Strasburgu, 14.3.2023

COM(2023) 147 final

2023/0076(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011 u (UE) 2019/942 biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Unjoni mill-manipulazzjoni tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SWD(2023) 58 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

spjeu objettivi tal-proposta

1.1.Kuntest tal-politika

Il-prezzijiet tal-enerġija żdiedu konsiderevolment tul l-2021 u l-2022. Dan ġara minħabba tnaqqis fil-provvista tal-gass, partikolarment wara l-bidu tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-użu tal-enerġija bħala arma, u anki minħabba nuqqas ta’ enerġija idroelettrika u nukleari fil-pajjiżi. Iż-żidiet fil-prezzijiet huma riżultat ukoll ta’ żieda fid-domanda għall-enerġija, hekk kif l-ekonomija dinjija bdiet tirpilja wara l-pandemija tal-COVID-19. Dawn iż-żidiet fil-prezzijiet inħassew malajr mill-unitajiet domestiċi, mill-industrija u min-negozji madwar l-UE, u l-gvernijiet ħadu passi minnufih biex itaffuhom. Fil-livell Ewropew, l-UE pprovdiet sett ta’ għodod malajr għall-prezzijiet tal-enerġija 1 b’miżuri li jindirizzaw il-prezzijiet għoljin, partikolarment għall-aktar konsumaturi vulnerabbli (inkluż appoġġ għad-dħul, ħelsien mit-taxxa, iffrankar tal-gass, u miżuri tal-ħżin), u l-pjan REPowerEU 2 b’aktar miżuri u finanzjament biex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli ħalli tonqos id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi. Sussegwentement, inħoloq reġim temporanju ta’ Għajnuna mill-Istat 3 biex ċerti miżuri jkunu jistgħu jnaqqsu l-impatt tal-prezzijiet għoljin, reġim sod għall-ħżin tal-gass 4 , miżuri effettivi għat-tnaqqis fid-domanda għall-gass 5 u l-elettriku 6 , proċessi aktar malajr għall-għoti tal-permessi għall-enerġija rinnovabbli u għall-grilja 7 , u reġimi li jillimitaw il-prezzijiet biex jevitaw il-profitti mhux previsti fis-swieq tal-gass u fis-swieq tal-elettriku 8 .

Dawn il-miżuri għall-immedjat għenu lill-Istati Membri jindirizzaw id-diffikultajiet urġenti tal-kriżi tal-enerġija. Iżda l-kriżi wriet ukoll kemm il-konsumaturi u l-industriji huma esposti u n-nuqqas ta’ reżiljenza tagħna għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija. In-negozji u ċ-ċittadini dehrilhom li l-impatt tal-ġenerazzjoni bbażata fuq il-fjuwils fossili fuq l-iffissar tal-prezzijiet tal-elettriku kien eċċessiv, filwaqt li l-abbiltà li l-Istati Membri jtaffu l-prezzijiet fl-immedjat b’kuntratti aktar fit-tul dehret li ma kinitx adegwata. Għaldaqstant, fid-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022 9 , il-President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-ħtieġa ta’ riforma fundamentali fid-disinn tas-suq tal-elettriku.

Filwaqt li s-suq intern tal-enerġija tal-UE jipprovdi qligħ u tkabbir enormi madwar l-Ewropa, il-kriżi riċenti tal-enerġija ħarġet fid-dieher li l-fokus tad-disinn tas-suq tal-enerġija fuq l-immedjat jista’ jfixkel l-għanijiet usa’ u aktar fit-tul. Ir-riflessjoni tal-prezzijiet tal-immedjat fil-kontijiet tal-konsumaturi wasslet għal xokkijiet fil-prezzijiet, u l-kontijiet tal-enerġija ta’ ħafna konsumaturi triplikaw jew kwadruplikaw, anke meta l-kostijiet tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx bdew jonqsu; l-esponiment għal għarrieda għal prezzijiet volatili u għoljin ikkaġuna l-falliment ta’ xi fornituri; ħafna intrapriżi industrijali f’setturi intensivi fl-enerġija kienu kostretti jagħlqu. Għalhekk, il-proposta tinkludi sett ta’ miżuri mmirati biex joħolqu buffer bejn is-swieq tal-immedjat u l-kontijiet tal-elettriku mħallsa mill-konsumaturi, partikolarment billi jiġi inċentivat l-ikkuntrattar fit-tul, biex jitjieb il-funzjonament tas-swieq tal-immedjat għal integrazzjoni aħjar tal-enerġija rinnovabbli u titjib fir-rwol tal-flessibbiltà, u biex il-konsumaturi jingħataw is-setgħa u jitħarsu.

Il-volatilità riċenti tal-prezzijiet ħarġet fid-dieher ukoll in-nuqqas ta’ flessibbiltà fil-grilja tal-elettriku, li ħafna drabi l-prezzijiet jiġu stabbiliti wisq mill-ġenerazzjoni mħaddma bil-gass, u n-nuqqas ġenerali ta’ provvista flessibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, ta’ rispons għad-domanda u ta’ ħżin tal-enerġija. Hekk kif aktar enerġija mir-riħ u mix-xemx qed tidħol fis-sistema, se jkunu meħtieġa teknoloġiji flessibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju ħalli l-provvista varjabbli tiġi bilanċjata b’domanda varjabbli. B’mod paralleli ma’ din il-proposta, il-Kummissjoni qed tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-avvanz fl-innovazzjoni, fit-teknoloġiji u fil-kapaċitajiet fejn tidħol il-ħażna.

B’mod aktar ġenerali, is-sensittività tal-prezz tal-elettriku għall-prezzijiet tal-fjuwils fossili ħarġet fid-dieher il-bżonn li titħaffef l-adozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u li s-sistema tal-enerġija tkun flessibbli ħalli jiġu sostitwiti l-fjuwils fossili. Il-pjan REPowerEU jagħti din l-ispinta lill-enerġija rinnovabbli, u jagħti spinta wkoll lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità. Dan hu msejjes fuq l-isforz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew biex titjieb il-kompetittività Ewropea bl-innovazzjoni u bit-tranżizzjoni lejn ekonomija b’emissjonijiet żero netti, u hu allinjat mill-qrib mal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni. Biex jiġu ffaċilitati l-investimenti meħtieġa fid-dawl tal-volatilità riċenti tal-prezzijiet, l-interventi regolatorji mhux ikkoordinati u l-ostakli tal-grilja u regolatorji għad-dħul, hemm bżonn riforma fundamentali. Fl-aħħar, fir-Rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini appellaw lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jieħdu miżuri li “Itejbu s-sigurtà tal-enerġija Ewropea, u jiksbu l-indipendenza enerġetika tal-UE” u li “Inaqqsu d-dipendenza tal-UE minn atturi barranin f’setturi ekonomikament strateġiċi”, inkluż l-enerġija 10

1.2.Objettivi tal-proposta

Il-proposta tindirizza t-tħassib tal-konsumaturi, tal-industrija u tal-investituri dwar l-esponiment għal prezzijiet volatili fl-immedjat, xprunati minn prezzijiet għoljin tal-fjuwils fossili. Din se tottimizza d-disinn tas-suq tal-elettriku billi tikkumplimenta s-swieq tal-immedjat bi rwol akbar għall-istrumenti fit-tul, filwaqt li l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aktar kuntratti bi prezz fiss, u tiffaċilita l-investimenti fit-teknoloġiji nodfa. Fl-aħħar mill-aħħar, se tfisser li hemm bżonn tnaqqis fil-ġenerazzjoni tal-fjuwils fossili u se twassal għal prezzijiet orħos għall-konsumaturi waqt kriżi futura tal-fjuwils fossili minħabba l-kostijiet operazzjonali baxxi tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Il-proposta qed tippreżenta miżuri biex il-konsumaturi jitħarsu minn din il-volatilità, jingħataw is-setgħa b’għażla kuntrattwali akbar u aċċess aktar dirett għall-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-investiment għan-negozji, partikolarment dawk li jagħżlu perkorsi tad-dekarbonizzazzjoni, din tipproponi miżuri biex ittaffi l-esponiment għaż-żidiet fil-prezzijiet fl-immedjat bi ftehimiet għax-xiri tal-enerġija u aktar obbligi prudenzjali għall-fornituri tal-enerġija. Tipproponi wkoll miżuri biex jittejjeb il-mod kif l-enerġiji rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju varjabbli jiġu integrati fis-suq tal-immedjat. Dawn jinkludu l-miżuri li jsaħħu l-użu tar-rispons għad-domanda u tal-ħżin, fost forom oħra ta’ flessibbiltà nonfossili. Il-proposta ttejjeb u tiċċara wkoll l-aċċess għal kuntratti aktar fit-tul għall-iżviluppaturi (kemm dawk appoġġati mill-Istat bħal kuntratti għad-differenza, kif ukoll privati, bħall-ftehimiet għax-xiri tal-enerġija) biex jinkiseb dħul sigur u stabbli għall-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u jitnaqqsu r-riskju u l-kostijiet tal-kapital, filwaqt li jiġu evitati l-profitti mhux previsti fi żmienijiet ta’ prezzijiet għoljin.

Filwaqt li d-disinn tas-suq attwali wassal għal suq effiċjenti u dejjem aktar integrat fuq medda twila ta’ snin, il-kriżi tal-enerġija ħarġet fid-dieher għadd ta’ nuqqasijiet relatati ma’: (i) in-nuqqas ta’ għodod biżżejjed għall-protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż n-negozji, mill-prezzijiet għoljin tal-immedjat; (ii) l-influwenza żejda tal-prezzijiet tal-fjuwils fossili fuq il-prezzijiet tal-elettriku u l-fatt li l-enerġija rinnovabbli bi prezz baxx u l-enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tonqos milli tkun riflessa aħjar fil-kontijiet tal-elettriku; (iii) l-impatt tal-volatilità estrema tal-prezzijiet u tal-interventi regolatorji fuq l-investiment; (iv) in-nuqqas ta’ flessibbiltà nonfossili biżżejjed (bħar-rispons għad-domanda jew il-ħżin) li tista’ tnaqqas id-dipendenza fuq il-ġenerazzjoni mħaddma bil-gass; (v) l-għażla limitata tat-tipi ta’ kuntratti tal-fornituri; (vi) id-diffikultajiet biex l-enerġija rinnovabbli tiġi aċċessata direttament bil-kondiviżjoni tal-enerġija; u (vii) l-ħtieġa ta’ monitoraġġ sod tas-suq tal-enerġija għal protezzjoni aħjar mill-abbuż tas-suq.

Biex il-konsumaturi jitħarsu mill-prezzijiet volatili, il-proposta se tipprevedi d-dritt għal kuntratti bi prezzijiet fissi u kuntratti bi prezzijiet dinamiċi, id-dritt għal kuntratti multipli u informazzjoni aħjar u aktar ċara dwar il-kuntratti. Il-konsumaturi se jiġu offruti varjetà ta’ kuntratti li jaqdu bl-aħjar mod iċ-ċirkostanzi tagħhom. B’dan il-mod, il-konsumaturi, inkluż in-negozji ż-żgħar, jistgħu jorbtu prezzijiet siguri u fit-tul biex itaffu l-impatt ta’ xokkijiet għal għarrieda fil-prezzijiet, u/jew jistgħu jagħżlu li jkollhom kuntratti tal-ipprezzar dinamiku mal-fornituri jekk ikunu jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-varjabbiltà tal-prezzijiet biex jużaw l-elettriku meta jkun orħos (eż. biex jiċċarġjaw il-karozzi elettriċi jew jużaw il-pompi tas-sħana). B’dan il-kombinament tal-ipprezzar dinamiku u tal-ipprezzar fiss ikunu jistgħu jinżammu l-inċentivi tas-suq għall-konsumaturi biex jaġġustaw id-domanda tagħhom għall-elettriku, filwaqt li tinkiseb aktar ċertezza wkoll għal dawk li jixtiequ jinvestu fis-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (eż. il-pannelli solari fuq il-bjut) u l-istabbiltà tal-kostijiet. Minbarra l-qafas ta’ protezzjoni eżistenti għall-konsumaturi foqra u vulnerabbli fl-enerġija, il-proposta se tipprovdi wkoll aċċess għal prezzijiet regolati bl-imnut għall-unitajiet domestiċi u għall-konsumaturi tal-SMEs f’każ ta’ kriżi u tistabbilizza l-industrija tal-provvista billi teżiġi li l-fornituri jagħmlu aktar sforz biex jipproteġu miż-żidiet kbar fil-prezzijiet billi jużaw aktar kuntratti bil-quddiem mal-ġeneraturi (illokkjar bi prezzijiet futuri) u billi l-Istati Membri jintalbu jistabbilixxu reġim tal-fornitur tal-aħħar istanza. Il-proposta se tagħti s-setgħa lill-konsumaturi billi toħloq id-dritt li l-enerġija rinnovabbli tiġi kondiviża direttament, mingħajr il-ħtieġa li jinħolqu komunitajiet tal-enerġija. Kondiviżjoni akbar tal-enerġija (eż., il-kondiviżjoni tal-enerġija solari żejda mal-ġar) tista’ ttejjeb l-użu tal-enerġija rinnovabbli bi prezz baxx u tipprovdi aċċess akbar għall-użu dirett tal-enerġija rinnovabbli lill-konsumaturi li altrimenti ma jkollhomx aċċess bħal dan.

Biex iżżid l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-kost tal-enerġija, u b’hekk tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE li qed tiffaċċja prezzijiet volatili eċċessivi, il-proposta għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess tas-suq għal kuntratti u swieq aktar stabbli fit-tul. Ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (PPAs) - kuntratti privati fit-tul bejn il-ġeneratur (tipikament tal-enerġija rinnovabbli jew b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju) u l-konsumatur – jistgħu jipproteġu mill-volatilità tal-prezzijiet, iżda bħalissa dawn huma disponibbli fil-biċċa l-kbira biss għall-konsumaturi l-kbar tal-enerġija fi ftit Stati Membri. Ostaklu għat-tkabbir ta’ dan is-suq hu r-riskju ta’ kreditu li konsumatur mhux dejjem ikun jista’ jixtri l-elettriku tul il-perjodu kollu. Biex jindirizzaw dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrumenti li jnaqqsu r-riskji finanzjarji assoċjati ma’ inadempjenza ta’ ħlas off-taker tal-PPAs, inkluż skemi ta’ garanzija bil-prezzijiet tas-suq, ikunu aċċessibbli għall-kumpaniji li jġarrbu xkiel għad-dħul fis-suq tal-PPAs u ma jkunux f’diffikultà finanzjarja. Biex it-tkabbir tas-suq għal ftehimiet bħal dawn ikompli jitħeġġeġ, l-iżviluppaturi tal-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jipparteċipaw f’sejħa għall-offerti ta’ appoġġ pubbliku jenħtieġ li jitħallew jirriżervaw sehem mill-ġenerazzjoni għall-bejgħ permezz ta’ PPA. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex japplikaw fi wħud mill-kriterji tal-evalwazzjoni ta’ dawn l-offerti biex jinċentivaw l-aċċess għas-suq tal-PPA lill-klijenti li jġarrbu xkiel għad-dħul. Finalment, anki l-obbligu tal-fornituri li jiħħeġġjaw b’mod xieraq jista’ jagħti spinta lid-domanda għal PPAs (li huma mod ta’ kif jiġu llokkjati l-prezzijiet futuri).

Xi forom ta’ appoġġ pubbliku jiżguraw li l-produttur tal-enerġija ikollu prezz minimu mill-gvern iżda xorta waħda jippermettu lill-produttur jaqla’ l-prezz sħiħ tas-suq anki meta dan il-prezz tas-suq ikun għoli ħafna. Bil-prezzijiet għoljin riċenti, ħafna enerġija (irħisa) appoġġata pubblikament kienet qed tirċievi dawn il-prezzijiet tas-suq għoljin. Biex dan jitnaqqas u b’hekk jiġu stabbilizzati l-prezzijiet, l-appoġġ għall-investiment jenħtieġ li jkun strutturat bħala “bidirezzjonali” (kuntratt bidirezzjonali għad-differenza), li jistabbilixxi prezz minimu iżda anki prezz massimu, u għalhekk kull dħul iżjed mil-limitu jitħallas lura. Il-proposta se tapplika għall-investimenti ġodda tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, li jinkludu l-investimenti f’faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija ġodda , l-investimenti mmirati biex jerġgħu jħaddmu l-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija eżistenti, u l-investimenti mmirati biex jestendu l-faċilitajiet eżistenti tal-ġenerazzjoni tal-enerġija jew biex itawlu l-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, il-proposta teżiġi li dawn il-flus imbagħad jiġu direzzjonati biex jappoġġaw lill-konsumaturi kollha tal-elettriku bi proporzjon skont l-konsum tagħhom biex jittaffa l-effett tal-prezzijiet għoljin.

Mezz ieħor ta’ salvagwardja mill-prezzijiet volatili hu li jintużaw kuntratti fit-tul li jillokkjaw il-prezzijiet futuri (“kuntratti forward”). Dan is-suq juri likwidità baxxa f’ħafna Stati Membri iżda jista’ jingħata spinta madwar l-UE, biex aktar fornituri jew konsumaturi jkunu jistgħu jitħarsu minn prezzijiet eċċessivament volatili fuq medda itwal ta’ żmien. Il-proposta se toħloq prezzijiet ta’ referenza reġjonali permezz ta’ ċentru biex tiżdied it-trasparenza fil-prezzijiet u tobbliga lill-operaturi tas-sistema jippermettu drittijiet tat-trażmissjoni itwal minn sena, biex jekk kuntratt forward ikun bejn partijiet f’reġjuni jew fi fruntieri differenti, dawn ikunu jistgħu jiżguraw it-trażmissjoni tal-elettriku.

Fl-aħħar, biex jiġu żgurati swieq li jaġixxu b’mod kompetittiv u biex il-prezzijiet jiġu stabbiliti b’mod trasparenti, se tissaħħaħ l-abbiltà tar-regolaturi li jimmonitorjaw l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-enerġija.

It-tielet objettiv hu li tingħata spinta lill-investiment fl-enerġija rinnovabbli biex jiġi żgurat li l-użu jittriplika, f’konformità mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dan se jinkiseb parzjalment billi jittejbu s-swieq għall-kuntratti fit-tul. Il-ftehimiet għax-xiri tal-enerġija u l-kuntratti għad-differenza mhux biss jipprovdu prezzijiet stabbli lill-konsumaturi, iżda jagħtu wkoll dħul affidabbli lill-fornituri tal-enerġija rinnovabbli. Dan inaqqas ir-riskju finanzjarju tagħhom u jnaqqas ħafna l-kost tal-kapital tagħhom. Joħloq ċirku virtuż għax id-dħul stabbli jnaqqas il-kostijiet u jagħti spinta lid-domanda għall-enerġija rinnovabbli.

