30(1) u (5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tmien snin minn [OP please insert: one month after the date of entry into force of this Regulation]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ sitt snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi taż-żmien identiċi, għajr meta l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ikunu oġġezzjonaw għal tali estensjoni sa tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(2), fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 27(12), fl-Artikolu 28(2) u fl-Artikolu 30(1) u (5) tista’ tiġi revokata f’kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li jkunu diġà fis-seħħ.
4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. Il-konsultazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri għandha ssir wara l-konsultazzjoni skont l-Artikolu 14.
5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 27(12), l-Artikolu 28(2) u l-Artikolu 30(1) u (5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u anki l-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn wara inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 37
Proċedura ta’ Kumitat
1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar l-implimentazzjoni ta’ [OP: please insert reference to this act]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
3.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Kapitolu 9
Emendi
Artikolu 38
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724
Ir-Regolament (UE) 2018/1724 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Anness I, fl-ewwel kolonna, tiżdied ringiela ġdida “S. Proġetti tal-materja prima kritika”.
(2)fl-Anness I, fit-tieni kolonna, fir-ringiela “S. Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdied il-punt li ġej:
“1. informazzjoni dwar il-proċess tal-għoti tal-permessi.”
“2. informazzjoni dwar servizzi tal-finanzjament u tal-investiment”
“3. informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ finanzjament fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri”
“4. informazzjoni dwar servizzi ta’ appoġġ kummerċjali, inkluż iżda mhux limitati għad-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva, il-liġijiet tat-taxxa lokali, il-liġi tax-xogħol”
(3)fl-Anness II, fl-ewwel kolonna, tiżdied ringiela ġdida “Proġetti tal-materja prima kritika”.
(4)fl-Anness II, fit-tieni kolonna, fir-ringiela “Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“Proċedura relatata mal-permessi amministrattivi rilevanti kollha għall-ippjanar, il-bini u l-operat tal-proġetti tal-manifattura tat-teknoloġija b’emissjonijiet żero netti, inkluż il-permessi tal-bini, il-permessi tal-konnessjoni kimika u mal-grilja u l-valutazzjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet ambjentali meta meħtieġa, u li tinkludi l-applikazzjonijiet u l-proċeduri amministrattivi kollha”.
(5)fl-Anness II, fit-tielet kolonna, fir-ringiela “Proġetti tal-materja prima kritika”, jiżdied l-punt li ġej:
“L-eżiti kollha relatati mal-proċeduri varji, mir-rikonoxximent tal-validità tal-applikazzjoni san-notifika tad-deċiżjoni komprensiva dwar l-eżitu tal-proċedura mill-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli”.
(6)fl-Anness III, jiżdied il-punt li ġej:
“(9) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 8(1) ta’ [OP: please insert reference to this proposal]”.
Artikolu 39
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1020
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 huwa emendat kif ġej:
(1)fl-Artikolu 4(5), it-test “(UE) 2016/425(35) u (UE) 2016/426(36)” huwa sostitwit b’dan li ġej: “(UE) 2016/425 (*), (UE) 2016/426 (**) u [(UE) […] [is-sena tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament]/…(***)];
(2)fl-Anness I, jiżdied il-punt li ġej: “X [OP please insert the next consecutive number] ir-Regolament (UE)…/… li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 [OP please insert the publication details of this Regulation], sa fejn jikkonċerna r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 27, 28 jew 30 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 40
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/858
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858 huwa emendat kif ġej:
Fil-Parti I, fit-tabella, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
[OP Please insert the next consecutive number under heading G]
|
Rekwiżiti taċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti
|
Ir-Regolament (UE) XX/XX [OP please insert: OJ publication details of this Regulation]
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
|
|
|
|
X
|
X
|
Artikolu 41
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 168/2013
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 huwa emendat kif ġej:
Fil-Parti I, fit-tabella, tiżdied l-entrata li ġejja:
|
[OP Please insert the next consecutive number under heading C1]
|
Rekwiżiti taċ-ċirkolarità tal-kalamiti permanenti
|
Ir-Regolament (UE) XX/XX [OP please insert OJ publication details of this Regulation]
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
X
|
Kapitolu 10
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 42
Monitoraġġ tal-progress
1.Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis il-parir tal-Bord, timmonitorja l-progress għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1(2) u tippubblika rapport, mill-anqas kull 3 snin, li jagħti dettalji dwar il-progress tal-Unjoni biex jintlaħqu dawk l-objettivi.
