Brussell, 1.3.2023

COM(2023) 127 final

2023/0053(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2023) 350 final} - {SWD(2023) 128 final} - {SWD(2023) 129 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna reviżjoni kbira tar-regoli tal-Unjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan. Din tikkostitwixxi t-tielet reviżjoni tali ta’ dawk ir-regoli, li ġew introdotti għall-ewwel darba fl-1980 permezz tad-Direttiva 80/1263/KEE 1 , segwiti mit-tieni Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan, id-Direttiva 91/439/KEE 2 , u mit-tielet Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan, id-Direttiva 2006/126/KE 3 , 4 .

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Is-sikurezza fit-toroq fl-UE tjiebet b’mod sinifikanti matul l-aħħar 20 sena. L-għadd ta’ fatalitajiet fit-toroq naqas b’61,5 % minn madwar 51 400 fl-2001 għal madwar 19 800 fl-2021. Madankollu, it-titjib fis-sikurezza fit-toroq ma kienx b’saħħtu daqs kemm kien meħtieġ. It-tnaqqis fir-ritmu tat-tnaqqis fl-għadd ta’ mwiet fit-toroq li beda fl-2014 wassal lill-ministri tat-trasport tal-UE biex joħorġu dikjarazzjoni ministerjali dwar is-sikurezza fit-toroq fil-Kunsill informali tat-trasport fil-Belt Valletta f’Marzu 2017 5 , fejn l-Istati Membri talbu lill-Kummissjoni tesplora t-tisħiħ tal-qafas legali tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq biex jiġi żgurat li inqas persuni jmutu f’ħabtiet fit-toroq.

Bħala parti mit-tielet Pakkett dwar il-Mobilità tagħha ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni ħarġet “Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku dwar is-Sikurezza fit-Toroq” 6 , li fih talbet għal approċċ ġdid biex tiġi miġġielda x-xejra staġnata fiċ-ċifri tas-sikurezza fit-toroq fl-UE, u biex isir progress lejn l-għan fit-tul ta’ żero fatalitajiet fit-toroq madwar l-UE sal-2050 (“Viżjoni Żero”). F’Ġunju 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-EU Road Safety Policy Framework 2021-2030 – Next steps towards “Vision Zero” 7 . Fih, il-Kummissjoni pproponiet miri interim ġodda sabiex l-għadd ta’ mwiet fit-toroq jitnaqqas b’50 % bejn l-2020 u l-2030, kif ukoll sabiex l-għadd ta’ korrimenti serji jitnaqqas b’50 % fl-istess perjodu, kif irrakkomandat mid-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta.

Fl-Istrateġija tagħha għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti 8 tal-2020, il-Kummissjoni tenniet il-mira ta’ żero fatalitajiet fil-modi kollha tat-trasport sal-2050, u ħabbret ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, fost l-oħrajn biex titqies l-innovazzjoni teknoloġika inklużi l-liċenzji tas-sewqan mobbli, taħt l-Inizjattiva Ewlenija 10 “It-tisħiħ tas-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport”. F’Ottubru 2021, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-Qafas ta’ Politika tal-UE dwar is-Sikurezza fit-Toroq 2021-2030 9 , li tistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi s-sikurezza fit-toroq, b’mod partikolari permezz ta’ standards ogħla f’termini ta’ taħriġ tas-sewwieqa.

Din il-proposta tħabbret fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2022 fl-ambitu tal-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Spinta Ġdida għad-Demokrazija Ewropea” 10 , u twettaq l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar 11 billi tiżgura li l-leġiżlazzjoni eżistenti tkun aktar sempliċi u ċara, ma toħloqx piż bla bżonn u żżomm il-pass mal-iżviluppi politiċi, soċjetali u teknoloġiċi li qed jevolvu.

Wieħed mill-aktar oqfsa avvanzati fid-dinja dwar il-liċenzji tas-sewqan huwa fis-seħħ u huwa applikat mill-UE u minn Stati Membri oħra taż-ŻEE. B’kollox, dan ikopri aktar minn 250 miljun sewwieq. Il-pedament ta’ dan il-qafas huwa d-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, li tistabbilixxi miżuri legali komuni għar-rikonoxximent u l-ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan fl-Unjoni Ewropea. L-objettivi tagħha huma t-titjib tas-sikurezza fit-toroq u l-faċilitazzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini fi ħdan l-UE. Bil-libertà tal-moviment stabbilita mis-Suq Uniku Ewropew, ir-regoli tal-UE dwar il-liċenzji tas-sewqan ikkontribwew biex itaffu l-vjaġġi transfruntiera u ffaċilitaw il-bidla tar-residenza għaċ-ċittadini li jistabbilixxu lilhom infushom fi Stat Membru ieħor. Madankollu, iċ-ċittadini għadhom qed jiffaċċaw inkonsistenzi bejn l-approċċi nazzjonali, li min-naħa tagħhom jaffettwaw id-drittijiet tas-sewqan tagħhom. Huma jiffaċċaw ukoll nuqqasijiet u diffikultajiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Din l-inizjattiva tibni fuq id-Direttiva 2006/126/KE li kellha l-għan li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq u li tiffaċilita l-moviment liberu permezz ta’:

·l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ liċenzja tas-sewqan unika tal-Unjoni Ewropea obbligatorju għas-sewwieqa kollha mill-2033, bil-għan li tiġi żgurata protezzjoni akbar kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni;

·il-kategorizzazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan skont it-tipi ta’ vetturi u l-età minima għas-sewqan tagħhom;

·it-tiġdid amministrattiv obbligatorju tal-liċenzji tas-sewqan ġodda kollha kull 10 snin;

·simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv fuq is-sewwieqa li jibdlu l-post ta’ residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor;

·l-applikazzjoni ta’ standards minimi komuni dwar il-ħiliet, l-għarfien, is-saħħa fiżika u mentali tas-sewwieqa;

·aċċess progressiv għal muturi ta’ potenzja għolja, ibbażat fuq l-età minima u l-esperjenza preċedenti fuq muturi ta’ potenzja inqas għolja;

·il-ħolqien ta’ network għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan bejn l-awtoritajiet nazzjonali (RESPER).

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt 12 ikkonferma l-ħtieġa ta’ aġġornament tar-regoli tal-UE li jirregolaw il-liċenzji tas-sewqan biex jiġu appoġġati l-isforzi biex jitnaqqsu l-fatalitajiet fit-toroq u l-korrimenti serji, u biex ikomplu jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u l-ostakli għall-moviment liberu taċ-ċittadini fl-UE. F’ħafna ħabtiet serji li jirriżultaw f’mewt, f’telf serju ta’ saħħa u f’korrimenti mhux fatali, il-ħiliet, l-għarfien, l-imġiba u s-saħħa medika tas-sewwieq għandhom rwol importanti, u għad hemm wisq detenturi ta’ liċenzji tas-sewqan li l-preżenza tagħhom fit-toroq tal-UE tippreżenta riskji minħabba n-nuqqas ta’ saħħa adegwata tagħhom għas-sewqan. L-evalwazzjoni ex post 13 sabet li l-iskrinjar attwali bbażat fuq l-età ma għadux meqjus bħala l-aktar rilevanti. Għalkemm hemm evidenza dwar id-deterjorament fiżiku potenzjali minħabba l-età, xi studji kkonkludew li kundizzjonijiet mediċi speċifiċi, bħall-abbuż tas-sustanzi, il-mard tas-saħħa mentali, l-epilessija u d-dijabete, il-kundizzjonijiet tal-qalb u l-apnea waqt l-irqad ma humiex neċessarjament marbuta mal-età. Madankollu, dawn huma fatturi aktar importanti mill-età fir-rigward tas-saħħa medika għas-sewqan.

Il-ħiliet, l-għarfien, l-għarfien dwar ir-riskju u l-esperjenza tas-sewwieqa għadhom limitati, b’mod partikolari għas-sewwieqa ġodda. Il-livell ogħla ta’ aċċidenti u fatalitajiet ta’ sewwieqa ġodda jindika li r-rekwiżiti għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan ma humiex adattati bis-sħiħ għall-objettivi tas-sikurezza fit-toroq. Barra minn hekk, l-introduzzjoni progressiva ta’ teknoloġiji ġodda bħas-sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa u, fil-futur, il-vetturi awtomatizzati, se jkollhom impatt sostanzjali fuq l-użu tal-vetturi. Filwaqt li teknoloġiji bħal dawn għandhom il-potenzjal li jtejbu s-sikurezza fit-toroq u jikkontribwixxu għal mobilità aktar inklużiva, huma jġibu wkoll sfidi ġodda għas-sewwieqa f’termini ta’ ħiliet u għarfien ta’ funzjonalitajiet ġodda, li ma humiex koperti mid-Direttiva attwali.

F’termini ta’ ostakli għall-moviment liberu tal-persuni, għad hemm fis-seħħ proċeduri mhux meħtieġa jew mhux ġustifikati għall-kisba tal-liċenzja jew għall-eżerċitar jew għaż-żamma tad-drittijiet tas-sewqan f’pajjiż ieħor tal-UE meta s-sewwieqa jiksbu, jużaw, jissostitwixxu, iġeddu, jew jiskambjaw il-liċenzji tas-sewqan. Dan, fl-aħħar mill-aħħar, ifixkel il-moviment tagħhom fl-UE. Skont l-evalwazzjoni, xi miżuri tad-Direttiva (bħall-kunċett ta’ residenza normali) kienu diffiċli biex jiġu applikati u setgħu wasslu għal piż amministrattiv kbir jew kienu ostakli għall-moviment liberu. Fil-prattika, iċ-ċittadini bi drittijiet tas-sewqan dokumentati sew li jiffaċċaw dawn l-ostakli jistgħu jibqgħu mingħajr liċenzji tas-sewqan sa 6 xhur jew saħansitra aktar. Barra minn hekk, id-Direttiva attwali tista’, f’ċerti każijiet, tipprevjeni liċ-ċittadini tal-UE milli jiksbu liċenzja tas-sewqan fil-pajjiżi tal-UE fejn l-għarfien tagħhom tal-lingwa lokali ma jkunx tajjeb biżżejjed u fejn ma tkunx awtorizzata il-preżenza ta’ interpretu waqt it-testijiet. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda regola komuni għall-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi meta d-detentur jistabbilixxi r-residenza tiegħu fl-Unjoni Ewropea, u l-liċenzji tal-UE miksuba fi Stat Membru partikolari bi skambju għal-liċenzja ta’ pajjiż terz jistgħu ma jibqgħux validi f’każ li din il-persuna tittrasferixxi r-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor.

Fl-aħħar nett, diversi Stati Membri 14 introduċew, jew qed jippjanaw li jintroduċu, liċenzji tas-sewqan nazzjonali mobbli (diġitali) mingħajr ma jkunu akkumpanjati mill-ħruġ ta’ dokument fiżiku (jiġifieri karta). Peress li d-Direttiva attwali tistabbilixxi l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku biss għal-liċenzji fiżiċi, il-liċenzji tas-sewqan mobbli għalhekk se jibqgħu validi biss fit-territorju tal-Istat emittenti. Konsegwentement, il-qafas attwali huwa ostaklu biex jinkisbu l-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali tat-trasport bit-triq fil-livell Ewropew u jfixkel il-moviment liberu madwar l-UE.

Il-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan tibni fuq l-objettivi tad-Direttiva preċedenti – jiġifieri li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq u li tiffaċilita l-moviment liberu – iżda twieġeb ukoll għall-ħtieġa ta’ sostenibbiltà akbar u trasformazzjoni diġitali tat-trasport bit-triq. Il-proposta hija strumentali wkoll fl-ilħuq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 15 , jiġifieri tikkontribwixxi biex sal-2030 il-bliet u l-insedjamenti umani jsiru inklużivi, sikuri, reżiljenti u sostenibbli, u biex jiġi pprovdut aċċess għal sistemi tat-trasport sikuri, affordabbli, aċċessibbli u sostenibbli għal kulħadd. Din tagħti wkoll attenzjoni speċjali għall-ħtiġijiet tas-sikurezza fit-toroq tal-gruppi kollha tas-soċjetà, b’mod partikolari l-utenti vulnerabbli tat-triq bħal persuni bil-mixi, ċiklisti, utenti ta’ vetturi motorizzati b’żewġ roti, utenti ta’ apparat ta’ mobilità personali u persuni b’diżabilitajiet jew b’mobilità u b’orjentazzjoni mnaqqsa 16 . Billi jiġu inklużi regoli ġodda dwar it-trażmissjoni awtomatika tal-gerijiet u billi tiżdied il-massa massima tal-biċċa l-kbira tal-vetturi b’emissjonijiet żero fil-kategorija B, il-proposta se tiffaċilita l-użu ta’ dawn il-vetturi, u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima 17  u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero tal- Patt Ekoloġiku Ewropew li sal-2050 ikun hemm ambjent ħieles minn tniġġis li jagħmel ħsara 18 .

Il-proposta l-ġdida għal Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan hija koerenti mar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika 19 , li tipprovdi aċċess għal servizzi online ta’ informazzjoni, assistenza u soluzzjoni tal-problemi u proċeduri tal-gvern elettroniku permezz tal-portal Your Europe. L-informazzjoni regolata mill-proposta diġà hija inkluża fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika. Sabiex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Anness II tad-direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan se jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li l-proċedura amministrattiva li ċ-ċittadini u r-residenti jiġu offruti tkun kompletament online.

Għalhekk, l-objettiv tal-inizjattiva huwa li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq u li tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għat-trasport sostenibbli bit-triq u għat-trasformazzjoni diġitali tiegħu permezz ta’:

It-titjib tal-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza tas-sewqan, u t-tnaqqis u l-ikkastigar tal-imġiba perikoluża. Ir-regoli dwar it-taħriġ, l-ittestjar u l-perjodu ta’ prova tas-sewwieqa se jiżguraw li speċjalment is-sewwieqa żgħażagħ u ġodda jiksbu l-ħiliet, l-għarfien, l-esperjenza u l-għarfien dwar ir-riskju meħtieġa biex isuqu b’mod sikur. Barra minn hekk, is-sewwieqa kollha għandhom jibbenefikaw minn ħiliet u għarfien imtejba dwar teknoloġiji avvanzati, bl-użu sħiħ tal-potenzjal tas-sikurezza u ambjentali tal-innovazzjoni, kif ukoll bl-iżgurar ta’ koeżistenza sikura tat-traffiku motorizzat u tal-modi attivi tat-trasport. Is-sewwieqa għandhom jinżammu responsabbli għall-imġiba perikoluża tagħhom fis-sewqan fl-Istati Membri kollha, biex jinħoloq ambjent li jwassal għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq.

L-iżgurar ta’ saħħa fiżika u mentali adegwata tas-sewwieqa madwar l-UE. Ir-regoli dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan għal sewwieqa mhux professjonali se jittejbu u se jiġu aġġornati skont l-aħħar żvilupp teknoloġiku u f’konformità mal-mudell ta’ diżabilità bbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem 20 . Barra minn hekk, il-proċess tal-iskrinjar mediku madwar l-UE se jittejjeb biex jikkontribwixxi aħjar għall-ilħuq tal-miri tas-sikurezza fit-toroq.

It-tneħħija ta’ ostakli inadegwati jew mhux meħtieġa li jaffettwaw lill-applikanti u lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan. Għad hemm bosta ostakli għall-aċċess tas-sewwieqa għal-liċenzji u għar-rikonoxximent tad-drittijiet tas-sewqan tagħhom, li min-naħa tagħhom ifixklu l-libertà tal-moviment fl-UE: diffikultajiet fit-testijiet tas-sewqan li jirriżultaw min-nuqqas ta’ għarfien tal-lingwi, regoli differenti biex tiġi ddeterminata r-residenza normali għar-residenti fl-UE jew in-nuqqas ta’ kontinwità ta’ ċerti drittijiet tas-sewqan meta jivvjaġġaw u meta jibdlu r-residenza fl-UE. It-tneħħija ta’ dawk l-ostakli hija mistennija wkoll li tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas attwali ta’ sewwieqa, b’mod partikolari ta’ sewwieqa tat-trakkijiet, mingħajr ma tiġi kompromessa s-sikurezza fit-toroq. Barra minn hekk, għandha tiġi introdotta aktar armonizzazzjoni dwar il-validità tal-liċenzji tas-sewqan u liċenzja tas-sewqan mobbli.

Informazzjoni aktar dettaljata dwar kif l-objettivi ta’ hawn fuq u l-problemi relatati huma indirizzati mill-inizjattiva hija ppreżentata fil-Kapitolu 3 ta’ dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni.

Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq fir-rigward tal-infurzar transfruntier tar-regoli tat-traffiku fit-toroq, hemm stabbilit pakkett ta’ negozjar, li jikkonsisti minn tliet inizjattivi: minbarra din il-proposta, fih ukoll proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (id-“Direttiva dwar is-CBE”) 21 , 22 u proposta għal Direttiva dwar l-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan 23 .

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija konsistenti ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq: id-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri 24 , 25 ; id-Direttiva (UE) 2015/413 26 ; u l-hekk imsejjaħ “Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza” 27 , 28 . Il-proposta hija konsistenti wkoll mal-EU Road Safety Policy Framework 2021-2030 - Next steps towards “Vision Zero” 29 .

L-inizjattiva hija allinjata wkoll mad-Direttiva dwar is-CBE. Fil-kuntest tal-assistenza reċiproka (l-Artikolu 15), id-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan tipprevedi wkoll network għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan (RESPER), li jista’ jintuża għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, id-Direttiva dwar il-kwalifika u t-taħriġ ta’ sewwieqa professjonali u d-Direttiva dwar is-CBE, u għall-kontroll tal-konformità magħhom. Bħalissa hemm inċertezza legali dwar jekk ir-RESPER jistax jintuża għall-finijiet tad-Direttiva dwar is-CBE (abbażi tal-EUCARIS) minħabba l-formulazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan u l-fatt li l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva dwar is-CBE jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li jitwettaq l-iskambju ta’ informazzjoni skont id-Direttiva dwar is-CBE “mingħajr skambju ta’ data li jinvolvi bażijiet tad-data oħra li ma jintużawx għall-finijiet ta’ din id-Direttiva”. Konsegwentement, maġġoranza kbira tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma humiex qed jużaw ir-RESPER għall-finijiet ta’ kontroll.

Id-Direttiva dwar is-CBE qed tiġi riveduta flimkien mar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, kemm għal raġunijiet legali kif ukoll għal raġunijiet ta’ konsistenza. F’dan il-kuntest, titqies it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ bażijiet tad-data oħrajn. L-aċċess għar-RESPER għall-finijiet tal-infurzar se jkun possibbli taħt il-kundizzjonijiet speċifikati mid-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, u b’riżultat ta’ dan, huwa mistenni li jiġu investigati b’suċċess aktar reati. Barra minn hekk, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan se tipprovdi għal kjarifika tal-każijiet kollha ta’ użu li jeħtieġu l-aċċess għar-RESPER fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi, sabiex jitneħħew kompletament l-inċertezzi legali.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-effett madwar l-Unjoni ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan huma proposti li jkunu koperti f’att separat. Dan se jkopri l-infurzar transfruntier ta’ dawn id-deċiżjonijiet filwaqt li l-konsegwenzi fuq il-ħruġ se jibqgħu indirizzati f’din l-inizjattiva.

Il-proposta hija wkoll parti mis-Sena Ewropea tal-Ħiliet, li għandha l-għan li tippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja, issaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE u tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali b’mod soċjalment ġust.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Id-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan tirregola d-drittijiet tas-sewqan skont il-kategoriji tal-vetturi. Ċerti kategoriji huma definiti b’referenza għar-regoli tal-UE:

·id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali 30 , li jippermettu li jiġu identifikati t-tipi ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

·ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli 31 , li jippermetti li jiġu identifikati t-tipi ta’ mopeds, muturi, triċikli u kwadriċikli bil-mutur.

Id-Direttiva tiddetermina l-età minima biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan għal sewwieqa professjonali futuri, li huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għall-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri 32 .

Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali japplikaw ukoll għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 33 .

Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat proposta 34 għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 35 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea. Dan il-qafas il-ġdid jipprovdi elementi kostitwenti rilevanti għal-liċenzji tas-sewqan mobbli. B’mod partikolari, l-identità elettronika u, potenzjalment, il-karatteristiċi tal-portafolli elettroniċi jistgħu jintużaw biex tiġi żviluppata soluzzjoni interoperabbli għal-liċenzji tas-sewqan mobbli tal-UE.

Din il-proposta hija konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050, u tikkontribwixxi għalih, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas tal-UE għall-kisba tan-newtralità klimatika.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-proposta huwa l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (“TFUE”) 36 . L-Artikolu 91(1)(c) tat-TFUE jistipula li l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza fil-qasam tat-trasport biex tistabbilixxi miżuri biex tittejjeb is-sikurezza tat-trasport, inkluża s-sikurezza fit-toroq.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-Unjoni diġà għandha kompetenza fil-qasam tal-liċenzji tas-sewqan, bis-saħħa tad-Direttiva 2006/126/KE. Il-kwistjonijiet relatati mal-liċenzji tas-sewqan jinkludu fihom aspetti tranżnazzjonali li ma jistgħux jiġu koperti mill-Istati Membri individwali waħedhom. Filwaqt li d-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan tirrappreżenta pass importanti fil-proċess tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE, sa issa ġiet emendata 11-il darba biex jiġu armonizzati l-istandards u r-rekwiżiti komuni, kif ukoll biex ir-regoli jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku li seħħ mill-2006. Ir-regoli l-ġodda li għandhom jiġu introdotti b’din il-proposta jibqgħu fil-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni bl-applikazzjoni tal-Artikolu 91(1) tat-TFUE, u minħabba l-konnessjoni tagħhom mal-qafas diġà eżistenti tal-liċenzji tas-sewqan, jistgħu jinkisbu biss b’mod adegwat fil-livell tal-Unjoni.