L-enerġija rinnovabbli hi wkoll investiment aħjar għax l-abbiltà tagħha li tipproduċi l-enerġija ma tiġix limitata b’restrizzjonijiet tekniċi fis-sistema. Aktar ma s-sistema tkun flessibbli (ġenerazzjoni li tista’ tinxtegħel jew tintefa malajr, ħażna li tista’ tassorbi jew tinjetta l-enerġija fis-sistema, jew konsumaturi risponsivi li jistgħu jżidu jew inaqqsu d-domanda tagħhom għall-enerġija) aktar jistgħu jkunu stabbli l-prezzijiet u aktar enerġija rinnovabbli tista’ tiġi integrata fis-sistema. Għal din ir-raġuni, il-proposta teżiġi li l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtiġijiet tagħhom għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, jistabbilixxu objettivi biex jiġu ssodisfati dawn il-ħtiġijiet. L-Istati Membri jistgħu jfasslu jew ifasslu mill-ġdid il-mekkaniżmi tal-kapaċità biex jippromwovu flessibbiltà b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, il-proposta tiftaħ il-possibbiltà biex l-Istati Membri jintroduċu skemi ġodda ta’ appoġġ għal flessibbiltà nonfossili bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin.

L-operaturi tas-sistema jenħtieġ li jaqdu wkoll rwol imsaħħaħ li jintegra s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja, parzjalment billi jżidu t-trasparenza madwar id-disponibbiltà tal-kapaċità tal-konnessjoni mal-grilja. L-ewwel nett, din l-informazzjoni aktar ċara ttejjeb l-abbiltà li l-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli jiżviluppaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli fiż-żoni b’inqas konġestjoni tal-grilja. It-tieni, l-enerġija rinnovabbli tista’ tiġi negozjata u bilanċjata b’mod aktar effiċjenti fis-sistema jekk il-kummerċ bejn il-parteċipanti fis-suq ikun jista’ jsir eqreb lejn il-“ħin reali”. Jekk l-offerti għall-provvista tal-elettriku jsiru ftit minuti qabel il-konsum minflok sigħat qabel il-konsum, l-offerti mill-produtturi tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx ikunu aktar eżatti, tista’ tiġi kkonsmata aktar enerġija mir-riħ u mix-xemx, u jonqsu l-“kostijiet tal-iżbilanċ” tas-sistema. Għalhekk, l-iskadenzi tan-negozjar se jitqarrbu lejn il-ħin reali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-inizjattiva proposta hija marbuta ferm u kumplimentari mal-proposti leġiżlattivi mressqa fil-kuntest tal-Pakkett tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tħaffef l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni stabbiliti fil-Pjan REPowerEU, partikolarment fir-rigward tal-proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (“RED II”), li hija l-istrument ewlieni tal-UE li jittratta l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli. L-inizjattiva proposta hija kumplimentari għax għandha l-għan li tippermetti it-tħaffif fl-adozzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura sorsi tad-dħul fit-tul aktar stabbli biex jitwettqu aktar investimenti fl-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li jittejjeb il-funzjonament tas-swieq tal-immedjat, li hu kruċjali għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku. Barra minn hekk, il-proposta għandha l-għan li tippermetti l-kondiviżjoni tal-enerġija biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom fis-suq u jgħinu biex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija.

It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija b’sinjali tal-prezzijiet, il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika jew l-isforzi volontarji ħafna drabi huma l-orħos mod, u l-aktar mod sikur u nadif biex innaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-fjuwils fossili, nappoġġaw is-sigurtà tal-provvista u rraħħsu l-kontijiet tal-enerġija tagħna. Il-proposta se tiffaċilita l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi fis-suq u l-iżvilupp tar-rispons tagħhom għad-domanda. Se tippermetti wkoll flessibbiltà mhux fossili bħall-flessibbiltà min-naħa tad-domanda u l-ħżin biex jikkompetu f’kundizzjonijiet ekwi sabiex ir-rwol tal-gass naturali fis-suq tal-immedjat fil-provvista tal-flessibbiltà jitnaqqas progressivament. Għalhekk, il-proposta hija f’konformità maż-żieda proposta tal-mira tal-2030 għall-effiċjenza enerġetika għal 13 %, kif stabbilit fl-emendi proposti għad-Direttivi dwar l-Enerġija Rinnovabbli, dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u dwar l-Effiċjenza Enerġetika 11 li jakkumpanjaw il-Pjan REPowerEU 12 .

Hemm ukoll rabta importanti bejn il-proposta u d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija li hija l-istrument ewlieni tal-UE biex tgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ bini u rinnovazzjoni stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-proposta hija marbuta b’mod qawwi partikolarment mad-dispożizzjonijiet dwar is-submetraġġ u r-rispons għad-domanda flimkien mal-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti mill-Pakkett dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew u espressa skont il-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija Solari tal-UE, dwar l-integrazzjoni obbligatorja gradwali tal-fotovoltajċi solari sabiex il-binjiet pubbliċi, kummerċjali u residenzjali jsiru newtrali għall-klima.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-objettivi tal-proposta li tipproteġi u li tagħti s-setgħa lill-konsumaturi, ittejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-UE u tagħti spinta lill-investiment fl-enerġija rinnovabbli u dik b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju huma kompletament konsistenti mal-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u koerenti u komplementari għall-inizjattivi attwali, inkluża l-proposta leġiżlattiva għal “Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti” li qed tiġi adottata b’mod parallel. Din twieġeb għall-kwistjonijiet li ġew identifikati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi “Pjan Industrijali Ekoloġiku għall-era ta’ emissjonijiet żero netti” maħruġa fl-1 ta’ Frar 2023 13 , , jiġifieri li l-kompetittività ta’ ħafna kumpaniji ddgħajfet ħafna mill-prezzijiet għoljin tal-enerġija u li l-kuntratti tal-prezzijiet fit-tul jista’ jkollhom rwol importanti biex jippermettu lill-utenti tal-elettriku jibbenefikaw minn kostijiet aktar prevedibbli u aktar baxxi tal-enerġija rinnovabbli. Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-proposta leġiżlattiva tikkomplementa r-reviżjoni li għaddejja tar-regolamenti rilevanti tas-suq finanzjarju bħar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq 14 . Il-proposta tibni wkoll fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika fejn l-Istati Membri huma mistiedna jkomplu jimmobilizzaw l-appoġġ finanzjarju pubbliku u privat għall-investiment fl-enerġija rinnovabbli, jindirizzaw l-isfidi tal-mobbiltà u jippromwovu opportunitajiet ta’ ffrankar tal-kostijiet marbuta mal-ekonomija ċirkolari 15 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jipprovdi l-bażi ġuridika għall-proposta ta’ miżuri li għandhom l-għan, inter alia, li jiżguraw il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, jippromwovu l-effiċjenza enerġetika u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija 16 . Fil-qasam tal-enerġija, l-UE għandha kompetenza kondiviża skont l-Artikolu 4(2)(i) tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva) 

Il-bżonn ta’ azzjoni mill-UE

In-natura mingħajr preċedent tal-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija xeħtet dawl fuq is-swieq tal-elettriku tal-UE. Minkejja s-sehem dejjem jikber tal-elettriku rinnovabbli bi prezz baxx madwar l-UE, hemm influwenza kontinwa tal-elettriku ġġenerat mill-fjuwils fossili fuq il-kontijiet ġenerali tal-enerġija. L-unitajiet domestiċi u n-negozji madwar l-UE esperjenzaw żieda kbira fil-prezzijiet tal-enerġija matul il-kriżi.

Din hija kwistjoni ta’ rilevanza għall-UE kollha li tista’ tiġi indirizzata biss b’azzjoni fil-livell tal-UE. Iż-żieda fl-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku tal-UE tirrikjedi koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-atturi nazzjonali, anke fil-kuntest tal-monitoraġġ u s-sorveljanza tas-suq. L-interventi ta’ politika nazzjonali fis-settur tal-elettriku għandhom impatt dirett fuq l-Istati Membri ġirien minħabba l-interdipendenza enerġetika, l-interkonnessjonijiet mal-grilja u l-integrazzjoni kontinwa tas-suq tal-elettriku. Sabiex jiġi preservat il-funzjonament tas-sistema tal-elettriku u l-kummerċ u l-investimenti transfruntiera u sabiex titħaffef, b’mod koordinat, it-tranżizzjoni tal-enerġija lejn sistema tal-enerġija aktar integrata u aktar effiċjenti fl-enerġija bbażata fuq il-ġenerazzjoni rinnovabbli, huwa meħtieġ approċċ komuni.

L-emendi proposti jistabbilixxu bilanċ bejn l-obbligi u l-flessibbiltà li jitħallew f’idejn l-Istati Membri dwar kif għandhom jintlaħqu l-objettivi ewlenin segwiti biex jiġi żgurat li l-kost aktar baxx tal-elettriku rinnovabbli jiġi rifless fil-kontijiet tal-konsumaturi u biex tingħata spinta lill-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Barra minn hekk, l-objettiv tal-miżuri proposti jista’ jinkiseb biss b’azzjoni fil-livell tal-UE, mhux fil-livell tal-Istati Membri individwali, peress li l-azzjoni proposta tirrikjedi bidliet fil-qafas eżistenti madwar l-UE għad-disinn tas-suq tal-elettriku kif stabbilit fir-Regolament dwar l-Elettriku (UE) 2019/943 u fid-Direttiva dwar l-Elettriku (UE) 2019/944 kif ukoll fil-qafas REMIT eżistenti.

Il-valur miżjud tal-UE

L-azzjoni tal-UE biex jiġu indirizzati d-defiċenzi tad-disinn attwali tas-suq tal-elettriku ġġib valur miżjud minħabba li hija aktar effiċjenti u effettiva mill-azzjonijiet tal-Istati Membri individwali, u b’hekk jiġi evitat approċċ frammentat. Il-miżuri proposti biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati se jkunu aktar ambizzjużi u kosteffettivi jekk ikunu xprunati minn qafas legali u ta’ politika komuni. Barra minn hekk, l-azzjoni fil-livell tal-Istati Membri tkun possibbli biss fi ħdan ir-restrizzjonijiet tal-qafas eżistenti madwar l-UE għad-disinn tas-suq tal-elettriku kif stabbilit fir-Regolament dwar l-Elettriku u fid-Direttiva dwar l-Elettriku kif ukoll fir-Regolament REMIT u ma tkunx tista’ tikseb il-bidliet meħtieġa għal dak il-qafas. Konsegwentement, l-objettivi ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jintlaħqu biss mill-Istati Membri nfushom u dan huwa fejn l-azzjoni fil-livell tal-UE tipprovdi valur miżjud.

Proporzjonalità

L-emendi proposti għar-Regolament dwar l-Elettriku, għad-Direttiva dwar l-Elettriku, għar-Regolament REMIT u għar-Regolament dwar l-ACER huma meqjusin proporzjonati.

Il-miżuri proposti biex jinċentivaw l-użu ta’ kuntratti fit-tul bħal ftehimiet għax-xiri tal-enerġija u kuntratti bidirezzjonali għad-differenzi jistgħu jwasslu għal kostijiet u piż amministrattivi akbar għall-intrapriżi u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Madankollu, l-impatti ekonomiċi previsti huma meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi inċentivat l-użu ta’ tali kuntratti fit-tul u li jiġi żgurat li l-kontijiet tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll id-dħul ta’ teknoloġiji tal-fjuwils mhux fossili b’kostijiet varjabbli baxxi jsiru aktar indipendenti mill-fluttwazzjoni tal-prezzijiet fi swieq tal-immedjat u għalhekk aktar stabbli fuq perjodi itwal ta’ żmien.

Il-miżuri previsti biex itejbu l-likwidità u l-integrazzjoni tas-swieq jistgħu jiġġeneraw ukoll xi impatt fl-immedjat fuq in-negozji, peress li dawn ikollhom jiġu adattati għal arranġamenti kummerċjali ġodda. Madankollu, dawn jitqiesu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi previsti, jiġifieri li tiġi żgurata integrazzjoni aħjar tal-enerġija rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u li titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili għall-flessibbiltà, u fl-aħħar mill-aħħar l-ilħuq tan-newtralità tal-karbonju fl-Unjoni b’kostijiet aktar baxxi għall-konsumaturi. Dawn huma wkoll proporzjonati għal dawn l-objettivi, peress li l-impatt fuq in-negozji jidher minimu meta mqabbel mal-qafas attwali u l-qligħ ekonomiku tar-riforma fil-biċċa l-kbira se jaqbeż kwalunkwe riorganizzazzjoni amministrattiva fl-immedjat jew fit-tul.

Huma wkoll proporzjonati mal-objettivi segwiti biex ma jiġux previsti miżuri li jemendaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fir-Regolament dwar l-Elettriku u fid-Direttiva dwar l-Elettriku fejn kwalunkwe kwistjoni identifikata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet eżistenti tista’ tiġi indirizzata permezz tal-mod ta’ applikazzjoni jew ta’ implimentazzjoni tagħhom. Eżempju bħal dan huwa relatat mal-miżuri li jikkonċernaw l-adegwatezza tar-riżorsi fil-Kapitolu IV tar-Regolament dwar l-Elettriku, partikolarment, il-proċess għall-Istati Membri biex jintroduċu mekkaniżmi ta’ kapaċità, li jistgħu jiġu ssimplifikati mingħajr ma jiġu emendati d-dispożizzjonijiet rilevanti.

Il-miżuri previsti biex jissaħħu l-għoti tas-setgħa, id-drittijiet u l-protezzjonijiet tal-konsumaturi se jespandu d-dmirijiet u l-obbligi mqiegħda fuq il-fornituri u l-operaturi tan-network. Madankollu, il-piżijiet addizzjonali huma meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħaq l-objettiv li jkun żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni aħjar u għal varjetà aħjar tal-offerti, li l-kontijiet tal-elettriku tagħhom jiġu diżakkoppjati mill-movimenti fl-immedjat fis-swieq tal-enerġija, u li r-riskju bejn il-fornituri u l-konsumaturi jiġi ribilanċjat.

Il-miżuri previsti biex jittejjeb il-qafas REMIT jistgħu jżidu l-obbligi ta’ rapportar għall-parteċipanti fis-suq minħabba kamp ta’ applikazzjoni usa’ ta’ REMIT. Dawn il-miżuri huma meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv li jiżdiedu t-trasparenza u l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ u li jiġu żgurati investigazzjoni u infurzar aktar effettivi ta’ każijiet transfruntiera fl-UE sabiex il-konsumaturi u l-parteċipanti fis-suq ikollhom fiduċja fl-integrità tas-swieq tal-enerġija, il-prezzijiet jirriflettu interazzjoni ġusta u kompetittiva bejn il-provvista u d-domanda u ma jkun jista’ jinkiseb l-ebda profitt mill-abbuż tas-suq. Huma wkoll proporzjonati għal dak l-objettiv, peress li l-kisbiet f’termini ta’ kwalità tal-monitoraġġ u tas-sorveljanza tas-suq jaqbżu kwalunkwe kost amministrattiv fl-immedjat jew fit-tul.

Fl-aħħar, il-pakkett ġenerali ta’ miżuri propost jitqies xieraq minħabba l-ħtieġa ġenerali li tinkiseb in-newtralità klimatika bl-anqas kost għall-konsumaturi filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvisti.

Għażla tal-istrument

Il-proposta se temenda r-Regolament dwar l-Elettriku, id-Direttiva dwar l-Elettriku, ir-Regolament REMIT, ir-Regolament dwar l-ACER u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. Minħabba li l-proposta għandha l-għan li żżid sett limitat ta’ dispożizzjonijiet ġodda u temenda sett limitat ta’ dispożizzjonijiet eżistenti f’dawn l-istrumenti, ir-rikors għal att emendatorju huwa adegwat. Għall-istess raġuni, jidher ukoll xieraq li jintuża l-istrument ta’ regolament emendatorju biex jiġu introdotti emendi kemm għar-regolamenti eżistenti kif ukoll għad-direttivi eżistenti.

3.KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Bi tħejjija għal din l-inizjattiva, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika mit-23 ta’ Jannar 2023 sat-13 ta’ Frar 2023. Il-konsultazzjoni kienet miftuħa għal kulħadd.

Il-Kummissjoni rċeviet 1369 tweġiba għal din il-konsultazzjoni. Aktar minn 700 minn dawn ġew minn ċittadini, madwar 450 minn negozji u assoċjazzjonijiet tan-negozju, madwar 40 minn amministrazzjonijiet nazzjonali jew lokali jew minn regolaturi nazzjonali u madwar 70 minn operaturi tan-network. Barra minn hekk, ipparteċipaw madwar 20 komunità tal-enerġija, 15-il tradeunion u 20 organizzazzjoni tal-konsumaturi. Għadd sinifikanti ta’ NGOs, gruppi ta’ riflessjoni u riċerka jew organizzazzjonijiet akkademiċi oħrajn ippreżentaw tweġibiet ukoll. Ħarsa ġenerali lejn l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati hija disponibbli fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja din l-inizjattiva leġiżlattiva.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni organizzat laqgħa ta’ konsultazzjoni mmirata online mal-partijiet ikkonċernati fil-15 ta’ Frar 2023 li kienet tinkludi l-parteċipazzjoni ta’ madwar 70 attur tas-suq, organizzazzjonijiet mhux governattivi, operaturi tan-network, ACER u regolaturi nazzjonali, gruppi ta’ riflessjoni u akkademiċi. Kumplessivament, il-konsultazzjoni enfasizzat li l-partijiet ikkonċernati qiesu li:

Is-swieq tal-immedjat u l-mekkaniżmu tal-ipprezzar ibbażati fuq l-ipprezzar marġinali għandhom jiġu ppreservati, peress li jiffunzjonaw tajjeb u jipprovdu s-sinjali tal-prezzijiet it-tajba. Is-swieq tal-immedjat (ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata) huma żviluppati sew, u jirriżultaw minn snin ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-enerġija.

Is-swieq tal-immedjat jeħtieġ li jiġu kkomplementati bi strumenti li jinċentivaw sinjali tal-prezzijiet fit-tul, bħal dawk indikati f’konsultazzjoni mill-Kummissjoni, partikolarment l-ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (“PPA”), il-kuntratti għad-differenza, u s-swieq forward imtejba. Għandu jiġi stabbilit il-bilanċ it-tajjeb bejn l-għodod differenti. Madankollu, ma għandux ikun hemm skemi obbligatorji, u għandha tiġi ppreservata l-libertà tal-għażla tal-kuntratti rilevanti.

Il-benefiċċji ta’ soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà mhux fossili bħar-rispons għad-domanda u l-ħżin ġew rikonoxxuti, speċjalment fil-kuntest ta’ sehem dejjem akbar ta’ sorsi rinnovabbli. Il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq għandha tiġi ffaċilitata.

Is-swieq futuri tal-elettriku se jkollhom jiġu adattati għal sehem għoli ta’ enerġija rinnovabbli. Barra minn hekk, għandu jkun hemm aktar enfasi fuq id-dimensjoni lokali u l-iżvilupp tal-grilja. Dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati mis-soluzzjonijiet ippreżentati fil-konsultazzjoni pubblika.

Il-protezzjoni tal-konsumatur hija essenzjali, bħalma hija l-affordabbiltà tal-enerġija, iżda l-preservazzjoni tas-sinjali għar-rispons għad-domanda hija daqstant importanti. Soluzzjonijiet emerġenti bħall-komunitajiet tal-enerġija, l-awtokonsum, il-kondiviżjoni tal-enerġija għandhom ikunu permessi u inċentivati.

Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal

Minħabba l-urġenza tal-inizjattiva, ġie prodott Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal minflok valutazzjoni tal-impatt. Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jsostni din il-proposta jistabbilixxi l-ispjegazzjoni u r-raġunament wara l-proposti tal-Kummissjoni għal rispons strutturali għall-prezzijiet għoljin tal-enerġija esperjenzati mill-unitajiet domestiċi u n-negozji u biex jiżgura enerġija sigura, nadifa u affordabbli għall-unitajiet domestiċi u għan-negozji fil-futur kif ukoll jippreżenta l-evidenza disponibbli ta’ rilevanza għall-miżuri proposti.

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jikkonkludi li l-pakkett ta’ riformi proposti huwa mistenni li jtejjeb konsiderevolment l-istruttura u l-funzjonament tas-suq Ewropew tal-elettriku. Huwa element kostitwenti ieħor li jippermetti l-ilħuq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku u barra minn hekk iqis in-nuqqasijiet żvelati mill-kriżi tal-enerġija u jfittex li jindirizzahom.

Id-dokument juri li r-riforma se tikkontribwixxi għall-protezzjoni u għall-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi li bħalissa qed jiffaċċjaw prezzijiet għoljin u volatili billi toħloq buffer bejniethom u s-swieq tal-immedjat. Din il-proposta se tissepara l-prezzijiet għoljin tat-teknoloġiji tal-fjuwils fossili li joperaw fis-suq tal-elettriku mill-kontijiet tal-enerġija tal-konsumaturi u tan-negozji. Aktar opportunitajiet ta’ kuntrattar fit-tul fil-forma ta’ PPAs, kuntratti għad-differenza u swieq forward se jiżguraw li l-parti tal-kont tal-elettriku esposta għal swieq tal-immedjat tista’ titnaqqas ħafna. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ obbligu ta’ ħħeġġjar fuq il-fornituri u obbligu li jiġu offruti wkoll kuntratti bi prezzijiet fissi se jżidu konsiderevolment l-opzjonijiet biex titnaqqas l-iskopertura tal-volatilità tal-prezzijiet għall-kontijiet tal-elettriku. Il-konsumaturi se jkollhom ukoll informazzjoni aħjar dwar l-offerti qabel ma jiffirmaw u l-Istati Membri se jkollhom obbligu li jistabbilixxu fornituri tal-aħħar istanza. Barra minn hekk, dawn jistgħu jippermettu l-aċċess għal prezzijiet regolati bl-imnut fi kriżi. Id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija huwa karatteristika ġdida li se tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u se tappoġġa t-tnedija deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli peress li tagħti lill-konsumaturi aktar kontroll fuq il-kontijiet tal-enerġija tagħhom.

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jispjega kif din ir-riforma se ttejjeb ukoll il-kompetittività tal-industrija tal-UE b’mod li huwa kompletament komplementari għall-Att dwar l-Industrija ta’ emissjonijiet żero netti. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jiżguraw li jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet it-tajba biex is-swieq tal-PPA jiżviluppaw, u b’hekk jipprovdu lill-industrija aċċess għal elettriku affordabbli u nadif fit-tul. It-titjib fis-swieq forward se jipprovdi aċċess ferm akbar għall-enerġija rinnovabbli transfruntiera għall-industriji u l-fornituri sa tliet snin minn qabel, titjib sinifikanti meta mqabbel mal-lum. Kumplessivament, l-iskemi ta’ appoġġ pubbliku għall-enerġija rinnovabbli se jżidu l-indipendenza enerġetika fl-Istati Membri u l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-sistema filwaqt li jappoġġaw l-impjiegi u l-ħiliet lokali.

Id-dokument juri li din ir-riforma se taċċellera t-tnedija tal-enerġija rinnovabbli u se tisfrutta l-potenzjal sħiħ tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni soda u s-soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jintegraw livelli dejjem ogħla ta’ enerġija rinnovabbli. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa tagħhom għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija u jippermettu l-introduzzjoni ta’ skemi ġodda ta’ appoġġ għar-rispons u l-ħżin tad-domanda. Il-proposta tintroduċi wkoll possibbiltajiet addizzjonali għall-enerġija rinnovabbli għall-kummerċ eqreb lejn il-ħin reali fil-livell transfruntier u nazzjonali. B’dan il-mod, is-suq jista’ jappoġġa aħjar l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-każ tan-negozju għal soluzzjonijiet ta’ flessibbiltà li jistgħu jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista.

Fl-aħħar, id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jiddeskrivi kif din il-proposta twieġeb għat-talba mill-Kunsill Ewropew biex jiġu vvalutati modi kif jiġi ottimizzat il-funzjonament tad-disinn tas-suq tal-elettriku fil-kuntest tal-kriżi tal-enerġija. Dan għandu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi, joħloq buffer bejnhom u bejn swieq tal-elettriku tal-immedjat bi kkuntrattar fit-tul u li jagħmel dawk is-swieq tal-immedjat jaħdmu b’mod aktar effiċjenti għall-enerġija rinnovabbli u għas-soluzzjonijiet tal-flessibbiltà, b’sorveljanza regolatorja aħjar. Din il-proposta tiżgura li r-regoli tas-suq jibqgħu adegwati għall-iskop li jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni kosteffettiva tas-settur tal-elettriku u jżidu r-reżiljenza tiegħu għall-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija.

Ġbir u użu tal-għarfien espert 

It-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva attwali u tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal hija bbażata fuq korp kbir ta’ materjal, li huwa rreferenzjat fin-noti ta’ qiegħ il-paġna fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, u fuq it-tweġibiet għall-konsultazzjoni pubblika.

Drittijiet fundamentali 

Din il-proposta jista’ jkollha impatt fuq għadd ta’ drittijiet fundamentali stabbiliti mill-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-UE, partikolarment: il-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16) u d-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17). Madankollu, kif spjegat hawn fuq, sal-punt li l-miżuri proposti jillimitaw l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, dawn l-impatti jitqiesu meħtieġa u proporzjonati biex jintlaħqu l-objettivi tal-proposta u għalhekk jikkostitwixxu limitazzjonijiet leġittimi ta’ dawn id-drittijiet kif permessi skont il-Karta.

Min-naħa l-oħra, il-proposta ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, bħar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni (l-Artikolu 21), l-aċċess għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (l-Artikolu 36), l-integrazzjoni ta’ livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali (l-Artikolu 37) u d-dritt għal rimedju effettiv (l-Artikolu 47), partikolarment permezz ta’ għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-għoti tas-setgħa, id-drittijiet u l-protezzjoni tal-konsumatur.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

L-emendi proposti għad-Direttiva dwar l-Elettriku, ir-Regolament dwar l-Elettriku, ir-Regolament REMIT u r-Regolament dwar l-ACER jiffokaw fuq dak li huwa meqjus meħtieġ biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tad-disinn attwali tas-suq tal-elettriku fil-kuntest tal-kriżi tal-enerġija u biex jikkontribwixxu b’mod kosteffettiv għall-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni. Dawn ma jikkostitwux reviżjoni sħiħa ta’ dawn l-istrumenti.

Il-proposta tista’ żżid ir-rekwiżiti amministrattivi għall-amministrazzjonijiet u l-intrapriżi nazzjonali, għalkemm b’mod proporzjonat kif spjegat hawn fuq. Pereżempju, il-miżuri proposti biex jinċentivaw l-użu ta’ kuntratti fit-tul bħall-ftehimiet għax-xiri tal-enerġija u l-kuntratti bidirezzjonali għad-differenzi jistgħu jwasslu għal kostijiet u piż amministrattivi akbar għall-intrapriżi u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali. Madankollu, l-impatti ekonomiċi previsti se jkunu ta’ benefiċċju pożittiv għan-negozji u għall-konsumaturi.

Il-miżuri previsti biex itejbu l-likwidità u l-integrazzjoni tas-swieq jistgħu jiġġeneraw ukoll xi impatt fl-immedjat fuq in-negozji, peress li dawn ikollhom jiġu adattati għal arranġamenti kummerċjali ġodda. Madankollu, dawn huma meqjusa bħala minimi meta mqabbla mal-qafas attwali, peress li l-qligħ ekonomiku tar-riforma fil-biċċa l-kbira se jaqbeż kwalunkwe riorganizzazzjoni amministrattiva fl-immedjat jew fit-tul.

Il-miżuri previsti għat-tisħiħ tal-għoti tas-setgħa, id-drittijiet u l-protezzjonijiet tal-konsumaturi se jespandu d-dmirijiet u l-obbligi mqiegħda fuq il-fornituri u l-operaturi tan-network bl-objettiv li jtejbu l-għażla, iżidu l-protezzjoni u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni attiva fis-suq mill-konsumaturi, partikolarment l-unitajiet domestiċi. Madankollu, il-piżijiet addizzjonali huma minimi minħabba li dawn l-oqfsa qegħdin jiġu implimentati madwar l-Ewropa u għalhekk hija meħtieġa s-simplifikazzjoni tar-regoli.

Il-miżuri previsti biex jittejjeb il-qafas REMIT jistgħu jżidu l-obbligi ta’ rapportar fuq ċerti parteċipanti fis-suq, għalkemm b’mod proporzjonat. Madankollu, dawn jitqiesu bħala minimi meta mqabbla mal-qafas attwali peress li l-kisbiet f’termini ta’ kwalità tal-monitoraġġ u s-sorveljanza tas-suq jegħlbu kwalunkwe kost amministrattiv fl-immedjat jew fit-tul.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt baġitarju assoċjat mal-proposta dwar it-titjib tad-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE jikkonċerna r-riżorsi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u tad-DĠ Enerġija li huma deskritti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta. Essenzjalment, għall-kompiti l-ġodda li għandhom jitwettqu mill-ACER 4 se jkunu meħtieġa ekwivalenti addizzjonali għall-full-time (FTE) għall-ACER mill-2025 ’il quddiem, kif ukoll riżorsi finanzjarji korrispondenti. L-ammont ta’ xogħol tad-DĠ Enerġija se jiżdied bi 3 FTEs.

L-impatt baġitarju assoċjat mal-proposta li temenda r-REMIT jikkonċerna r-riżorsi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) u tad-DĠ Enerġija li huma deskritti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta.Essenzjalment, il-kompiti l-ġodda li għandhom jitwettqu mill-ACER, speċjalment fir-rigward tas-setgħat investigattivi msaħħa jirrikjedu introduzzjoni gradwali ta’ 25 ekwivalenti addizzjonali għall-full-time (FTE) fl-ACER mill-2025, kif ukoll riżorsi finanzjarji korrispondenti, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-persunal addizzjonali se jiġi ffinanzjat mit-tariffi. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi adattata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2152 tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar id-drittijiet dovuti lill-ACER għal kompiti skont REMIT. L-ammont ta’ xogħol tad-DĠ Enerġija se jiżdied b’żewġ FTE.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se timmonitorja t-traspożizzjoni u l-konformità tal-Istati Membri u ta’ atturi oħrajn mal-miżuri li fl-aħħar mill-aħħar għandhom jiġu adottati u se tieħu miżuri ta’ infurzar jekk u meta jkun meħtieġ. Għall-finijiet ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tkun appoġġata partikolarment mill-ACER, partikolarment fir-rigward tar-Regolament REMIT. Il-Kummissjoni se taħdem ukoll mal-ACER u mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fir-rigward tar-Regolament dwar l-Elettriku u tad-Direttiva dwar l-Elettriku.

Barra minn hekk, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni se tkun disponibbli għal laqgħat bilaterali u għal telefonati mal-Istati Membri f’każ ta’ mistoqsijiet speċifiċi.

Spjegazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposti  

L-emendi li jikkonċernaw ir-Regolament dwar l-Elettriku jipprovdu kjarifiki għall-kamp ta’ applikazzjoni u s-suġġett tar-Regolament, filwaqt li jenfasizzaw l-importanza ta’ sinjali tas-suq mingħajr distorsjoni li jipprevedu aktar flessibbiltà kif ukoll ir-rwol ta’ investimenti fit-tul biex tittaffa l-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-immedjat fuq il-kontijiet tal-elettriku tal-konsumaturi inklużi l-industriji intensivi fl-enerġija, l-SMEs u l-unitajiet domestiċi. Dan jiċċara ċerti prinċipji ewlenin għan-negozjar fis-swieq ta’ ġurnata bil-quddiem u tal-istess ġurnata. Dan jipprevedi regoli ġodda dwar l-akkwist mit-TSOs tar-rispons tad-domanda fil-forma ta’ prodott għat-trażżin tal-quċċata fid-domanda u regoli li jippermettu lill-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u lill-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jużaw id-data minn apparati ta’ metraġġ dedikati. Dan jistabbilixxi regoli ġodda dwar is-swieq tal-elettriku forward, biex itejjeb il-likwidità tagħhom. Jinkludi regoli ġodda li għandhom l-għan li jiċċaraw u li jinċentivaw ir-rwol u l-użu ta’ kuntratti fit-tul fil-forma ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija u kuntratti bidirezzjonali għad-differenza. Dan jipprevedi regoli ġodda dwar il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ flessibbiltà mill-Istati Membri, il-possibbiltà għalihom li jintroduċu skemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà u prinċipji ta’ disinn għal skemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà bħal dawn. Dan jintroduċi wkoll rekwiżiti ġodda ta’ trasparenza għall-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni fir-rigward tal-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda fil-grilja.

L-emendi li jikkonċernaw id-Direttiva dwar l-Elettriku jipprevedu regoli ġodda dwar il-protezzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi. L-emenda rigward l-Għażla Libera tal-Fornitur tintroduċi rekwiżiti ġodda biex jiġi żgurat li l-klijenti jista’ jkollhom aktar minn fornitur wieħed fil-bini tagħhom, billi tippermetti diversi metri (xi drabi msejħa s-submetri) għal punt ta’ konnessjoni wieħed.

L-emendi dwar l-għoti tas-setgħa lill-konsumatur u l-protezzjoni jiżguraw li l-klijenti jiġu offruti varjetà ta’ kuntratti li l-aħjar li jissodisfaw iċ-ċirkostanzi tagħhom, billi jiżguraw li l-klijenti kollha jkollhom tal-anqas offerta waħda ta’ żmien fiss u prezz fiss. Barra minn hekk, il-klijenti jridu jiġu pprovduti b’informazzjoni prekuntrattwali ċara fir-rigward ta’ dawn l-offerti.

Huwa stabbilit ukoll dritt ġdid għall-unitajiet domestiċi u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija - jiġifieri l-awtokonsum minn klijenti attivi tal-enerġija rinnovabbli ġġenerata jew maħżuna lil hinn mis-sit jew minn faċilitajiet li għandhom, li jikruhom kollha kemm huma jew parti minnhom jew li ġew ittrasferiti lilhom minn klijent attiv ieħor.

Qegħdin jiġu introdotti wkoll protezzjonijiet ġodda importanti għall-klijenti biex tiġi żgurata l-provvista kontinwa tal-elettriku – inkluż ir-rekwiżit għall-Istati Membri li jaħtru fornituri tal-aħħar istanza li jieħdu r-responsabbiltà għall-klijenti ta’ fornituri li fallew u l-protezzjoni mill-iskonnessjoni għal klijenti vulnerabbli. Il-fornituri se jkunu meħtieġa wkoll jistabbilixxu ġestjoni tar-riskju biex jillimitaw ir-riskju ta’ falliment, billi jimplimentaw strateġiji xierqa ta’ ħħeġġjar. Dawn se jiġu ssorveljati minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

L-emendi għad-Direttiva dwar l-Elettriku jintroduċu rekwiżiti ġodda ta’ trasparenza għall-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni fir-rigward tal-kapaċità disponibbli għal konnessjonijiet ġodda fil-grilja. Din tiċċara r-rwol tal-awtoritajiet regolatorji fir-rigward tal-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719.

L-emendi li jikkonċernaw ir-Regolament REMIT jadattaw il-kamp ta’ applikazzjoni tar-REMIT għaċ-ċirkostanzi attwali u evolventi tas-suq, fost l-oħrajn billi jestendu l-ambitu tar-rappurtar tad-data għas-swieq il-ġodda tal-ibbilanċjar tal-elettriku u għas-swieq akkoppjati kif ukoll għan-negozjar algoritmiku. Dan jiżgura kooperazzjoni aktar b’saħħitha, aktar stabbilita u regolari bejn ir-regolaturi tal-enerġija u dawk finanzjarji, inklużi l-ACER u l-ESMA fir-rigward ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa derivattivi. Se jtejjeb ukoll il-proċess għall-ġbir ta’ informazzjoni privileġġata u t-trasparenza tas-suq billi jtejjeb is-sorveljanza tal-ACER u l-aġġustament tad-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata. Emendi għar-Regolament REMIT itejbu s-superviżjoni tal-partijiet li jirrapportaw bħall-Mekkaniżmi ta’ Rapportar Reġistrati (RRMs) u l-persuni li professjonalment jagħmlu arranġamenti għat-tranżazzjonijiet (PPATs). L-emendi jtejbu l-possibbiltajiet ta’ kondiviżjoni tad-data bejn l-ACER, l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u l-Kummissjoni. L-emenda ta’ REMIT tintroduċi rwol aktar b’saħħtu għall-ACER f’investigazzjonijiet ta’ każijiet transfruntiera sinifikanti għall-ġlieda kontra l-ksur ta’ REMIT. Din tistabbilixxi wkoll il-qafas għall-armonizzazzjoni tal-multi stabbilit mill-awtoritajiet regolatorji fil-livell nazzjonali.

L-emendi li jikkonċernaw ir-Regolament dwar l-ACER għandhom l-għan li jiċċaraw ir-rwol tal-ACER fir-rigward tal-pjattaforma unika ta’ allokazzjoni stabbilita f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1719 u fir-rigward tar-regoli l-ġodda introdotti fir-Regolament dwar l-Elettriku li jikkonċernaw is-swieq forward u l-iskemi ta’ appoġġ għall-flessibbiltà. Dawn jiċċaraw ukoll ir-rwol u l-kompetenzi tal-ACER f’konformità mal-emenda għar-Regolament REMIT. L-emenda RED II għandha l-għan li tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar it-tipi ta’ skemi diretti ta’ appoġġ għall-prezzijiet għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli li l-Istati Membri jistgħu jintroduċu.

 

2023/0076 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011 u (UE) 2019/942 biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Unjoni mill-manipulazzjoni tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Biex ikollna kompetizzjoni miftuħa u ġusta fis-swieq interni tal-elettriku u tal-gassijiet u jkun żgurat ambjent ekwu għall-parteċipanti fis-suq, neħtieġu l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi qafas komprensiv (“REMIT”) biex jintlaħaq dan l-objettiv. Biex tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fi swieq tal-enerġija li jiffunzjonaw u biex l-Unjoni titħares b’mod effettiv minn tentattivi ta’ manipulazzjoni tas-suq, ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jenħtieġ li jiġi emendat biex isir aktar titjib fejn jidħlu n-nuqqas ta’ trasparenza u kapaċitajiet ta’ monitoraġġ biżżejjed, u biex ikunu żgurati investigazzjoni u infurzar aktar effettivi tal-każijiet transfruntieri potenzjali ta’ abbuż tas-suq filwaqt li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fil-qafas attwali.