L-ewwel rapport għandu jitfassal sa [OP please insert: 4 years after the date of entry into force of this Regulation].
2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni kwantitattiva dwar il-firxa tal-progress tal-Unjoni favur il-parametri referenzjarji stabbiliti fl-Artikolu 1(2) (a) u (b).
Artikolu 43
Rappurtar tal-Istati Membri
1.Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(4), fl-Artikolu 20(1) u (2), fl-Artikolu 21(1), fl-Artikolu 22(5) u fl-Artikolu 25(6). L-ewwel rapport għandu jintbagħat sa [OP please insert: one year after the date of entry into force of this Regulation].
2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudell għar-rapporti msemmija fil-paragrafu 1. Il-mudell jista’ jindika kif għandha tiġi espressa l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).
3.L-informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ttrattata f’konformità mal-Artikolu 44.
Artikolu 44
Trattament tal-informazzjoni kunfidenzjali
1.L-informazzjoni miksuba waqt l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u għandha tiġi protetta mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali.
2.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u professjonali u tal-informazzjoni sensittiva, kunfidenzjali u klassifikata oħra miksuba u ġġenerata waqt l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri li jridu jittieħdu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali rispettiva.
3.L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kklassifikata pprovduta jew skambjata skont dan ir-Regolament ma tiġix degradata jew deklassifikata mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-oriġinatur.
4.Jekk Stat Membru jivvaluta li l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni aggregata fil-kuntest tal-Artikolu 21 tista’ xorta waħda tikkomprometti l-interess tas-sigurtà nazzjonali tiegħu, dan jista’ joġġezzjona għall-preżentazzjoni tal-Kummissjoni b’avviż ġustifikat.
5.Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali, l-uffiċjali, l-impjegati u persuni oħra tagħhom li jaħdmu bis-superviżjoni ta’ dawn l-awtoritajiet għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba waqt it-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħhom. Dan l-obbligu japplika wkoll għar-rappreżentanti kollha tal-Istati Membri, l-osservaturi, l-esperti u l-parteċipanti l-oħra kollha li jattendu l-laqgħat tal-Bord skont l-Artikolu 35.
Artikolu 45
Penali
Sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri, u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien ukoll dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.
Artikolu 46
Evalwazzjoni
1.Sa [OP please insert: 5 years after the date of entry into force of this Regulation], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-objettivi li jsegwi u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
2.Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu għandu tal-anqas jivvaluta l-adegwatezza tal-istabbiliment ta’ limiti massimi għall-impronta ambjentali tal-materja prima kritika li għaliha jkunu ġew adottati regoli tal-kalkolu u tal-verifika.
Artikolu 47
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.Titolu tal-proposta/inizjattiva
1.2.Oqsma ta’ politika kkonċernati
1.3.Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’:
1.4.Objettivi
1.4.1.Objettivi ġenerali
1.4.2.Objettivi speċifiċi
1.4.3.Riżultati u impatt mistennija
1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni
1.5.Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva
1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti tal-finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni
1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva
1.7.Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanati
2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar
2.2.Sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll
2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet tal-pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta
2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistemi tal-kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-errur (waqt il-ħlas u fl-għeluq)
2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati
3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
3.3.Impatt stmat fuq id-dħul
1.QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika (l-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika)
1.2. Oqsma ta’ politika kkonċernati
“Patt Ekoloġiku Ewropew”
“Ewropa lesta għall-era diġitali”
“Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja”
1.3. Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’:
azzjoni ġdida
azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja
l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti
fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida
1.4. Objettivi
1.4.1. Objettivi ġenerali
L-objettiv ġenerali tal-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika hu li jkun żgurat l-aċċess sigur tal-UE għall-materja prima kritika, filwaqt li jiġi inċentivat l-iżvilupp ta’ sorsi tal-provvista sostenibbli. Dan finalment jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għal standards għoljin tal-għajxien fl-UE, jipprevjeni t-tfixkil u d-diffikultajiet fis-suq uniku Ewropew u jżid il-kompetittività tan-negozji Ewropej, filwaqt li jsaħħaħ ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali fid-dinja.