Fid-dawl tal-miri tal-UE dwar is-sikurezza fit-toroq u l-progress insuffiċjenti mistenni fit-tnaqqis tal-fatalitajiet fit-toroq u tal-korrimenti serji, hija meħtieġa aktar azzjoni tal-UE biex jintlaħqu l-miri stabbiliti. Pereżempju, il-ġlieda kontra l-imġiba perikoluża fit-toroq tista’ titwettaq biss bis-sħiħ f’każ li awturi tar-reati tat-traffiku tat-triq mhux residenti jiffaċċaw konsegwenzi għall-imġiba tagħhom, fl-istess kundizzjonijiet bħar-residenti. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, minħabba d-dimensjoni transfruntiera ta’ dawn il-kwistjonijiet.

Hija meħtieġa wkoll azzjoni ulterjuri fil-livell tal-UE biex jitneħħew ostakli mhux meħtieġa u mhux ġustifikati għall-moviment liberu tal-persuni minħabba proċeduri subottimali għall-ħruġ u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan. Dawn il-problemi jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-livell tal-UE minħabbali għandhom ukoll dimensjoni transfruntiera. Fir-rigward tal-każ speċifiku tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, dawn jistgħu jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku biss madwar l-UE jekk is-soluzzjonijiet użati mill-Istati Membri jkunu armonizzati u interoperabbli.

Mingħajr l-intervent tal-UE, il-kooperazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan bejn l-Istati Membri kienet tkompli permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali li, min-naħa tagħhom, kienu jirriżultaw f’kumplessità ogħla tas-sistema ta’ liċenzjar u piż amministrattiv ogħla għad-detenturi tal-liċenzji u għall-amministrazzjonijiet. Is-sewwieqa setgħu ffaċċaw ukoll kwistjonijiet amministrattivi meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri 37 li ma humiex partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna 38 , pereżempju r-rekwiżit li jkollhom permess internazzjonali tas-sewqan. Fl-aħħar nett, meta jibdlu r-residenza fl-UE, id-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE jkollhom jiksbu liċenzja tas-sewqan ġdida maħruġa mill-pajjiż ta’ residenza l-ġdid tagħhom, jew permezz ta’ skambju amministrattiv, jew billi jgħaddu mit-test tas-sewqan bħal kwalunkwe applikant ieħor. Fin-nuqqas ta’ intervent tal-UE, l-integrazzjoni ta’ sewwieqa professjonali barranin fis-settur tat-trasport bit-triq tal-UE se tibqa’ limitata minħabba diffikultajiet amministrattivi għal sewwieqa barranin biex iżommu d-drittijiet tas-sewqan tagħhom. It-tneħħija ta’ dan l-ostaklu tista’ tikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tan-nuqqas ta’ sewwieqa fl-UE flimkien ma’ azzjonijiet oħra, lil hinn minn din il-miżura, pereżempju fir-rigward tal-kwalifiki tas-sewwieqa, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-isfidi strutturali.

Proporzjonalità

Il-proposta hija meħtieġa u proporzjonata għall-objettiv li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu permezz ta’ regoli addizzjonali armonizzati dwar il-liċenzji tas-sewqan, peress li l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jiżguraw ir-rikonoxximent mingħajr xkiel tad-dritt tas-sewqan ipprovdut minn liċenzja tas-sewqan li jkun ħareġ Stat Membru ieħor.

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi li jiġi żgurat livell imtejjeb ta’ sikurezza fit-toroq u li tiġi ffaċilitata l-libertà tal-moviment, peress li l-għażliet ta’ politika adottati għadhom jipprovdu livell adegwat ta’ flessibbiltà għall-Istati Membri. Għal-liċenzji tas-sewqan mobbli, huma previsti biss rekwiżiti minimi ta’ armonizzazzjoni, ir-regoli dwar il-perjodi ta’ prova jippermettu lill-Istati Membri japplikaw kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet nazzjonali addizzjonali għas-sewwieqa ġodda, u r-regoli dwar l-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan ma’ pajjiżi terzi huma definiti b’mod ristrett.

Għalhekk, huwa meħtieġ approċċ trasparenti, effiċjenti u kkoordinat bi trattament ugwali tal-utenti tat-triq fit-toroq tal-UE, speċjalment bħala kundizzjoni abilitanti tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan, u l-proposta prevista tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Għażla tal-istrument

Bil-għan li jiġi żgurat abbozzar legali ċar u konsistenti, l-aktar soluzzjoni ġuridika adegwata hija reviżjoni sħiħa tad-Direttiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Fl-2022, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat evalwazzjoni ex post 39 tad-Direttiva 2006/126/KE, skont il-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar. L-evalwazzjoni wriet li l-azzjoni kkombinata tad-Direttiva 2006/126/KE u ż-żewġ predeċessuri tagħha rriżultaw f’livell ogħla ta’ sikurezza għall-utenti tat-triq fl-Unjoni u ffaċilitat il-moviment liberu. L-evalwazzjoni sabet ukoll effett pożittiv tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan fuq it-tnaqqis tal-frodi tal-liċenzji tas-sewqan u t-turiżmu tal-liċenzji tas-sewqan. Din wasslet għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, b’mod partikolari għad-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan. Uriet ukoll li hemm lok għal aktar titjib fil-livell tas-sikurezza kif ukoll fl-effiċjenza u fil-proporzjonalità ta’ xi wħud mir-rekwiżiti regolatorji. L-evalwazzjoni rrikonoxxiet li s-sistema tat-trasport tal-UE qed tinbidel malajr, minħabba l-impatt tad-diġitalizzazzjoni, enfasi dejjem akbar fuq il-modi attivi fit-trasport urban, il-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ mobilità, żviluppi rigward il-konnettività u l-awtomatizzazzjoni, u r-rwol dejjem akbar tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi u żero. Din ikkonkludiet li l-qafas leġiżlattiv attwali jeħtieġ li jiġi adattat, mhux biss biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet attwali iżda wkoll biex jiġu indirizzati l-isfidi futuri.

L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li s-soluzzjonijiet diġitali, inklużi l-liċenzji tas-sewqan mobbli u r-RESPER, ma ġewx esplorati biżżejjed. Hija sabet ukoll li r-regoli dwar il-ħiliet u l-għarfien tas-sewqan ma jirriflettux biżżejjed soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda, bħal sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa, sewqan semiawtomatizzat u awtomatizzat, l-użu ta’ simulaturi kif ukoll l-użu ta’ soluzzjonijiet ta’ mikromobilità u vetturi b’emissjonijiet baxxi u żero bi trażmissjoni awtomatika tal-gerijiet.

Barra minn hekk, xi dispożizzjonijiet huma subottimali f’termini tal-iffaċilitar tal-moviment liberu tal-persuni, bħal dawk dwar l-istabbiliment ta’ residenza normali, dwar ir-rikonoxximent ta’ liċenzji tas-sewqan barranin u dwar il-perjodi ta’ validità. Barra minn hekk, id-direttiva ma hijiex kompletament komplementari għad-Direttiva (UE) 2015/413 40 dwar l-infurzar ta’ sanzjonijiet għal tali reati. Id-Direttiva teħtieġ ukoll allinjament aħjar mar-Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza 41 .

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’konformità mal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, saru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati matul l-evalwazzjoni ex post u l-valutazzjoni tal-impatt.

Matul l-evalwazzjoni ex post, fis-16 ta’ Ottubru 2020 sar workshop tal-partijiet ikkonċernati biex tinġabar l-evidenza, jiġu kkonfermati s-sejbiet identifikati, jinkiseb feedback dwar is-sejbiet emerġenti, u biex jinġabru l-fehmiet.

Saret konsultazzjoni pubblika miftuħa bejn it-28 ta’ Ottubru 2020 u l-20 ta’ Jannar 2021, li tippermetti lill-pubbliku u lill-partijiet ikkonċernati interessati jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar ir-regoli fis-seħħ.

Matul il-fażi preparatorja tal-valutazzjoni tal-impatt, il-partijiet interessati kellhom il-possibbiltà li jipprovdu feedback dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu (it-tieni trimestru tal-2021). Sussegwentement, twettqu l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni mmirati li ġejjin:

Żewġ sensiliet ta’ intervisti:

·Intervisti esploratorji matul il-fażi tal-bidu (l-ewwel u t-tieni trimestru tal-2022)

·Intervisti fil-fond biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-informazzjoni u jiġu vvalutati l-impatti mistennija tal-miżuri ta’ politika (it-tieni u t-tielet trimestru tal-2021).

Żewġ sensiliet ta’ stħarriġ:

·Stħarriġ li jissostanzja l-analiżi tal-problema (it-tieni trimestru tal-2022).

·Stħarriġ biex jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri ta’ politika (it-tieni u t-tielet trimestru tal-2022).

Fl-aħħar nett, saret konsultazzjoni pubblika miftuħa ġdida fit-tielet trimestru tal-2022.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Matul il-valutazzjoni tal-impatt, saru tliet workshops tal-esperti:

Taħriġ, ittestjar u kategoriji ta’ vetturi, l-ewwel trimestru tal-2022.

Il-ħruġ u r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan, it-tieni trimestru tal-2022.

Il-konsegwenzi tar-reati tat-traffiku tat-triq u tas-saħħa medika, it-tieni trimestru tal-2022.

Il-ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni stess dwar il-valutazzjoni tal-impatt ġiet ikkomplementata minn studju ta’ appoġġ estern imwettaq mill-konsorzju indipendenti tal-COWI, Ecorys u NTUA.

Matul il-fażi preparatorja tal-evalwazzjoni ex post u tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva attwali, magħmul essenzjalment minn esperti tal-Istati Membri, ġie infurmat u kkonsultat regolarment.

Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan hija akkumpanjata minn rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt 42 , li abbozz tiegħu ġie ppreżentat lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (RSB) fit-12 ta’ Ottubru 2022. L-RSB ħareġ opinjoni pożittiva fit-18 ta’ Novembru 2022 43 . Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie rivedut f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-RSB. Ġew indirizzati wkoll kummenti tekniċi aktar dettaljati tal-RSB. Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt jinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-għażliet politiċi, inkluża fit-Taqsima 5, filwaqt li analiżi komprensiva tal-impatti tal-għażliet kollha hija ppreżentata fit-Taqsima 6. L-għażliet politiċi analizzati huma mqassra kif ġej:

Għażla ta’ politika A

L-għażla ta’ politika A (PO-A) tinkludi miżuri ta’ politika li huma komuni għat-tliet għażliet ta’ politika kollha. Il-miżuri previsti fil-PO-A għandhom l-għan li jallinjaw id-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan mal-iżviluppi teknoloġiċi, xjentifiċi u soċjetali fl-UE, b’titjib fid-dispożizzjonijiet ewlenin tagħha u li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet tas-suq.

Fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, din iżżid il-firxa ta’ kwistjonijiet soġġetti għall-ittestjar. Din ittejjeb ukoll il-mezzi tekniċi (RESPER) li jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni. Din tadatta r-regoli biex tqis iż-żieda ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv fil-flotta tal-UE. Fl-aħħar nett, taġġorna wkoll l-istandards dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan u tistabbilixxi pjattaforma ġdida ddedikata għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex tippermetti tixrid usa’ tal-għarfien bejn l-awtoritajiet.

Fir-rigward tal-libertà ta’ moviment, din tintroduċi l-istess validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan għall-kategoriji A u B li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri kollha, u tiċċara l-każijiet fejn il-validità tista’ titnaqqas jew tiġi estiża. Din tistabbilixxi wkoll ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ekwivalenzi fakultattivi 44 , tiċċara ċerti aspetti relatati mal-implimentazzjoni tal-kunċett ta’ residenza normali u tintroduċi ekwivalenzi addizzjonali. Fl-aħħar nett, din tintroduċi l-liċenzja tas-sewqan mobbli tal-UE, kif ukoll il-possibbiltà li jiġi mmarkat kodiċi QR fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika.

Għażla ta’ politika B

L-għażla ta’ politika B (PO-B) tirrappreżenta żieda fl-intervent ta’ politika fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, kif ukoll it-tnaqqis tal-piż amministrattiv ta’ ċerti kategoriji ta’ sewwieqa.

Fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, minbarra l-miżuri inklużi fil-PO-A, din tintroduċi regoli ġodda dwar il-perjodi ta’ taħriġ u ta’ prova. Din tikkomplementa r-regoli dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan minn linji gwida mhux vinkolanti biex tiġi vverifikata l-viżjoni tal-applikanti, u bi skrinjar obbligatorju bbażat fuq awtovalutazzjoni. Se jiġi stabbilit programm ta’ taħriġ għall-Prattikanti Mediċi Ġenerali.

Fir-rigward tal-libertà ta’ moviment, minbarra l-miżuri inklużi fil-PO-A, ir-regoli tal-ħruġ huma ssimplifikati bil-possibbiltà li ċ-ċittadini tal-UE jiksbu l-ewwel liċenzja tas-sewqan tagħhom fil-pajjiż taċ-ċittadinanza meta jiffaċċaw ostakli relatati mal-lingwa tat-test. Sabiex jiġi mmitigat in-nuqqas ta’ sewwieqa professjonali, ir-regoli eżistenti dwar is-sewwieqa tal-karozzi tal-linja u tat-trakkijiet huma wkoll issimplifikati u ġew introdotti regoli dwar l-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi. Fl-aħħar nett, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ mobilità f’żoni remoti, se jkun possibbli għall-Istati Membri li jestendu d-drittijiet tas-sewqan tad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan B1 billi jippermettulhom iħaddmu vetturi ta’ massa ogħla b’veloċità massima sa 45 km/siegħa, iżda fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru rilevanti biss.

Għażla ta’ politika C

L-għażla ta’ politika C (PO-C) tirrappreżenta żieda ulterjuri fl-armonizzazzjoni u fil-kamp ta’ applikazzjoni meta mqabbla ma’ PO-B.

Fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, minbarra l-miżuri inklużi fil-PO-A u fil-PO-B, il-kategoriji ta’ vetturi li għalihom hija meħtieġa liċenzja tas-sewqan huma emendati biex 1) jinkludu vetturi ġodda ta’ mikromobilità b’veloċità massima ta’ bejn 25 u 45 km/siegħa, 2) jippermettu r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji nazzjonali meħtieġa biex il-vetturi agrikoli jinstaqu u 3) jallinjaw aħjar mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tas-suq għall-karozzi tal-linja tal-kategorija D1. Ir-regoli dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan isiru aktar stretti.

Fir-rigward tal-libertà ta’ moviment, minbarra l-miżuri inklużi fil-PO-A u l-PO-B, il-valutazzjoni tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan hija rikonoxxuta b’mod reċiproku u dawk li qabel kienu detenturi ta’ liċenzji tas-sewqan barranin jistgħu jkomplu jsuqu meta jibdlu r-residenza tagħhom fi Stat Membru ieħ.or, sakemm ikollhom rekord pożittiv tas-sikurezza fit-toroq ta’ mill-inqas 5 snin.

Valutazzjoni tal-miżuri u tal-għażliet ta’ politika

Il-miżuri taħt l-għażliet ta’ politika differenti kienu soġġetti għal valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tal-impatti ekonomiċi u soċjali (is-sikurezza fit-toroq) u tal-impatti fuq id-drittijiet fundamentali. Il-perjodu ta’ żmien 2025-2050 intgħażel biex jiġu vvalutati l-impatti, f’konformità mal-projezzjonijiet tal-linja bażi. Fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, il-PO-A hija mistennija li tkun subottimali biex jintlaħqu l-miri korrispondenti tal-UE. Il-PO-B se ttejjeb aktar is-sikurezza fit-toroq filwaqt li l-PO-C tmur pass sostanzjali ieħor ’il quddiem, iżda l-proporzjon bejn il-kostijiet u l-benefiċċji tal-PO-C huwa mistenni li jkun inferjuri għal dak tal-PO-B. Fir-rigward tal-moviment liberu u l-effetti ekonomiċi, il-kontribuzzjoni ewlenija hija mistennija li tiġi mill-introduzzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan diġitali u mill-armonizzazzjoni tal-validità amministrattiva għas-sewwieqa tal-grupp 1 għal 15-il sena (it-tnejn li huma diġà fil-PO-A). Il-miżuri addizzjonali introdotti mill-PO-B u l-PO-C se jsolvu kwistjonijiet ta’ mblukkar li jaffettwaw xi gruppi speċifiċi ta’ sewwieqa iżda se jkollhom effett ferm inqas. Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-effetti se jibqgħu kkontrollati minn implimentazzjoni stretta tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fir-RESPER.

L-għażliet ta’ politika kollha kienu jinkludu bis-sħiħ il-prinċipju “diġitali b’mod awtomatiku”, li jirrifletti l-Komunikazzjoni tal-2030 dwar il-Kumpass Diġitali 45 .

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din l-inizjattiva hija parti mill-Programm ta’ Ħidma tal-2022 tal-Kummissjoni taħt l-Anness II (inizjattivi REFIT), taħt l-intestatura “Spinta ġdida għad-demokrazija Ewropea” 46 . L-inizjattiva għandha dimensjoni REFIT importanti f’termini tas-simplifikazzjoni u l-allinjament tal-proċeduri li l-Istati Membri japplikaw għal-liċenzji tas-sewqan.

Piż importanti tal-kostijiet li jirriżulta mid-Direttiva 2006/126/KE huwa dak tal-proċeduri tal-ħruġ u tal-produzzjoni tal-liċenzja tas-sewqan fiżika, minħabba l-għadd kbir ta’ residenti tal-UE kkonċernati. Parti importanti mis-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż relatat se tkun l-introduzzjoni tal-liċenzja tas-sewqan mobbli tal-UE. B’mod speċifiku, se jkun aktar faċli li tinkiseb, tiġi sostitwita, tiġi mġedda jew tiġi skambjata liċenzja tas-sewqan, peress li se jkun possibbli li l-proċedura sħiħa ssir online. Barra minn hekk, l-armonizzazzjoni tal-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan għas-sewwieqa ta’ vetturi tal-kategoriji A, A1, A2, AM, B, B1 u BE tirriżulta wkoll f’inqas interazzjoni mal-amministrazzjoni, minħabba l-ħtieġa inqas frekwenti ta’ tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan (kull 15-il sena minflok kull 10 snin għall-Istati Membri li bħalissa qed japplikaw din ir-regola).

Drittijiet fundamentali

Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma allinjati mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. Qed tiġi proposta definizzjoni aktar ċara tal-każijiet fejn jista’ jintuża r-RESPER, li tneħħi l-ambigwità legali eżistenti li tikkostitwixxi riskju għall-protezzjoni tad-data personali tas-sewwieqa. L-użu tal-karatteristiċi eIDAS għal-liċenzja tas-sewqan tal-UE, b’mod partikolari l-identità elettronika għar-reġistrazzjoni u l-Kartiera tal-UE għall-ħżin u l-iskambju tad-data se jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u privatezza tal-informazzjoni ttrattata.

It-tranżizzjoni għal-liċenzja tas-sewqan diġitali tal-UE ma hijiex mistennija li teskludi ċerti kategoriji tal-popolazzjoni. Tabilħaqq, ladarba tibda tinħareġ awtomatikament il-liċenzja tas-sewqan diġitali, kulħadd xorta jkun jista’ jikseb liċenzja tas-sewqan fiżika jekk ikun jixtieq dan.

F’termini ta’ libertà ta’ moviment, il-kjarifika tal-kunċett ta’ residenza normali għandha ssolvi l-problema tad-determinazzjoni tal-awtorità emittenti eżatt wara t-trasferiment tar-residenza. Is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar il-validità amministrattiva se tpoġġi lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE fuq l-istess livell, irrispettivament minn f’liema pajjiż japplikaw għal liċenzja jew jestendu l-validità tal-liċenzja tagħhom. Ir-rikonoxximent reċiproku tal-ekwivalenzi fakultattivi se jippermetti lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan igawdu drittijiet mogħtija minn ekwivalenza fakultattiva anke fi Stati Membri oħra li japplikaw l-istess regoli.

Id-Direttiva proposta se jkollha wkoll impatt pożittiv fuq id-dritt tan-nondiskriminazzjoni; minħabba li se tipprovdi flessibbiltà għall-ewwel ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan f’każ ta’ restrizzjonijiet relatati mal-lingwi, li se tippermetti lill-applikanti jagħżlu fejn għandhom jieħdu t-testijiet.

Id-Direttiva proposta se tiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, f’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, li għalihom l-UE u l-Istati Membri kollha huma partijiet.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni huma prinċipalment għall-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet biex jiskambjaw informazzjoni dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan u għall-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ (online) għall-prattikant mediku ġenerali b’valur ta’ bejn EUR 0,7 u 1,1 miljun.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

F’każ li l-proposta tiġi approvata, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-għadd ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija, inkluża d-data dwar il-ħruġ u l-użu ta’ liċenzji tas-sewqan mobbli. 