(2)L-istrumenti finanzjarji, inkluż id-derivattivi tal-enerġija, negozjati fis-swieq tal-enerġija għandhom importanza dejjem akbar. Minħabba l-interrelazzjoni dejjem eqreb bejn is-swieq finanzjarji u s-swieq tal-enerġija bl-ingrossa, ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jenħtieġ li jiġi allinjat aħjar mal-leġiżlazzjoni tas-swieq finanzjarji bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 17 , inkluż fir-rigward tad-definizzjonijiet ta’ manipulazzjoni tas-suq u informazzjoni privileġġata, rispettivament. B’mod aktar speċifiku, id-definizzjoni ta’ manipulazzjoni tas-suq fir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jenħtieġ li tiġi aġġustata xi ftit biex tkun tirrifletti l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014. Għal dak il-għan, id-definizzjoni ta’ manipulazzjoni tas-suq skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 jenħtieġ li tiġi aġġustata biex tkun tinkludi d-dħul f’xi tranżazzjoni jew il-ħruġ ta’ xi ordni biex isir negozju, iżda anki kull imġiba oħra relatata mal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li: (i) tagħti, jew li aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom; (ii) tiżgura, jew li aktarx tiżgura, minn persuna/i li jaġixxu b’kollaborazzjoni, il-prezz ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar f’livell artifiċjali, jew li (iii) tħaddem apparat fittizju jew xi forma oħra ta’ qerq jew ta’ strataġemma li jagħtu, jew li aktarx jagħtu, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom.

(3)Anki d-definizzjoni ta’ informazzjoni privileġġata jenħtieġ li tiġi aġġustata, biex tkun tirrifletti r-Regolament (UE) Nru 596/2014. B’mod partikolari, meta l-informazzjoni privileġġata tkun tikkonċerna proċess li jsir fi stadji, kull stadju tal-proċess u l-proċess ġenerali jistgħu jikkostitwixxu informazzjoni privileġġata. Pass intermedju fi proċess fit-tul jista’ fih innifsu jikkostitwixxi sett ta’ ċirkostanzi jew avveniment li jeżisti, jew fejn ikun hemm prospett realistiku li dawn se jkunu jeżistu jew iseħħu, abbażi ta’ valutazzjoni ġenerali tal-fatturi eżistenti fiż-żmien rilevanti. Iżda dak il-kunċett jenħtieġ li ma jiġix interpretat li jfisser li jrid jitqies id-daqs tal-effett ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-istrumenti finanzjarji kkonċernati. Pass intermedju jenħtieġ li jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, fih innifsu, ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament għal informazzjoni privileġġata.

(4) Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti (UE) Nru 596/2014, Nru 600/2014 u Nru 648/2012, u għad-Direttiva (UE) 2014/65 kif ukoll għall-applikazzjoni tal-liġi Ewropew dwar il-kompetizzjoni għall-prattiki koperti minn dan ir-Regolament.

(5)Il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti nazzjonali hi aspett ċentrali tal-kooperazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ ksur potenzjali, kemm fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa kif ukoll fis-swieq finanzjarji. Fid-dawl tal-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 fil-livell nazzjonali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li jirċievu mal-awtoritajiet nazzjonali finanzjarji u mal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni.

(6)Meta l-informazzjoni ma tkunx, jew ma tibqax, sensittiva minn perspettiva kummerċjali jew ta’ sigurtà, l-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (“l-Aġenzija” jew “l-ACER”) jenħtieġ li tkun tista’ tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-parteċipanti fis-suq u għall-pubbliku ġenerali bil-ħsieb li tikkontribwixxi għat-titjib fl-għarfien tas-suq. Din jenħtieġ li tinkludi l-possibbiltà li l-ACER tippubblika informazzjoni dwar is-swieq organizzati, l-IIPs, l-RRMs skont il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data fl-interess tat-titjib tat-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa u sakemm ma tkunx tfixkel il-kompetizzjoni f’dawk is-swieq tal-enerġija.

(7)Is-swieq organizzati li jwettqu attivitajiet relatati man-negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li huma strumenti finanzjarji skont l-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2014/65 jenħtieġ li jiġu awtorizzati kif xieraq skont ir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva.

(8)L-użu tat-teknoloġija tan-negozjar evolva ġmielu fl-aħħar għaxar snin, u t-teknoloġija qed tintuża dejjem aktar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Ħafna parteċipanti fis-suq jużaw tekniki ta’ negozjar algoritmiku u ta’ algoritmi ta’ frekwenza għolja b’intervent uman minimu jew bla intervent uman. Ir-riskji li joħolqu dawn il-prattiki jenħtieġ li jiġu indirizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

(9)Il-konformità mal-obbligi tar-rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u l-kwalità tad-data li l-Aġenzija tirċievi għandhom importanza kbira biex ikunu żgurati monitoraġġ u detezzjoni effettivi ta’ ksur potenzjali ħalli jintlaħaq l-objettiv tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-inkonsistenzi fil-kwalità, fl-ifformattjar, fl-affidabbiltà u fil-kost tad-data kummerċjali jħallu effett detrimentali fuq it-trasparenza, fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi u fuq l-effiċjenza tas-suq. Hu essenzjali li l-informazzjoni li tasal għand l-Aġenzija tkun eżatta u kompluta biex tkun tista’ taqdi l-kompiti u l-funzjonijiet tagħha b’mod effettiv.

(10)Biex jittejjeb il-monitoraġġ tas-suq mill-Aġenzija u l-ġbir tad-data jsir aktar komplut, ir-reġim attwali tar-rappurtar jeħtieġ li jitjieb. Id-data miġbura jenħtieġ li tiġi estiża biex jixxejnu l-lakuni fil-ġbir tad-data u biex jiġu inklużi s-swieq akkoppjati, is-swieq ġodda tal-ibbilanċjar, il-kuntratti tas-swieq tal-ibbilanċjar, u l-prodotti bil-potenzjal li jitwasslu fl-Unjoni. Is-swieq organizzati jenħtieġ li jintalbu jipprovdu s-sett tad-data dwar il-kotba sħaħ tal-ordnijiet lill-Aġenzija. Il-provdituri tal-kotba tal-ordnijiet jenħtieġ li jiġu deżinjati wkoll bħala persuni li professjonalment jirranġaw it-tranżazzjonijiet soġġetti għall-obbligu tal-monitoraġġ u tar-rappurtar tal-ksur suspettat.

(11)Il-Pjattaformi tal-Informazzjoni Privileġġata (IIPs) jenħtieġ li jaqdu rwol importanti għall-pubblikazzjoni effettiva u fil-ħin tal-informazzjoni privileġġata. Jenħtieġ li jkun obbligatorju li tiġi żvelata l-informazzjoni privileġġata dwar IIPs dedikati ħalli l-informazzjoni tkun aċċessibbli faċilment u tiżdied it-trasparenza. Biex tkun żgurata l-fiduċja fl-IIPs, jenħtieġ li dawn jiġu awtorizzati u reġistrati.

(12)Biex ir-rappurtar tad-data lill-Aġenzija jiġi simplifikat u jsir aktar effettiv, l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b’Mekkaniżmi tar-Rappurtar Reġistrati (RRMs), u l-operat tal-RRMs jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-Aġenzija. F’kull ħin, l-RRMs jenħtieġ li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. L-Aġenzija jenħtieġ li tistabbilixxi wkoll reġistru tal-RRMs kollha fl-Unjoni.

(13)Biex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ li jidentifika negozjar potenzjali bbażat fuq informazzjoni privileġġata u l-kwalità tad-data tal-informazzjoni miġbura, jeħtieġ li l-ġbir tal-informazzjoni privileġġata jiġi allinjat mal-proċessi attwali tar-rappurtar tad-data dwar il-kummerċ.

(14)Il-persuni li professjonalment jirranġaw u jwettqu t-tranżazzjonijiet għandhom l-obbligu li jirrapportaw it-tranżazzjonijiet suspettużi bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-abbuż tal-informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Biex tissaħħaħ il-possibbiltà ta’ infurzar ta’ tali ksur, il-persuni li professjonalment jirranġaw it-tranżazzjonijiet jenħtieġ li jkollhom ukoll l-obbligu li jirrapportaw l-ordnijiet suspettużi u l-ksur potenzjali tal-obbligu li jippubblikaw l-informazzjoni privileġġata. Il-provdituri tal-aċċess elettroniku dirett u l-provdituri tal-kotba tal-ordnijiet kondiviżi jenħtieġ li jitqiesu bħala persuni li professjonalment jirranġaw it-tranżazzjonijiet.

(15)Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 li jistabbilixxi linja gwida dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni jipprevedi l-possibbiltà ta’ parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi fl-akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata tal-Unjoni fis-settur tal-elettriku. Peress li l-operatur tal-akkoppjament tas-suq juża algoritmu speċifiku biex jirrikonċilja l-offerti tax-xiri u l-offerti tal-bejgħ bl-aħjar mod, dan jista’ jwassal biex ordnijiet għan-negozjar jitqiegħdu f’xi pajjiż terz li jipparteċipa fl-akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata tal-Unjoni, li iżda jirriżultaw f’kuntratt tal-provvista tal-elettriku li jitwassal fl-Unjoni. It-tqegħid ta’ tali ordnijiet għan-negozjar f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fl-akkoppjament singolu ġurnata bil-quddiem u fl-istess ġurnata tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni jenħtieġ li jkun kopert mid-definizzjoni ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa skont dan ir-Regolament.

(16)Biex tinkiseb valutazzjoni eżatta, oġġettiva u affidabbli tal-prezzijiet għat-twassil tal-LNG fl-Unjoni, l-Aġenzija jenħtieġ li tiġbor id-data kollha tas-suq tal-LNG li tkun meħtieġa biex tiġi stabbilita valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum. Il-valutazzjoni tal-prezzijiet jenħtieġ li ssir abbażi tat-tranżazzjonijiet kollha li jappartjenu għat-twassil tal-LNG fl-Unjoni. L-ACER jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tiġbor din id-data tas-suq mingħand il-parteċipanti kollha attivi fit-twassil tal-LNG fl-Unjoni. Dawn il-parteċipanti kollha jenħtieġ li jkunu obbligati jirrapportaw id-data kollha tagħhom tas-suq tal-LNG lill-ACER kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali sa fejn ikun teknoloġikament possibbli jew wara l-konklużjoni ta’ tranżazzjoni jew it-tqegħid ta’ offerta tax-xiri jew offerta tal-bejgħ biex jidħlu fi tranżazzjoni. Il-valutazzjoni tal-prezzijiet tal-ACER jenħtieġ li tinkludi l-aktar sett tad-data komplut, inkluż il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet u, mill-31 ta’ Marzu 2023, il-prezzijiet tal-offerti tax-xiri u tal-offerti tal-bejgħ għat-twassil tal-LNG fl-Unjoni. Il-pubblikazzjoni ta’ kuljum ta’ din il-valutazzjoni oġġettiva tal-prezz, u tal-firxa stabbilita meta mqabbla ma’ prezzijiet ta’ referenza oħra fis-suq fil-forma ta’ parametru referenzjarju tal-LNG, twitti t-triq għall-adozzjoni volontarja tiegħu mill-parteċipanti fis-suq bħala l-prezz ta’ referenza fil-kuntratti u t-tranżazzjonijiet tagħhom. Ladarba tiġi stabbilita, il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG u l-parametru referenzjarju tal-LNG jistgħu jsiru wkoll rata ta’ referenza għall-kuntratti tad-derivattivi użati għall-iħħeġġjar tal-prezz tal-LNG jew id-differenza fil-prezz bejn il-prezz tal-LNG u prezzijiet oħra tal-gass.

(17)Id-delegar tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet jista’ jkun strument effettiv biex tonqos id-duplikazzjoni tal-kompiti, titrawwem il-kooperazzjoni u jonqos il-piż minn fuq il-parteċipanti fis-suq. Għalhekk jenħtieġ li tiġi prevista bażi ġuridika ċara għal dan id-delegar. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddelegaw il-kompiti u r-responsabbiltajiet lil awtorità regolatorja nazzjonali oħra. Jenħtieġ li jkun possibbli li jiddaħħlu kundizzjonijiet speċifiċi u li jiġi limitat l-ambitu tad-delegar għal dak li jkun meħtieġ għas-superviżjoni effettiva tal-parteċipanti jew tal-gruppi transfruntieri fis-suq. Id-delegar jenħtieġ li jiġi regolati mill-prinċipju tal-allokazzjoni tal-kompetenza lill-awtorità li tkun fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu azzjoni dwar il-qasam.

(18)Neħtieġu qafas uniformi u aktar b’saħħtu għall-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tas-suq u ta’ kull ksur ieħor tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 fl-Istati Membri. Il-penali għall-ksur ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jenħtieġ li jirriflettu t-tip ta’ ksur, filwaqt li jitqies il-prinċipju ne bis in idem. Is-sanzjonijiet amministrattivi, il-pagamenti tal-penali u l-miżuri superviżorji huma partijiet kumplimentari ta’ reġim tal-infurzar effettiv. Superviżjoni armonizzata tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa teħtieġ approċċ konsistenti fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.

(19)Sal-lum, is-superviżjoni u l-infurzar tal-attivitajiet skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 kienu r-responsabbiltà tal-Istati Membri. L-imġiba abbużiva tas-suq qed issir dejjem aktar transfruntiera fin-natura tagħha, u spiss tkun taffettwa lil diversi Stati Membri. Azzjoni tal-infurzar kontra l-abbużi tas-suq transfruntieri tista’ tippreżenta sfidi ġurisdizzjonali relatati mal-identifikazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun fl-aħjar pożizzjoni biex twettaq l-investigazzjoni inkwistjoni.

(20)Anki l-każijiet tal-abbuż tas-suq li jinvolvu diversi elementi transfruntieri u parteċipanti fis-suq stabbiliti barra mill-Unjoni huma partikolarment sfida mil-lat ta’ infurzar. L-istruttura superviżorja attwali mhix xierqa għal-livell mixtieq ta’ integrazzjoni tas-suq. Jeħtieġ jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ mekkaniżmu li jiżgura l-aħjar deċiżjonijiet superviżorji possibbli għall-każijiet transfruntieri, għax bħalissa azzjoni konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Aġenzija tinvolvi arranġamenti kkumplikati u għax bħalissa hemm taħlita ta’ reġimi superviżorji. Għalhekk jeħtieġ jiġi stabbilit reġim superviżorju u investigattiv effiċjenti u effettiv għal dan it-tip ta’ każijiet tal-abbuż tas-suq li, minħabba l-karatteristiċi tiegħu madwar l-Unjoni kollha, ma jistax jiġi indirizzat b’azzjoni mill-Istati Membri waħedhom.

(21)L-investigazzjoni tal-ksur ta’ dan ir-Regolament b’dimensjoni transfruntiera jenħtieġ li ssir bi proċess uniformi fil-livell tal-Unjoni. Il-kumplessità tal-każijiet transfruntieri u l-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi għal każijiet bħal dawn jeħtieġu l-involviment tal-Aġenzija, b’mod partikolari f’suq tal-enerġija aktar integrat. Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011, l-Aġenzija kisbet esperjenza sinifikanti fil-monitoraġġ u fil-ġbir tad-data rilevanti dwar is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fl-Unjoni biex tiżgura l-integrità u t-trasparenza tagħhom. Abbażi ta’ din l-esperjenza, l-Aġenzija jenħtieġ li tingħata s-setgħa li twettaq investigazzjonijiet biex tiġġieled il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. L-Aġenzija jenħtieġ li twettaq tali investigazzjonijiet b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali bil-għan li tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-infurzar tagħhom. Bl-istess mod, fil-kuntest ta’ investigazzjoni mill-Aġenzija, meta meħtieġ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti jenħtieġ li jikkooperaw bejniethom biex jassistu lill-Aġenzija.

(22)L-Aġenzija jenħtieġ li tingħata s-setgħa li twettaq investigazzjonijiet billi tagħmel spezzjonijiet fuq il-post u toħroġ talbiet għall-informazzjoni lill-persuni li jkunu qed jiġu investigati, b’mod partikolari meta l-ksur suspettat tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 ikollu dimensjoni transfruntiera ċara. Fit-twettiq tal-ispezzjonijiet fuq il-post u fil-ħruġ tat-talbiet għall-informazzjoni lill-persuni li jkunu qed jiġu investigati, l-Aġenzija jenħtieġ li tikkoopera mill-qrib u b’mod attiv mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, li min-naħa tagħhom jenħtieġ li jipprovdu assistenza sħiħa lill-Aġenzija, inkluż meta persuna tirrifjuta li tkun soġġetta għall-ispezzjoni jew li tipprovdi l-informazzjoni mitluba. Hu importanti li l-garanziji proċedurali u d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati tal-persuni soġġetti għall-investigazzjonijiet tal-Aġenzija jiġu rispettati għalkollox. Il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa mill-persuni soġġetti għall-investigazzjoni jenħtieġ li tiġi ssalvagwardjata u skambjata f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

(23)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imsemmi f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,



ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1227/2011

Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 huwa emendat kif ġej:

[1] L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

[a] It-tieni paragrafu huwa emendat kif ġej:

2. Dan ir-Regolament japplika għan-negozjar tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2014/65, ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 fir-rigward tal-attivitajiet li jinvolvu strumenti finanzjarji kif definit skont l-Artikolu 4(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2014/65 kif ukoll għall-applikazzjoni tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni għall-prattiki koperti minn dan ir-Regolament.

[b] Fl-Artikolu 1(3), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“L-Aġenzija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-ESMA u l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jiskambjaw informazzjoni u data rilevanti b’mod regolari, mill-inqas kull tliet xhur, rigward ksur potenzjali tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jinvolvi l-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa koperti minn dan ir-Regolament.

[2] L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

[a] il-punt (1) huwa emendat kif ġej:

fit-tieni subparagrafu, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) informazzjoni mogħtija minn klijent jew minn persuni oħra li jaġixxu f’isem il-klijent u relatata mal-ordnijiet pendenti tal-klijent ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, li għandha natura preċiża, relatata direttament jew indirettament ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar”;

[b] it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-informazzjoni għandha titqies li għandha natura preċiża jekk turi sett ta’ ċirkostanzi li jeżisti jew li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistenni li jibda jeżisti, jew avveniment li jkun sar jew li b’mod raġonevoli jista’ jkun mistenni li jsir, u jekk tkun speċifika biżżejjed biex wieħed ikun jista’ jasal għal konklużjoni rigward l-effett possibbli ta’ dak is-sett ta’ ċirkostanzi jew ta’ dak l-avveniment fuq il-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. L-informazzjoni tista’ titqies li għandha natura preċiża jekk tkun relatata ma’ proċess fit-tul li jkun maħsub biex iwassal, jew li jirriżulta f’ċirkostanzi partikolari jew f’avveniment partikolari, inkluż ċirkostanzi futuri jew avvenimenti futuri, u wkoll jekk dan ikun relatat mal-passi intermedji ta’ dak il-proċess relatati mal-ħolqien jew li jirriżultaw fil-ħolqien ta’ dawk iċ-ċirkostanzi futuri jew ta’ dak l-avveniment futur. 

Pass intermedju fi proċess fit-tul għandu jitqies bħala informazzjoni privileġġata jekk, fih innifsu, ikun jissodisfa l-kriterji tal-informazzjoni privileġġata kif imsemmi f’dan l-Artikolu. 