1.4.2. Objettivi speċifiċi
Objettiv speċifiku Nru
–
jissaħħu l-istadji differenti tal-katina tal-valur tal-materja prima strateġika;
–
jiġu diversifikati l-importazzjonijiet tal-materja prima tal-Unjoni;
–
jittejbu l-kapaċitajiet tal-UE li timmonitorja u ttaffi r-riskju ta’ tfixkil fil-provvista tal-materja prima kritika;
–
ikun żgurat il-moviment liberu tal-materja prima kritika fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, billi jittejbu ċ-ċirkolarità u s-sostenibbiltà tagħha.
1.4.3. Riżultati u impatt mistennija
Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.
Ir-riżultat mistenni tal-Att dwar is-CRMs hu l-provvista sigura tas-CRMs u l-kapaċità msaħħa tal-UE tul il-katina tal-valur tas-CRMs tagħha. L-Att dwar is-CRMs se jinċentiva aktar żvilupp tas-sorsi tal-provvista sostenibbli biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet strateġiċi tal-UE, b’mod partikolari t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-investimenti msaħħa fil-qasam tad-difiża.
Id-disponibbiltà ta’ data, immappjar u programmi tal-esplorazzjoni oħra tar-riżorsi minerali tal-UE se tappoġġa l-kompetittività tal-katina tal-valur; meta jingaħtaw iżjed informazzjoni, il-kumpaniji jgawdu taffija tar-riskji fl-istadji bikrija tal-esplorazzjoni u għalhekk mbagħad jiġi appoġġat aktar investiment aktar ’l isfel fil-katina tal-valur.
Id-deżinjazzjoni tal-Proġetti Strateġiċi b’permessi simplifikati u aċċess aħjar għall-finanzjament se tipprovdi appoġġ aktar b’saħħtu lill-katina tal-valur tas-CRMs fl-UE u fil-pajjiżi terzi u sussegwentement tipprovdi provvista aktar sigura tas-CRMs għall-utenti downstream fl-UE. Dan se joħloq valur miżjud ċar għall-funzjonament tas-Suq Uniku u għandu impatti ekonomiċi pożittivi għall-produtturi tas-CRMs u s-setturi downstream għax jiżgura r-reżiljenza industrijali u jippermetti l-iżvilupp tal-katina tal-valur tas-CRMs tal-UE. Anki l-impatti soċjali tiegħu fuq l-impjiegi u l-koeżjoni tar-reġjuni tal-UE se jkunu pożittivi.
L-Att dwar is-CRMs se jipprevedi l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet tal-monitoraġġ u valutazzjoni tar-riskju qabel il-kriżi. Is-sistema tal-governanza, b’Bord għall-Materja Prima Kritika apposta, network tal-aġenziji tal-Istati Membri u kapaċità interna fil-Kummissjoni, se tappoġġa l-katina tal-valur tas-CRMs tal-UE. Il-kumpaniji se jgawdu direttament mill-pubblikazzjoni regolari ta’ informazzjoni aġġornata dwar ir-riskji tal-provvista fil-forma ta’ għodda tal-monitoraġġ li se tippermettilhom ifasslu l-istrateġiji tal-mitigazzjoni tagħhom. L-azzjonijiet tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni tar-riskji, bħat-testijiet tal-istress tal-UE, se joħolqu domanda mill-gvernijiet u mill-kumpaniji biex jixtru CRMs siguri.
Il-ġbir tar-riżerva strateġika hu relatat mal-koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi nazzjonali tal-materja prima strateġika. Il-koordinazzjoni se tinċentiva lill-Istati Membri biex isaħħu l-istokkijiet strateġiċi tagħhom, u żżid saff addizzjonali tas-sigurtà għall-kumpaniji li l-katina tal-valur tagħhom tinkludi materja prima strateġika. Id-dimensjoni Ewropea ta’ din il-koordinazzjoni se tiżgura li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u tibni fuq is-sinerġiji fost l-istokkijiet strateġiċi nazzjonali. Din il-koordinazzjoni fost ir-riżervi nazzjonali qabel xi kriżi se tiżgura wkoll tħejjija aħjar għall-kriżijiet fil-każ li jiskatta xi mekkaniżmu qafas ta’ viġilanza jew ta’ rispons għall-kriżijiet li jista’ jkopri l-materja prima.