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Il-proposta ma teħtieġx dokumenti ta’ spjegazzjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħha.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-dispożizzjonijiet ewlenin li jbiddlu d-Direttiva 2006/126/KE b’mod sostanzjali jew li jżidu elementi ġodda huma dawn li ġejjin:

·L-Artikolu 1 jiddefinixxi s-suġġett tad-Direttiva u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, billi jispeċifika l-oqsma li għalihom tistabbilixxi regoli komuni.

·L-Artikolu 2 jintroduċi definizzjonijiet biex jitqiesu kunċetti ġodda li ġew introdotti għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika akkumulata.

·L-Artikolu 3 jintroduċi r-regoli fundamentali applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u mobbli, b’mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku tagħhom. Ir-rekwiżiti dettaljati huma speċifikati fl-Artikolu 4 għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u fl-Artikolu 5 għal-liċenzji tas-sewqan mobbli.

·L-Artikoli 6 u 7 jissostitwixxu l-Artikolu 4 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE billi jisseparaw f’żewġ Artikoli speċifiċi r-regoli applikabbli għal 1) kategoriji ta’ liċenzji u 2) l-età minima.

·L-Artikolu 8 jikkorrispondi għall-Artikolu 5 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, li jiċċara r-rabta bejn il-kodiċijiet tal-Unjoni u l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet possibbli għad-dritt tas-sewqan.

·L-Artikolu 9 jissostitwixxi l-Artikolu 6 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, bil-bidliet li ġejjin:

oit-tneħħija tar-rekwiżit li wieħed ikollu liċenzja tal-kategorija C jew D biex jikseb liċenzja tal-kategorija CE jew DE;

oit-tneħħija tan-natura fakultattiva tal-ekwivalenza preċedenti stabbilita skont il-punt c) tal-Artikolu 6(4) preċedenti;

oid-dritt ta’ sewqan ta’ vetturi fil-kategorija D1E għad-detenturi ta’ liċenzji tal-kategoriji D1 u C1E jew D1 u CE;

ol-introduzzjoni ta’ ekwivalenza fakultattiva li tippermetti s-sewqan ta’ ċerti vetturi b’liċenzja tal-kategorija B1; u

or-rikonoxximent reċiproku ta’ ekwivalenzi fakultattivi.

·L-Artikolu 10 jikkorrispondi għall-Artikolu 7 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, bil-bidliet li ġejjin:

oil-validità amministrattiva ta’ 15-il sena ssir ir-regola ġenerali għall-gruppi tal-kategoriji A u B;

oil-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan f’ċirkostanzi eċċezzjonali;

oil-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan tista’ titnaqqas biex tiġi allinjata mad-durata tal-permessi ta’ residenza temporanji;

oil-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan tista’ titnaqqas fuq il-bażi tal-età tad-detentur minn 70 sena biss.

·L-Artikolu 11 jikkorrispondi għall-paragrafi 1, 2, 3 u 5 tal-Artikolu 11 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE.

·L-Artikolu 12 jintroduċi regoli ġodda speċifiċi għall-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz lil detenturi li jistabbilixxu r-residenza normali tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru. 

·L-Artikolu 13 jinkludi l-Artikolu 11(4) preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE u jintroduċi ċerti regoli dwar l-effetti ta’ restrizzjoni, sospensjoni, irtirar jew kanċellazzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan minn Stat Membru.

·L-Artikolu 14 jintroduċi l-prinċipju l-ġdid ta’ sewqan akkumpanjat għal sewwieqa li għandhom bejn is-17 u t-18-il sena.

·L-Artikolu 15 jintroduċi perjodu ta’ prova ta’ mill-inqas sentejn li matulu, is-sewwieqa ġodda jkunu soġġetti għal regoli stretti relatati mas-sewqan taħt l-influwenza u kundizzjonijiet nazzjonali addizzjonali possibbli.

·L-Artikolu 16 jikkorrispondi għall-Artikolu 10 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE.

·L-Artikolu 17 jinkludi l-Artikolu 12 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE. Dan jintroduċi wkoll xi derogi meta d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan ma jkunx jista’ juri l-istabbiliment tar-residenza normali jew, fil-każ tal-ewwel ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan għall-kategorija B, meta ċ-ċittadini tal-UE ma jkollhomx ħakma tal-lingwa tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.

·L-Artikolu 18 jikkorrispondi għall-Artikolu 13 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, filwaqt li titqies l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni dwar il-liċenzji ta’ mudell standard mhux tal-UE.

·L-Artikolu 19 jikkorrispondi għall-Artikolu 15 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, li jiċċara b’mod partikolari l-każijiet meta l-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin b’mod reċiproku.

·L-Artikolu 20 huwa bbażat fuq l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/126/KE u jippermetti l-ġbir tal-informazzjoni f’konformità mar-regoli ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.

·L-Artikolu 21 fih dispożizzjoni standard li tippermetti l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ atti delegati f’konformità ma’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

·L-Artikolu 22 jikkorrispondi għall-Artikolu 9 preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE, li jistabbilixxi l-kumitat tal-liċenzja tas-sewqan, u huwa aġġornat b’referenzi għar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 47 , li jippermetti l-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni fejn meħtieġ.

·L-Artikolu 23 iżid punt (c) mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2561, sabiex jippermetti sewqan akkumpanjat għas-sewwieqa tal-liċenzji tas-sewqan tal-kategorija C li jkunu laħqu l-età ta’ 17-il sena.

·L-Artikolu 24 jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 .

·L-Artikolu 25 fih dispożizzjoni dwar it-traspożizzjoni, b’mod partikolari b’kunsiderazzjoni tad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar dokumenti ta’ spjegazzjoni 49 .

·L-Artikolu 26 fih dispożizzjoni standard li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tat-tħassir tad-Direttiva 2006/126/KE.

·L-Artikolu 27 fih dispożizzjoni standard li tistabbilixxi d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

·L-Artikolu 28 fih dispożizzjoni standard li tistabbilixxi li d-Direttiva tiġi indirizzata lill-Istati Membri. 

·L-Anness I jikkorrispondi għal dak li qabel kien l-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE. Dan ġie aġġornat filwaqt li tqiesu r-rekwiżiti introdotti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) 50 (parti B), speċifikazzjonijiet tekniċi għal-liċenzji tas-sewqan mobbli (parti C), u l-introduzzjoni ta’ kodiċijiet ġodda tal-Unjoni, li issa huma individwalizzati fil-parti E.

·L-Anness II jikkorrispondi għall-Anness II preċedenti tad-Direttiva 2006/126/KE. Dan ġie aġġornat biex jitqiesu

oil-ħtieġa li sewwieqa kandidati ġodda jgħaddu minn test tal-perċezzjoni tal-periklu tas-sewwieq;

oir-rekwiżit li jiġi vvalutat l-għarfien tal-fatturi ta’ riskju relatati mal-mezzi ta’ mikromobilità, is-sikurezza ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, il-ħiliet relatati ma’ sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewqan u aspetti oħra ta’ awtomatizzazzjoni ta’ vettura;

oit-taffija tar-rekwiżiti fuq is-sewwieqa li jkunu għaddew mit-test tas-sewqan tagħhom b’gearbox awtomatika meta japplikaw biex titneħħa r-restrizzjoni assoċjata fuq il-liċenzji tas-sewqan tagħhom.

·L-Anness III jikkorrispondi għall-Anness III preċedentitad-Direttiva 2006/126/KE. Dan ġie aġġornat

obl-introduzzjoni ta’ skrinjar obbligatorju permezz ta’ awtovalutazzjoni għas-sewwieqa fil-grupp 1;

oit-taffija tal-frekwenza tat-testijiet meħtieġa meta s-sewwieq ikun soġġett għal kundizzjoni tas-saħħa relatata mad-diabetes mellitus.

·L-Annessi IV, V u VI jirriproduċu dawk tad-Direttiva 2006/126/KE mingħajr bidliet sostanzjali.

·L-Anness VIII fih l-informazzjoni standard relatata mar-revoka u t-traspożizzjoni.

2023/0053 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 51 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 52 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Ir-regoli dwar il-liċenzji tas-sewqan huma elementi essenzjali fl-implimentazzjoni tal-politika tat-trasport komuni, jikkontribwixxu għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, u jiffaċilitaw il-moviment liberu ta’ persuni li jkunu se jittrażlokaw fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun inħarġet il-liċenzja. Fid-dawl tal-importanza tat-trasport fuq il-bażi ta’ mezzi individwali, il-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan debitament rikonoxxuta mill-Istat Membru ospitanti tippromwovi u tiffaċilita l-moviment liberu u l-libertà tal-istabbiliment ta’ persuni. Bl-istess mod, kwalunkwe kisba illegali ta’ dokument bħal dan jew id-dritt ta’ sewqan, jew it-telf ta’ liċenzja tas-sewqan miksuba b’mod leġittimu permezz ta’ mġiba illegali, taffettwa mhux biss lill-Istat Membru li fih ikun twettaq ksur bħal dan, iżda wkoll lis-sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni.

(2)Il-qafas attwali jenħtieġ li jiġi aġġornat biex ikun adattat għall-era l-ġdida, ikun sostenibbli, inklużiv, intelliġenti u reżiljenti. Jenħtieġ li jqis il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport, mid-diġitalizzazzjoni, mix-xejriet demografiċi u mill-iżviluppi teknoloġiċi biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Huwa importanti li jiġu ssimplifikati u diġitalizzati l-proċeduri amministrattivi, sabiex jitneħħew l-ostakli li jifdal, bħall-piżijiet amministrattivi, għall-moviment liberu tas-sewwieqa li jkunu se jittrażlokaw fi Stat Membru għajr dak li joħroġ il-liċenzja. Qafas armonizzat tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan standard jenħtieġ li jinkludi kemm il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi kif ukoll dawk mobbli, u jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku tagħhom, fejn ikunu nħarġu kif xieraq f’konformità ma’ din id-Direttiva.

(3)L-Unjoni Ewropea introduċiet l-ewwel liċenzja tas-sewqan fiżika li kienet “mudell Komunitarju” fl-4 ta’ Diċembru 1980. Minn dak iż-żmien, ir-regoli relatati ma’ mudell Komunitarju bħal dan saru l-pedament tal-aktar strutturi ta’ liċenzjar avvanzati fid-dinja, li jkopru aktar minn 250 miljun sewwieq. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Direttiva tibni fuq l-esperjenza u l-prattika akkumulati u tistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-istandards tal-Unjoni tal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi. Il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi maħruġa fl-Unjoni jenħtieġ li, b’mod partikolari, jipprevedu livell għoli ta’ protezzjoni kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni permezz ta’ miżuri kontra l-falsifikazzjoni u l-possibbiltà li jiġu inklużi mikroċipep u kodiċijiet QR fuqhom.

(4)Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ipproċessar tad-data personali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jikkonforma mal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 .

(5)Din id-Direttiva tistabbilixxi bażi ġuridika għall-ħżin ta’ sett obbligatorju ta’ data personali fil-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u fil-mikroċipep jew fil-kodiċijiet QR tagħhom u l-liċenzji tas-sewqan mobbli sabiex jiġi ggarantit livell għoli ta’ sikurezza fit-toroq madwar l-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 6(1)(e) u, fejn applikabbli, mal-Artikolu 9(2)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679. Din id-data jenħtieġ li tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex tingħata prova tad-dritt ta’ persuna li ssuq, biex din il-persuna tiġi identifikata u jiġu vverifikati d-drittijiet tas-sewqan u l-identità tal-persuna. Din id-Direttiva tipprevedi wkoll salvagwardji addizzjonali biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali żvelata matul il-proċess ta’ verifika.

(6)Sabiex tiġi prevista ċ-ċarezza ġuridika u tiġi ggarantita t-tranżizzjoni mingħajr xkiel bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan 54 , l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħżnu data personali addizzjonali dwar il-mikroċippa, jekk din tiġi pprovduta mil-liġi nazzjonali li tikkonforma mar-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, din id-Direttiva ma sservix bħala bażi ġuridika għall-inklużjoni ta’ din id-data addizzjonali.

(7)B’kuntrast għal dan, il-kodiċi QR stabbilit minn din id-Direttiva, li jippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-informazzjoni stampata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika jenħtieġ li ma jippermettix li tinħażen aktar informazzjoni minn dik li tiġi rrapportata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika.

(8)Din id-Direttiva ma tipprovdix bażi ġuridika għall-istabbiliment jew għaż-żamma ta’ bażijiet tad-data fil-livell nazzjonali għall-ħżin ta’ data bijometrika fl-Istati Membri, li hija kwistjoni ta’ liġi nazzjonali li trid tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tipprovdix bażi ġuridika għall-istabbiliment jew għaż-żamma ta’ bażi tad-data bijometrika ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni.

(9)Huma meħtieġa aktar impenji biex titħaffef il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-frodi fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan. Għalhekk, ikun ideali li, sad-data stabbilita oriġinarjament mid-Direttiva 2006/126/KE, il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi kollha maħruġa jew fiċ-ċirkolazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu mċaqalqa ’l quddiem.

(10)It-trasformazzjoni diġitali hija waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni. Fil-każ tat-trasport bit-triq, dan se jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-ostakli amministrattivi li jifdal, bħal dawk relatati mad-durata tal-ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan fiżiċi, għall-moviment liberu tal-persuni. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit standard separat tal-Unjoni għal-liċenzji tas-sewqan mobbli maħruġa fl-Unjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni diġitali, il-liċenzji tas-sewqan mobbli jenħtieġ li jinħarġu b’mod awtomatiku minn [data tal-adozzjoni+4 snin], mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-applikant li jikseb jew waħda fiżika jew it-tnejn fl-istess ħin.

(11)Il-liċenzja tas-sewqan mobbli jenħtieġ li ma jkunx fiha biss l-informazzjoni rrapportata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika, iżda anke informazzjoni li tippermetti li tiġi vverifikata l-awtentiċità tad-data u indikatur ta’ użu uniku. Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat li anke f’każijiet bħal dawn, l-ammont ta’ data personali disponibbli jkun ristrett għal dak li jiġi rrapportat fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika u dak li huwa strettament meħtieġ għall-verifika tal-awtentiċità ta’ din id-data. Dik id-data addizzjonali jenħtieġ li tkun differenti fil-każ li persuna jkollha diversi liċenzji tas-sewqan mobbli, li jista’ jkun possibbli dment li jinħarġu mill-istess Stat Membru.

(12)L-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti tistabbilixxi viżjoni li tippermetti lill-UE ttejjeb b’mod sinifikanti s-sostenibbiltà tal-mobilità u t-trasport. L-emissjonijiet mis-settur tat-trasport bit-triq jinkludu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, is-sustanzi niġġiesa tal-arja, l-istorbju u l-mikroplastiċi mill-użu tat-tajers u tat-toroq. L-istil ta’ sewqan jaffettwa dawn l-emissjonijiet, b’impatti negattivi possibbli fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, it-taħriġ fis-sewqan jenħtieġ li jgħammar lis-sewwieqa biex inaqqsu l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet kif ukoll biex iħejjihom biex isuqu vetturi b’emissjonijiet żero.

(13)Sabiex iċ-ċittadini u r-residenti jkunu jistgħu jgawdu direttament mill-benefiċċji tas-suq intern mingħajr ma jġarrbu piż amministrattiv addizzjonali bla bżonn, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 jipprevedi għall-aċċess għal proċeduri online rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern, inkluż għall-utenti transfruntieri. L-informazzjoni koperta minn din id-Direttiva diġà hija koperta fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1724. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe persuna li tagħmel talba tibbenefika minn proċeduri kompletament online.

(14)Il-liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jiġu kkategorizzati skont it-tipi ta’ vetturi li jipprovdu d-dritt ta’ sewqan għalihom. Dan jenħtieġ li jsir b’mod ċar u koerenti u b’rispett sħiħ tal-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi kkonċernati u l-ħiliet meħtieġa biex dawn jiġu misjuqa.

(15)F’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tat-13 ta’ Diċembru 2006, li għaliha l-UE ilha Parti mill-21 ta’ Jannar 2011, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi biex ikun aktar faċli għall-persuni b’diżabilità li jsuqu l-vetturi. Bħala tali, bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jeskludu mill-applikazzjoni tal-Artikolu 6 ċerti tipi speċifiċi ta’ vetturi bil-magna.

(16)L-etajiet minimi tal-applikanti għall-kategoriji differenti ta’ liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għal Stati Membri li jistabbilixxu età minima akbar għas-sewqan ta’ ċerti kategoriji ta’ vetturi sabiex is-sikurezza fit-toroq tiġi promossa ulterjorment. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu limiti aktar baxxi tal-età sabiex jitqiesu ċirkostanzi nazzjonali. B’mod partikolari, biex jiġi permess is-sewqan ta’ vetturi relatati mas-servizz tat-tifi tan-nar u mal-manutenzjoni tal-ordni pubbliku jew proġetti pilota relatati ma’ teknoloġiji ġodda tal-vetturi.

(17)Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ stadji - jiġifieri l-istabbiliment tal-intitolament għal liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B bħala prerekwiżit biex l-applikant isir eliġibbli biex iżomm ċerti kategoriji oħra - u l-ekwivalenzi bejn il-kategoriji. Sistema bħal din jenħtieġ li tkun parzjalment vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha, iżda jenħtieġ li tagħti wkoll lill-Istati Membri l-possibbiltà li japplikawha bejn xulxin fit-territorji rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu wkoll ċerti ekwivalenzi limitati għat-territorju tagħhom stess biss.

(18)Għal raġunijiet ta’ sikurezza fit-toroq, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan. Jenħtieġ li l-istandards għat-testijiet tas-sewqan u għall-ħruġ tal-liċenzji jiġu armonizzati. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba marbuta mas-sewqan tal-vetturi bil-mutur, jenħtieġ li t-test tas-sewqan ikun ibbażat fuq dawn il-kunċetti u jenħtieġ li jiġu speċifikati l-istandards minimi tas-saħħa fiżika u mentali sabiex jinstaqu dawn il-vetturi.

(19)Għandha tingħata prova ta’ konformità mal-istandards minimi tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan minn sewwieqa ta’ vetturi li jintużaw għat-trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija meta tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan u perjodikament wara dan. Dan il-kontroll regolari f’konformità mar-regoli nazzjonali ta’ konformità ma’ standards minimi jikkontribwixxi għall-moviment liberu ta’ persuni, jevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jqis ir-responsabbiltajiet speċifiċi tas-sewwieqa ta’ dawn il-vetturi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimponu li jsiru eżamijiet mediċi bħala garanzija ta’ konformità mal-istandards minimi tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur oħra. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dawn l-eżamijiet jenħtieġ li jikkoinċidu mat-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan.

(20)Sabiex jiġu żgurati drittijiet uniformi madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqiesu wkoll il-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza fit-toroq, il-liċenzji tas-sewqan tal-kategoriji AM, A1, A2, A, B1 u B jenħtieġ li jkollhom validità amministrattiva ta’ 15-il sena, filwaqt li l-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E għandu jkollhom validità amministrattiva ta’ 5 snin. L-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiddefinixxu perjodu iqsar f’każijiet eċċezzjonali, kif iddefinit minn din id-Direttiva.

(21)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu u, f’każijiet debitament ġustifikati, l-Unjoni kollha kemm hi, jirreaġixxu għall-kriżijiet li jagħmluha impossibbli għall-awtoritajiet nazzjonali biex iġeddu l-liċenzji tas-sewqan li l-validità tagħhom kieku tiskadi, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi estiża l-validità amministrattiva ta’ dawn il-liċenzji tas-sewqan għad-durata ta’ żmien strettament meħtieġ.

(22)Il-prinċipju ta’ “individwu wieħed - liċenzja waħda” jenħtieġ li jipprevjeni lil kwalunkwe persuna li jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan fiżika waħda. Madankollu, il-prinċipju jenħtieġ li jiġi estiż ukoll biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tekniċi tal-liċenzji tas-sewqan mobbli.

(23)Għall-finijiet tas-sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fir-rigward tal-irtirar, is-sospensjoni, it-tiġdid u l-kanċellazzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan lid-detenturi kollha ta’ liċenzja li jkunu kisbu r-residenza normali fit-territorju tagħhom.

(24)Is-sewwieqa li jkollhom liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru fejn jirrisjedu, wara skambju ma’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz jenħtieġ li jkunu intitolati li jsuqu madwar l-Unjoni daqslikieku kisbu l-liċenzja oriġinali fl-Unjoni. Skambju bħal dan jista’ jkollu effetti differenti fuq is-sikurezza fit-toroq u l-moviment liberu tal-persuni.

(25)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjoni li tidentifika pajjiżi terzi li jiżguraw livell komparabbli ta’ sikurezza fit-toroq bħall-Unjoni u li tipprovdi l-opportunità lid-detenturi tal-liċenzji maħruġa minn dawn il-pajjiżi biex jiskambjaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom b’termini simili daqslikieku nħarġu minn Stat Membru. Dawn il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jkunu dettaljati u ddefiniti sew għall-kategoriji rilevanti kollha tal-liċenzji tas-sewqan.