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-informazzjoni li, jekk issir pubblika, aktarx taffettwa b’mod sinifikanti l-prezzijiet ta’ dawk il-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandha tfisser informazzjoni li investitur raġonevoli aktarx juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjoni(jiet) tal-investiment tiegħu;

[c] fil-paragrafu (2), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(2)    “manipulazzjoni tas-suq” tfisser:

(a)    il-parteċipazzjoni fi tranżazzjoni, il-ħruġ ta’ ordni jew l-involviment fi mġiba oħra relatata ma’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, li:

(i)    tagħti, jew li aktarx tagħti, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom;

(ii)    tiżgura, jew li aktarx tiżgura, minn persuna/i li jaġixxu b’kollaborazzjoni, il-prezz ta’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar f’livell artifiċjali, sakemm il-persuna li daħlet fit-tranżazzjoni jew li ħarġet l-ordni għan-negozjar ma tistabbilixxix li r-raġunijiet tagħha biex tagħmel dan huma leġittimi u li dik it-tranżazzjoni jew dik l-ordni għan-negozjar huma konformi mal-prattiċi aċċettati tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa kkonċernat; jew

(iii)    tħaddem apparat fittizju jew xi forma oħra ta’ qerq jew ta’ strataġemma li jagħtu, jew li aktarx jagħtu, sinjali foloz jew qarrieqa b’rabta mal-provvista ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, mad-domanda għalihom, jew mal-prezz tagħhom.

jew

[d] fil-paragrafu (2), jiżdied dan il-punt (c), u qablu tiżdied il-kelma “jew” fl-aħħar tal-punt (b):

“(c) it-trażmissjoni ta’ informazzjoni falza jew qarrieqa jew l-għoti ta’ kontributi foloz jew qarrieqa rigward parametru referenzjarju, meta l-persuna li għamlet it-trażmissjoni jew li tat il-kontribut kienet taf jew messha kienet taf li kienu foloz jew qarrieqa, jew involviet ruħha fi mġiba oħra li tikkaġuna l-manipulazzjoni tal-kalkolu ta’ parametru referenzjarju.”; 

[e] fi tmiem il-paragrafu (2) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-manipulazzjoni tas-suq tista’ tindika l-imġiba ta’ persuna ġuridika, iżda wkoll, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni Ewropea jew nazzjonali, tal-persuni fiżiċi li jipparteċipaw fid-deċiżjoni li jitwettqu attivitajiet akkont tal-persuna ġuridika kkonċernata.”; 

[f] fil-paragrafu (4), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4) “prodotti tal-enerġija bl-ingrossa” tfisser il-kuntratti u d-derivattivi li ġejjin, irrispettivament minn fejn u kif jiġu negozjati:

(a)    il-kuntratti tal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali meta t-twassil isir fl-Unjoni jew kuntratti tal-provvista tal-elettriku jew tal-gass naturali li jistgħu jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni;”;

[g] il-paragrafu (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7)    “parteċipant fis-suq” tfisser persuna, inkluż operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet meta jinnegozjaw f’isimhom stess, li jidħlu fi tranżazzjonijiet, inkluż it-tqegħid ta’ ordnijiet għan-negozjar, f’suq tal-enerġija bl-ingrossa wieħed jew aktar”;

[h] jiddaħħal il-paragrafu (8a) ġdid li ġej:

“(8a) “persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet” tfisser persuna li tkun involuta b’mod professjonali fil-wasla u t-trażmissjoni tal-ordnijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, jew fit-twettiq tat-tranżazzjonijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa;”;

[i] jiżdied il-paragrafu (10a) ġdid li ġej:

“(10a) “l-Aġenzija” jew “l-ACER” tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija;”;

[j] jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(16) “mekkaniżmu tar-rappurtar reġistrat” jew “RRM” tfisser persuna reġistrata skont dan ir-Regolament biex tipprovdi s-servizz ta’ dettalji tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet, inkluż ordnijiet għan-negozjar, u data fundamentali lill-Aġenzija f’isem il-parteċipanti fis-suq;

(17) “pjattaforma tal-informazzjoni privileġġata” jew “IIP” tfisser persuna reġistrata skont dan ir-Regolament biex tipprovdi s-servizz ta’ operat ta’ pjattaforma għall-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata u r-rappurtar tal-informazzjoni privileġġata żvelata lill-Aġenzija f’isem il-parteċipanti fis-suq.

(18) “negozjar algoritmiku” tfisser negozjar ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa meta algoritmu tal-kompjuter jiddetermina awtomatikament parametri individwali ta’ ordnijiet għan-negozjar, bħal jekk tinbediex l-ordni, il-ħin opportun, il-prezz jew il-kwantità tal-ordni jew kif tiġi mmaniġġjata l-ordni wara s-sottomissjoni tagħha, b’intervent uman limitat jew bla intervent uman, ħlief is-sistemi li jintużaw biss biex l-ordnijiet jiġu direzzjonati lejn suq organizzat wieħed jew aktar jew għall-ipproċessar ta’ ordnijiet li ma jinvolvu l-ebda determinazzjoni ta’ xi parametru tan-negozjar jew għall-konferma ta’ ordnijiet jew l-ipproċessar ta’ wara n-negozjar ta’ tranżazzjonijiet imwettqa;

(19) “aċċess elettroniku dirett” tfisser arranġament biex membru, parteċipant jew klijent ta’ suq organizzat jippermetti lil persuna oħra tuża l-kodiċi tan-negozjar tagħha ħalli l-persuna tkun tista’ tittrażmetti elettronikament ordnijiet għan-negozjar relatati ma’ prodott tal-enerġija bl-ingrossa direttament lis-suq organizzat, inkluż arranġamenti li jinvolvu l-użu minn persuna tal-infrastruttura tal-membru, tal-parteċipant jew tal-klijent, jew xi sistema tal-konnessjoni pprovduta mill-membru, mill-parteċipant jew mill-klijent, għat-trażmissjoni tal-ordnijiet għan-negozjar (aċċess dirett għas-suq) u arranġamenti biex infrastruttura bħal din ma tintużax minn persuna (aċċess sponsorjat);

(20) “suq organizzat” (“OMP”) tfisser skambju tal-enerġija, sensar tal-enerġija, pjattaforma tal-kapaċità tal-enerġija jew xi persuna oħra li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet, inkluż il-provdituri tal-kotba tal-ordnijiet kondiviżi, iżda eskluż in-negozjar purament bilaterali meta żewġ persuni fiżiċi jidħlu f’kull kummerċ f’isimhom stess.

(21) “negozjar tal-LNG” tfisser offerti tax-xiri, offerti tal-bejgħ jew tranżazzjonijiet għax-xiri jew il-bejgħ tal-LNG: (a) li jispeċifikaw it-twassil fl-Unjoni; (b) li jirriżultaw fi twassil fl-Unjoni; jew (c) meta kontroparti minnhom terġa’ taqleb l-LNG f’gass ġo terminal fl-Unjoni.

(22) “data tas-suq tal-LNG” tfisser rekords tal-offerti tax-xiri, tal-offerti tal-bejgħ jew tat-tranżazzjonijiet għan-negozjar tal-LNG b’informazzjoni korrispondenti kif speċifikat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014.

(23) “parteċipant fis-suq tal-LNG” tfisser persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-inkorporazzjoni jew tad-domiċilju ta’ dik il-persuna, li tinvolvi ruħha fin-negozjar tal-LNG.

(24) “valutazzjoni tal-prezz tal-LNG” tfisser id-determinazzjoni ta’ prezz ta’ referenza ta’ kuljum għan-negozjar tal-LNG skont metodoloġija li trid tistabbilixxi l-ACER.

(25) “parametru referenzjarju tal-LNG” tfisser id-determinazzjoni ta’ firxa bejn il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u l-prezz tas-saldu għall-kuntratt ta’ xahar bil-quddiem ta’ TTF Gas Futures stabbilit kuljum minn ICE Endex Markets B.V.”;

[3] fl-Artikolu 3(1) jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“L-użu tal-informazzjoni privileġġata billi tiġi kkanċellata jew emendata ordni rigward prodott tal-enerġija bl-ingrossa li dwaru hija l-informazzjoni, meta l-ordni tkun saret qabel ma l-persuna kkonċernata tkun ġiet fil-pussess tal-informazzjoni privileġġata, għandu jitqies ukoll bħala abbuż minn informazzjoni privileġġata.”;

[4] L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

[a] fil-paragrafu 1, jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

“Il-parteċipanti fis-suq għandhom jiżvelaw l-informazzjoni privileġġata tramite l-IIPs. L-IIPs għandhom jiżguraw li l-informazzjoni privileġġata ssir pubblika b’mod li jkun jista’ jinkiseb aċċess malajr, inkluż aċċess tramite interfaċċa ċara tal-programmi tal-applikazzjoni, u ssir valutazzjoni sħiħa, korretta u fil-ħin tal-informazzjoni mill-pubbliku.”;

[b] il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni privileġġata, inkluż b’forma aggregata, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew mar-Regolament (KE) Nru 715/2009, jew linji gwida u kodiċijiet tan-network adottati skont dawk ir-Regolamenti tikkostitwixxi żvelar pubbliku, komplet u effettiv iżda mhux bilfors żvelar fil-ħin skont it-tifsira tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

[5] Jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

“Artikolu 4a

L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-IIPs 

1.L-IIPs għandhom jirreġistraw mal-Aġenzija. IIP għandha topera biss wara li l-Aġenzija tkun ivvalutat jekk dik l-IIP tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu u tkun awtorizzat l-operazzjoni. Ir-reġistru tal-IPPs għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom tkun irreġistrata l-IIP. L-Aġenzija għandha tirrieżamina regolarment il-konformità tal-IIPs ma’ dan ir-Regolament. Meta l-Aġenzija tkun irtirat reġistrazzjoni f’konformità mal-paragrafu 5, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-irtirar.

2.IIP għandu jkollha politiki u arranġamenti adegwati fis-seħħ biex tippubblika l-informazzjoni privileġġata meħtieġa skont l-Artikolu 4(1) kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali sa fejn ikun teknoloġikament possibbli, fuq bażi kummerċjali raġonevoli. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-finijiet kollha mingħajr ħlas. L-IIP għandha xxerred b’mod effiċjenti u konsistenti dik l-informazzjoni b’mod li jkun jiżgura aċċess malajr għall-informazzjoni privileġġata, b’mod nondiskriminatorju u b’format li jiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni privileġġata ma’ data simili minn sorsi oħra.

3.L-informazzjoni privileġġata li ssir pubblika minn IIP skont il-paragrafu 2 għandha tinkludi, tal-anqas, id-dettalji li ġejjin skont it-tip ta’ informazzjoni privileġġata:

(a)l-istatus tal-ID tal-messaġġ u tal-avveniment;

(b)id-data tal-pubblikazzjoni, il-ħin, u l-bidu u l-waqfien tal-avveniment;

(c)l-isem tal-parteċipant fis-suq u l-identifikazzjoni tal-parteċipant fis-suq;

(d)iż-żona tal-offerti jew tal-ibbilanċjar ikkonċernata;

(e)u, meta applikabbli:

(a)it-tip ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà u t-tip ta’ avveniment;

(b)l-unità tal-kejl;

(c)il-kapaċità mhux disponibbli, il-kapaċità disponibbli u l-kapaċità installata jew teknika;

(d)ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà;

(e)it-tip ta’ fjuwil;

(f)l-assi jew l-unità affettwata u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tagħha.

4.IIP għandha topera u żżomm arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess mal-klijenti tagħha. B’mod partikolari, IIP li tkun ukoll operatur tas-suq jew parteċipant fis-suq għandha tittratta l-informazzjoni privileġġata kollha miġbura b’mod nondiskriminatorju u għandha topera u żżomm arranġamenti xierqa biex jiġu separati l-funzjonijiet tan-negozju differenti.

IIP għandu jkollha fis-seħħ mekkaniżmi sodi tas-sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni privileġġata, biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ korruzzjoni tad-data u aċċess mhux awtorizzat u biex jevita l-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata qabel il-pubblikazzjoni. L-IIP għandu jkollha r-riżorsi adegwati u faċilitajiet ta’ riżerva fis-seħħ biex toffri u żżomm is-servizzi tagħha f’kull ħin.

L-IIP għandu jkollha sistemi fis-seħħ li jistgħu jivverifikaw malajr u b’mod effettiv ir-rapporti tal-informazzjoni privileġġata għall-kompletezza, jidentifikaw l-ommissjonijiet u l-erruri ovvji, u jitolbu r-ritrażmissjoni ta’ rapporti żbaljati bħal dawn.

5.L-Aġenzija tista’ tirtira r-reġistrazzjoni ta’ IIP meta din tal-aħħar:

(a)ma tużax l-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzja b’mod espliċitu l-awtorizzazzjoni jew ma tkun ipprovdiet l-ebda servizz fis-sitt xhur preċedenti;

(b)tikseb ir-reġistrazzjoni billi tagħmel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c)ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom ġiet irreġistrata;

(d)tikser serjament u sistematikament dan ir-Regolament.

Meta r-reġistrazzjoni tkun ġiet irtirata, l-IIP ikkonċernata għandha tiżgura sostituzzjoni ordnata, inkluż it-trasferiment tad-data lil IIPs oħra u r-ridirezzjoni tal-flussi tar-rappurtar lil IIPs oħra. 

L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-IIP b’deċiżjoni li tirtira r-reġistrazzjoni ta’ IIP.

6.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika:

(a)il-mezzi li bihom l-IIP għandha tikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni privileġġata msemmi fil-paragrafu 2;

(b)il-kontenut tal-informazzjoni privileġġata ppubblikata skont il-paragrafu 2 b’tali mod li tkun tista’ tiġi ppubblikata l-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu;

(c)ir-rekwiżiti organizzazzjonali konkreti għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).”;

[6] Jiżdied l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Negozjar algoritmiku

1.Parteċipant fis-suq li jinvolvi ruħu f’negozjar algoritmiku għandu jkollu fis-seħħ sistemi effettivi u kontrolli tar-riskju xierqa għan-negozju li jopera biex jiżgura li s-sistemi tan-negozjar tiegħu jkunu reżiljenti u jkollhom kapaċità biżżejjed, ikunu soġġetti għal livelli massimi u limiti xierqa tan-negozjar, u jevitaw li jintbagħtu ordnijiet żbaljati għan-negozjar jew inkella li s-sistemi jiffunzjonaw b’mod li jista’ joħloq jew jikkontribwixxi għal suq diżordinat. Il-parteċipant fis-suq għandu jkollu fis-seħħ ukoll sistemi effettivi u kontrolli tar-riskju biex jiżgura li s-sistemi tan-negozjar ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli ta’ suq organizzat li miegħu jkun konness. Il-parteċipant fis-suq għandu jkollu fis-seħħ arranġamenti effettivi tal-kontinwità tal-operat biex jindirizza kull falliment tas-sistemi tan-negozjar tiegħu u għandu jiżgura li s-sistemi tiegħu jiġu ttestjati għalkollox u monitorjati sew biex ikun żgurat li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu.

2.Parteċipant fis-suq li jipparteċipa f’negozjar algoritmiku f’xi Stat Membru għandu jinnotifika dan l-involviment lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru tiegħu u lill-Aġenzija.

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tal-parteċipant fis-suq tista’ titlob lill-parteċipant fis-suq jipprovdi, b’mod regolari jew ad hoc, deskrizzjoni tan-natura tal-istrateġiji tan-negozjar algoritmiku tiegħu, id-dettalji tal-parametri tan-negozjar jew limiti li għalihom tkun soġġetta s-sistema tan-negozjar, il-kontrolli ewlenin tal-konformità u tar-riskju li għandu fis-seħħ biex jiżgura li r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 jiġi ssodisfat, u dettalji dwar l-ittestjar tas-sistemi tan-negozjar tiegħu. 

Il-parteċipant fis-suq għandu jagħmel arranġamenti biex jinżammu rekords dwar il-punti msemmija f’dan il-paragrafu u għandu jiżgura li dawk ir-rekords ikunu biżżejjed biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu tkun tista’ timmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament. 

3.Parteċipant fis-suq li jipprovdi aċċess elettroniku dirett għal suq organizzat għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu u lill-Aġenzija kif xieraq. 

L-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-parteċipant fis-suq tista’ titlob lill-parteċipant fis-suq jipprovdi, b’mod regolari jew ad hoc, deskrizzjoni tas-sistemi u l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 u evidenza li dawk ġew applikati. 

Il-parteċipant fis-suq għandu jagħmel arranġamenti biex jinżammu rekords dwar il-materji msemmija f’dan il-paragrafu u għandu jiżgura li dawk ir-rekords ikunu biżżejjed biex l-awtorità regolatorja nazzjonali tiegħu tkun tista’ timmonitorja l-konformità ma’ dan ir-Regolament.

4.Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-obbligi skont id-Direttiva (UE) 2014/65.”;

[7] fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-ACER għandha timmonitorja l-attività tan-negozjar tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa biex tidentifika u tevita n-negozjar abbażi ta’ informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq, jew it-tentattivi tagħhom. Għandha tiġbor id-data għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa kif previst fl-Artikolu 8.”;

[] Jiżdiedu l-Artikoli ġodda minn 7a sa 7d:

“Artikolu 7a

Il-kompiti u s-setgħat tal-ACER biex twettaq il-valutazzjonijiet tal-prezzijiet u l-parametri referenzjarji

1. B’urġenza, l-ACER għandha tipproduċi u tippubblika valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum li tibda mhux aktar tard minn nhar it-13 ta’ Jannar 2023. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG, l-ACER għandha tiġbor u tipproċessa b’mod sistematiku d-data tas-suq tal-LNG dwar it-tranżazzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-prezzijiet għandha, meta xieraq, tqis id-differenzi reġjonali u l-kundizzjonijiet tas-suq.

2. Sal-31 ta’ Marzu 2023, l-ACER għandha tipproduċi u tippubblika parametru referenzjarju tal-LNG ta’ kuljum iddeterminat mill-firxa bejn il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u l-prezz tas-saldu għall-kuntratt ta’ xahar bil-quddiem tat-TTF Gas Futures stabbilit kuljum minn ICE Endex Markets B.V. Għall-finijiet tal-parametru referenzjarju tal-LNG, l-ACER għandha tiġbor u tipproċessa b’mod sistematiku d-data kollha tas-suq tal-LNG.

3. B’deroga mill-Artikolu 3(4), il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament, l-obbligi u l-projbizzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-parteċipanti fis-suq tal-LNG. Is-setgħat mogħtija lill-ACER skont dan ir-Regolament u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014 għandhom japplikaw ukoll għall-parteċipanti fis-suq tal-LNG, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità.

Artikolu 7b

Il-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz tal-LNG u tal-parametri referenzjarji tal-LNG

1. Il-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG għandha tiġi ppubblikata kuljum, u sas-18.00 CET għall-valutazzjoni tal-prezz ta’ tranżazzjoni diretta. Sal-31 ta’ Marzu 2023, minbarra l-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG, l-ACER għandha tippubblika wkoll, kuljum, il-parametru referenzjarju tal-LNG sa mhux aktar tard mis-19:00 CET jew mill-aktar fis teknikament possibbli.

2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ACER tista’ tuża s-servizzi ta’ parti terza.