Biex tkun żgurata t-tħejjija għar-riskju tal-kumpaniji, sett speċifiku ta’ kumpaniji kbar ikkonċernati mid-dispożizzjonijiet se jinvesti fir-reżiljenza tagħhom u se jqis il-kostijiet reali tal-produzzjoni tal-materja prima strateġika billi jiżgura li dawn jawditjaw u jagħmlu testijiet tal-istress regolari tal-ktajjen tal-provvista tagħhom jekk ikun fihom ċertu sett ta’ materja prima strateġika.
Il-miżuri dwar ix-xiri konġunt se jippermettu lill-awtoritajiet nazzjonali jew lill-operaturi ekonomiċi jingħaqdu flimkien meta jixtru l-materja prima strateġika.
L-iżvilupp ta’ produzzjoni aktar sostenibbli tal-materja prima kritika hu appoġġat minn dispożizzjonijiet għall-iżvilupp taċ-ċirkolarità tas-swieq tal-materja prima kritika. Il-proposta tistabbilixxi regoli b’mod partikolari għall-irkupru, il-ġbir u t-trattament tal-prodotti li ma għadhomx jintużaw u flussi tal-iskart li fihom il-materja prima kritika, biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u swieq tar-riċiklaġġ, u jiġi promoss l-użu tal-materja prima kritika sekondarja fil-manifattura. L-azzjonijiet se jiffukaw ukoll fuq l-irkupru tal-materja prima kritika mis-siti tal-iskart magħluqa u abbandunati. Iddaħħlu wkoll dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tal-impronta ambjentali u informazzjoni oħra dwar il-materja prima kritika mqiegħda fis-suq tal-Unjoni.
Ir-Regolament se joħloq Bord Ewropew għall-Materja Prima Kritika li jiġbor flimkien l-aqwa għarfien espert disponibbli fil-Kummissjoni Ewropea u fl-Istati Membri biex janalizza u jimmonitorja s-swieq, jivvaluta r-riskji u jagħti pariri dwar strateġiji ta’ mitigazzjoni, jassisti fil-proġetti strateġiċi u jikkoordina l-ġbir tar-riżerva strateġika. Il-Bord se jiddiskuti wkoll il-prijoritajiet u l-objettivi tas-Sħubijiet Strateġiċi mal-pajjiżi terzi li jkopru l-materja prima, u l-koordinazzjoni ta’ dawk is-sħubijiet ma’ oħrajn simili konklużi mill-Istati Membri.
1.4.4. Indikaturi tal-prestazzjoni
Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.
- L-ammont ta’ data u mapep tar-riżorsi minerali tal-UE żviluppati fl-Istati Membri.
- L-għadd ta’ Proġetti Strateġiċi ffinanzjati fl-UE u barra mill-pajjiż tul il-katina tal-valur tas-CRMs.
- Il-volum totali tal-investimenti mill-kumpaniji li joperaw fl-UE fis-CRMs, filwaqt li jitqies is-segment tal-katina tal-valur li joperaw fih.
- Id-data tal-monitoraġġ dwar l-evoluzzjoni tal-proġetti, l-iżviluppi fid-domanda u fil-provvista, u l-flussi kummerċjali fis-CRMs.
- L-ammont tal-istokkijiet strateġiċi fil-livell nazzjonali.
- L-ammont u l-persentaġġ tas-CRMs riċiklati. L-ammont ta’ CRMs sekondarji użati fil-proċessi l-ġodda tal-produzzjoni.
1.5. Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva
1.5.1. Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva
Ir-Regolament għandu jkun applikabbli għalkollox fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, jeħtieġ jittieħdu xi azzjonijiet minn qabel biex titħejja l-implimentazzjoni tar-Regolament. Il-Bord għandu jkun stabbilit u l-Istati Membri jridu jkunu ħatru punt tal-kuntatt għal-laqgħa tiegħu. Sal-mument tal-applikabbiltà, il-Bord għandu jkun operattiv għalkollox.
Il-ġbir tal-informazzjoni mir-rappreżentant tal-kumpaniji tul il-katina tal-valur tas-CRMs għandu jkun diġà qed isir u l-Istati Membri għandhom ikunu diġà ddiskutew u wettqu monitoraġġ tal-katina tal-valur tas-CRMs.
1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-kumplimentarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.
Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)
L-ebda Stat Membru waħdu ma jista’ jindirizza b’mod effettiv ir-riskji tal-provvista dejjem jiżdiedu tal-materja prima kritika – mhux l-anqas minħabba n-nuqqas ta’ okkorrenzi ġeoloġiċi fi Stat Membru individwali u l-ekonomiji ta’ skala sostanzjali fil-katina tal-valur tal-materja prima kritika. Il-miżuri inklużi f’din l-inizjattiva ma jkunux daqshekk effettivi kieku kellhom jiġu implimentati mill-Istati Membri waħedhom għax il-problemi li jindirizzaw huma relatati ms-Suq Uniku kollu kemm hu. Mhumiex limitati għal Stati Membri individwali jew għal subsett ta’ Stati Membri iżda għall-bażi industrijali tal-UE u għall-katina tal-valur tal-materja prima kritika tal-UE kollha. Barra minn hekk, l-approċċi fil-livell tal-Istati Membri biss aktarx ma jkunux adegwati biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-ktajjen tal-provvista tant interkonnessi li hemm fis-suq intern.
Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)
L-azzjoni tal-UE hi essenzjali biex jinkisbu ekonomiji ta’ skala u ambitu u biex tiġi limitata, jekk mhux biex tiġi evitata, il-frammentazzjoni tal-isforzi u l-ineffiċjenzi assoċjati. Bi qbil ma’ din il-loġika, l-azzjonijiet proposti jiffokaw fuq oqsma li juru valur miżjud dimostrabbli fl-azzjoni fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala, il-veloċità u l-ambitu tal-isforzi meħtieġa. Pereżempju:
- l-azzjonijiet immirati għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fi proġetti tal-materja prima kritika tul il-katina tal-valur jistgħu jitfasslu u jiġu kkoordinati bl-aktar mod effettiv fil-livell tal-Unjoni, minħabba l-iskala tal-investimenti meħtieġa u għax il-kapaċitajiet li jirriżultaw iridu jaqdu lis-suq intern kollu.
- l-azzjonijiet immirati għat-titjib tal-kapaċitajiet tal-monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni se jiksbu effettività akbar milli jekk jitħallew mhux ikkoordinati. Flimkien, l-Istati Membri u l-Kummissjoni se jkunu jistgħu jantiċipaw aħjar it-tfixkil fil-provvista milli b’taħlita ta’ sforzi nazzjonali. Il-qafas propost jenħtieġ li jippermetti diviżjoni aktar effiċjenti tal-kompiti u kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi.
1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi
L-UE bħalissa tistrieħ kważi għalkollox fuq l-importazzjonijiet għal ħafna minn din il-materja prima; aktar importanti minn hekk, f’dawn l-importazzjonijiet, il-fornituri huma kkonċentrati ħafna u l-fornituri ewlenin huma f’ħafna każijiet esposti għal riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza sinifikanti.
F’xi każijiet, is-sehem tal-provvista ta’ pajjiż wieħed ikun iżjed minn 90%, pereżempju ċ-Ċina għall-materjali tal-art rari ħfief, il-materjali tal-art rari tqal, il-gallju u l-manjeżju; it-Turkija għall-boron. Għal madwar terz tal-minerali vvalutati fil-valutazzjoni tal-kritikalità, u nofs il-materja prima kritika, il-provvista tal-UE hi aktar ikkonċentrata mill-provvista dinjija (għall-boksajt, il-borat jew il-manganiż). Din il-konċentrazzjoni tespandi tul il-katina tal-valur, u l-istadju tal-ipproċessar hu ferm aktar ikkonċentrat mill-istadju tal-estrazzjoni għal xi materjali, bħal-litju, il-manjeżju, jew il-ġermanju. Iċ-Ċina tikkontrolla 56% tal-kapaċità dinjija tal-litju raffinat, 60% tal-kobalt raffinat, 58% tal-manganiż raffinat. Minbarra l-konċentrazzjoni tal-provvista f’xi pajjiżi individwali, xi atturi espandew id-dominanza tagħhom tal-katina tal-valur dinji billi kisbu kontroll ta’ attivitajiet ekonomiċi u assi fil-pajjiżi terzi, bħaċ-Ċina li tikkontrolla l-minjieri tal-kobalt fil-Kongo (azzjonisti Ċiniżi jikkontrollaw żewġ kumpaniji fil-Kongo li flimkien jammontaw għal 13,8% tal-produzzjoni dinjija tal-kobalt).