(26)Fir-rigward tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi li ma humiex soġġetti għal deċiżjoni bħal din tal-Kummissjoni, jew li għalihom deċiżjoni bħal din ma tawtorizzax espliċitament u lanqas tipprojbixxi l-iskambju, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jiskambjaw dawn il-liċenzji f’konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom, dment li jużaw il-kodiċi rilevanti tal-Unjoni fuq il-liċenzja skambjata. F’każ li d-detentur ta’ liċenzja bħal din jibdel ir-residenza tiegħu fi Stat Membru ġdid, jenħtieġ li dan l-Istat Membru ma jkunx meħtieġ li japplika l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal din il-liċenzja.

(27)It-“turiżmu tal-liċenzji tas-sewqan”, jiġifieri l-prattika li tinbidel ir-residenza għall-fini li tinkiseb liċenzja tas-sewqan ġdida, sabiex jiġu evitati l-effetti ta’ skwalifika tas-sewqan imposta fi Stat Membru ieħor, huwa fenomenu mifrux ħafna, li għandu effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq. Jenħtieġ li s-sewwieqa ma jkunux eżentati mir-rekwiżiti imposti fuqhom biex jirkupraw id-dritt tagħhom li jsuqu jew biex jirkupraw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom, billi jibdlu r-residenza tagħhom. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi ċċarat li kwalunkwe mġiba min-naħa taċ-ċittadini jenħtieġ li twassal biss għal projbizzjoni indefinita mis-sewqan fejn tkun iġġustifikata kif xieraq, u li deċiżjoni bħal din jenħtieġ li jkollha biss effett limitat għat-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ din id-deċiżjoni.

(28)Jenħtieġ li tiġi introdotta skema tas-sewqan akkumpanjat madwar l-Unjoni għal ċerti kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq. Ir-regoli ta’ sistema bħal din jenħtieġ li jipprovdu l-possibbiltà li l-applikanti jiksbu liċenzji tas-sewqan fil-kategoriji rilevanti qabel ma jintlaħaq il-limitu minimu ta’ età meħtieġ. Madankollu, l-użu ta’ dawk il-liċenzji tas-sewqan jenħtieġ li jkun soġġett għall-fatt li dawn is-sewwieqa jkunu akkumpanjati minn sewwieq bl-esperjenza. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew, għal raġunijiet ta’ sikurezza fit-toroq, jiddefinixxu kundizzjonijiet u regoli aktar stretti fit-territorju tagħhom dwar il-liċenzji tas-sewqan li jkunu ħarġu.

(29)L-iskema tas-sewqan akkumpanjat jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għall-għan ġenerali tagħha li ttejjeb is-sikurezza fit-toroq, tagħmel il-professjoni tas-sewwieqa tat-trakkijiet aktar aċċessibbli u attraenti għall-ġenerazzjonijiet iżgħar, sabiex twessa’ l-possibbiltajiet tax-xogħol tagħhom, u tgħin biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ sewwieqa fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tkopri l-liċenzji tas-sewqan tal-kategorija C u l-liċenzji tal-kategorija B li huma prerekwiżit tagħhom.

(30)Jenħtieġ li jiġi żgurat li s-sewwieqa li jkunu għadhom kif kisbu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom f’kategorija partikolari ma jipperikolawx is-sikurezza fit-toroq minħabba n-nuqqas ta’ esperjenza tagħhom. Għal dawk is-sewwieqa ġodda jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta’ prova ta’ sentejn, li matulu jenħtieġ li jkunu soġġetti għal regoli u penali aktar stretti madwar l-Unjoni kollha meta jiksruhom, minħabba l-influwenza tal-alkoħol. Il-penali għal kondotta bħal din jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u mhux diskriminatorji, u s-severità tagħhom jenħtieġ li, sa fejn ikun possibbli, tqis l-għanijiet tal-Unjoni fuq terminu medju u dak twil li jitnaqqsu bin-nofs u kważi jiġu eliminati l-imwiet u l-korrimenti serji. Fir-rigward ta’ kwalunkwe restrizzjoni oħra fuq sewwieqa ġodda, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jimplimentaw b’mod liberu regoli addizzjonali fit-territorju tagħhom.

(31)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti standards minimi dwar l-aċċess għall-professjoni ta’ eżaminatur u dwar ir-rekwiżiti tat-taħriġ tal-eżaminaturi, sabiex jitjiebu l-kompetenza u l-ħiliet tal-eżaminaturi, u b’hekk tiġi żgurata evalwazzjoni aktar oġġettiva tal-applikanti għal liċenzji tas-sewqan u tinkiseb armonizzazzjoni akbar tat-testijiet tas-sewqan. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda u tadatta dawk l-istandards minimi għal kwalunkwe żvilupp tekniku, operazzjonali jew xjentifiku f’dan il-qasam fejn isir meħtieġ.

(32)Jenħtieġ li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ residenza normali, b’mod li jippermetti li jiġu riżolti kwistjonijiet li jinqalgħu fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita residenza normali abbażi ta’ rabtiet okkupazzjonali jew familjari. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi prevista l-possibbiltà li l-applikanti jieħdu t-testijiet teoretiċi jew prattiċi fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom fil-każijiet fejn l-Istat Membru ta’ residenza normali tagħhom ma jipprovdix l-opportunità li jagħmlu dawk it-testijiet bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza tagħhom. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għad-diplomatiċi u għall-familji tagħhom, fejn il-missjoni tagħhom tkun tirrikjedi li jgħixu barra mill-pajjiż għal perjodu ta’ żmien estiż.

(33)L-Istati Membri jenħtieġ li jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fejn ikun possibbli, jenħtieġ li jużaw in-network tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan sabiex jipprovdu din l-assistenza. In-network tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan, li komunement jissejjaħ “RESPER”, huwa ċentru għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan u għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(34)In-network tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan għandu l-għan li jiggarantixxi r-rikonoxximent tad-dokumenti u tad-drittijiet miksuba li joriġinaw mill-Istati Membri, jiġġieled il-frodi tad-dokumenti, jevita l-ħruġ ta’ liċenzji multipli u jiffaċilita l-infurzar tal-iskwalifiki tas-sewqan. B’mod partikolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jivverifikaw b’mod sistematiku li r-raġunijiet, li jkunu wasslu għal kwalunkwe restrizzjoni, sospensjoni, irtirar jew kanċellazzjoni imposti qabel ta’ liċenzja tas-sewqan jew id-dritt għas-sewqan, ma jkunux għadhom preżenti. L-użu tar-RESPER għall-implimentazzjoni ta’ atti oħra tal-Unjoni jenħtieġ li jkun permess biss dment li dawk l-użi jkunu previsti b’mod espliċitu minn din id-Direttiva.

(35)Sabiex tippermetti t-tħejjija ta’ rapporti sinifikattivi dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirċievi informazzjoni fuq bażi annwali dwar l-għadd ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija, inkluża d-data dwar il-ħruġ u l-użu ta’ liċenzji tas-sewqan mobbli.

(36)Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari biex jiġu aġġustati l-Annessi tagħha għal kwalunkwe żvilupp tekniku, operazzjonali jew xjentifiku, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Partijiet A, B u D tal-Anness I li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-liċenzji fiżiċi tas-sewqan; tal-emendar tal-Parti C tal-Anness I li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sewqan mobbli; tal-emendar tal-Parti E tal-Anness I li tirregola r-regoli dwar il-kodiċijiet nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli; tal-emendar tal-Annessi II, III, V u VI li jispeċifikaw ċerti rekwiżiti minimi dwar il-ħruġ, il-validità u t-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan; u tal-emendar tal-Anness IV li jistabbilixxi l-istandards minimi għall-eżaminaturi. Din is-setgħa jenħtieġ li tingħata għal perjodu ta’ 5 snin, minħabba l-fatt li l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali u xjentifiċi fil-kwistjonijiet regolati minn dawn l-Annessi jseħħu fuq bażi frekwenti. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 56 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(37)F’kuntest ta’ diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni gradwali, ta’ rekwiżiti dejjem aktar stretti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq, kif ukoll ta’ progress teknoloġiku kostanti tal-vetturi bil-mutur, huwa meħtieġ li s-sewwieqa kollha jinżammu aġġornati f’termini tal-għarfien dwar is-sikurezza u s-sostenibbiltà fit-toroq. Il-promozzjoni tat-taħriġ tul il-ħajja tista’ tkun kruċjali biex il-ħiliet tas-sewwieqa b’esperjenza jinżammu aġġornati f’termini ta’ sikurezza fit-toroq, teknoloġiji ġodda, sewqan ekoloġiku, li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u jnaqqsu l-emissjonijiet, u l-ġestjoni tal-veloċità.

(38)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-karatteristiċi tal-interoperabbiltà u l-miżuri ta’ sigurtà applikabbli għall-kodiċijiet QR introdotti fuq il-liċenzji fiżiċi tas-sewqan; id-dispożizzjonijiet relatati mal-interoperabbiltà, is-sigurtà u l-ittestjar tal-liċenzji tas-sewqan mobbli; l-estensjoni tal-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan madwar l-Unjoni f’każ ta’ kriżi; il-kontenut tal-awtovalutazzjoni dwar is-saħħa fiżika u mentali li għandha titwettaq għas-sewwieqa tal-grupp 1; il-kundizzjonijiet tal-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan minn pajjiżi terzi għal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri mingħajr ma jiġi rreġistrat il-fatt ta’ skambju fuq il-liċenzja tas-sewqan; kif ukoll l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali konnessi man-network tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE u l-protezzjoni tad-data personali skambjata f’dak il-kuntest. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 .

(39)Għal raġunijiet ta’ konsistenza, jenħtieġ li d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 , li tindirizza ċerti kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, u r-Regolament (UE) 2018/1724, jiġu emendati.

(40)Id-Direttiva 126/2006/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 59 jenħtieġ li jitħassru.

(41)Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri billi r-regoli li jirregolaw il-ħruġ, it-tiġdid, is-sostituzzjoni u l-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan iwasslu għal rekwiżiti tant diversi, li l-livell ta’ sikurezza fit-toroq u ta’ moviment liberu taċ-ċittadini li jipprevedu r-regoli armonizzati, ma jkunx jista’ jintlaħaq, dawn l-objettivi jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġu stabbiliti r-rekwiżiti minimi. Għalhekk l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(42)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-[JJ/XX/SSSS].

(43)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 60 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni dwar:

(a)il-mudelli, l-istandards u l-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan;

(b)il-ħruġ, il-validità, it-tiġdid, u r-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan;

(c)ċerti aspetti tal-iskambju, tas-sostituzzjoni, tal-irtirar, tar-restrizzjoni, tas-sospensjoni u tal-kanċellazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan;

(d)ċerti aspetti applikabbli għas-sewwieqa ġodda.

2.Din id-Direttiva ma tapplikax għal vetturi bil-mutur li jimxu fuq ir-roti jew il-binarji, li jkollhom mill-inqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tinsab fil-potenza ta’ trazzjoni tagħhom, li jkunu ddisinjati speċifikament sabiex jiġbdu, jimbuttaw, iġorru jew joperaw ċerti għodod, magni jew trejlers użati f’konnessjoni ma’ operazzjonijiet agrikoli jew tal-forestrija, u li l-użu tagħhom għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija bit-triq jew għall-ġbid, fit-triq, ta’ vetturi użati għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija jkun biss funzjoni sekondarja.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“liċenzja tas-sewqan” tfisser dokument elettroniku jew fiżiku li jiċċertifika d-dritt tas-sewqan ta’ vetturi bil-magna u jiddikjara l-kundizzjonijiet li taħthom id-detentur huwa awtorizzat li jsuq;

(2)“liċenzja tas-sewqan fiżika” tfisser liċenzja tas-sewqan fil-format fiżiku tagħha, maħruġa f’konformità mal-Artikolu 4;

(3)“liċenzja tas-sewqan mobbli” tfisser liċenzja tas-sewqan fil-format diġitali tagħha, maħruġa f’konformità mal-Artikolu 5;

(4)“vettura bil-magna” tfisser kull vettura awtopropulsiva li timxi fit-triq bil-potenza tagħha stess, għajr vettura li timxi fuq il-binarji;

(5)“vettura b’żewġ roti” tfisser vettura msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 ;

(6)“vettura bi tliet roti” tfisser vettura msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(7)“kwadriċiklu ħafif” tfisser vettura kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(8)“mutur” tfisser vettura b’żewġ roti b’sidecar jew mingħajrha, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (c) u (d) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(9)“triċiklu motorizzat” tfisser vettura bi tliet roti rranġati b’mod simetriku, kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(10)“vettura bil-mutur” tfisser kwalunkwe vettura bil-magna normalment użata għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija bit-triq jew għall-ġbid, fit-triq, ta’ vetturi użati għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija. Dan it-terminu għandu jinkludi trolleybuses, jiġifieri vetturi konnessi ma’ konduttur elettriku u mhux ibbażati fuq binarji.

(11)“kwadriċiklu tqil” tfisser vetturi kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 168/2013;

(12)“skwalifika tas-sewqan” tfisser kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta fl-irtirar, il-kanċellazzjoni, ir-restrizzjoni jew is-sospensjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt għas-sewqan ta’ sewwieq ta’ vettura bil-magna u li ma għadhiex soġġetta għal dritt ta’ appell. Il-miżura tista’ tikkostitwixxi penali primarja, sekondarja jew supplimentari jew miżura ta’ sikurezza.

Artikolu 3

Speċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan u r-rikonoxximent reċiproku

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan nazzjonali tagħhom jinħarġu f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni u ma’ kriterji oħra skont:

(a)l-Artikolu 4 għal-liċenzji tas-sewqan fiżiċi;

(b)l-Artikolu 5 għal-liċenzji tas-sewqan mobbli.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liċenzji tas-sewqan fiżiċi u dawk mobbli maħruġa lill-istess persuna jkunu kompletament ekwivalenti bejniethom, u jiddikjaraw l-istess sett eżatt ta’ drittijiet u kundizzjonijiet li taħthom dik il-persuna tkun awtorizzata li ssuq.

3.L-Istati Membri ma għandhomx, bħala prerekwiżit, jirrikjedu l-pussess ta’ liċenzja tas-sewqan fiżika jew mobbli mill-applikant meta joħorġu, jissostitwixxu, iġeddu, jew jiskambjaw liċenzja tas-sewqan fil-format l-ieħor.

4.Sa [data tal-adozzjoni+4 snin], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħarġu b’mod awtomatiku liċenzji tas-sewqan mobbli biss. Sa dik id-data, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli.

5.B’deroga mill-paragrafu 4, fuq talba tal-applikant, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-opportunità li tinħareġ liċenzja tas-sewqan fiżika minflok liċenzja tas-sewqan mobbli, jew flimkien magħha.

6.Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandhom jingħataw rikonoxximent reċiproku.

7.B’deroga mill-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod reċiproku biss il-liċenzji tas-sewqan mobbli li jkunu nħarġu wara [data tal-adozzjoni+3 snin] f’konformità mal-Artikolu 5. Il-liċenzji tas-sewqan mobbli li jkunu nħarġu qabel dik id-data iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku wara dik id-data.

Artikolu 4

Liċenzji tas-sewqan fiżiċi

1.L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan fiżiċi abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A1.

2.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jevitaw kwalunkwe riskju ta’ falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan, inkluża dik ta’ mudelli ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Il-liċenzja tas-sewqan fiżika għandha tiġi żgurata kontra l-falsifikazzjoni permezz tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti A2. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu elementi ta’ sigurtà addizzjonali.

3.Meta d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan fiżika valida mingħajr perjodu ta’ validità amministrattiva jittrażloka fi Stat Membru għajr dak li jkun ħareġ dik il-liċenzja tas-sewqan, l-Istat Membru ospitanti jista’, minn sentejn wara d-data li fiha d-detentur ikun ittrażloka fit-territorju tiegħu, japplika l-perjodi ta’ validità amministrattiva stabbiliti fl-Artikolu 10(2), billi jġedded il-liċenzja tas-sewqan.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sad-19 ta’ Januar 2030, il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi kollha maħruġa jew li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta’ din id-Direttiva.

5.L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jintroduċu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jintroduċi mikroċippa bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika tiegħu, huwa jista’, fejn il-liġijiet nazzjonali tiegħu relatati mal-liċenzji tas-sewqan jipprevedu dan, jiddeċiedi wkoll li jaħżen data addizzjonali għal dak li huwa speċifikat fl-Anness I, il-Parti D, fuq il-mikroċipp.

Meta l-Istati Membri jipprevedu l-mikroċipp bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika, huma għandhom japplikaw rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness I, il-Parti B. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu karatteristiċi ta’ sigurtà addizzjonali

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni fil-każ ta’ deċiżjoni dwar l-inklużjoni ta’ mikroċipp fuq il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi tagħhom, jew dwar kwalunkwe bidla li tikkonċerna din id-deċiżjoni, fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tagħha. L-Istati Membri li diġà introduċew mikroċipp fuq il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi tagħhom għandhom jinformaw lill-Kummissjoni kif xieraq fi żmien 3 xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

6.Meta l-mikroċipp ma tiġix introdotta bħala parti mil-liċenzja tas-sewqan fiżika, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jistampaw, fl-ispazju riżervat għal dak il-għan, kodiċi QR fuq il-liċenzji tas-sewqan fiżiċi li jinħarġu minnhom. Il-kodiċi QR għandu jippermetti l-verifika tal-awtentiċità tal-informazzjoni rrappurtata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika.

7.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali meħtieġa għall-verifika tal-informazzjoni rrapportata fuq il-liċenzja tas-sewqan fiżika ma tinżammx mill-verifikatur u li l-awtorità emittenti tal-liċenzja tas-sewqan ma tiġix innotifikata dwar il-proċess ta’ verifika.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-interoperabbiltà u l-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jiġu rrispettati mill-kodiċijiet QR stampati fuq liċenzji tas-sewqan fiżiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura mmirata lejn l-introduzzjoni ta’ kodiċi QR fuq il-liċenzji tas-sewqan tagħhom jew bi kwalunkwe bidla ta’ miżura bħal din, fi żmien 3 xhur mill-adozzjoni tagħha.

8.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 21, li temenda l-Anness I, il-Partijiet A, B u D, fejn meħtieġ, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.

Artikolu 5

Liċenzji tas-sewqan mobbli

1.L-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet standard tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness I, il-Parti C.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet elettroniċi stabbiliti għal-liċenzji tas-sewqan mobbli, sabiex tkun tista’ ssir verifika tal-eżistenza tad-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan, ikunu disponibbli għal persuni li jkollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju tagħhom, jew għal persuni li b’xi mod ieħor huma intitolati li jkollhom liċenzji tas-sewqan mobbli maħruġa minnhom, mingħajr ħlas.

Dawn l-applikazzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-Kartieri tal-Identità Diġitali Ewropea maħruġa f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 .

3.L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u jaġġornaw regolarment il-lista ta’ applikazzjonijiet elettroniċi disponibbli li huma stabbiliti u miżmuma għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet elettroniċi ma jkunx fihom, jew fil-każ tal-applikazzjoni ta’ indikatur, ma jagħmlux disponibbli aktar data minn dik imsemmija fl-Anness I, il-Parti D.

4.L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli u jaġġornaw b’mod regolari lil xulxin dwar l-informazzjoni meħtieġa għall-aċċess għas-sistemi nazzjonali msemmija fl-Anness I, il-Parti C, li jintużaw għall-verifika tal-liċenzji tas-sewqan mobbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali meħtieġa għall-verifika tad-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli ma tinżammx mill-verifikatur u li l-awtorità emittenti tal-liċenzja tas-sewqan tipproċessa l-informazzjoni riċevuta permezz tan-notifika għal dan il-għan tat-tweġiba għat-talba ta’ verifika biss.

5.L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-lista tas-sistemi nazzjonali rilevanti awtorizzati biex joħorġu data u indikaturi għal-liċenzji tas-sewqan mobbli. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku, permezz ta’ mezz sikur, il-lista ta’ dawn is-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri, f’forma ffirmata jew issiġillata b’mod elettroniku adegwata għall-ipproċessar awtomatizzat.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 21, biex temenda l-Anness I, il-Parti C, fejn meħtieġ, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.

7.Sa [data tal-adozzjoni+18-il xahar], il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-interoperabbiltà, is-sigurtà u l-ittestjar tal-liċenzji tas-sewqan mobbli, inklużi l-karatteristiċi ta’ verifika u l-interfaċċa mas-sistemi nazzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

Artikolu 6

Kategoriji ta’ liċenzji

1.Il-liċenzja tas-sewqan għandha tawtorizza s-sewqan ta’ vetturi bil-magna fil-kategoriji li ġejjin:

(a)mopeds:

kategorija AM:

vetturi b’żewġ roti jew vetturi bi tliet roti b’veloċità massima skont id-disinn ta’ mhux aktar minn 45 km/siegħa (minbarra dawk b’veloċità massima skont id-disinn ta’ 25 km/siegħa jew anqas);

kwadriċikli ħfief;

(b)muturi u triċikli motorizzati:

(i)    kategorija A1: 

muturi b’kapaċità ċilindrata li ma taqbiżx 125 ċentimetri kubi, ta’ potenza li ma taqbiżx 11-il kW u bi proporzjon ta’ qawwa/piż li ma jaqbiżx 0,1 kW/kg;

triċikli bil-mutur b’potenza li ma taqbiżx 15-il kW;

(ii)    kategorija A2:

muturi b’potenza li ma taqbiżx 35 kW u bi proporzjon ta’ potenza/piż li ma jaqbiżx 0,2 kW/kg u li ma jkunux derivati minn vettura ta’ aktar minn 70 kW.