Artikolu 7c

Il-forniment tad-data tas-suq tal-LNG lill-ACER

1. Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jissottomettu kuljum lill-ACER id-data tas-suq tal-LNG skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014, b’format standardizzat, permezz ta’ protokoll tat-trażmissjoni ta’ kwalità għolja, kemm jista’ jkun qrib il-ħin reali sa fejn ikun teknoloġikament possibbli qabel il-pubblikazzjoni tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum (18:00 CET).

2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-ħin sa meta d-data tas-suq tal-LNG għandha tiġi ppreżentata qabel il-pubblikazzjoni ta’ kuljum tal-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29.

3. Meta xieraq u wara li tikkonsulta lill-Kummissjoni, l-ACER għandha toħroġ gwida dwar:

(a) id-dettalji tal-informazzjoni li trid tiġi rrapportata, minbarra d-dettalji attwali dwar it-tranżazzjonijiet rapportabbli u d-data fundamentali skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014, inklużi l-offerti tax-xiri u tal-bejgħ; u

(b) il-proċedura, il-format standard u elettroniku, u r-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għas-sottomissjoni tad-data li trid tintuża għall-għoti tad-data meħtieġa tas-suq tal-LNG.

4. Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jissottomettu d-data meħtieġa tas-suq tal-LNG lill-ACER mingħajr ħlas u permezz tal-kanali ta’ rappurtar stabbiliti mill-ACER, fejn possibbli bl-użu ta’ proċeduri diġà eżistenti u disponibbli.

Artikolu 7d

Kontinwità tal-operat

L-ACER għandha tirrieżamina, taġġorna u tippubblika regolarment il-valutazzjoni tal-prezzijiet ta’ referenza tal-LNG u l-metodoloġija tal-parametru referenzjarju tal-LNG tagħha kif ukoll il-metodoloġija użata għar-rappurtar tad-data tas-suq tal-LNG u l-pubblikazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-prezz tal-LNG u tal-parametri referenzjarji tal-LNG tagħha, filwaqt li tqis il-fehmiet tal-kontributuri tad-data tas-suq tal-LNG.”;

[8] L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

[a] jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“(1a) Għall-finijiet tar-rappurtar tar-rekords tat-tranżazzjonijiet, inkluż l-ordnijiet għan-negozjar, imdaħħla, konklużi jew imwettqa fi swieq organizzati, dawk is-swieq għandhom jagħmlu disponibbli data lill-Aġenzija dwar il-ktieb tal-ordnijiet jew, meta jintalbu mill-Aġenzija, għandhom jagħtu aċċess lill-Aġenzija għall-ktieb tal-ordnijiet biex tkun tista’ timmonitorja n-negozjar.”; 

[b] fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21(2). Għandhom iqisu s-sistemi eżistenti tar-rappurtar tat-tranżazzjonijiet għall-monitoraġġ tal-attività tan-negozjar biex jiġi identifikat l-abbuż tas-suq.”

[c] fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

3. Il-persuni msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 4 li jkunu rrapportaw tranżazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 600/2014 jew ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx ikunu soġġetti għal obbligi tar-rappurtar doppji b’rabta ma’ dawk it-tranżazzjonijiet.

[d] il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(d) suq organizzat, sistema tat-tqabbil tat-tranżazzjonijiet jew persuna oħra li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet;

(ii) jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

“L-informazzjoni għandha tingħata b’mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati.”;

[e] il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.    Il-parteċipanti fis-suq għandhom jipprovdu lill-ACER u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b’informazzjoni relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-produzzjoni, tal-ħżin, tal-konsum jew tat-trażmissjoni tal-elettriku jew tal-gass naturali, jew relatata mal-kapaċità u l-użu tal-faċilitajiet tal-LNG, inkluż in-nuqqas ta’ disponibbiltà ppjanat jew mhux ippjanat ta’ dawn il-faċilitajiet, u b’informazzjoni privileġġata żvelata pubblikament f’konformità mal-Artikolu 4, għall-finijiet tal-monitoraġġ tan-negozjar fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. L-obbligi tar-rappurtar dwar il-parteċipanti fis-suq għandhom jitnaqqsu kemm jista’ jkun billi, meta possibbli, tinġabar l-informazzjoni meħtieġa jew partijiet minnha mingħand sorsi eżistenti.”;

[9] fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Il-parteċipanti fis-suq li jidħlu fi tranżazzjonijiet li jridu jiġu rrapportati lill-ACER f’konformità mal-Artikolu 8(1) għandhom jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew residenti. Il-parteċipanti fis-suq residenti jew stabbiliti f’pajjiż terz għandhom jiddikjaraw uffiċċju fi Stat Membru fejn ikunu attivi u jirreġistraw mal-awtorità regolatorja nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.”; 

[10] jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej:

“Artikolu 9a

L-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-Mekkaniżmi tar-Rappurtar Reġistrati

1.L-operat ta’ RRM għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni bil-quddiem tal-Aġenzija f’konformità ma’ dan l-Artikolu. 

L-Aġenzija għandha tawtorizza lil partijiet bħala RRM meta:

(a)l-RRM ikun persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni; u

(b)l-RRM ikun jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

L-awtorizzazzjoni għal operat ta’ RRM għandha tkun effettiva u valida għat-territorju kollu tal-Unjoni, u għandha tippermetti lill-fornitur tal-RRM jipprovdi s-servizzi li għalihom ikun ġie awtorizzat mal-Unjoni kollha. 

RRM awtorizzat għandu jikkonforma f’kull ħin mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu. RRM awtorizzat għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifika lill-ACER b’kull bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.

L-Aġenzija għandha tistabbilixxi reġistru tal-RRMs kollha fl-Unjoni. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, għandu jkun fih informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom ikun awtorizzat l-RRM, u għandu jiġi aġġornat b’mod regolari. Meta l-Aġenzija tkun irtirat awtorizzazzjoni ta’ RRM f’konformità mal-paragrafu 4, dak l-irtirar għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-irtirar.

2.L-Aġenzija għandha tirrieżamina b’mod regolari l-konformità tal-RRMs ma’ dan ir-Regolament. Għal dan l-għan, l-RRMs għandhom jirrapportaw kull sena dwar l-attivitajiet tagħhom lill-Aġenzija.

3.L-RRMs għandu jkollhom fis-seħħ politiki u arranġamenti adegwati biex jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8 malajr kemm jista’ jkun, u sal-ħin stipulat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. 

L-RRMs għandhom joperaw u jżommu arranġamenti amministrattivi effettivi mfassla biex jevitaw il-kunflitti ta’ interess mal-klijenti tagħhom. B’mod partikolari, RRM li jkun ukoll OMP jew parteċipant fis-suq għandu jittratta l-informazzjoni kollha miġbura b’mod nondiskriminatorju u għandu jopera u jżomm arranġamenti xierqa biex jissepara l-funzjonijiet differenti tan-negozju.

L-RRMs għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi sodi tas-sigurtà mfassla biex jiggarantixxu s-sigurtà u l-awtentikazzjoni tal-mezzi tat-trasferiment tal-informazzjoni, inaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskju ta’ korruzzjoni tad-data u ta’ aċċess mhux awtorizzat, u jevitaw l-iżvelar tal-informazzjoni, filwaqt li jżommu l-kunfidenzjalità tad-data f’kull ħin. L-RRM għandu jkollu r-riżorsi adegwati u faċilitajiet ta’ riżerva fis-seħħ biex joffri u jżomm is-servizzi tiegħu skont il-ħin stabbilit fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 8(2) u (6).

L-RRMs għandu jkollhom fis-seħħ sistemi li jkunu jistgħu jivverifikaw b’mod effettiv ir-rapporti tat-tranżazzjonijiet għall-kompletezza, jidentifikaw l-ommissjonijiet u l-erruri ovvji kkawżati mill-parteċipant fis-suq, u meta jkun hemm errur jew ommissjoni, jikkomunikaw id-dettalji tal-errur jew tal-ommissjoni lill-parteċipant fis-suq u jitolbu trażmissjoni mill-ġdid ta’ rapporti żbaljati bħal dan.

L-RRMs għandu jkollhom fis-seħħ sistemi li jippermettu lill-RRM jidentifika l-erruri jew l-ommissjonijiet ikkawżati mill-RRM stess, u li jippermettu lill-RRM jikkoreġi u jittrażmetti, jew jittrażmetti mill-ġdid, skont il-każ, rapporti korretti u kompluti tat-tranżazzjonijiet lill-Aġenzija.

4.L-Aġenzija tista’ tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ RRM, meta RRM:

(a)ma jużax l-awtorizzazzjoni fi żmien 18-il xahar, jirrinunzja l-awtorizzazzjoni b’mod espliċitu jew ma jkun ipprovda l-ebda servizz tul it-18-il xahar preċedenti;

(b)ikun kiseb l-awtorizzazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c)ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom ikun ġie awtorizzat;

(d)jikser serjament u sistematikament dan ir-Regolament.

RRM li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet irtirata għandu jiżgura sostituzzjoni ordnata, inkluż it-trasferiment tad-data lil RRMs oħra u r-ridirezzjoni tal-flussi tar-rappurtar lejn RRMs oħra. 

L-Aġenzija għandha, meta rilevanti u mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru fejn l-RRM ikun stabbilit b’deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta’ RRM.

5.Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika:

(a)il-mezzi li bihom RRM għandu jikkonforma mal-obbligu tal-informazzjoni msemmi fil-paragrafu 1; u 

(b)ir-rekwiżiti organizzattivi konkreti għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 2 u 3.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).”;

[11] L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

[a] il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-ACER għandha tistabbilixxi mekkaniżmi biex tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi f’konformità mal-Artikolu 7(1) u mal-Artikolu 8 mal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mal-awtoritajiet kompetenti tas-swieq finanzjarji, mal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, mal-AETS, u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni. Qabel ma tistabbilixxi dawn il-mekkaniżmi, l-Aġenzija għandha tikkonsulta ma’ dawn l-awtoritajiet.”;

[b] jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“(1a) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni li jirċievu skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8 mal-awtoritajiet kompetenti tas-swieq finanzjarji, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali u l-EUROFISC u awtoritajiet rilevanti oħra fil-livell nazzjonali. Qabel ma tistabbilixxi tali mekkaniżmi, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta mal-Aġenzija u ma’ dawk il-partijiet.”;

[c] jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu aċċess għall-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu biss lill-awtoritajiet li stabbilew sistemi li jippermettu lill-awtorità regolatorja nazzjonali tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 12(1).”;

[13] L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

[a] fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa u l-EUROFISC, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, l-ESMA u awtoritajiet rilevanti oħra għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni tal-informazzjoni li jirċievu skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 7(2) l-Artikolu 8(5) jew l-Artikolu 10 u għandhom jieħdu passi biex jevitaw l-użu ħażin ta’ din l-informazzjoni inkluż skont il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.”;

[b] il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Soġġetta għall-Artikolu 17, l-ACER tista’ tiddeċiedi li tagħmel xi partijiet mill-informazzjoni li jkollha disponibbli għall-pubbliku, diment li ma tiżvelax u ma tkunx tista’ tiġi dedotta informazzjoni kummerċjalment sensittiva dwar parteċipanti individwali fis-suq, dwar tranżazzjonijiet individwali jew dwar swieq individwali.  L-ACER ma għandhiex titwaqqaf milli tippubblika informazzjoni dwar swieq organizzati, IIPs, RRMs skont il-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.”;

[14] L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

[a] il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 3 u 5 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 4, 8, 9 u 15 jiġu applikati.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu kompetenti biex jinvestigaw l-atti kollha mwettqa fis-swieq nazzjonali tal-enerġija bl-ingrossa tagħhom u jinfurzaw dan ir-Regolament għalihom, irrispettivament minn fejn ikun residenti jew stabbilit il-parteċipant fis-suq irreġistrat skont l-Artikolu 9(1) li jwettaq dawk l-atti. 

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tiegħu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta’ infurzar meħtieġa biex jaqdu dik il-funzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati b’mod proporzjonat.

Dawk is-setgħat jistgħu jiġu eżerċitati:

(a)direttament;

(b)b’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra; jew

(c)b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Meta xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżerċitaw is-setgħat investigattivi tagħhom b’kollaborazzjoni ma’ swieq organizzati, sistemi tat-tqabbil tal-kummerċ jew persuni oħra li professjonalment jirranġaw jew iwettqu t-tranżazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 8(4).”;

[b] jiżdiedu l-paragrafi (3) sa (9) li ġejjin:

“3. Biex tiġġieled il-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, tappoġġa u tikkumplimenta l-attivitajiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u tikkontribwixxi għal applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha, l-Aġenzija tista’ twettaq investigazzjonijiet billi teżerċita s-setgħat mogħtija lilha fl-Artikoli 13a u 13b u f’konformità magħhom.

4. L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5 u l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 jiġu applikati meta:

(a)ikunu qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fuq prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jitwasslu f’mill-inqas tliet Stati Membri; jew

(b)ikunu qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fuq prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jitwasslu f’mill-inqas żewġ Stati Membri u mill-inqas wieħed mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkun qed iwettaq jew ikun wettaq dawn l-atti jkun residenti jew stabbilit f’pajjiż terz iżda rreġistrat skont l-Artikolu 9(1); jew

(c)l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti, mingħajr preġudizzju għad-derogi msemmija fl-Artikolu 16(5), ma twettaqx minnufih il-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mat-talba mill-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 16(4)(b); jew

(d)l-informazzjoni rilevanti kif definita fl-Artikolu 2(1) ta’ dan ir-Regolament aktarx li taffettwa b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jitwasslu f’mill-inqas tliet Stati Membri.

5. L-Aġenzija tista’ teżerċita s-setgħat tagħha biex tiżgura li l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 15 jiġu ssodisfati meta l-persuni jkunu jirranġaw jew iwettqu t-tranżazzjonijiet professjonalment ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa li jitwasslu f’mill-inqas tliet Stati Membri.

6. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha, l-Aġenzija għandha tqis l-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin jew li jkunu diġà twettqu fir-rigward tal-istess każijiet minn awtorità regolatorja nazzjonali skont dan ir-Regolament kif ukoll l-impatt transfruntier tal-investigazzjoni.

7. Mat-tlestija tal-azzjonijiet tagħha, meħuda biex teżerċita s-setgħat tagħha skont il-paragrafu 4, l-Aġenzija għandha tfassal rapport. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. Jekk l-Aġenzija tikkonkludi li jkun hemm ksur ta’ dan ir-Regolament, din għandha tinforma lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq u għandha teżiġi li l-ksur jiġi ttrattat f’konformità mal-Artikoli 18. L-Aġenzija tista’ tirrakkomanda ċertu segwitu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u, meta meħtieġ, għandha tinforma lill-Kummissjoni.”; 

[15] jiddaħħlu l-Artikoli 13a sa 13d li ġejjin:

“Artikolu 13a 

Spezzjonijiet fuq il-post mill-Aġenzija

1.L-Aġenzija għandha tħejji u twettaq spezzjonijiet fuq il-post b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat.

2.Biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament, l-Aġenzija tista’ twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fi kwalunkwe bini tal-persuni soġġetti għall-investigazzjoni. Meta t-twettiq xieraq u l-effiċjenza tal-ispezzjoni jkunu jeżiġu dan, l-Aġenzija tista’ twettaq dik l-ispezzjoni fuq il-post mingħajr avviż bil-quddiem. 

3.L-uffiċjali tal-Aġenzija u l-persuni l-oħra awtorizzati minnha biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini tal-persuni soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-Aġenzija skont il-paragrafu 6 u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija f’dan l-Artikolu. Għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kull bini, proprjetà u ktieb jew rekord għall-perjodu tal-ispezzjoni u sa meta jkun meħtieġ. 

4.Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tagħti avviż tal-ispezzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lil awtoritajiet ikkonċernati oħra tal-Istat Membru fejn tkun se ssir l-ispezzjoni. L-ispezzjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom isiru diment li l-awtorità rilevanti tkun ikkonfermat li ma toġġezzjonax għal dawk l-ispezzjonijiet. 

5.L-uffiċjali tal-Aġenzija u l-persuni l-oħra awtorizzati minnha biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-ispezzjoni. 

6.Il-persuni msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet fuq il-post ordnati b’deċiżjoni adottata mill-Aġenzija. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop tal-ispezzjoni, tiddeċiedi d-data meta għandha tinbeda, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) 2019/942, u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun se ssir l-ispezzjoni qabel ma tadotta dik id-deċiżjoni.

7.L-uffiċjali tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun se ssir l-ispezzjoni, u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura minnha, għandhom, meta jintalbu mill-Aġenzija, jassistu b’mod attiv lill-uffiċjali tal-Aġenzija u lill-persuni l-oħra awtorizzati minnha. Għal dak il-għan għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-uffiċjali tal-awtorità regolatorja nazzjonali jistgħu jkunu preżenti wkoll waqt l-ispezzjoni fuq il-post, jekk jitolbu dan.

8.Meta l-uffiċjali tal-Aġenzija, u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura minnha, isibu li xi persuna tkun qed topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lilhom, jew lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti oħra, l-assistenza meħtieġa, filwaqt li għandha titlob, meta xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta’ awtorità tal-infurzar ekwivalenti, biex ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.

9.Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafi 7 u 8 tkun teħtieġ l-awtorizzazzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja skont il-liġi nazzjonali applikabbli, l-Aġenzija għandha tapplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni. L-Aġenzija tista’ tapplika wkoll għal dik l-awtorizzazzjoni bħala miżura ta’ prekawzjoni.

10.Meta l-Aġenzija tapplika għal awtorizzazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 9, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li:

(a)id-deċiżjoni tal-Aġenzija hija awtentika; u

(b)kull miżura li trid tittieħed tkun proporzjonata u mhux arbitrarja jew eċċessiva fir-rigward tas-suġġett tal-ispezzjoni. 

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ titlob lill-Aġenzija għal spjegazzjonijiet dettaljati, b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet li l-Aġenzija jkollha biex tissuspetta li jkun sar ksur kif imsemmi fl-Artikolu 13(3), is-serjetà tal-ksur suspettat u n-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-investigazzjoni. B’deroga mill-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2019/942, id-deċiżjoni tal-Aġenzija għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss.

Artikolu 13b

Talba għall-informazzjoni

1.Meta l-Aġenzija titlob dan, kull persuna għandha tipprovdilha l-informazzjoni meħtieġa biex tissodisfa l-obbligi tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament. Meta tintalab, l-Aġenzija għandha:

(a)tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika għat-talba;

(b)tiddikjara l-għan tat-talba;

(c)tispeċifika liema informazzjoni hija meħtieġa, u skont liema format tad-data;

(d)tistabbilixxi limitu taż-żmien, proporzjonat għat-talba, sa meta għandha tingħata l-informazzjoni;

(e)tinforma lill-persuna li t-tweġiba tat-talba għall-informazzjoni ma għandhiex tkun skorretta jew qarrieqa.

2.Għall-finijiet tat-talbiet għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjonijiet. F’deċiżjoni bħal dik, minbarra r-rekwiżiti fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tindika d-dritt ta’ appell għad-deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Appell tal-Aġenzija u li d-deċiżjoni tiġi rieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja f’konformità mal-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942.

3.Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Il-persuni għandhom ikunu responsabbli għalkollox li l-informazzjoni mogħtija hija kompluta, korretta u mhux qarrieqa.