Dan il-grad ta’ konċentrazzjoni jixħet is-sigurtà tal-provvista tal-UE f’riskji ġeopolitiċi.
1.5.4. Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra
Biex jiġu implimentati b’suċċess l-azzjonijiet previsti fl-Att dwar is-CRMs, se jkomplu jiġu żviluppati sinerġiji ma’ azzjonijiet attwalment appoġġati mill-Unjoni u mill-Istati Membri permezz ta’ programmi u azzjonijiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni fis-CRMs u għal żviluppi ta’ parti mill-katina tal-provvista. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, il-Programm Qafas Orizzont Ewropa, biex jiġu appoġġati l-iżviluppi fir-riċerka u fl-innovazzjoni ħalli jinkisbu soluzzjonijiet innovattivi għall-katina tal-valur tas-CRMs.
Barra minn hekk, għall-iżvilupp ta’ katina tal-valur tas-CRMs sostenibbli fl-Ewropa, sorsi possibbli ta’ appoġġ fil-livell Ewropew u tal-Istati Membri jistgħu jkunu:
- L-użu tal-Fond għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) mill-Istati Membri biex jgħinu għall-investimenti meħtieġa;
- Orizzont Ewropa;
- Il-Fond għall-Innovazzjoni għal azzjonijiet li jappoġġaw investimenti fil-qasam tas-CRMs, b’mod partikolari fejn jidħol ir-riċiklaġġ;
- Il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta;
- Il-faċilità ta’ garanzija tal-EFSD+;
- L-NDICI (u, b’mod partikolari, il-faċilità ta’ garanzija u l-faċilità ta’ taħlit tal-EFSD+) u l-IPA (Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni);
- L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku;
- Il-Programm tas-Suq Uniku.
L-inizjattiva proposta tista’ tiġi stabbilita fil-kuntest ta’ għadd ta’ politiki u prijoritajiet Ewropej imħabbra dan l-aħħar:
- L-Istrateġija Industrijali;
- Il-Pjan tal-Irkupru għall-Ewropa;
- REpowerEU;
- Il-Patt Ekoloġiku;
- Riċerka u Innovazzjoni bil-programm propost Orizzont Ewropa, Il-Pilastru II Ir-Raggruppament 4 “Diġitali, Industrija u Spazju” bil-għan li jsiru kontributi konkreti għal tliet politiki ġenerali tal-UE: “Ewropa lesta għall-Era Diġitali”, “Ekonomija għas-servizz tan-nies”, u “Patt Ekoloġiku Ewropew”.
1.5.5. Valutazzjoni tal-alternattivi differenti tal-finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għal riallokazzjoni
1.6. Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva
tul limitat
–
fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS
–
Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.
tul mhux limitat
–Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,
–segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.7. Metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanati
Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni
– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;
–
mill-aġenziji eżekuttivi
Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri
Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:
– lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;
– lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);
– lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;
– lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;
– lill-korpi tal-liġi pubblika;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;
– lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.
–Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.
Kummenti
2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1. Regoli tal-monitoraġġ u tar-rappurtar
Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.
Ir-Regolament jipprevedi l-istabbiliment ta’ Bord b’funzjonijiet konsultattivi. Il-Kummissjoni se tkun parti mill-Bord. Il-monitoraġġ, il-koordinazzjoni tal-istokkijiet strateġiċi jew l-għażla tal-proġetti strateġiċi se jsiru bl-appoġġ tal-Bord.
2.2. Sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll
2.2.1. Ġustifikazzjoni tal-modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet tal-pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta
Ir-Regolament jintroduċi qafas ta’ politika ġdid biex jiġi attirat l-investiment u tiġi żviluppata katina tal-valur tal-materja prima kritika fl-Unjoni. Jintroduċi regoli armonizzati għal approċċ ikkoordinat għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-valutazzjoni tar-riskju tal-materja prima strateġika.
Dawn ir-regoli l-ġodda jeħtieġu mekkaniżmu ta’ konsistenza għall-applikazzjoni transfruntiera tal-obbligi skont dan ir-Regolament u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni permezz tal-Bord.