(iii)    Kategorija A:

muturi;

triċikli bil-mutur b’potenza li taqbeż 15-il kW;

(c)vetturi bil-mutur:

(i)    kategorija B1:

kwadriċikli tqal.

Il-Kategorija B1 hija fakultattiva; fl-Istati Membri li ma jintroduċux din il-kategorija ta’ liċenzja tas-sewqan, tkun meħtieġa liċenzja tas-sewqan għall-Kategorija B sabiex jinstaqu dawn il-vetturi;

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jintroduċu din il-kategorija esklussivament għall-vetturi msemmija fl-Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), u skont il-kundizzjonijiet previsti f’dak il-paragrafu. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel dan, huwa għandu jimmarka dan il-fatt fuq il-liċenzja tas-sewqan bl-użu tal-kodiċi tal-Unjoni 60.03.

(ii)    kategorija B:

vetturi bil-mutur b’massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 3 500 kg u ddisinjati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq.

il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi kkonċernati, il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizza ta’ din il-kombinazzjoni ma taqbiżx 4 250 kg. Fejn din il-kombinazzjoni taqbeż 3 500 kg, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness V, jeħtieġu li din il-kombinazzjoni tinstaq biss wara:

li s-sewwieq ikun temm kors ta’ taħriġ, jew 

li s-sewwieq ikun għadda minn test ta’ ħila u ta’ mġiba.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll kemm kors ta’ taħriġ bħal dan kif ukoll li s-sewwieq jgħaddi minn test tal-ħiliet u ta’ mġiba.

L-Istati Membri għandhom jindikaw id-dritt ta’ sewqan ta’ kombinazzjoni bħal din fuq il-liċenzja tas-sewqan permezz tal-kodiċi tal-Unjoni rilevanti speċifikat fl-Anness I, il-Parti E.

(iii)    kategorija BE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, il-kombinazzjoni ta’ vetturi li jikkonsistu minn trattur tal-kategorija B u trejler jew semitrejler fejn il-massa massima awtorizzata tat-trejler jew tas-semitrejler ma taqbiżx 3 500 kg;

(iv)    kategorija C1:

vetturi bil-mutur għajr dawk fil-kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg, iżda ma taqbizx 7 500 kg, u li jkunu ddisinjati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq.

Il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(v)    kategorija C1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, kombinazzjonjiet ta’ vetturi fejn it-trattur ikun fil-kategorija C1 u t-trejler jew semitrejler tiegħu jkollu massa massima awtorizzata ta’ aktar minn 750 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000-il kg;

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, kombinazzjonjiet ta’ vetturi fejn it-trattur ikun fil-kategorija B u t-trejler jew semitrejler tiegħu jkollu massa massima awtorizzata ta’ aktar minn 3 500 kg, sakemm il-massa massima awtorizzata tal-kombinazzjoni ma taqbiżx 12 000-il kg;

(vi)    kategorija C:

vetturi bil-mutur għajr dawk fil-kategoriji D1 jew D, li l-massa massima awtorizzata tagħhom taqbeż 3 500 kg, u li jkunu ddisinjati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq.

Il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg.

(vii)    kategorija CE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, kombinazzjonijiet ta’ vetturi fejn it-trattur ikun fil-kategorija C u t-trejler jew is-semitrejler tiegħu jkollu massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg;

(viii)    kategorija D1:

vetturi bil-mutur ddisinjati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn 16-il passiġġier minbarra s-sewwieq u ta’ tul massimu ta’ mhux aktar minn 8 metri.

il-vetturi bil-mutur f’din il-kategorija jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(ix)    kategorija D1E:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, kombinazzjonijiet ta’ vetturi fejn it-trattur ikun fil-kategorija D1 u t-trejler tiegħu jkollu massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg.

(x)    kategorija D:

vetturi bil-mutur iddisinjati u mibnija għat-trasport ta’ mhux aktar minn tmien passiġġieri minbarra s-sewwieq; il-vetturi bil-mutur li jistgħu jinstaqu b’liċenzja tal-kategorija D jistgħu jiġu kkombinati ma’ trejler ta’ massa massima awtorizzata li ma taqbiżx 750 kg;

(xi)    kategorija DE:

mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi kkonċernati, kombinazzjonijiet ta’ vetturi fejn it-trattur ikun fil-kategorija D u li t-trejler tiegħu jkollu massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg.

2.Bil-qbil minn qabel tal-Kummissjoni, li għandha tivvaluta l-impatt tal-miżura proposta fuq is-sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu ċerti tipi speċifiċi ta’ vetturi bil-magna, inklużi vetturi speċjali għal persuni b’diżabilitajiet.

L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tipi ta’ vetturi użati mill-forzi armati u mis-servizzi ta’ difiża ċivili, jew li huma taħt il-kontroll tagħhom. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

Artikolu 7

Età minima

1.L-età minima għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan għandha tkun din li ġejja:

(a)16-il sena għall-kategoriji AM, A1 u B1;

(b)18-il sena għall-kategoriji A2, B, BE, C1 u C1E;

(c)Fir-rigward tal-kategorija A:

(i)    20 sena għall-muturi. Madankollu, l-aċċess għas-sewqan ta’ muturi ta’ din il-kategorija għandu jkun soġġett għal minimu ta’ sentejn esperjenza fuq muturi b’liċenzja tal-kategorija A2. Ir-rekwiżit ta’ esperjenza ta’ sentejn jista’ jiġi rrinunzjat jekk il-kandidat ikollu mill-inqas 24 sena;

(ii)    21 sena għal triċikli motorizzati ta’ aktar minn 15-il kW;

(d)21 sena għall-kategoriji C, CE, D1 u D1E;

(e)24 sena għall-kategoriji D u DE.

2.L-Istati Membri jistgħu jgħollu jew ibaxxu l-età minima għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan:

(a)għall-kategorija AM jistgħu jbaxxuha sa 14-il sena jew jgħolluha sa 18-il sena;

(b)għall-kategorija B1, jistgħu jgħolluha sa 18-il sena;

(c)għall-kategorija A1, jistgħu jgħolluha sa 18-il sena, dment li jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)ikun hemm differenza ta’ sentejn bejn l-età minima għall-kategorija A1 u l-età minima għall-kategorija A2;

(ii)ikun japplika rekwiżit ta’ minimu ta’ sentejn esperjenza fuq muturi tal-kategorija A2 qabel ikun jista’ jingħata aċċess għas-sewqan ta’ muturi għall-kategorija A, kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (c)(i);

(d)għall-kategoriji B u BE, jistgħu jbaxxuha sa 17-il sena.

3.L-Istati Membri jistgħu jbaxxu l-età minima għall-kategorija C sa 18-il sena u għall-kategorija D sa 21 sena fir-rigward ta’:

(a)vetturi użati mis-servizzi tat-tifi tan-nar u vetturi użati għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

(b)vetturi li jkunu qed jagħmlu testijiet fuq it-triq għal skopijiet ta’ tiswija jew ta’ manutenzjoni.

4.Il-liċenzji tas-sewqan maħruġa f’konformità mal-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu validi biss fit-territorju tal-Istat Membru emittenti sakemm id-detentur tal-liċenzja jkun laħaq il-limitu minimu ta’ età stabbilit fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu l-validità fit-territorju tagħhom ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa taħt l-età minima stabbilita fil-paragrafu 1.

5.B’deroga mill-paragrafu 1, il-punti (d) u (e), ta’ dan l-Artikolu, meta l-kandidat ikollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali msemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2022/2561, l-età minima għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan għandha tkun kif ġej:

(a)għall-kategoriji C u CE, l-etajiet minimi previsti fl-Artikolu 5(2), il-punt (a)(i) tad-Direttiva (UE) 2022/2561;

(b)għall-kategoriji D1 u D1E, l-età minima prevista fl-Artikolu 5(3), il-punt (a)(i), it-tieni subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva;

(c)għall-kategoriji D u DE, l-etajiet minimi previsti fl-Artikolu 5(3), il-punt (a)(i), l-ewwel subparagrafu, fl-Artikolu 5(3), il-punt (a)(ii), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 5(3), il-punt (b), ta’ dik id-Direttiva.

Fejn, f’konformità mal-Artikolu 5(3), il-punt (a)(i), it-tieni subparagrafu, jew l-Artikolu 5(3), il-punt (a)(ii), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva (UE) 2022/2561, Stat Membru jawtorizza s-sewqan fit-territorju tiegħu minn età aktar baxxa, il-validità tal-liċenzja tas-sewqan għandha tkun limitata għat-territorju tal-Istat Membru emittenti sakemm id-detentur tal-liċenzja jkun laħaq l-età minima rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u jkollu ċertifikat ta’ kompetenza professjonali.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet u restrizzjonijiet

1.L-Istati Membri għandhom jimmarkaw il-liċenzji tas-sewqan maħruġa lil persuna soġġetta għal kundizzjoni waħda jew aktar li taħthom hija tkun awtorizzata ssuq. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-kodiċijiet korrispondenti tal-Unjoni previsti fl-Anness I, il-Parti E. Huma jistgħu jużaw ukoll il-kodiċijiet nazzjonali għall-kundizzjonijiet mhux koperti mill-Anness I, il-Parti E.

Jekk, minħabba inkapaċità fiżika, is-sewqan ikun awtorizzat biss għal ċerti tipi ta’ vetturi jew għal vetturi adattati sabiex jikkumpensaw għal dawn l-inkapaċitajiet, għandu jsir it-test tal-ħiliet u l-imġiba previst fl-Artikolu 10(1) f’din il-vettura.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 21, biex temenda l-Anness I, il-Parti E, fejn meħtieġ sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.

Artikolu 9

Stadji u ekwivalenzi bejn il-kategoriji

1.Il-liċenzji tas-sewqan għall-kategoriji BE, C1, C1E, C, CE, D1, D1E, D u DE għandhom jinħarġu biss lis-sewwieqa li diġà jkunu intitolati li jsuqu vetturi fil-kategorija B.

2.Il-validità tal-liċenzji tas-sewqan għandha tiġi ddeterminata kif ġej:

(a)il-liċenzji maħruġa għall-kategoriji C1E, CE, D1E u DE għandhom ikunu validi wkoll għall-kombinazzjonijiet ta’ vetturi fil-kategorija BE;

(b)il-liċenzji maħruġa għall-kategorija CE għandhom ikunu validi għall-kategorija DE sakemm id-detenturi tagħhom ikunu intitolati li jsuqu vetturi fil-kategorija D;

(c)il-liċenzji maħruġa għall-kategorija C1E jew CE għandhom ikunu validi għall-kategorija D1E sakemm id-detenturi tagħhom ikunu intitolati li jsuqu vetturi fil-kategorija D1;

(d)il-liċenzji maħruġa għall-kategoriji CE u DE għandhom ikunu validi għall-kombinazzjonijiet ta’ vetturi fil-kategoriji C1E u D1E rispettivament;

(e)il-liċenzji maħruġa għal kwalunkwe kategorija għandhom ikunu validi għall-vetturi fil-kategorija AM. Madankollu, fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa fit-territorju tiegħu, Stat Membru jista’ jillimita l-ekwivalenzi għall-kategorija AM sal-kategoriji A1, A2 u A, jekk dak l-Istat Membru jimponi test prattiku bħala kundizzjoni sabiex tingħata liċenzja tal-kategorija AM;

(f)il-liċenzji maħruga għall-kategorija A2 għandhom ikunu validi wkoll għall-kategorija A1;

(g)il-liċenzji maħruġa għall-kategoriji A, B, C jew D għandhom ikunu validi għall-kategoriji A1, A2, B1, C1 jew D1 rispettivament;

(h)sentejn wara li liċenzja tas-sewqan, mogħtija għall-kategorija B, tkun inħarġet għall-ewwel darba, din għandha tkun valida għas-sewqan tal-vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE 63 b’massa massima awtorizzata ta’ aktar minn 3 500 kg iżda li ma taqbiżx 4 250 kg mingħajr trejler.

3.Għas-sewqan fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jagħtu l-ekwivalenzi li ġejjin:

(a)triċikli bil-mutur b’liċenzja għall-kategorija B, għal triċikli bil-mutur ta’ potenza li taqbeż 15-il kW sakemm id-detentur tal-liċenzja għall-kategorija B ikollu mil-inqas 21 sena;

(b)muturi tal-kategorija A1 b’liċenzja għall-kategorija B.

L-ekwivalenzi previsti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku mill-Istati Membri li jkunu tawhom.

L-Istati Membri ma għandhomx jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li detentur ikun intitolat li jsuq il-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, ħlief permezz tal-kodiċijiet rilevanti tal-Unjoni speċifikati fl-Anness I, il-Parti E.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar l-ekwivalenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu li jingħataw fit-territorju tagħhom, inklużi l-kodiċijiet nazzjonali li setgħu ntużaw qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri għall-fini li tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

4.L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sewqan fit-territorju tagħhom tal-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:

(a)vetturi tal-kategorija D1 b’massa massima awtorizzata ta’ 3 500 kg, minbarra kwalunkwe tagħmir speċjalizzat maħsub għall-ġarr ta’ passiġġieri b’diżabilitajiet, minn sewwieqa ta’ aktar minn 21 sena li jkollhom liċenzja tas-sewqan mogħtija għall-kategorija B, mill-inqas sentejn wara li tkun inħarġet din il-liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, u sakemm il-vetturi jkunu qed jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali u li s-sewwieq jipprovdi s-servizzi tiegħu fuq bażi volontarja;

(b)vetturi b’massa massima awtorizzata li taqbeż 3 500 kg minn sewwieqa ta’ aktar minn 21 sena li jkollhom liċenzja tas-sewqan mogħtija għall-kategorija B, mill-inqas sentejn wara li tkun inħarġet din il-liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) dawk il-vetturi jkunu maħsuba biex jintużaw, meta jkunu stazzjonarji, bħala żona ta’ tagħlim jew ta’ rikreazzjoni biss;

(ii) li jintużaw minn korpi mhux kummerċjali għal skopijiet soċjali;

(iii) ikunu ġew immodifikati sabiex la jkunu jistgħu jintużaw għat-trasport ta’ aktar minn disa’ persuni u lanqas għat-trasport ta’ kwalunkwe merkanzija għajr dik strettament meħtieġa għall-finijiet tagħhom;

(c)vetturi tal-kategorija B b’massa massima awtorizzata ta’ 2 500 kg u b’veloċità massima fiżikament limitata għal 45 km/siegħa minn sewwieqa ta’ anqas minn 21 sena li għandhom liċenzja tas-sewqan mogħtija għall-kategorija B1.

L-Istati Membri ma għandhomx jindikaw fuq il-liċenzja tas-sewqan li detentur huwa intitolat li jsuq il-vetturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ħlief permezz ta’ kodiċijiet nazzjonali rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija f’konformità ma’ dan il-paragrafu.

Artikolu 10

Ħruġ, validità u tiġdid 

1.Il-liċenzji tas-sewqan għandhom jinħarġu biss lil applikanti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: 

(a)ikunu għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba u minn test teoretiku u li jissodisfaw l-istandards minimi tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan , f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi II u III;

(b)fir-rigward tal-kategorija AM ikunu għaddew minn test tat-teorija biss; l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jgħaddu minn test tal-ħiliet u tal-imġiba kif ukoll minn eżami mediku għal din il-kategorija. 

Għal vetturi bi tliet roti u kwadriċikli f’din il-kategorija, l-Istati Membri jistgħu jimponu test distintiv tal-ħiliet u tal-imġiba. Għad-differenzjazzjoni ta’ vetturi fil-kategorija AM, jista’ jiddaħħal kodiċi nazzjonali fuq il-liċenzja tas-sewqan; 

(c)fir-rigward tal-kategorija A2 jew tal-kategorija A, u bil-kundizzjoni li jkunu kisbu esperjenza minima ta’ sentejn fuq mutur fil-kategorija A1 jew fil-kategorija A2 rispettivament, jew:

(i) ikunu għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba biss, jew

(ii) ikunu lestew taħriġ skont l-Anness VI;

(d)ikunu lestew taħriġ jew għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba, jew ikunu lestew taħriġ jew għaddew minn test tal-ħiliet u tal-imġiba skont l-Anness V fir-rigward tal-kategorija B għas-sewqan ta’ kombinazzjoni ta’ vetturi msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (c)(ii), it-tielet paragrafu; 

(e)ikollhom ir-residenza normali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, jew ikunu jistgħu jipproduċu prova li kienu ilhom jistudjaw hemmhekk għal mill-inqas 6 xhur. 

2.Id-durata tal-validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri għandha tkun kif ġej:

(a)15-il sena għall-kategoriji AM, A1, A2, A, B, B1 u BE;

(b)5 snin għall-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E.

It-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan jista’ jinvolvi perjodu ġdid ta’ validità amministrattiva għal kategorija jew kategoriji oħra li d-detentur ikollu d-dritt isuq, sakemm dan ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Il-preżenza ta’ mikroċipp jew kodiċi QR skont l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 4(6) rispettivament ma għandiex tkun prerekwiżit għall-validità ta’ liċenzja tas-sewqan. It-telf jew l-indeċifrabbiltà tal-mikroċipp jew tal-kodiċi QR, jew kwalunkwe ħsara oħra fih, ma għandhiex taffettwa l-validità tal-liċenzja tas-sewqan.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa lil sewwieqa ġodda skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1), għal kwalunkwe kategorija sabiex japplikaw miżuri speċifiċi għal dawn is-sewwieqa, għall-fini tat-titjib tas-sikurezza fit-toroq tagħhom. 

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità amministrattiva ta’ liċenzji individwali tas-sewqan fir-rigward ta’ kwalunkwe kategorija fil-każ li tinħass il-ħtieġa li tiġi applikata frekwenza miżjuda ta’ eżamijiet mediċi jew li jiġu applikati miżuri speċifiċi, inklużi restrizzjonijiet għall-awturi tar-reati tat-traffiku. 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu l-perjodi ta’ validità amministrattiva stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għal 5 snin jew inqas għal-liċenzji tas-sewqan ta’ detenturi li jirrisjedu fit-territorju tagħhom li jkunu laħqu l-età ta’ 70 sena, sabiex tiġi applikata frekwenza akbar ta’ kontrolli mediċi jew miżuri speċifiċi oħra, inklużi korsijiet ta’ aġġornament. Dan il-perjodu mnaqqas ta’ validità amministrattiva għandu jiġi applikat biss mat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan.

L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-perjodu ta’ validità amministrattiva stabbilit f’dan il-paragrafu tal-liċenzji tas-sewqan ta’ persuni li jkunu ngħataw permess ta’ residenza temporanju jew li jgawdu minn protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata skont il-liġi nazzjonali fit-territorju tagħhom. Għal dak il-għan, dan il-perjodu mnaqqas ta’ validità amministrattiva għandu jkun daqs jew iqsar mill-validità amministrattiva tal-permess ta’ residenza temporanja jew tal-protezzjoni temporanja jew protezzjoni adegwata.

3.It-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan meta tiskadi l-validità amministrattiva tagħhom għandu jkun soġġett għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)it-tkomplija tal-konformità mal-istandards minimi ta’ saħħa fiżika u mentali għas-sewqan stabbiliti fl-Anness III;

(b)residenza normali fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, jew evidenza li l-applikant ikun ilu jistudja hemmhekk għal mill-inqas 6 xhur, fiż-żmien li jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu. 

4.F’każ ta’ kriżi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan li kieku kienu jiskadu, għal perjodu massimu ta’ 6 xhur. L-estensjoni tista’ tiġġedded meta l-kriżi tippersisti.

Kwalunkwe estensjoni bħal din għandha tkun debitament motivata u nnotifikata immedjatament lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika minnufih din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-validità tal-liċenzji tas-sewqan li l-perjodu ta’ validità amministrattiva tagħhom ikun ġie estiż skont dan il-paragrafu.

Meta kriżi taffettwa diversi Stati Membri, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex testendi l-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan kollha jew ta’ ċerti kategoriji tagħhom li kieku kienu jiskadu. Dik l-estensjoni ma tistax taqbeż is-6 xhur u tista’ tiġġedded meta l-kriżi tippersisti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(3).

Meta Stat Membru ma jkunx, u x’aktarx li ma jsirx, affettwat minn diffikultajiet li wasslu biex it-tiġdid tal-liċenzji tas-sewqan isir imprattikabbli bħala konsegwenza tal-kriżi msemmija fit-tielet subparagrafu, jew ikun ħa miżuri nazzjonali xierqa biex jiġi mmitigat l-impatt tal-kriżijiet, dak l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax l-estensjoni introdotta mill-att ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, wara li l-ewwel ikun informa lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn dwar dan u għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, kriżi tfisser avveniment eċċezzjonali, mhux mistenni u f’daqqa, naturali jew magħmul mill-bniedem, ta’ natura u skala straordinarja li jseħħ ġewwa jew barra l-Unjoni, b’impatti diretti jew indiretti sinifikanti fuq il-qasam tat-trasport bit-triq u li jipprevjeni wkoll jew li jfixkel b’mod sinifikanti l-possibbiltà għad-detenturi ta’ liċenzji tas-sewqan jew għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti milli jwettqu l-proċeduri meħtieġa għat-tiġdid tagħhom.