4.Meta l-uffiċjali tal-Aġenzija, u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura minnha, isibu li xi persuna tkun qed tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba, l-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħti lilhom, jew lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti oħra, l-assistenza meħtieġa biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligu msemmi fil-paragrafu 3, inkluż bl-impożizzjoni ta’ penali f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

5.Meta l-uffiċjali tal-Aġenzija, u l-persuni l-oħra awtorizzati jew maħtura minnha, isibu li xi persuna tkun qed tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni mitluba, l-Aġenzija tista’ tasal għal konklużjonijiet abbażi tal-informazzjoni disponibbli.

6.L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba skont il-paragrafu 1 jew tad-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 13c

Garanziji proċedurali

1.L-Aġenzija għandha twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post u titlob l-informazzjoni b’rispett sħiħ tal-garanziji proċedurali tal-parteċipanti fis-suq, inkluż:

(a)id-dritt li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet awtoinkriminanti;

(b)id-dritt li jkunu assistiti minn persuna tal-għażla tagħhom;

(c)id-dritt li jużaw xi waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn tkun qed issir l-ispezzjoni fuq il-post;

(d)id-dritt li jikkummentaw dwar il-fatti li jikkonċernawhom;

(e)id-dritt li jirċievu kopja tar-reġistrazzjoni tal-intervista u li japprovawha jew iżidu xi osservazzjonijiet.

2.L-Aġenzija għandha tfittex evidenza favur u kontra l-parteċipant fis-suq, u għandha twettaq spezzjonijiet fuq il-post u titlob l-informazzjoni b’mod oġġettiv u imparzjali u f’konformità mal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.

3.L-Aġenzija għandha twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post u titlob l-informazzjoni b’rispett sħiħ tar-regoli dwar il-kunfidenzjalità u tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli.

Artikolu 13d

Assistenza reċiproka

1.Biex tkun żgurata l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija għandhom jassistu lil xulxin.”;

[15] L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

“Artikolu 15

Obbligi tal-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu t-tranżazzjonijiet

Kull persuna li professjonalment tirranġa jew twettaq tranżazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa, u li b’mod raġonevoli tissuspetta li ordni għal negozju jew tranżazzjoni, inkluż xi kanċellazzjoni jew modifika tagħhom, tista’ tikser l-Artikoli 3, 4 jew 5, għandha tinnotifika lill-Aġenzija u lill-awtorità regolatorja nazzjonali rilevanti mingħajr aktar dewmien.

Il-persuni li professjonalment jirranġaw jew iwettqu tranżazzjonijiet ta’ prodotti tal-enerġija bl-ingrossa għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti u proċeduri effettivi biex:

(a)     jidentifikaw ksur tal-Artikolu 3, 4 jew 5;

(b)    jiżguraw li l-impjegati tagħhom li jwettqu l-attivitajiet tas-sorveljanza għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu jitħarsu minn kull kunflitt ta’ interess u jaġixxu b’mod indipendenti.”;

[16] L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

[a] fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-awtorità fiskali nazzjonali fi Stat Membru jistgħu jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni biex ikunu żgurati investigazzjoni u infurzar effettivi u effiċjenti, u biex jikkontribwixxu għal approċċ koerenti u konsistenti għall-investigazzjoni, għall-proċeduri ġudizzjarji u għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament u l-liġi finanzjarja u tal-kompetizzjoni rilevanti.”;

[b] fil-paragrafu 2, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Fi żmien sa 30 jum qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali dwar ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-Aġenzija u jagħtuha sommarju tal-każ u tad-deċiżjoni prevista. L-Aġenzija għandha żżomm lista pubblika ta’ dawk id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż id-data tad-deċiżjoni, isem il-persuni sanzjonati, l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament li jkun inkiser, u s-sanzjoni applikata. Għall-finijiet ta’ dik il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-Aġenzija fi żmien sebat ijiem mill-ħruġ tad-deċiżjoni.”;

[c] fil-paragrafu 3, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e) l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tat-taxxa u lill-EUROFISC meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa li aktarx jikkostitwixxu frodi tat-taxxa.”;

[16] jiddaħħlu l-Artikoli 16a u 16b li ġejjin:

“Artikolu 16a

Delega tal-kompiti u r-responsabbiltajiet

1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu, bil-kunsens tad-delegat, jiddelegaw xi kompiti u responsabbiltajiet lil awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu arranġamenti speċifiċi rigward id-delegar tar-responsabbiltajiet li jridu jiġu rrispettati qabel ma l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom jidħlu f’tali ftehimiet ta’ delegar u jistgħu jillimitaw l-ambitu tad-delega għal dak meħtieġ biex issir superviżjoni effettiva tal-parteċipanti fis-suq jew tal-gruppi tas-suq. 

2.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija bil-ftehimiet ta’ delegar li jkun beħsiebhom jagħmlu. Għandhom idaħħlu fis-seħħ il-ftehimiet mhux aktar kmieni minn xahar wara li jinformaw lill-Aġenzija.

3.L-Aġenzija tista’ tagħti opinjoni dwar il-ftehim ta’ delegar maħsub fi żmien xahar minn meta tiġi infurmata.

4.L-Aġenzija għandha tippubblika, bil-mezzi xierqa, kull ftehim ta’ delegar kif konkluż mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, biex tiżgura li l-partijiet kollha kkonċernati jiġu informati kif xieraq.

Artikolu 16b

Linji gwida u rakkomandazzjonijiet

1.L-Aġenzija għandha, biex tistabbilixxi prattiki superviżorji konsistenti, effiċjenti u effettivi fl-Unjoni, u biex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-liġi tal-Unjoni, toħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha jew lill-parteċipanti kollha fis-suq u toħroġ rakkomandazzjonijiet lil awtorità regolatorja nazzjonali waħda jew aktar jew lil parteċipant fis-suq wieħed jew aktar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 4a, 8 u 9a. 

2.L-Aġenzija għandha, meta xieraq, twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi dwar il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li toħroġ u għandha tanalizza l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati mal-ħruġ ta’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet. Dawk il-konsultazzjonijiet u l-analiżijiet għandhom ikunu proporzjonati mal-ambitu, in-natura u l-impatt tal-linji gwida jew tar-rakkomandazzjonijiet.

3.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-parteċipanti fis-suq għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw ma’ dawk il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet.

4.Fi żmien xahrejn mill-ħruġ ta’ linja gwida jew rakkomandazzjoni, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonferma jekk tikkonformax jew jekk ikunx beħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. Jekk awtorità regolatorja nazzjonali ma tikkonformax jew ma jkunx beħsiebha tikkonforma, din għandha tinforma lill-Aġenzija, u tiddikjara r-raġunijiet tagħha.

5.L-Aġenzija għandha tippubblika l-informazzjoni li awtorità regolatorja nazzjonali mhix tikkonforma jew mhix beħsiebha tikkonforma ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. L-Aġenzija tista’ tiddeċiedi wkoll li tippubblika r-raġunijiet li tat l-awtorità regolatorja nazzjonali għan-nonkonformità ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tirċievi avviż bil-quddiem ta’ dik il-pubblikazzjoni.

6.Jekk ikun meħtieġ minn dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni, il-parteċipanti fis-suq għandhom jirrapportaw, b’mod ċar u dettaljat, jekk humiex konformi ma’ dik il-linja gwida jew ir-rakkomandazzjoni.

7.L-Aġenzija għandha tinkludi l-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li tkun ħarġet fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 19(1)(k) tar-Regolament (UE) 2019/942.”;

[18] fl-Artikolu 17, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.    Informazzjoni kunfidenzjali li tasal għand il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 waqt il-qadi ta’ dmirijiethom ma tistax tiġi żvelata lil persuna jew awtorità oħra, għajr f’forma sommarja jew aggregata b’tali mod li parteċipant individwali fis-suq ma jkunx jista’ jiġi identifikat, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti mil-liġi kriminali, id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament jew leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.”;

[19] L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati, jirriflettu n-natura, it-tul u s-serjetà tal-ksur, id-dannu kkawżat lill-konsumaturi u l-qligħ potenzjali min-negozjar abbażi tal-informazzjoni privileġġata u tal-manipulazzjoni tas-suq.

Mingħajr preġudizzju għal xi sanzjoni kriminali u setgħa superviżorja tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 13, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jadottaw sanzjonijiet amministrattivi xierqa u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward tal-ksur ta’ dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 13(1).

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet fid-dettall lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija u għandhom jinnotifikawha minnufih dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

2. L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-prinċipju ne bis in idem, jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi li ġejjin relatati mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:

(a)jadottaw deċiżjoni li teżiġi li l-persuna twaqqaf il-ksur;

(b)iċedu l-qligħ miksuba jew it-telf evitat minħabba l-ksur sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati; 

(c)joħorġu twissijiet jew avviżi pubbliċi;

(d)jadottaw deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali;

(e)jadottaw deċiżjoni li timponi sanzjonijiet pekunarji amministrattivi; 

fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’ mill-inqas:

i.    għall-ksur tal-Artikoli 3 u 5, 15% tal-fatturat totali fis-sena kummerċjali preċedenti;

ii.    għall-ksur tal-Artikoli 4 u 15, 2% tal-fatturat totali fis-sena kummerċjali preċedenti;

iii.    għall-ksur tal-Artikoli 8 u 9, 1% tal-fatturat totali fis-sena kummerċjali preċedenti.

fir-rigward tal-persuni fiżiċi, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi massimi ta’     mill-inqas:

i.    għall-ksur tal-Artikoli 3 u 5, EUR 5 000 000;

ii.    għall-ksur tal-Artikoli 4 u 15, EUR 1 000 000;

iii.    għall-ksur tal-Artikoli 8 u 9, EUR 500 000.

Minkejja l-paragrafi (e), l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż l-20% tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika kkonċernata fis-sena kummerċjali preċedenti. Fil-każ tal-persuni fiżiċi, l-ammont tal-multa ma għandux jaqbeż l-20% tal-introjtu annwali fis-sena kalendarja preċedenti. Meta l-persuna tkun ibbenefikat finanzjarjament direttament jew indirettament mill-ksur, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas daqs dak il-benefiċċju.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiżvela lill-pubbliku l-miżuri jew il-penali imposti għall-ksur ta’ dan ir-Regolament sakemm dak l-iżvelar ma jkunx jikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.”;

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/942

Ir-Regolament (UE) 2019/942 huwa emendat kif ġej:

[1] fl-Artikolu 6, jitħassar il-paragrafu 8.

[2] fl-Artikolu 12, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(c) Issegwi u tikkoordina l-investigazzjonijiet skont l-Artikoli 13, 13a, 13b u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.

[3] fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. It-tariffi għandhom ikunu dovuti lill-ACER għall-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata mill-parteċipanti fis-suq jew mill-entitajiet li jirrapportaw f’isimhom skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u għall-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata skont l-Artikoli 4 u 4a tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011. It-tariffi għandhom iħallsuhom il-mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati u l-pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata. Id-dħul minn dawk it-tariffi jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-ACER għall-eżerċitar tas-setgħat tas-superviżjoni u tal-investigazzjoni skont l-Artikoli 13, 13a, 13b u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011.”.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 huwa emendat kif ġej:

[1] jiżdied l-Artikolu 7a:

“Artikolu 7a

Il-kwalità tad-data tas-suq tal-LNG

1.Id-data tas-suq tal-LNG għandha tinkludi:

(a)il-partijiet għall-kuntratt, inkluż l-indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;

(b)il-parti li tirrapporta;

(c)il-prezz tat-tranżazzjoni;

(d)il-kwantitajiet tal-kuntratt;

(e)il-valur tal-kuntratt;

(f)il-perjodu tal-wasla tal-merkanzija tal-LNG;

(g)it-termini tat-twassil;

(h)il-punti tat-twassil;

(i)l-informazzjoni tal-kronogramma dwar dan kollu li ġej:

(i)    id-data u l-ħin tat-tqegħid tal-offerta tax-xiri jew tal-offerta tal-bejgħ;

(ii)    id-data u l-ħin tat-tranżazzjoni;

(iii)    id-data u l-ħin tar-rappurtar tal-offerta tax-xiri, tal-offerta tal-bejgħ jew tat-tranżazzjoni;

(iv)    il-wasla tad-data tas-suq tal-LNG mill-ACER.

2.Il-parteċipanti fis-suq tal-LNG għandhom jipprovdu data tas-suq tal-LNG lill-ACER, bl-unitajiet u l-muniti li ġejjin:

(a)il-prezzijiet tal-unità tat-tranżazzjoni, tal-offerta tax-xiri u tal-offerta tal-bejgħ għandhom jiġu rrapportati fil-munita speċifikata fil-kuntratt u f’EUR/MWh u għandhom jinkludu r-rati tal-konverżjoni u tal-kambju applikati, meta applikabbli;

(b)il-kwantitajiet tal-kuntratt għandhom jiġu rrapportati fl-unitajiet speċifikati fil-kuntratti u f’MWh;

(c)il-perjodi tal-wasla għandhom jiġu rrapportati f’termini tad-dati tat-twassil espressi b’format UTC;

(d)il-punt tat-twassil għandu jindika identifikatur validu elenkat mill-ACER kif imsemmi fil-lista tal-faċilitajiet tal-LNG soġġetti għar-rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1348/2014; l-informazzjoni tal-kronogramma għandha tiġi rrapportata b’format UTC; (trid tiġi sostitwita b’kontroreferenzi kif xieraq)

(e)jekk rilevanti, il-formula tal-prezz fil-kuntratt fit-tul li minnha jiġi derivat il-prezz għandha tiġi rrapportata fl-integrità tagħha. 

3.L-ACER għandha toħroġ gwida dwar il-kriterji li skonthom, xi sottomittent waħdieni jkun jirrappreżenta porzjon sinifikanti tad-data tas-suq tal-LNG sottomessa f’ċertu perjodu ta’ referenza u kif din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata fil-valutazzjoni tal-prezz tal-LNG ta’ kuljum u fil-parametri referenzjarji tal-LNG.”.

Artikolu 4
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Il-metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i tal-kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

 
DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1227/2011 u r-Regolament (UE) 2019/942 biex tiżdied il-protezzjoni tal-UE mill-manipulazzjoni tas-suq.

 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Qasam ta’ politika: Enerġija

Attività: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

1.3.Il-proposta hija relatata ma’ 

X azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali 

Ara l-memorandum ta’ spjegazzjoni

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi 

Ara t-taqsima “Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva” hawn taħt

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Ir-riżorsi addizzjonali se jippermettu lill-ACER u lid-DĠ ENER iwettqu l-kompiti meħtieġa biex jissodisfaw il-mandat tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-UE f’konformità mar-rekwiżiti skont din il-proposta.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ara l-memorandum ta’ spjegazzjoni fejn jidħlu l-monitoraġġ tal-progress u l-kisbiet tal-inizjattiva.

(a)    Effettività u tempestività: l-indikaturi jenħtieġ li jippermettu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni billi jipprovdu informazzjoni dwar il-progress b’mod regolari u dwar il-kisbiet tul il-perjodu tal-programmazzjoni.

(b)    Effiċjenza: il-proċessi jenħtieġ li jiġu ottimizzati għall-ġbir u l-ipproċessar tad-data, filwaqt li jiġu evitati t-talbiet mhux meħtieġa jew doppji għall-informazzjoni.

(c)    Ir-rilevanza tal-indikaturi u l-ħtieġa li jiġi limitat il-piż amministrattiv assoċjat.

(d)    Ċarezza: l-indikaturi jenħtieġ li jingħataw b’forma ċara u komprensibbli, b’metadata ta’ appoġġ u b’forma li tiffaċilita interpretazzjoni xierqa u komunikazzjoni sinifikattiva.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fl-immedjat jew fit-tul, inkluż kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-ACER 

Objettiv speċifiku 1: Setgħat ta’ awtorizzazzjoni u superviżorji fuq il-mekkaniżmi tar-rappurtar reġistrati u l-pjattaformi għall-iżvelar tal-informazzjoni privileġġata 

Skont din il-proposta leġiżlattiva, l-ACER se tkun responsabbli għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-Pjattaformi tal-Informazzjoni Privileġġata (IIPs) u tal-Mekkaniżmi tar-Rappurtar Reġistrati (RRAN) li jmorru lil hinn mir-reġistrazzjoni attwali ta’ dawn l-entitajiet.

Id-dmirijiet superviżorji jikkonsistu fl-awtorizzazzjoni tal-IIPs u tal-RRMs u fis-superviżjoni ta’ kuljum u għalhekk huma allinjati mas-setgħat superviżorji tal-ESMA fuq ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, il-mekkaniżmi tar-rappurtar approvati, u servizzi oħra ta’ rappurtar tad-data. L-ACER se taqdi wkoll setgħat investigattivi diretti fir-rigward tal-IIPs u tal-RRMs u se tikseb setgħat addizzjonali għall-ħruġ ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex tiċċara aħjar il-perimetru tal-ġbir tad-data.

L-IIPs u l-RRMs huma strutturi relattivament ġodda, u l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet mistenni jkun għoli. Minħabba l-għadd kbir ta’ RRMs (104 fl-1 ta’ Jannar 2023) u IIPs (19 fl-1 ta’ Jannar 2023) u skont il-qafas ġuridiku l-ġdid, l-ACER se jkollha bżonn iżżid l-isforzi superviżorji tagħha għall-attivitajiet superviżorji l-ġodda msemmija hawn fuq. Għalhekk, l-Aġenzija għandha timpjega persunal speċjalizzat addizzjonali għas-superviżjoni ta’ dawn l-entitajiet. Dawk il-ħtiġijiet f’termini ta’ riżorsi umani jistgħu jiġu stmati għal 5 FTEs (inkluż espert fl-IT għat-tmexxija tas-sistemi tal-IT rispettivi tan-negozju u għaċ-ċibersigurtà tagħhom).

Objettiv speċifiku 2: Ċentralizzazzjoni tal-ġbir tal-STORs fil-livell tal-UE fl-ACER u monitoraġġ tal-PPAETs madwar l-UE kollha fl-ACER 

L-Artikolu 15 attwali tar-REMIT wassal għad-deċentralizzazzjoni tal-għarfien tas-sitwazzjonijiet potenzjali ta’ abbuż tas-suq madwar l-UE għax l-NRAs mhumiex obbligati jikkondividu r-rapporti tat-tranżazzjonijiet jew tal-ordnijiet suspettużi (STORs) li jirċievu skont l-Artikolu 15 ma’ NRAs oħra jew mal-ACER (għalkemm uħud minnhom jagħmlu dan). Fl-istess ħin, dan ma ppermettiex lit-tim tas-sorveljanza mill-ACER jibbenefika mill-għarfien inkluż f’dawn ir-rapporti STOR għall-benefiċċju tal-iżvilupp ta’ strateġija tal-monitoraġġ madwar l-UE kollha.

L-emendi proposti għar-REMIT se jattribwixxu lill-ACER il-ġbir tar-rapporti STOR kollha mingħand il-PPAETs kollha madwar l-Ewropa (l-ACER bħala l-hub ċentrali).