2.2.2. Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistemi tal-kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom
Il-Bord stabbilit mir-Regolament għandu rwol konsultattiv. Ir-riskji jittaffew bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bord u billi tiżgura s-segretarjat tiegħu. Il-Kummissjoni se tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord, se tikkontribwixxi għall-kompiti assenjati lill-Bord u se tiżgura s-segwitu tagħhom.
2.2.3. Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-errur (waqt il-ħlas u fl-għeluq)
2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet
Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.
3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1. Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji tan-nefqa affettwati
·Linji baġitarji eżistenti
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati u mill-pajjiżi kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
03.020101
|
Diff.
|
LE
|
LE
|
LE
|
LE
|
·Linji baġitarji ġodda mitluba
Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Linja baġitarja
|
Tip ta’ nefqa
|
Kontribuzzjoni
|
|
|
Numru
|
Diff./Mhux diff.
|
mill-pajjiżi tal-EFTA
|
mill-pajjiżi kandidati u mill-pajjiżi kandidati potenzjali
|
minn pajjiżi terzi oħra
|
dħul assenjat ieħor
|
|
|
[XX.YY.YY.YY]
|
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
IVA/LE
|
3.2. Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet
3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali
–
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
1
|
Suq uniku, innovazzjoni u diġitali
|
|
DĠ: GROW
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
□ Approprjazzjonijiet operazzjonali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
03.020101
|
Impenji
|
(1a)
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
|
|
Pagamenti
|
(2a)
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
|
03.0202
|
Impenji
|
(1b)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(2b)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
|
|
|
Linja baġitarja
|
|
(3)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ GROW
|
Impenji
|
=1a+1b+3
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
|
|
Pagamenti
|
=2a+2b+3
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 1
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
=4+ 6
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
|
|
Pagamenti
|
=5+ 6
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
0.8
|
|
|
|
3.2
|
Jekk il-proposta/inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:
|
□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
Impenji
|
(4)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
(5)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)
|
(6)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 6
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)
|
Impenji
|
=4+6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Pagamenti
|
=5+6
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
7
|
“Nefqa amministrattiva”
|
Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li għandha tiġi introdotta l-ewwel darba fl-
Anness għad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva
(l-Anness 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
DĠ: GROW
|
|
□ Riżorsi umani
|
1.392
|
2.167
|
3.912
|
3.912
|
|
|
|
11.383
|
|
□ Nefqa amministrattiva oħra
|
0.212
|
0.212
|
0.213
|
0.213
|
|
|
|
0.850
|
|
TOTAL TAD-DĠ GROW
|
|
1,604
|
2.379
|
4.125
|
4.125
|
|
|
|
12.233
|
|
DĠ ENV
|
|
|
□ Riżorsi umani
|
0.171
|
0.342
|
0.513
|
0.513
|
|
|
|
1.539
|
|
□ Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ ENV
|
|
0.171
|
0.342
|
0.513
|
0.513
|
|
|
|
1.539
|
|
DĠ INTPA
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
□ Riżorsi umani
|
|
0.171
|
0.342
|
0.342
|
0.342
|
|
|
|
1.197
|
|
□ Nefqa amministrattiva oħra
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL TAD-DĠ INTPA
|
|
0.171
|
0.342
|
0.342
|
0.342
|
|
|
|
1.197
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)
|
1.946
|
3.063
|
4.980
|
4.980
|
|
|
|
14.969
|
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
Impenji
|
2.746
|
3.863
|
5.780
|
5.780
|
|
|
|
18.169
|
|
|
Pagamenti
|
2.746
|
3.863
|
5.780
|
5.780
|
|
|
|
18.169
|
3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali
Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Indika l-objettivi u l-outputs
|
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
|
OUTPUTS
|
|
|
Tip
|
Kost medju
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru
|
Kost
|
Nru totali
|
Kost totali
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1…
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Eżitu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Eżitu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Eżitu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
- Eżitu
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTALI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.2.3. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi
–
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva
–
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
TOTAL
|
|
INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
1.734
|
2.851
|
4.767
|
4.767
|
|
|
|
14.119
|
|
Nefqa amministrattiva oħra
|
0.212
|
0.212
|
0.213
|
0.213
|
|
|
|
0.850
|
|
Subtotal tal-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
1.946
|
3.063
|
4.980
|
4.980
|
|
|
|
14.969
|
|
Barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Riżorsi umani
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
1.946
|
3.063
|
4.980
|
4.980
|
|
|
|
14.969
|
L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
3.2.3.1. Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani
–
Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.