5.Mingħajr preġudizzju għal-liġijiet kriminali u tal-pulizija nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għall-ħruġ ta’ liċenzji tas-sewqan dispożizzjonijiet nazzjonali relatati ma’ kundizzjonijiet għajr dawk imsemmija f’din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

6.Meta joħorġu jew iġeddu l-liċenzji tas-sewqan fil-kategoriji AM, A, A1, A2, B, B1 u BE, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu eżami li japplika l-istandards minimi ta’ saħħa fiżika u mentali għas-sewqan stabbiliti fl-Anness III minflok l-awtovalutazzjoni stabbilita fil-punt 3 ta’ dak l-Anness. F’dak il-każ, l-eżami mediku għandu jkopri l-inkapaċitajiet mediċi kollha msemmija fl-Anness III.

Sa [data tal-adozzjoni+18-il xahar] il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kontenut tal-awtovalutazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness III u li jkopru l-kapaċitajiet mediċi kollha msemmija f’dak l-Anness. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

7.L-ebda persuna ma jista’ jkollha aktar minn liċenzja tas-sewqan fiżika waħda. Madankollu, persuna jista’ jkollha diversi liċenzji tas-sewqan mobbli, dment li dawn jinħarġu mill-istess Stat Membru.

L-ebda persuna ma jista’ jkollha liċenzji tas-sewqan maħruġa minn iktar minn Stat Membru wieħed.

Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan fejn jiġi stabbilit li l-applikant diġa jkollu liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-fini tal-applikazzjoni tat-tielet subparagrafu. Il-miżuri meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ, is-sostituzzjoni, it-tiġdid jew l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu li jiġi vverifikat ma’ Stati Membri oħra fejn ikun hemm motivi raġonevoli ta’ suspett li l-applikant ikun diġà detentur ta’ liċenzja tas-sewqan oħra. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE msemmi fl-Artikolu 19.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(6), Stat Membru li joħroġ liċenzja tas-sewqan għandu japplika d-diliġenza dovuta sabiex jiżgura li l-persuna tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar il-kanċellament jew l-irtirar tal-liċenzja tas-sewqan jew tad-dritt tas-sewqan jekk jiġi stabbilit li liċenzja ġiet maħruġa mingħajr ma ġew sodisfatti dawk ir-rekwiżiti. 

8.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 21, biex temenda l-Annessi II, III, V u VI, fejn meħtieġ, sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.

Artikolu 11 

L-iskambju u s-sostituzzjoni tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri

1.Fejn id-detentur ta’ liċenzja valida tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru jkun ittrażloka fi Stat Membru ieħor, huwa jista’ jitlob li l-liċenzja tas-sewqan tiegħu tiġi sostitwita b’liċenzja ekwivalenti. L-Istat Membru li jwettaq l-iskambju għandu jivverifika għal liema kategorija l-liċenzja preżentata tkun fil-fatt għadha valida. 

2.Soġġett għall-osservanza tal-prinċipju tat-territorjalità tal-liġijiet kriminali u tal-pulizija, l-Istat Membru tar-residenza normali jista’ japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu dwar ir-restrizzjoni, is-sospensjoni, l-irtirar jew il-kanċellament tad-dritt tas-sewqan lid-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor u, jekk meħtieġ, jissostitwixxi l-liċenzja għal dak il-għan.

3.L-Istat Membru li jwettaq is-sostituzzjoni għandu jagħti lura l-liċenzja l-qadima lill-awtoritàjiet tal-Istat Membru li jkun ħariġha u għandu jagħti r-raġunijiet tiegħu għaliex għamel dan.

4.Is-sostituzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan li tkun intilfet jew insterqet, tista’ tinkiseb biss mingħand l-awtoritàjiet kompetenti tal-Istat Membru li fih id-detentur ikollu r-residenza normali tiegħu. Dawk l-awtoritàjiet għandhom jipprovdu s-sostituzzjoni fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom jew, fejn xieraq, fuq il-prova mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja oriġinali.

Artikolu 12 

L-iskambju ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn pajjiżi terzi

1.Meta Stat Membru jipprevedi l-iskambju ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz lil detentur li jkun stabbilixxa r-residenza normali fit-territorju tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jiskambja l-liċenzja tas-sewqan f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu. 

2.Meta Stat Membru jiskambja liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz li ma kienx is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, dan l-iskambju għandu jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn dak l-Istat membru permezz tal-immarkar tal-kodiċi rilevanti mill-Anness I, il-Parti E, kif għandu jiġi rreġistrat kwalunkwe tiġdid jew sostituzzjoni sussegwenti. Jekk id-detentur ta’ dik il-liċenzja jittrasferixxi r-residenza normali tiegħu għal Stat Membru ieħor, dan tal-aħħar ma għandux għalfejn japplika l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 3(6).

L-Istati Membri għandhom japplikaw, għal skambji bħal dawn, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet previsti f’dan il-paragrafu.  

3.Meta l-liċenzja tas-sewqan tinħareġ f’kategorija u minn pajjiż terz li kien is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, dan l-iskambju ma għandux jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat. F’dawk il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni rilevanti.

4.Meta liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru tkun ġiet skambjata għal liċenzja tas-sewqan maħruġa minn pajjiż terz, l-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu l-issodisfar ta’ kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali għajr dawk stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 10(3) jew jirreġistraw kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għall-iskambju ta’ dik il-liċenzja tas-sewqan għal liċenzja tas-sewqan maħruġa minnhom, fir-rigward tal-kategoriji tal-liċenzja tas-sewqan inizjali.

Fis-sitwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, fejn applikant jitlob li tiġi skambjata liċenzja tas-sewqan li tkun valida wkoll għal kategoriji li dwarhom ikun kiseb id-dritt ta’ sewqan f’pajjiż terz, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:  

(a)jekk il-liċenzja tas-sewqan tkun inħarġet f’kategorija u minn pajjiż terz li jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, għandu japplika l-paragrafu 3; 

(b)fin-nuqqas ta’ din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, għandu japplika l-paragrafu 2. 

5.L-iskambji msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom iseħħu biss jekk il-liċenzja tas-sewqan maħruġa mill-pajjiż terz tkun ġiet ċeduta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel l-iskambju.

6.Il-Kummissjoni tista’ tidentifika li pajjiż terz għandu qafas tat-trasport bit-triq li jiggarantixxi, kompletament jew parzjalment, livell ta’ sikurezza fit-toroq li jkun komparabbli ma’ dak tal-Unjoni, li jippermetti li l-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dan il-pajjiż terz jiġu skambjati mingħajr ma dan l-iskambju jiġi rreġistrat fuq il-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri, jekk ikun meħtieġ wara l-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet definiti minn qabel.

Meta l-Kummissjoni tidentifika pajjiż terz bħal dan, hija tista’ tivvaluta l-qafas tat-trasport bit-triq tal-pajjiż terz f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandu jkollhom 6 xhur biex jipprovdu l-opinjoni tagħhom dwar il-qafas tat-trasport fit-triq fis-seħħ fil-pajjiż terz identifikat. Il-Kummissjoni għandha tipproċedi bil-valutazzjoni ladarba tkun irċeviet opinjoni mill-Istati Membri kollha jew ladarba l-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu l-opinjonijiet ikun għadda, skont liema jseħħ l-aħħar.

Meta tivvaluta l-qafas tat-trasport bit-triq fis-seħħ f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tqis tal-anqas l-elementi li ġejjin: 

(a)ir-rekwiżiti tal-liċenzjar tas-sewwieqa fis-seħħ, bħall-klassifikazzjoni tal-kategoriji tal-liċenzji tas-sewqan, ir-rekwiżiti tal-età minima, ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet tat-taħriġ u tat-testijiet tas-sewqan, u l-istandards mediċi għall-ħruġ tal-liċenzja;

(b)jekk il-pajjiż terz joħroġx liċenzji tas-sewqan mobbli u, jekk iva, id-dettalji tekniċi u strutturali applikabbli għall-operat tas-sistema; 

(c)il-punt sa fejn ikun hemm liċenzji tas-sewqan falsifikati fiċ-ċirkolazzjoni u x’miżuri jittieħdu biex tiġi evitata l-falsifikazzjoni tal-liċenzji tas-sewqan; 

(d)il-perjodu ta’ validità amministrattiva tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-pajjiż terz; 

(e)il-kundizzjonijiet tat-traffiku fil-pajjiż terz u jekk humiex komparabbli mal-kundizzjonijiet tat-traffiku fin-networks tat-toroq fl-Unjoni;

(f)il-prestazzjoni tas-sikurezza fit-toroq tal-pajjiż terz.

7.Il-Kummissjoni tista’, wara li twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 u permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni, tiddeċiedi li pajjiż terz għandu qafas tat-trasport bit-triq fis-seħħ li jiggarantixxi bis-sħiħ jew parzjalment, livell ta’ sikurezza fit-toroq li huwa komparabbli ma’ dak tal-Unjoni sabiex il-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn dak il-pajjiż terz jiġu skambjati mingħajr ma jiġi rreġistrat dan l-iskambju fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru.

Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għandu jkun fiha mill-inqas:

(a)il-kategoriji tal-liċenzja tas-sewqan imsemmija fl-Artikolu 6, li fir-rigward tagħhom jista’ jsir skambju mingħajr ma tiġi rreġistrata fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru; 

(b)id-dati tal-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-pajjiż terz li minnhom jista’ jsir skambju mingħajr ma jiġi rreġistrat fuq il-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru;

(c)kwalunkwe kundizzjoni ġenerali li għandha tiġi rrispettata għall-fini tal-verifika tal-awtentiċità tad-dokument uffiċjali li għandu jiġi skambjat; 

(d)kwalunkwe kundizzjoni ġenerali li l-applikant għandu jikkonforma magħha biex juri l-konformità mal-istandards mediċi stabbiliti fl-Anness III, qabel l-iskambju. 

Meta l-liċenzja tas-sewqan tal-applikant ma tippermettix konformità mat-tieni subparagrafu, il-punti (a) jew (b), ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan f’konformità mal-paragrafu 2. Meta l-applikant ma jkunx jista’ jikkonforma mat-tieni subparagrafu, il-punti (c) jew (d) ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jiskambjaw il-liċenzja tas-sewqan. Kwalunkwe kundizzjoni addizzjonali li d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni jista’ jkun fiha għandha tipprevedi jew l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru f’konformità mal-paragrafu 2, jew ir-rifjut tal-iskambju tal-liċenzja tas-sewqan, fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati mill-applikant.

Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

8.Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 għandha tipprevedi rieżami perjodiku, tal-anqas kull 4 snin, tas-sitwazzjoni tas-sikurezza fit-toroq fil-pajjiż terz ikkonċernat. Skont il-konklużjonijiet tar-rieżami, il-Kummissjoni għandha żżomm, temenda jew tissospendi, sa fejn ikun meħtieġ, jew tirrevoka d-deċiżjoni ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 7.

9.Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tagħha lista tal-pajjiżi terzi li kienu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-paragrafu 7, u għandha tippubblika wkoll kif xieraq kwalunkwe tibdil rilevanti li jsir f’konformità mal-paragrafu 9.

10.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi network ta’ għarfien biex tiġbor, tipproċessa u xxerred l-għarfien u l-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki għall-integrazzjoni ta’ sewwieqa professjonali barranin fis-suq intern. In-network għandu jinkludi l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, iċ-ċentri ta’ eċċellenza, l-universitajiet u r-riċerkaturi, is-sħab soċjali u atturi rilevanti oħra tas-settur tat-trasport bit-triq.

Artikolu 13

L-effetti ta’ restrizzjoni, sospensjoni, irtirar jew kanċellazzjoni tad-dritt għas-sewqan jew tal-liċenzja tas-sewqan

1.Stat Membru għandu jirrifjuta li joħroġ liċenzja tas-sewqan lil applikant li jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu ristretta, sospiża, irtirata jew ikkanċellata fi Stat Membru ieħor.

2.Stat Membru għandu jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor lil persuna li l-liċenzja tas-sewqan tagħha tkun ristretta, sospiża, irtirata jew ikkanċellata fit-territorju tal-Istat Membru preċedenti.

3.Liċenzja tas-sewqan jew id-dritt għas-sewqan għandhom jitqiesu bħala ristretti, sospiżi, irtirati, jew ikkanċellati għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu sakemm il-persuna kkonċernata tkun għadha trid tissodisfa kwalunkwe kundizzjoni, imposta minn Stat Membru, li magħha jkun jeħtiġilha tikkonforma sabiex tkun tista’ tirkupra d-dritt tagħha li ssuq jew li tkun tista’ ssuq jew li tkun tista’ tapplika għal liċenzja ġdida.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe kundizzjoni li jimponu sabiex id-detentur ikun jista’ jirkupra d-dritt tiegħu għas-sewqan jew għal-liċenzja tas-sewqan jew biex ikun jista’ japplika għal waħda ġdida tkun proporzjonata, nondiskriminatorja għad-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa minn kwalunkwe Stat Membru ieħor u li huma ma jwasslux, waħedhom, għal rifjut indefinit li tinħareġ liċenzja tas-sewqan jew li tiġi rikonoxxuta liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor.

4.Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jinftiehem bħala li jipprevjeni lill-Istati Membri milli jipprojbixxu persuna milli ssuq fit-territorji tagħhom b’mod indefinit mingħajr ma jipprovdulha l-possibbiltà li tirkupra d-dritt tagħha li ssuq jew liċenzja tas-sewqan jew li tkun tista’ tapplika għal waħda ġdida, meta dan ikun iġġustifikat abbażi tal-imġiba tagħha.

Meta Stat Membru, f’konformità ma’ dan il-paragrafu, ikun impona projbizzjoni indefinita fuq is-sewqan, dan l-Istat Membru jista’ jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ kwalunkwe liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn Stat Membru ieħor, fit-territorju rispettiv tiegħu b’mod indefinit. B’deroga mill-paragrafu 1, Stati Membri oħra jistgħu, wara li jikkonsultaw mal-Istat Membru li jimponi l-projbizzjoni tas-sewqan indefinita, joħorġu liċenzja tas-sewqan lil din il-persuna.

Artikolu 14

Skema ta’ sewqan akkumpanjat

1.B’deroga mill-Artikolu 7(1), il-punti (b) u (d) rispettivament, l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzji tas-sewqan, f’konformità mal-Artikolu 10(1), għall-kategoriji B u C immarkati bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 speċifikat fil-Parti E tal-Anness I lill-applikanti li jkunu laħqu l-età ta’ 17-il sena.

2.Id-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan immarkata bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 li ma jkunux laħqu l-età ta’ 18-il sena għandhom isuqu biss meta jkunu akkumpanjati minn persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)ikollha età minima ta’ 25 sena;

(b)ikollha liċenzja tas-sewqan tal-kategorija rilevanti maħruġa aktar minn 5 snin ilu;

(c)ma kinitx soġġetta għal skwalifika tas-sewqan matul l-aħħar 5 snin;

(d)ma kinitx soġġetta għal deċiżjoni fil-qasam tal-liġi kriminali li tirriżulta minn reat relatat mat-traffiku fit-toroq;

(e)fil-każ ta’ vettura tal-kategorija C, ikollha l-kwalifika u t-taħriġ ipprovduti mid-Direttiva (UE) 2022/2561.

3.L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-identifikazzjoni tal-persuni li jakkumpanjawhom imsemmija fil-paragrafu 2 sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta’ persuni ta’ akkumpanjament possibbli.

4.L-Istati Membri jistgħu japplikaw kundizzjonijiet addizzjonali għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan immarkata bil-kodiċi tal-Unjoni 98.02 għal applikanti li ma jkunux laħqu l-età ta’ 18-il sena. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 15

Perjodu ta’ prova

1.Id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ kategorija partikolari maħruġa għall-ewwel darba għandu jitqies bħala sewwieq ġdid u għandu jkun soġġett għal perjodu ta’ prova ta’ mill-inqas sentejn.

2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għas-sewwieqa ġodda li jsuqu b’livell ta’ alkoħol fid-demm li jaqbeż 0,0 g/ml u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, dissważivi u b’mod li ma jiddiskriminawx.

3.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli addizzjonali applikabbli fit-territorju tagħhom għal sewwieqa ġodda matul il-perjodu ta’ prova biex itejbu s-sikurezza fit-toroq. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

4.L-Istati Membri għandhom jimmarkaw il-liċenzji tas-sewqan maħruġa matul perjodu ta’ prova bil-kodiċi tal-Unjoni 98.01 speċifikat fl-Anness I, il-Parti E.

5.Ma għandux jiġi applikat perjodu ta’ prova għas-sewwieqa li jiksbu liċenzja tas-sewqan tal-kategorija A2 jew A f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (c).

Artikolu 16

Eżaminaturi

1.L-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jissodisfaw l-istandards minimi stabbiliti fl-Anness IV.

L-eżaminaturi tas-sewqan li diġa kienu jaħdmu f’dik il-kapaċità qabel id-19 ta’ Januar 2013 għandhom ikunu soġġetti biss għar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità u miżuri regolari ta’ taħriġ perjodiku.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 21, biex temenda l-Anness IV, fejn meħtieġ sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi, operazzjonali jew xjentifiċi.

Artikolu 17

Residenza normali

1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, residenza normali għandha tkun il-post fejn persuna tgħix normalment, jiġifieri għall-inqas għal 185 jum f’kull sena kalendarja, minħabba rabtiet personali u ta’ xogħol, jew, fil-każ ta’ persuna li ma jkollhiex rabtiet ta’ xogħol, minħabba r-rabtiet personali li juru rabtiet mill-qrib bejn dik il-persuna u l-post fejn tgħix.

Madankollu, ir-residenza normali ta’ persuna li l-irbit tax-xogħol tagħha huwa f’post differenti mill-irbit personali tagħha, u li b’konsegwenza tgħix daqqa f’post u daqqa f’ieħor differenti li jinsabu f’żewġ Stati Membri jew iktar għandha titqies il-post fejn għandha l-post tal-irbit personali tagħha, dment li din il-persuna tirritorna hemm regolarment. Din l-aħħar kundizzjoni ma teħtieġx li tkun issodisfata meta l-persuna tkun tgħix fi Stat Membru sabiex tagħmel xogħol ta’ tul definit. Attendenza f’università jew skola ma’ timplikax trasferiment ta’ residenza normali.

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 10(3), il-punt (b) u l-Artikolu 11(4), ir-residenza normali tal-persunal tas-servizzi diplomatiċi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, jew tal-membri tal-familji tagħhom li jiffurmaw parti mill-unitajiet domestiċi tagħhom, għandha titqies li hija fit-territorju tal-Istati Membri li ħarġu l-liċenzji tas-sewqan li qed jiġu mġedda jew sostitwiti.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “servizzi diplomatiċi tal-Unjoni” għandha tinkludi uffiċjali mid-dipartimenti rilevanti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll persunal sekondat minn servizzi diplomatiċi nazzjonali tal-Istati Membri u kwalunkwe impjegat jew kuntrattur ieħor li jaħdem għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni fil-qasam tar-rappreżentanza esterna u li, sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet kuntrattwali tagħhom, iridu jgħixu mill-inqas 181 jum fit-territorju ta’ pajjiż terz wieħed jew aktar f’sena kalendarja.

3.Meta d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan ma jkunx jista’ juri l-istabbiliment tar-residenza normali tiegħu fi Stat Membru partikolari skont il-paragrafu 1, id-detentur jista’, bħala l-aħħar riżorsa, ikollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu mġedda fl-Istat Membru li jkun ħariġha oriġinarjament.

4.B’deroga mill-Artikolu 10(1), il-punt (e), u għall-iskop speċifiku tal-ewwel ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B, applikant li l-Istat Membru ta’ residenza normali tiegħu jkun differenti mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tiegħu jista’ jkollu l-liċenzja tas-sewqan tiegħu maħruġa minn dan tal-aħħar, fejn l-Istat Membru ta’ residenza normali ma jipprevedix il-possibbiltà li jgħaddi t-testijiet teoretiċi jew prattiċi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew b’interpretu.

Artikolu 18

L-ekwivalenzi bejn il-mudelli tal-liċenzji standard mhux tal-Unjoni

1.L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ekwivalenzi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 64 bejn l-intitolamenti miksuba qabel id-19 ta’ Jannar 2013 u l-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

2.Kwalunkwe dritt ta’ sewqan mogħti qabel id-19 ta’ Januar 2013 ma għandux jitneħħa jew bi kwalunkwe mod jiġi kwalifikat bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 19

Assistenza reċiproka

1.L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-liċenzji li jkunu ħarġu, skambjaw, issostitwew, ġeddew, irrestrinġew, issospendew, irtiraw, ħassru jew irrevokaw, fuq l-iskwalifiki tas-sewqan li jkunu imponew jew li jkunu qed jippjanaw li jippromulgaw u għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jivverifikaw jekk applikant għal liċenzja tas-sewqan huwiex soġġett għal skwalifika tas-sewqan fi kwalunkwe Stat Membru. Huma għandhom jużaw in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE stabbilit għal dawk il-finijiet.