Biex tikkalkula r-riżorsi umani meħtieġa għal din l-attività, l-ACER stmat in-numru ta’ STORs li jridu jaslu mill-2024 sal-2026, billi bdiet min-numru ta’ STORs li hi konxja tagħhom għas-sena 2022 (ħafna minnhom huma rapporti STOR li ġew inklużi fil-każijiet notifikati lill-Aġenzija), u kkoreġietu skont l-ambitu addizzjonali tal-Artikolu 15 (li issa jinkludi wkoll kull ksur suspettat tal-Artikolu 4 u tar-rapporti STOR kollha). L-ACER stmat li l-għadd ta’ rapport STOR se jiżdied b’2/3 taż-żieda annwali osservata fl-aħħar 6 snin. Imbagħad, in-numru ta’ rapporti STOR li jridu jaslu għand l-ACER ġie stmat għal 236 fl-2024, 248 fl-2025 u 260 fl-2026.

Biex tissodisfa s-subkompiti assoċjati ma’ din l-attività, l-ACER tipprevedi l-ħtieġa ta’ 2 FTEs addizzjonali.

Rigward il-PPAETS, l-ACER se jkollha r-responsabbiltà li tivverifika jekk il-PPAETs li joperaw madwar l-UE (jiġifieri li joffru prodotti għal tliet żoni tat-twassil jew aktar fi Stati Membri differenti) għandhomx arranġamenti u proċeduri effettivi biex jidentifikaw il-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-REMIT.

Biex tikkalkula r-riżorsi umani meħtieġa għal din l-attività, l-ACER stmat in-numru ta’ PPAETs li l-ACER se tkun qed timmonitorja mill-2025 sal-2027. L-ACER bdiet mil-lista tal-PPAETs attwali u identifikat dawk li jissodisfaw il-kriterji inklużi fl-Artikolu 15 il-ġdid (jiġifieri l-PPAETs li jagħmlu arranġamenti għal tranżazzjonijiet jew iwettquhom f’mill-inqas tliet Stati Membri). Imbagħad l-ACER stmat li se tkun qed timmonitorja 34 PPAET (jiġifieri inqas minn 30% tal-PPAETs totali).

Biex tissodisfa s-subkompiti assoċjati ma’ din l-attività (awditi tal-PPAETs u l-koordinazzjoni tal-PPAETs), hu stmat li hemm bżonn 1 FTE addizzjonali.

Objettiv speċifiku 3: Setgħat kumplimentari tal-ACER biex tinvestiga u tinforza l-ksur potenzjali tar-REMIT 

Ir-REMIT jiġi emendat biex l-ACER, f’ċirkostanzi speċifiċi (jekk ikunu affettwati mill-inqas tliet prodotti mwassla fi Stati Membri differenti; jew jekk ikunu affettwati żewġ prodotti jew aktar imwassla fi Stati Membri differenti u l-persuna ġuridika jew fiżika li twettaq l-atti tkun irreġistrata jew stabbilita fi Stat Membru terz jew barra mill-UE), tkun tista’ tiżgura l-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Artikolu 5 u tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4.

Dawn is-setgħat se joħolqu sett ġdid ta’ kompiti għall-Aġenzija, inkluż il-kompiti proċedurali kollha relatati mal-ftuħ ta’ investigazzjoni, il-ġbir tal-informazzjoni (l-ipproċessar tat-talbiet għall-informazzjoni, seduti orali, u l-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet, eċċ.), l-analiżi tal-informazzjoni, u l-konklużjonijiet preliminari dwar il-ksur (rapporti).

Fi tmiem l-2022, kien hemm 13-il każ fl-istokk li jissodisfaw dan il-kriterju (madwar 3,7% tal-istokk totali tal-każijiet), u 9 minnhom ġew notifikati fl-2022. Ir-rata taż-żieda annwali tan-numru ta’ każijiet ġodda li jsegwu fil-ġurisdizzjoni tal-ACER għall-perjodu mill-2024 sal-2026 kienet stmata għal 13. 6%/sena, li tikkorrispondi għal żewġ terzi tar-rata taż-żieda annwali osservata mill-2017 sal-2022 għall-istess tip ta’ każijiet. Imbagħad, abbażi ta’ dawn is-suppożizzjonijiet, l-istokk tal-każijiet fil-ġurisdizzjoni tal-ACER jista’ jiġi stmat għal 19 fl-2024, 21 fl-2025, u 24 fl-2026. Fl-istess ħin, l-ACER se jkollha wkoll id-diskrezzjoni li tinvestiga l-aktar każijiet sinifikanti fost dawk li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq.

Filwaqt li tintuża l-esperjenza miksuba b’kompiti simili mwettqa mid-DĠ COMP, biex tissodisfa s-subkompiti assoċjati ma’ din l-attività, hu stmat li l-ACER teħtieġ 11-il FTE addizzjonali.

Filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet possibbli fir-reklutaġġ ta’ persunal kwalifikat, it-total ta’ 19-il FTE addizzjonali se jiddaħħal gradwalment mill-2025 sal-2027.

Spejjeż ġenerali 

Dawk l-FTEs addizzjonali deskritti hawn fuq ma jinkludux spejjeż ġenerali. L-applikazzjoni ta’ proporzjon ġenerali ta’ 30% tkun tfisser 6 FTEs addizzjonali, li jieħdu l-forma ta’ 3 ASTs u 3 AST/SCs preferibbilment biex jissostitwixxu l-persunal interim. Dawk l-FTE addizzjonali huma fost l-oħrajn meħtieġa għar-reklutaġġ tal-persunal addizzjonali, u għalhekk huma meħtieġa mill-2025 ’il quddiem.

ENER 

Bħalissa hemm anqas minn 0,5 FTE qed jaħdmu fuq ir-REMIT fid-DĠ ENER. Minħabba r-rwol aktar prominenti tar-REMIT fl-isfond tal-kriżi attwali tal-enerġija, l-ammont tax-xogħol fid-DĠ ENER żdied u għalhekk hemm bżonn madwar 2 FTEs.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Ara l-memorandum ta’ spjegazzjoni

 

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza miksuba bi proposti leġiżlattivi preċedenti turi li l-ħtiġijiet tal-persunal tal-ACER huma faċilment sottovalutati. Biex tkun evitata ripetizzjoni tal-esperjenza bit-tielet pakkett dwar is-suq intern tal-2009, li minħabba stima insuffiċjenti tal-ħtiġijiet tal-persunal kien hemm nuqqas ta’ persunal strutturali (solvuta b’mod komprensiv biss bil-baġit tal-UE għall-2022), għal din il-proposta l-ħtiġijiet tal-persunal huma stmati għal diversi snin fil-futur.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din l-inizjattiva hija inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2023 bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew.

1.5.5.Valutazzjoni tal-alternattivi differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-FTEs huma meħtieġa għall-kompiti addizzjonali filwaqt li l-kompiti eżistenti mhumiex se jonqsu fil-futur prevedibbli. Il-proposta tipprevedi wkoll l-estensjoni permanenti tas-setgħa tal-ACER relatata mal-implimentazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-LNG (5 FTEs skont id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża mal-proposta tal-Kummissjoni COM(2022) 549 tat-18.10.2022).

Sa fejn ikun legalment possibbli, se jiġu ffinanzjati FTE addizzjonali bl-iskema tat-tariffi eżistenti għall-kompiti tal-ACER skont ir-REMIT. Għal dan il-għan, il-proposta testendi s-setgħat tal-ġbir tat-tariffi tal-ACER għall-pjattaformi tal-informazzjoni privileġġata li għadhom kif ġew introdotti u tiċċara li anki l-kostijiet biex l-ACER teżerċita s-setgħat imsaħħa tagħha ta’ investigazzjoni u infurzar għandhom ikunu eliġibbli biex jiġu ffinanzjati mit-tariffi. It-tħassir tal-punt (a) attwali tal-Artikolu 32(1) ma jnaqqasx id-dħul tal-ACER, għax s’issa qatt ma ntużat din il-klawżola peress li, minħabba n-numru baxx ta’ każijiet, il-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ skema tat-tariffi jkunu sproporzjonati.

Soġġetti għar-reviżjoni tad-deċiżjoni dwar it-tariffi 19 , hu stmat li madwar 2/3 tal-FTEs addizzjonali se jiġu koperti mit-tariffi.

1.6.Tul u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 tul limitat

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X tul mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 20  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   l-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

 organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

 il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

X il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

 korpi tal-liġi pubblika;

 korpi regolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

 il-korpi u l-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Kummenti

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Skont ir-regolament finanzjarju tagħha, l-ACER trid tipprovdi, fil-kuntest tad-Dokument tal-Programmazzjoni tagħha, Programm ta’ Ħidma annwali li jinkludi d-dettalji dwar ir-riżorsi finanzjarji u umani għal kull waħda mill-attivitajiet imwettqa.

L-ACER tirrapporta kull xahar lid-DĠ ENER dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, inkluż l-impenji, u l-pagamenti skont it-titolu tal-baġit, u r-rati tal-postijiet tax-xogħol battala skont it-tip ta’ persunal.

Barra minn hekk, id-DĠ ENER hu rrappreżentat direttament fil-korpi ta’ governanza tal-ACER. Permezz tar-rappreżentanti tiegħu fil-Bord Amministrattiv, id-DĠ ENER se jkun infurmat dwar l-użu tal-baġit u l-pjan ta’ stabbiliment f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu matul is-sena.

Fl-aħħar nett, anki f’konformità mar-regoli finanzjarji, l-ACER hi soġġetta għal rekwiżiti annwali tar-rappurtar dwar l-attivitajiet u l-użu tar-riżorsi permezz tal-Bord Amministrattiv u r-Rapport Annwali tal-Attività tagħha.

Il-kompiti implimentati direttament mid-DĠ ENER se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rappurtar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ ENER.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija tal-kontroll proposta

Filwaqt li l-ACER se jkollha tiżviluppa għarfien espert ġdid, l-aktar mod kosteffettiv hu jekk il-kompiti l-ġodda skont din il-proposta jiġu allokati lil aġenzija eżistenti li diġà taħdem fuq kompiti simili.

Id-DĠ ENER stabbilixxa strateġija tal-kontroll għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet tiegħu mal-ACER, parti mill-Qafas tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni tal-2017. L-ACER irrevediet u adottat il-Qafas tal-Kontroll Intern tagħha stess f’Diċembru 2018.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i tal-kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskju ewlieni hu stimi ħżiena b’rabta mal-ammont ta’ xogħol maħluq minn din il-proposta, minħabba li din tintroduċi kompiti ġodda. Dan ir-riskju jeħtieġ jiġi aċċettat għax, kif turi l-esperjenza miksuba, jekk il-ħtiġijiet tar-riżorsi addizzjonali ma jiġux inklużi fil-proposta inizjali, ikun diffiċli ħafna li din is-sitwazzjoni tissolva aktar tard.

Il-fatt li l-proposta tinkludi diversi kompiti ġodda jtaffi dan ir-riskju għax, filwaqt li l-ammont tax-xogħol ta’ xi kompiti futuri jista’ jiġi sottovalutat, oħrajn jistgħu jiġu sopravalutati, u jipprovdu ambitu għal riallokazzjoni futura possibbli.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju tal-errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-allokazzjoni tal-kompiti addizzjonali lill-mandat eżistenti tal-ACER mhix mistennija tiġġenera kontrolli addizzjonali speċifiċi fl-ACER u għalhekk il-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll fuq il-valur tal-fondi ġestiti se jibqa’ l-istess.

Bl-istess mod, il-kompiti assenjati lid-DĠ ENER mhumiex se joħolqu kontrolli addizzjonali jew ibiddlu l-proporzjon tal-kostijiet tal-kontroll.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

L-ACER tapplika l-prinċipji kontra l-frodi tal-aġenziji deċentralizzati tal-UE, f’konformità mal-approċċ tal-Kummissjoni.

F’Marzu 2019, l-ACER adottat Strateġija ġdida kontra l-Frodi li tħassar id-Deċiżjoni 13/2014 tal-Bord Amministrattiv tal-ACER. L-istrateġija l-ġdida, li tkopri perjodu ta’ tliet snin, hi bbażata fuq l-elementi li ġejjin: valutazzjoni annwali tar-riskji, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, ir-regoli interni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni protetta, il-politika u l-proċedura għall-ġestjoni tal-funzjonijiet sensittivi, u miżuri relatati mal-etika u l-integrità.

Id-DĠ ENER adotta wkoll Strateġija Kontra l-Frodi (AFS) riveduta fl-2020. L-AFS tad-DĠ ENER hi bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi u fuq valutazzjoni tar-riskju speċifika mwettqa internament biex jiġu identifikati l-aktar oqsma vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tissaħħaġ il-kapaċità tad-DĠ ENER li jipprevjeni, jidentifika u jikkoreġi l-frodi.

Ir-Regolament tal-ACER u anki d-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-kontrolli fuq il-post ikunu jistgħu jagħmluhom is-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard rakkomandati mill-OLAF.


3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 21 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 22

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali 23

Minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

02

02 10 06 u Linja Baġitarja tal-ITER

Diff./Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati u mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

01

[Suq uniku, Innovazzjoni u Diġitali

L-ACER

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Titolu 1 24 :

Impenji

(1)

0,684

0,946

1,288

2,918

Pagamenti

(2)

0,684

0,946

1,288

2,918

Titolu 2:

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Titolu 3 25 :

Impenji

(3a)

Pagamenti

(3b)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-ACER

Impenji

=1+1a+3a

0,684

0,946

1,288

2,918

Pagamenti

=2+2a

+3b

0,684

0,946

1,288

2,918

 





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: ENER

□ Riżorsi Umani

0,342

0,342

0,342

1,026

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ ENER

Approprjazzjonijiet

0,342

0,342

0,342

1,026

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
fl-INTESTATURA 7 26  
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,342

0,342

0,342

1,026

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2024 27

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

1,026

1,288

1,630

3,944

Pagamenti

1,026

1,288

1,630

3,944

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-ACER 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Ammonti f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 28

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU 1 29

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-Objettiv Speċifiku 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU 2 ...

- Output

Subtotal tal-Objettiv Speċifiku 2

KOST TOTALI

Meta applikabbli, l-ammonti jirriflettu t-total tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

3.2.3.Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-ACER 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali) Meta applikabbli, l-ammonti jirriflettu t-total tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenzija u dħul ieħor tal-aġenzija (tariffi u imposti).

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0,855

1,710

2,565

5,130

Aġenti temporanji (Gradi AST)

0,513

0,513

0,513

1,539

Aġenti temporanji (Gradi AST/SC)

0,513

0,513

0,513

1,539

Aġenti kuntrattwali

0,091

0,273

0,364

0,728

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

1,972

3,009

3,955

8,936

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0

5

10

15

15

Aġenti temporanji (Gradi AST)

0

3

3

3

3

Aġenti temporanji (Gradi AST/SC)

3

3

3

3

Aġenti kuntrattwali

0

1

3

4

4

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

12

19

25

25

Id-data ppjanata tar-reklutaġġ għall-FTEs hi l-1 ta’ Jannar tas-sena rispettiva.

Li minnhom jiġu ffinanzjati mill-kontribuzzjoni tal-UE (FTE) 30 :

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi AD)

0

2

3

5

5

Aġenti temporanji (Gradi AST)

1

1

1

1

Aġenti temporanji (Gradi AST/SC)

1

1

1

1

Aġenti kuntrattwali

1

1

1

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0

4

6

8

8

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tingħata f’ammonti sħaħ (jew l-iktar l-iktar għal pożizzjoni deċimali waħda)

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 2026

Sena 2027

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

20 01 02 01 u 20 01 02 02 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Fulltime: FTE) 31

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

Linja/i baġitarja/i (speċifika)  32

- fil-Kwartieri Ġenerali 33  

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji. 

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

X    Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

L-inizjattiva skattatha l-kriżi attwali tal-enerġija u għalhekk ma kinitx ġiet ikkunsidrata meta ġew ikkalkulati l-intestaturi tal-QFP. Peress li din l-inizjattiva speċifika hi ġdida, din se tkun teħtieġ ir-riprogrammazzjoni tal-linja tal-kontribuzzjoni għall-ACER u tal-linja li se tappoġġa x-xogħol addizzjonali fid-DĠ ENER. Meta ma jkunux jistgħu jiġu koperti mit-tariffi, l-impatti baġitarji fuq l-ACER kif definiti f’din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva se jitpaċew bi tnaqqis kumpensatorju fl-infiq ipprogrammat fil-linja baġitarja tal-ITER.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 34 .

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa 

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 35

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-indirizzar taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija: sett ta’ għodod għall-azzjoni u l-appoġġ, COM(2021) 660 final.
(2)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Pjan REPowerEU, COM(2022) 230.
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Qafas Temporanju għall-Kriżijiet għal miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex tiġi appoġġata l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja C 131 I/01, C/2022/1890.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1938 u (KE) Nru 715/2009 fir-rigward tal-ħżin tal-gass (ĠU L 173, 10.6.2022, p. 17).
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1369 tal-5 ta’ Awwissu 2022 dwar miżuri kkoordinati għal tnaqqis fid-domanda għall-gass (ĠU L 206, 8.8.2022, p. 1).
(6)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261, 7.10.2022, p. 1).
(7)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2577 tat-22 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi qafas biex jitħaffef l-użu tal-enerġija rinnovabbli (ĠU l 335, 29.12.2022, p. 36).
(8)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261, 7.10.2022, p. 1).
(9)    SPEECH/22/5493.
(10)     Rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa Rapport - il-Proposti 3 u 17
(11)    Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika, COM(2022) 222 final.
(12)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Pjan REPowerEU, COM(2022) 230 final.
(13)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti, COM(2023) 62 final .
(14)    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE, ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.
(15)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 (2022/C 243/04)
(16)    L-Artikolu 194(1) tat-TFUE.
(17)    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(18)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(19)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2152 tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar id-drittijiet dovuti lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-ġbir, it-trattament, l-ipproċessar u l-analiżi tal-informazzjoni rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
(20)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit web BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(21)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(22)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(23)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(24)    In-nefqa skont it-Titolu 1 tikkorrispondi għall-persunal li jrid jiġi ffinanzjat mill-Kontribuzzjoni tal-UE. Iż-żewġ terzi tal-persunal meħtieġ li jifdal iridu jiġu ffinanzjati mit-Tariffi u l-Imposti.
(25)    In-nefqa prevista fit-Titolu 3 ta’ EUR 4,2 miljun bejn l-2025 u l-2027 trid tiġi ffinanzjata mit-Tariffi u l-Imposti.
(26)    L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali tal-allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.
(27)    Is-Sena N hija s-sena meta tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena tal-implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(28)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(29)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(30)    Kull sena, f’konformità mal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2152, l-ACER se tidentifika dawk il-kostijiet, inkluż il-kostijiet tal-persunal, li jkunu eliġibbli għall-finanzjament mit-tariffi u se tippreżenta r-riżultat fl-abbozz tad-Dokument tal-Programmazzjoni tagħha. F’konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/942, il-Kummissjoni tipprovdi opinjoni dwar l-abbozz tad-Dokument tal-Programmazzjoni tal-ACER, inkluż il-proposti tal-Aġenzija dwar liema kostijiet jitqiesu eliġibbli għal finanzjament mit-tariffi, u l-ambitu tagħhom biex jonqos il-piż minn fuq il-baġit tal-UE.
(31)    AC = Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(32)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(33)    Prinċipalment għall-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd u l-Akkwakultura Marittimi (EMFAF).
(34)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027.
(35)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20% għall-kostijiet tal-ġbir.