–
Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:
L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time
|
|
Sena
2024
|
Sena
2025
|
Sena
2026
|
Sena
2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)
|
|
20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)
|
8
|
14
|
22
|
22
|
|
|
|
|
20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 01 (Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 11 (Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
□ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE)
|
|
20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)
|
4
|
5
|
11
|
11
|
|
|
|
|
20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
XX 01 xx yy zz
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Linji baġitarji oħra (speċifika)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL
|
12
|
19
|
33
|
33
|
|
|
|
XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.
Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:
|
Uffiċjali u persunal temporanju
|
Implimentazzjoni tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika fuq skala sħiħa
·5 FTEs biex jiżguraw il-kompiti ta’ ġestjoni u koordinazzjoni:
o2 FTEs li jaħdmu fuq il-koordinazzjoni tal-politika u l-abbozzar ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni
o2 FTEs biex jiżguraw is-segretarjat tal-istruttura ta’ governanza
o1 FTE għall-amministrazzjoni tal-istudji u l-kuntratti
·10 FTEs għall-implimentazzjoni tal-kompiti ta’ monitoraġġ, ġbir tad-data u valutazzjoni tar-riskji, li jistgħu jinqasmu bħala:
o7 FTEs għall-monitoraġġ tas-suq u r-rapportar dwar il-materja prima strateġika u kritika
o2 FTEs għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni mill-Istati Membri
o1 FTE għall-bini u l-aġġornament ta’ bażi tad-data dwar id-data u l-informazzjoni kollha miġbura fil-monitoraġġ, il-proġetti, l-Istati Membri, eċċ.
·11-il FTE għall-miżuri ta’ politika, li jistgħu jinqasmu bħala:
o2 FTEs biex jiżguraw l-infurzar tal-obbligi tal-Istati Membri dwar il-miżuri taċ-ċirkolarità, inkluż il-miżuri tad-Direttiva dwar l-Iskart tal-Estrazzjoni
o2 FTEs għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-impronta ambjentali, l-iżvilupp ta’ metodi ta’ kalkolu u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-miżuri
o2 FTEs biex jinfurzaw azzjonijiet dwar l-istandardizzazzjoni u jħejju talbiet ta’ standardizzazzjoni (b’mod partikolari dwar materjali tal-art rari)
o2 FTEs biex jikkoordinaw l-attivitajiet nazzjonali ta’ esplorazzjoni
o3 FTEs għall-koordinazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riżervi nazzjonali u l-iżvilupp ta’ gwida meta possibbli
·5 FTEs biex jappoġġaw il-Proġetti Strateġiċi, li jistgħu jinqasmu bħala:
o2 FTEs biex jappoġġaw lill-bord fl-għażla ta’ Proġetti Strateġiċi
o1 FTE għas-segwitu ta’ proġetti strateġiċi, b’mod partikolari dwar il-proċessi tal-permessi
o2 FTEs biex jappoġġaw il-Proġetti Strateġiċi f’termini ta’ aċċess għall-investiment
·2 FTEs għall-appoġġ ta’ Sħubijiet Strateġiċi
|
|
Persunal estern
|
|
3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali
Il-proposta/inizjattiva:
–
tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).
L-approprjazzjonijiet operazzjonali se jiġu riallokati taħt il-pakkett baġitarju eżistenti tal-Programm tas-Suq Uniku.
–
teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.
teħtieġ reviżjoni tal-QFP.3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
Il-proposta/inizjattiva:
–
ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi
–
tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:
Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
|
Sena 2024
|
Sena 2025
|
Sena 2026
|
Sena 2027
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
Total
|
|
Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
Il-proposta/inizjattiva ma tħalli l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.
–
Il-proposta/inizjattiva tħalli l-impatt finanzjarju li ġej:
fuq ir-riżorsi proprji
fuq dħul ieħor
indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa
miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)
|
Linja baġitarja tad-dħul:
|
Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti
|
Impatt tal-proposta/inizjattiva
|
|
|
|
Sena N
|
Sena N+1
|
Sena N+2
|
Sena N+3
|
Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)
|
|
Artikolu ………….
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.
Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).