2.L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll in-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE għall-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet li ġejjin:

(a)biex jippermettu lill-awtoritajiet tagħhom jivverifikaw il-validità u l-awtentiċità ta’ liċenzja tas-sewqan matul il-kontrolli fuq il-ġenb tat-triq jew bħala parti minn miżuri kontra l-falsifikazzjoni;

(b)biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet li għandhom l-għan li jidentifikaw il-persuna responsabbli għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 ;

(c)biex jipprevjenu, jidentifikaw u jinvestigaw reati kriminali kif imsemmi fi [REFERENZA GĦAL PRÜM II];

(d)biex tiġi infurzata d-Direttiva (UE) 2022/2561;

(e)biex tiġi implimentata u infurzata [ID-DIRETTIVA ĠDIDA DWAR L-EFFETT MADWAR L-UNJONI TA’ ĊERTI SKWALIFIKI TAS-SEWQAN].

3.L-aċċess għan-network għandu jkun sikur. In-network għandu jipprovdi kemm għal skambju sinkroniku (f’ħin reali), kif ukoll għal dak mhux sinkroniku, ta’ informazzjoni, u biex jintbagħtu u jiġu riċevuti messaġġi, notifiki u hemżiet sikuri.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata permezz tan-network tkun aġġornata.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu aċċess għan-network lill-awtoritajiet kompetenti biss għall-finijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.L-Istati Membri għandhom jassistu wkoll lil xulxin fl-implimentazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan mobbli, b’mod partikolari biex jiggarantixxu l-interoperabbiltà bla xkiel bejn l-applikazzjonijiet u l-karatteristiċi ta’ verifika msemmija fil-Parti C tal-Anness I.

5.Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi nazzjonali konnessi man-network tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE u l-protezzjoni tad-data personali skambjata f’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha tadotta, sas-6 ta’ Ġunju 2026, atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti operazzjonali, tal-interfaċċa u tekniċi dettaljati tan-network tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 22(2).

6.L-Istati Membri jistgħu jikkooperaw fl-infurzar ta’ kwalunkwe restrizzjoni, sospensjoni, irtirar jew kanċellazzjoni parzjali tad-dritt għas-sewqan jew tal-liċenzja tas-sewqan, b’mod partikolari meta l-miżuri rispettivi jkunu limitati għal ċerti kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan jew għat-territorji ta’ ċerti Stati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ approvazzjonijiet fuq il-liċenzji tas-sewqan li jkunu ħarġu.

Artikolu 20

Rieżami

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-għadd ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija, inkluża d-data dwar il-ħruġ u l-użu ta’ liċenzji tas-sewqan mobbli. 

Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 5 snin], u kull 5 snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq is-sikurezza fit-toroq.

Artikolu 21

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.  

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(8), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 10(8) u fl-Artikolu 16(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 5 snin minn [Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn 9 xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta’ 5 snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal din l-estensjoni mhux iktar tard minn 3 xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(8), fl-Artikolu 5(6), fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 10(8) u fl-Artikolu 16(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.  

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.  

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.  

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(8), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 10(8) u l-Artikolu 16(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. 

Artikolu 22

Proċedura ta’ Kumitat  

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat dwar il-liċenzji tas-sewqan. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.  

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, qabel l-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika l-Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 23

Emendi għad-Direttiva (UE) 2022/2561

Fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2561, għandu jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c) mill-età ta’ 17-il sena, vettura fil-kategorija tal-liċenzja C, dment li jkollha CPC kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), u biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva [REFERENZA GĦAL DIN ID-DIRETTIVA];”

Artikolu 24

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1724

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/1724, huwa emendat kif ġej:

(a)fit-tieni kolonna, li tappartjeni għar-ringiela “Moviment”, tiżdied il-kaxxa li ġejja: “L-akkwist u t-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan”;

(b)fit-tielet kolonna, li tappartjeni għar-ringiela “Moviment”, tiżdied il-kaxxa li ġejja: “Ħruġ, skambju u sostituzzjoni ta’ liċenzji tas-sewqan tal-UE”.

Artikolu 25

Traspożizzjoni 

1.L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [data tal-adozzjoni + sentejn], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. 

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [data tal-adozzjoni + 3 snin]. 

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza. 

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

Tħassir

1.Id-Direttiva 2006/126/KE hija mħassra b’effett minn [data tal-adozzjoni + 3 snin].

Referenzi magħmula għad-Direttiva 2006/126/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

2.Ir-Regolament (UE) Nru 383/2012 huwa mħassar b’effett minn [data tal-adozzjoni + 3 snin].

3.Ir-referenzi magħmula għar-Regolament (UE) Nru 383/2012 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Parti B tal-Anness I għal din id-Direttiva, u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VII.

Artikolu 27

Dħul fis-seħħ 

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 28

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

It-trasport, is-sikurezza fit-toroq

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 66  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettivi ġenerali huma li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq u li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

It-titjib tal-ħiliet, tal-għarfien u tal-esperjenza tas-sewqan, u t-tnaqqis u l-ikkastigar tal-imġiba perikoluża.

L-iżgurar ta’ saħħa fiżika u mentali adegwata tas-sewwieqa madwar l-UE.

It-tneħħija ta’ ostakli inadegwati jew mhux meħtieġa li jaffettwaw lill-applikanti u lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Huma mistennija effetti soċjetali pożittivi f’termini ta’ impatti fuq is-sikurezza fit-toroq u fuq il-moviment liberu tal-persuni.Huwa stmat li madwar 1 153 ħajja jiġu salvati u 11 020 korriment serju jiġu evitati matul l-2025-2050, meta mqabbla mal-linja bażi, billi jittejbu l-ħiliet u l-għarfien tas-sewwieqa, u billi jitnaqqas l-għadd ta’ sewwieqa fit-toroq tal-Unjoni li għandhom imġiba perikoluża jew li ma humiex tajba medikament biex isuqu. F’termini monetarji, it-tnaqqis fil-kostijiet esterni tal-aċċidenti huwa stmat għal madwar EUR 7,1 biljun, espress bħala valur preżenti matul l-2025-2050 meta mqabbel mal-linja bażi.Barra minn hekk, il-miżuri huma mistennija li jneħħu ostakli mhux iġġustifikati jew mhux meħtieġa biex jinkisbu, jiġu rikonoxxuti jew jiġġeddu d-drittijiet tas-sewqan. B’mod partikolari għar-residenti fl-Unjoni Ewropea u għad-detenturi ta’ liċenzji tas-sewqan barranin miksuba fi Stat Membru ieħor għajr il-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħhom, is-sewwieqa ta’ vannijiet u campervans li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, persuni li jbatu mid-diabetes mellitus u sewwieqa professjonali. 

Fl-aħħar nett, huma mistennija effetti pożittivi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi (iffrankar tal-kostijiet ta’ EUR 4,8 biljun), għas-settur privat (iffrankar tal-kostijiet ta’ EUR 1,5 biljun) u għaċ-ċittadini (iffrankar tal-kostijiet ta’ EUR 6,6 biljun) meta mqabbel mal-linja bażi, espress bħala valur preżenti matul il-perjodu tal-2025-2050, b’mod partikolari minħabba l-armonizzazzjoni sħiħa tal-validità amministrattiva u l-introduzzjoni tal-liċenzja tas-sewqan mobbli tal-UE.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Peress li l-objettiv ġenerali huwa t-titjib tas-sikurezza fit-toroq, l-indikatur ewlieni biex jitkejjel is-suċċess tal-inizjattiva jkun tnaqqis fl-għadd ta’ fatalitajiet fit-toroq u fl-għadd ta’ persuni serjament korruti f’aċċidenti li għalihom is-sewwieq jitqies bħala waħda mill-kawżi. Għal dak il-għan, l-għadd ta’ aċċidenti se jitqies b’mod totali u meta jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet (eż. dawk li jinvolvu vettura waħda biss jew dawk fejn is-sewwieq kien ġdid jew fiżikament/mentalment mhux tajjeb għas-sewqan). L-indikatur se jkollu jqis ukoll l-iżviluppi ġenerali tas-sikurezza fit-toroq u l-evoluzzjoni tat-traffiku fit-toroq u tan-numri tal-liċenzji f’kull Stat Membru (biex jitqiesu fatturi possibbli oħra).

Fir-rigward tat-tieni objettiv ġenerali li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-persuni, l-indikatur ewlieni biex jitkejjel is-suċċess tal-inizjattiva se jkun it-tnaqqis fl-għadd ta’ lmenti u kawżi tal-qorti fir-rigward tal-proċeduri tal-liċenzji tas-sewqan.

Madankollu, l-indikaturi relatati maż-żewġ objettivi se jkomplu jkunu relattivament diffiċli biex jiġu vvalutati minħabba d-diversi kawżi sottostanti ta’ aċċidenti, in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ data u l-għadd baxx ta’ lmenti u kawżi tal-qorti fir-rigward tal-proċeduri tal-liċenzji tas-sewqan.

Għall-objettiv “It-titjib tal-ħiliet tas-sewqan, l-għarfien u l-esperjenza u t-tnaqqis u l-ikkastigar tal-imġiba perikoluża”, is-suċċess se jitkejjel fuq kemm l-istandards dwar il-ħiliet, l-għarfien, u l-perjodi ta’ prova li għandhom jiġu ssodisfati għall-ewwel ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan ikunu armonizzati u l-imġiba perikoluża tiġi ssanzjonata irrispettivament mir-residenza tal-awturi tar-reati.

Dwar “is-saħħa għas-sewqan”, is-sehem ta’ sewwieqa li jiġu skrinjati b’mod mediku regolarment, skont l-istatus tas-saħħa u l-età se jkun kejl ta’ suċċess. Għat-tneħħija tal-ostakli li jaffettwaw lill-applikanti u lid-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan, l-għadd ta’ Stati Membri li joħorġu liċenzji tas-sewqan mobbli u/jew li jirrikonoxxu l-liċenzji tas-sewqan mobbli tal-UE se jkun kejl ta’ suċċess, kif ukoll għadd baxx ta’ lmenti u kawżi tal-qorti fejn ir-residenza normali hija ostaklu għar-rikonoxximent ta’ drittijiet tas-sewqan eżistenti.

Il-Kummissjoni se timmonitorja l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din l-inizjattiva permezz ta’ diversi azzjonijiet u sett ta’ indikaturi ewlenin li se jkejlu l-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi operazzjonali. Is-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li jwettqu evalwazzjoni biex jivverifikaw sa liema punt ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva 5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni tal-att leġiżlattiv.

Strumenti ta’ monitoraġġ stabbiliti (eż., il-bażi tad-data CARE) se jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-korrelazzjoni bejn l-aċċidenti tat-triq u l-liċenzji tas-sewqan. Ir-rappurtar se jinkludi informazzjoni dwar l-għadd ta’ aċċidenti b’korrimenti u/jew b’fatalitajiet kif ukoll dwar is-sewwieqa involuti bħall-età, il-validità u d-data tal-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tagħhom u r-riżultati tat-testijiet tad-droga/tal-alkoħol tagħhom. Sabiex, sa fejn ikun possibbli, jiġu sseparati l-effetti tad-Direttiva riveduta minn fatturi oħra, l-istatistika dwar l-għadd ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa se tinkiseb mill-Istati Membri. Dan għandu jippermetti li tiġi vvalutata l-evoluzzjoni relattiva tas-sikurezza fit-toroq għall-gruppi ewlenin ta’ sewwieqa affettwati mir-reviżjoni (eż., sewwieqa ġodda, sewwieqa b’kundizzjonijiet tas-saħħa).

L-istatistika se tkompli tiġi prodotta wkoll mill-Kummissjoni rigward l-użu tan-network RESPER għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan, stabbilit skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/126/KE. Il-Kummissjoni tista’ tesplora wkoll il-possibbiltà li tikkomplementa din l-informazzjoni bl-istatistika prodotta mill-EUCARIS, l-applikazzjoni użata minn diversi Stati Membri biex jikkonnettjaw mar-RESPER.

Fir-rigward tal-interoperabbiltà tal-liċenzja tas-sewqan mobbli tal-UE, grupp ta’ ħidma ddedikat fi ħdan il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva se jimmonitorja l-progress bl-objettiv li jidentifika u jsolvi kwistjonijiet potenzjali.

Il-Kummissjoni se tistieden ukoll lill-Istati Membri biex jikkondividu l-istatistika miksuba mir-reġistri nazzjonali, kif sar fil-qafas tal-istudju ta’ appoġġ għal din il-valutazzjoni tal-impatt, dwar l-għadd ta’ liċenzji maħruġa għal kull kategorija, għal kull ġeneru u għal kull grupp ta’ età.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Din l-inizjattiva tal-UE tipprevedi r-raba’ sett suċċessiv ta’ regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-liċenzji tas-sewqan (introdotti għall-ewwel darba fl-1980 mid-Direttiva 80/1263/KEE) 67 . Dawk ir-regoli kkontribwew biex jitnaqqsu l-fatalitajiet fit-toroq b’61,5 % minn madwar 51 400 fl-2001 għal madwar 19 800 fl-2021. Madankollu, it-titjib fis-sikurezza fit-toroq ma kienx b’saħħtu daqs kemm kien meħtieġ.

Biex ikomplu jitnaqqsu l-fatalitajiet u l-korrimenti fit-toroq tal-UE, il-proposta tinkorpora diversi miżuri bħaż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, inkluża l-introduzzjoni ta’ liċenzji diġitali tas-sewqan, l-aġġornament għall-progress teknoloġiku bħas-sistemi awtomatizzati tas-sewqan u s-sostenibbiltà. Waħda mill-emendi minħabba l-elettrifikazzjoni tal-flotta attwali tal-karozzi fl-Ewropa hija li l-gearbox awtomatiku se jsir l-istandard fl-eżamijiet tat-taħriġ u tas-sewqan, bl-użu mill-ġdid konsegwenti tal-limitazzjoni tal-kodiċi 78.

Ir-rekwiżiti tat-taħriġ jiġu aġġornati wkoll inkluż bl-użu ta’ mezzi diġitali, kif ukoll bil-metodi għall-verifika u l-garanzija tas-saħħa adegwata għas-sewqan. Qed nikkunsidraw ukoll l-introduzzjoni ta’ skema ta’ taħriġ ibbażata fuq sewqan akkumpanjat, sabiex is-sewwieqa ġodda jsuqu aktar kilometri filwaqt li jkunu akkumpanjati qabel ma jiksbu l-liċenzja tas-sewqan tagħhom. Dan ma jaffettwax l-età minima biex wieħed isuq mhux akkumpanjat, iżda jirrifletti l-aħjar prattika minn diversi Stati Membri.

Il-proposta tibni wkoll fuq l-esperjenza miksuba f’diversi Stati Membri fir-rigward tal-perjodi ta’ prova, bl-introduzzjoni ta’ perjodu ta’ sentejn li fih sewwieqa ġodda jkunu soġġetti għal regoli aktar stretti. Il-proposta ttejjeb ukoll l-aċċessibbiltà sikura għal-liċenzji tas-sewqan miċ-ċittadini kollha tal-UE u miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u se tipproponi soluzzjonijiet biex l-Istati Membri jingħataw aktar setgħa biex inaqqsu l-għadd ta’ sewwieqa perikolużi fit-toroq tal-UE.

1.5.2.Valur miżjud

Mingħajr dan l-intervent tal-UE, il-kooperazzjoni dwar il-liċenzji tas-sewqan bejn l-Istati Membri tiġi żgurata permezz ta’ ftehimiet bilaterali jew multilaterali li jirriżultaw f’kumplessità ogħla tas-sistema ta’ liċenzjar u piż amministrattiv ogħla għad-detenturi tal-liċenzji. Barra minn hekk, xi wħud mill-kwistjonijiet li jifdal illum huma dovuti għal implimentazzjonijiet differenti tad-Direttiva fl-Istati Membri. 

Is-sewwieqa jistgħu jiffaċċaw ukoll kwistjonijiet amministrattivi meta jivvjaġġaw lejn Stati Membri li ma humiex partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna, pereżempju r-rekwiżit li jkollhom permess internazzjonali tas-sewqan. Fl-aħħar nett, meta jibdlu r-residenza fl-UE, id-detenturi tal-liċenzji tas-sewqan tal-UE jkollhom jiksbu liċenzja tas-sewqan ġdida maħruġa mill-pajjiż ta’ residenza l-ġdid tagħhom, jew permezz ta’ skambju amministrattiv, jew billi jgħaddu mit-test tas-sewqan bħal kwalunkwe applikant ieħor.  

Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan ivarjaw, u dan jirriżulta fi trattament mhux ugwali taċ-ċittadini tal-UE u inqas effettività f’termini ta’ sikurezza fit-toroq.  

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Kif imsemmi fil-punt 1.5.1, ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan se tirriżulta fl-adozzjoni tar-raba’ att li jindirizza dan is-suġġett. L-ewwel tliet Direttivi diġà kkontribwew b’mod sinifikanti għal titjib tas-sikurezza fit-toroq u tal-moviment liberu tal-persuni, li jirriżulta f’sewwieqa li huma aktar kwalifikati u infurmati u li huma aktar adattati biex isuqu. Barra minn hekk, l-impunità tal-awturi tar-reati tat-traffiku tnaqqset bl-introduzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan unika fl-UE u bl-istabbiliment tan-network RESPER.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Ir-reviżjoni proposta tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan hija konsistenti ma’ strumenti oħra tal-UE u ma’ politiki rilevanti tal-UE, kif ukoll ma’ obbligi internazzjonali (konvenzjonijiet tal-NUKEE dwar it-traffiku fit-toroq ta’ Ġinevra 1949 u Vjenna 1968). Id-Direttiva tirregola d-drittijiet tas-sewqan skont il-kategoriji tal-vetturi. Ċerti kategoriji huma definiti b’referenza għar-regoli tal-UE, jiġifieri:

ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli 68 , li jippermetti li jiġu identifikati t-tipi ta’ mopeds, muturi, triċikli u kwadriċikli bil-mutur.

id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali 69 , li jippermettu li jiġu identifikati t-tipi ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

Id-Direttiva tiddetermina wkoll l-età minima biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan għal sewwieqa professjonali (futuri), li huma soġġetti għad-Direttiva (UE) 2022/2561 dwar il-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ merkanzija jew passiġġieri 70 .

Barra minn hekk, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali japplikaw ukoll għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-liċenzji tas-sewqan, b’mod partikolari:

ir-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni Ewropea u dwar il-moviment liberu ta’ tali data 71 ;

ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) 72 ; u d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 73 .

Fl-aħħar nett, fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat proposta 74 għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 75 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea. Dan il-qafas il-ġdid jipprovdi elementi kostitwenti rilevanti għal-liċenzji tas-sewqan mobbli. B’mod partikolari, l-identità elettronika u, potenzjalment, il-karatteristiċi tal-portafolli elettroniċi jistgħu jintużaw biex tiġi żviluppata soluzzjoni interoperabbli għal-liċenzji tas-sewqan mobbli tal-UE.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tad-Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan mal-istrumenti legali l-oħra dwar aspetti tal-infurzar tar-regoli tat-traffiku fit-toroq, hemm stabbilit pakkett ta’ negozjar, li jikkonsisti minn tliet inizjattivi – minbarra din il-proposta għal Direttiva ġdida dwar il-liċenzji tas-sewqan, fih ukoll proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 għall-iffaċilitar tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u proposta għal Direttiva dwar l-effett fl-Unjoni kollha ta’ ċerti skwalifiki tas-sewqan.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet ta’ darba fl-2025 u l-kostijiet ta’ aġġustament kontinwi tal-Kummissjoni sal-2050 huma prinċipalment relatati mal-istabbiliment ta’ grupp ta’ esperti biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki fir-rigward tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan u jiżviluppaw programm ta’ taħriġ online dwar is-saħħa għas-sewqan għall-prattikanti mediċi ġenerali. L-istabbiliment ta’ dawk iż-żewġ inizjattivi ma jirrikjedix żieda fir-riżorsi umani.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 76  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi jew lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

L-implimentazzjoni tal-proposta teħtieġ l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ grupp ta’ esperti biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jaqsmu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki fir-rigward tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan u jiżviluppaw programm ta’ taħriġ online dwar is-saħħa għas-sewqan għall-prattikanti mediċi ġenerali. L-istabbiliment ta’ dawk l-inizjattivi ma jeħtieġx żieda fir-riżorsi umani.

-    il-kostijiet rikorrenti ta’ aġġustament bejn l-2025-2028 imġarrba mill-istabbiliment tal-grupp ta’ esperti biex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni u l-aħjar prattiki fir-rigward tas-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan huma stmati għal EUR 30 000 fis-sena.

-    il-kostijiet ta’ aġġustament mhux rikorrenti (ta’ darba) ta’ EUR 80 000 huma previsti fl-2025 imġarrba mill-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ online dwar is-saħħa għas-sewqan għall-prattikanti mediċi ġenerali;

-    il-kostijiet ta’ aġġustament kontinwi (aġġornament tal-programm ta’ taħriġ online dwar is-saħħa għas-sewqan għall-prattikanti mediċi ġenerali) stmati għal madwar EUR 80 000 kull 5 snin.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-kompiti implimentati direttament mid-DĠ MOVE se jsegwu ċ-ċiklu annwali tal-ippjanar u l-monitoraġġ, kif implimentat fil-Kummissjoni u fl-aġenziji eżekuttivi, inkluż ir-rapportar tar-riżultati permezz tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ MOVE.

Skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar l-għadd ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa, imġedda, sostitwiti, irtirati u skambjati, għal kull kategorija, inkluża d-data dwar il-ħruġ u l-użu ta’ liċenzji tas-sewqan mobbli.

Il-Kummissjoni tivvaluta wkoll it-traspożizzjoni korretta tad-Direttiva mill-Istati Membri.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-unità fi ħdan id-DĠ MOVE responsabbli għall-qasam tal-politika se timmaniġġa l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

In-nefqa se tiġi implimentata taħt ġestjoni diretta, b’applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. L-istrateġija ta’ kontroll għall-akkwisti u l-għotjiet fid-DĠ MOVE tinkludi kontrolli legali, operazzjonali u finanzjarji ex ante speċifiċi dwar il-proċeduri (inkluż, għall-akkwisti; rieżami mill-kumitat konsultattiv għall-akkwist u l-kuntratti) kif ukoll dwar l-iffirmar ta’ kuntratti u ftehimiet. Barra minn hekk, in-nefqa li ssir għall-akkwist ta’ oġġetti u ta’ servizzi hija soġġetta għal kontrolli ex ante u, fejn ikun meħtieġ, għal kontrolli ex post u finanzjarji.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kompiti relatati mal-istabbiliment tal-mekkaniżmu, ir-riskji identifikati huma marbuta mal-użu tal-proċeduri tal-akkwist: dewmien, disponibbiltà tad-data, informazzjoni f’waqtha lis-suq, eċċ. Dawn ir-riskji huma koperti fil-qafas tar-Regolament Finanzjarju u huma mmitigati mis-sett ta’ kontrolli interni użati mid-DĠ MOVE għal akkwist ta’ dan il-valur.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagamenti u fl-għeluq) 

Id-DĠ MOVE jirrapporta kull sena, fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, dwar il-kost tal-kontroll tal-attivitajiet tiegħu. Il-profil tar-riskju u l-kost tal-kontrolli għall-attivitajiet tal-akkwist huma konformi mar-rekwiżiti.

Iż-żieda baġitarja mitluba tapplika għall-istabbiliment u l-għarfien ta’ pjattaforma ta’ informazzjoni għall-awtoritajiet biex jiskambjaw dwar is-saħħa fiżika u mentali għas-sewqan u jiżviluppaw programm ta’ taħriġ (online) għall-prattikanti mediċi ġenerali. Fir-rigward tal-attivitajiet ta’ kontroll relatati mas-sistemi tal-IT żviluppati jew ġestiti mid-direttorat responsabbli għall-proposta, il-kumitat ta’ tmexxija tal-IT qed jimmonitorja regolarment il-bażijiet tad-data tad-direttorat u l-progress li jkun sar, filwaqt li jqis is-simplifikazzjoni u l-kosteffiċjenza tar-riżorsi tal-IT tal-Kummissjoni.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri regolari ta’ prevenzjoni u protezzjoni tal-Kummissjoni japplikaw, speċifikament:

- Pagamenti għal kwalunkwe servizz huma ċċekkjati mill-persunal tal-Kummissjoni qabel il-pagament, filwaqt li jitqies kwalunkwe obbligu kuntrattwali, prinċipju ekonomiku u prattika finanzjarja jew maniġerjali tajba. Id-dispożizzjonijiet kontra l-frodi (superviżjoni, rappurtar, rekwiżiti, eċċ.) se jiġu inklużi fil-ftehimiet u l-kuntratti kollha konklużi bejn il-Kummissjoni u r-riċeventi ta’ kwalunkwe pagament.

- Biex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra kontra l-liġi, għandhom japplikaw mingħajr restrizzjonijiet id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Id-DĠ MOVE adotta Strateġija Kontra l-Frodi (AFS) riveduta fl-2020. L-AFS tal-MOVE hija bbażata fuq l-Istrateġija tal-Kummissjoni kontra l-Frodi u twettqet valutazzjoni tar-riskju speċifika internament biex tidentifika l-oqsma l-aktar vulnerabbli għall-frodi, il-kontrolli diġà fis-seħħ u l-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb il-kapaċità tad-DĠ MOVE li tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi l-frodi.

Id-dispożizzjonijiet kuntrattwali applikabbli għall-akkwist pubbliku jiżguraw li l-awditi u l-verifiki fuq il-post jistgħu jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, permezz tad-dispożizzjonijiet standard irrakkomandati mill-OLAF.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 77 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 78

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali 79

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

01

02.200401

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati jew mill-kandidati potenzjali

minn pajjiżi terzi oħra

dħul assenjat ieħor

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt. Ma hija se tkun meħtieġa l-ebda approprjazzjoni addizzjonali. L-ammonti meħtieġa għall-finanzjament tal-proġett se jiġu riallokati mill-approprjazzjonijiet diġà pprogrammati fil-programmazzjoni finanzjarja uffiċjali skont il-punti speċifiċi tal-baġit.

Miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

01

Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

DĠ MOVE

Sena 

2025

Sena 

2026

Sena 

2027

Sena 

2028

TOTAL

2025-2028

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 80 02.200401

Impenji

(1a)

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Pagamenti

(2a)

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 81  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ MOVE

Impenji

=1a+1b +3

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Pagamenti

=2a+2b

+3

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Pagamenti

(5)

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA <01> 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Pagamenti

=5+ 6

0,110

0,030

0,030

0,030

0,200

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

Miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

□ Riżorsi umani

□ Nefqa amministrattiva oħra

Approprjazzjonijiet <...….>

 TOTAL tad-DĠ 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

Miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 82

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 83

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 84

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 85

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 86  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal Full Time: FTE) 87

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   88

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

L-ammonti meħtieġa għall-finanzjament tal-proġett se jiġu riallokati mil-linja baġitarja 02.200401.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 89

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa 

Miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 90

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    ĠU L 375, 31.12.1980, p. 1 EUR-Lex - 31980L1263 - EN - EUR-Lex (europa.eu)
(2)    ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1 EUR-Lex - 31991L0439 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(3)    ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18 EUR-Lex - 02006L0126-20201101 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(4)    L-ewwel Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan (id-Direttiva 80/1263/KEE) introduċiet l-ewwel sett ta’ regoli fl-UE fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-iskemi nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ mudell Komunitarju tal-liċenzja, id-definizzjoni preliminari tal-kategoriji tal-vetturi, u billi stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu jew jiġu skambjati l-liċenzji tas-sewqan madwar l-UE. Dawn ir-regoli ġew raffinati u estiżi ulterjorment fit-tieni Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan (id-Direttiva 91/439/KEE). L-aktar importanti, ġie stabbilit ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri u ġew introdotti rekwiżiti għal età minima biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan. It-tielet Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan (id-Direttiva 2006/126/KE) ġiet approvata f’Diċembru 2006 u ġiet emendata 11-il darba bejn l-2009 u l-2020, l-aktar biex tittejjeb l-armonizzazzjoni tal-istandards u tar-rekwiżiti komuni, kif ukoll biex tiġi adattata għall-iżviluppi teknoloġiċi.
(5)    Ara:
https://eumos.eu/wp-content/uploads/2017/07/Valletta_Declaration_on_Improving_Road_Safety.pdf ; f’Ġunju 2017, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar is-sikurezza fit-toroq li japprovaw id-Dikjarazzjoni tal-Belt Valletta (ara d-dokument 9994/17).
(6)    L-Anness I ta’ COM(2018) 293 final (Ewropa Attiva. Mobbiltà sostenibbli għall-Ewropa: sikura, konnessa u nadifa) EUR-Lex - 52018DC0293 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(7)    SWD(2019) 283 final https://transport.ec.europa.eu/system/files/2021-10/SWD2190283.pdf  
(8)    COM(2020) 789 final EUR-LEX - 52020DC0789 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(9)    P9_ta(2021)0407 https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0407_MT.pdf  
(10)    COM(2021) 645 final EUR-LEX - 52021DC0645 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(11)    SWD(2021) 305 final Regolamentazzjoni aħjar (europa.eu)
(12)    SWD(2023) 128 final
(13)    SWD(2022) 17 final EUR-LEX - 52022SC0017 - EN - EUR-LEX (europa.eu)
(14)    Diġà disponibbli (Spanja, id-Danimarka, il-Greċja, il-Polonja, il-Portugall) u qed jiġu kkunsidrati (l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, In-Netherlands, l-Iżvezja) skont id-dokument informali 10 tal-NUKEE tat-13 ta’ Settembru 2022 u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni.
(15)     https://sdgs.un.org/#goal_section
(16)    L-Għan #11 u l-Mira 11.2 tal-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030 ( https://sdgs.un.org/2030agenda )
(17)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1) EUR-Lex - 32021R1119 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(18)    COM(2021) 400 final EUR-LEX - 52021DC0400 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(19)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1) EUR-Lex - 32018R1724 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(20)    Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità tat-13 ta’ Diċembru 2006 li għaliha l-UE ilha Parti mill-21 ta’ Jannar 2011
(21)    COM(2023) 126 final
(22)    ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9 EUR-Lex - 32015L0413 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(23)    COM(2023) 128 final
(24)    ĠU L 330, 23.12.2022, p. 46 EUR-Lex - 32022L2561 - MT - EUR-Lex (europa.eu)  
(25)    Li tistabbilixxi regoli speċjali għall-kwalifika u t-taħriġ ta’ sewwieqa professjonali ta’ dawk il-vetturi
(26)    Li tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri meta reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq jitwettqu b’vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor
(27)    Ir-Regolament (EU) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1  EUR-Lex - 02019R2144-20220905 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(28)    Li jipprevedi t-tagħmir obbligatorju ta’ vetturi ġodda b’karatteristiċi ta’ sikurezza avvanzati
(29)    SWD(2019) 283 final https://transport.ec.europa.eu/system/files/2021-10/SWD2190283.pdf  
(30)    ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59 EUR-Lex - 01996L0053-20190814 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(31)    ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52 EUR-Lex - 02013R0168-20201114 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(32)    ĠU L 330, 23.12.2022, p. 46 EUR-Lex - 32022L2561 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(33)    ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1 EUR-Lex - 32016R0679 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(34)

   COM(2021) 281 final EUR-LEX - 52021PC0281 - MT - EUR-LEX (europa.eu)

(35)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73 EUR-LEX - 32014R0910 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(36)    ĠU C 115, 9.5.2008, p. 85 EUR-Lex - 12008E091 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(37)    Spanja, Malta, Ċipru u l-Irlanda
(38)    Il-Konvenzjoni dwar it-Traffiku fit-Toroq konkluża fi Vjenna fit-8 ta’ Novembru 1968
(39)    SWD(2022) 17 final
(40)    ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9. EUR-Lex - 32015L0413 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(41)    ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1–40 EUR-Lex - 32019R2144 - MT - EUR-Lex (europa.eu)
(42)    SWD(2023) 128 final
(43)    RSB/RM/cdd – rsb(2022)7907617
(44)    Pereżempju, jekk persuna tkun awtorizzata issuq mutur ħafif b’liċenzja tal-kategorija B fil-pajjiż ta’ residenza tagħha, hija tkun tista’ tagħmel l-istess fi kwalunkwe Stat Membru ieħor li jkun applika l-istess ekwivalenza fakultattiva.
(45)    COM(2021) 118 final EUR-LEX - 52021DC0118 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(46)    COM(2021) 645 final EUR-LEX - 52021DC0645 - MT - EUR-LEX (europa.eu)
(47)    ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13
(48)    ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1
(49)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14
(50)    ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32012R0383
(51)    ĠU C , , p. .
(52)    ĠU C , , p. .
(53)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(54)    Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).
(55)    Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1)
(56)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(57)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(58)    Id-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta’ sewwieqa ta’ ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta’ merkanzija jew passiggieri (ĠU L 330, 23.12.2022, p. 46).
(59)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012 tal-4 ta’ Mejju 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mezzi għall-ħażna (mikroċipp) (ĠU L 120, 5.5.2012, p. 1).
(60)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(61)    Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(62)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(63)    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(64)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1945 tal-14 ta’ Ottubru 2016 dwar l-ekwivalenzi bejn kategoriji ta’ liċenzji tas-sewqan (ĠU L 302, 9.11.2016, p. 62).
(65)    Id-Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 9).
(66)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(67)    L-ewwel Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan (id-Direttiva 80/1263/KEE) introduċiet l-ewwel sett ta’ regoli fl-UE fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-iskemi nazzjonali tal-liċenzji tas-sewqan, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ mudell Komunitarju tal-liċenzja, id-definizzjoni preliminari tal-kategoriji tal-vetturi, u billi stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jinħarġu jew jiġu skambjati l-liċenzji tas-sewqan madwar l-UE. Dawn ir-regoli ġew raffinati u estiżi ulterjorment fit-tieni Direttiva dwar il-liċenzji tas-sewqan (id-Direttiva 91/439/KEE). L-aktar importanti, ġie stabbilit ir-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan maħruġa mill-Istati Membri u ġew introdotti rekwiżiti għal età minima biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan. Id-Direttiva 2006/126/KE ġiet approvata f’Diċembru 2006 u ġiet emendata 11-il darba bejn l-2009 u l-2020, l-aktar biex tittejjeb l-armonizzazzjoni tal-istandards u r-rekwiżiti komuni, kif ukoll biex tadatta għall-iżviluppi teknoloġiċi
(68)

   ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52–128

(69)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:01996L0053-20190814 ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59–75
(70)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02003L0059-20190726 ĠU L 226, 10.9.2003, p. 4–17
(71)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32018R1725 ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39–98
(72)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02016R0679-20160504 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1–88
(73)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89
(74)

    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=COM%3A2021%3A281%3AFIN  

(75)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern, ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73
(76)    Id-dettalji tal-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BUDGpedia: https://myintracomm.ec.europa.eu/corp/budget/financial-rules/budget-implementation/Pages/implementation-methods.aspx
(77)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(78)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(79)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(80)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(81)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(82)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(83)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(84)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(85)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(86)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(87)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(88)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(89)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(90)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 1.3.2023

COM(2023) 127 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-liċenzji tas-sewqan, li temenda d-Direttiva (UE) 2022/2561 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 383/2012

{SEC(2023) 350 final} - {SWD(2023) 128 final} - {SWD(2023) 129 final}


ANNESS I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN MAĦRUĠIN MILL-ISTATI MEMBRI

PARTI A1: SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI GĦAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN FIŻIKA

(1)Il-karatteristiċi fiżiċi tal-karta tal-mudell tal-Unjoni tal-liċenzja tas-sewqan għandhom ikunu f’konformità mal-ISO 7810 u l-ISO 7816-1.

Il-karta għandha tkun magħmula minn polikarbonat.

Il-metodi għall-ittestjar tal-karatteristiċi tal-liċenzji tas-sewqan bil-għan li tkun ikkonfermata l-konformità tagħhom mal-istandards internazzjonali għandhom ikunu f’konformità mal-ISO 10373.

(2)Il-liċenzja għandu jkollha żewġ naħat u għandha tikkonforma mal-mudell fl-illustrazzjoni 1.

Naħa 1                        Naħa 2 

 

Illustrazzjoni 1: Mudell tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE

(3)Il-liċenzja għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fil-Parti D kif ġej: 

In-Naħa 1 għandu jkun fiha: 

(a)il-kliem “Liċenzja tas-sewqan” stampati b’tipa kbira bil-lingwa jew bil-lingwi tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja.;

(b)l-isem tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja (fakultattiv);

(c)il-marka distintiva tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja, stampata fin-negattiv f’rettangolu blu u mdawwar b’ċirku ta’ 12-il stilla safra, kif stabbilit fil-punt 1 tal-Parti D;

(d)informazzjoni speċifika għal-liċenzja maħruġa (oqsma 1 sa 9), kif stabbilit fil-punt 3 tal-Parti D;

(e)il-kliem “Mudell tal-Unjoni Ewropea” fil-lingwa/i tal-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja u l-kliem “Liċenzja tas-Sewqan” fil-lingwi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stampati bir-roża biex jiffurmaw l-isfond tal-liċenzja, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Parti D.

In-Naħa 2 għandu jkun fiha: 

(a)informazzjoni speċifika għall-kategoriji tal-liċenzja maħruġa (oqsma 9 sa 12), kif stabbilit fil-punt 4 tal-Parti D; 

(b)informazzjoni speċifika għall-amministrazzjoni tal-liċenzja (oqsma 13 u 14), kif stabbilit fil-punt 5 tal-Parti D;

(c)spjegazzjoni tal-oqsma numerati li ġejjin li jidhru fuq in-naħat 1 u 2 tal-liċenzja: 1, 2, 3, 4a, 4b, 4c, 5, 10, 11 u 12.

Jekk xi Stat Membru jixtieq jagħmel l-iskrizzjonijiet f’xi lingwa nazzjonali għajr waħda mil-lingwi li ġejjin: il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, in-Netherlandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol jew l-Iżvediż, dan għandu jifformola verżjoni tal-liċenzja b’żewġ lingwi u għandu juża waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan l-Anness.

Għandu jiġi riżervat spazju fuq il-mudell tal-Unjoni tal-liċenzja tas-sewqan sabiex fih ikunu jistgħu jiddaħħlu xi mikroċipep jew apparat simili tal-kompjuter, jew għall-istampar possibbli ta’ kodiċi QR.

Ir-referenzi tal-kulur għandhom ikunu kif ġej:

blu: Pantone Reflex Blue;

isfar: Pantone Yellow.

(4)Dispożizzjonijiet speċjali

(a)Fil-każ li detentur ta’ liċenzja tas-sewqan, maħruġa minn Stat Membru f’konformità ma’ dan l-Anness, ikollu r-residenza normali tiegħu fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru jista’ jdaħħal fil-liċenzja tali informazzjoni li hija essenzjali għall-amministrazzjoni tagħha, diment li jdaħħal ukoll din it-tip ta’ informazzjoni fil-liċenzji li huwa joħroġ u diment li jibqa’ biżżejjed spazju għal dan il-għan.

(b)L-Istati Membri jistgħu jżidu kuluri jew markaturi bħal barcodes u simboli nazzjonali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn f’dan l-Anness. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

Fil-kuntest tar-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji tas-sewqan, il-barcode ma għandux jinkludi informazzjoni għajr dik li diġa’ tista’ tinqara fuq liċenzja tas-sewqan jew li tkun essenzjali għall-proċess ta’ ħruġ tal-liċenzja.

(c)L-informazzjoni miġbura fuq in-naħa ta’ quddiem u fuq in-naħa ta’ wara tal-karta għandha tkun tinqara sew bl-għajnejn, u għall-kampijiet 9 sa 12 fuq in-Naħa 2 għandu jintuża karattru li jkollu għoli minimu ta’ 5 punti.

PARTI A2: SPEĊIFIKAZZJONIJIET KONTRA L-FALSIFIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN FIŻIKA 

(1)Is-sigurtà fiżika tal-liċenzji tas-sewqan hija mhedda minn: 

(a)il-produzzjoni ta’ karti ffalsifikati: il-ħolqien ta’ oġġett ġdid li jkollu xebħ kbir mad-dokument, jew billi jsir mil-bidu nett jew billi jiġi kkupjat minn dokument oriġinali;

(b)tibdil materjali: it-tibdil ta’ xi komponent ta’ dokument oriġinali, pereżempju tibdil f’xi data stampata fuq id-dokument.

(2)Is-sigurtà ġenerali għandha tkun fis-sistema fit-total tagħha, li tikkonsisti mill-proċess tal-applikazzjoni, mit-trażmissjoni tad-data, mill-materjal użat għall-karta, mit-teknika tal-istampar, mis-sett minimu ta’ elementi tas-sigurtà differenti u mill-proċess ta’ personalizzazzjoni.

(3)Il-materjal użat għal-liċenzji tas-sewqan għandu jiġi protett kontra l-falsifikazzjoni billi jintużaw it-tekniki li ġejjin (elementi tas-sigurtà obbligatorji):

(a)il-materjal tal-karta għandu jkun mingħajr illuminant ottiku;

(b)disinn ta’ sigurtà fl-isfond iddisinjat sabiex ikun protett kontra l-falsifikazzjoni permezz ta’ skennjar, stampar jew ikkopjar, permezz ta’ stampar qawsalla bl-użu ta’ inka ta’ sigurtà li jkollha aktar minn kulur wieħed u stampar b’guilloche pożittiv u negattiv. Id-disinn ma għandux ikun kompost minn kuluri primarji (CMYK), għandu jkollu disinji bi struttura kumplessa f’mill-anqas żewg kuluri speċjali u għandu jinkludi ittri stampati b’mod mikro;

(c)elementi varjabbli ottiċi li jipprovdu l-protezzjoni meħtieġa kontra l-ikkopjar u tbagħbis tar-ritratt;

(d)inċiżjoni bil-laser;

(e)fiż-żona tar-ritratt, l-isfond tad-disinn ta’ sigurtà u r-ritratt għandhom jirkbu fuq xulxin mill-anqas fix-xifer tar-ritratt (disinn li jiġi attenwat gradwalment).

(4)Barra minn hekk, il-materjal li jintuża għal-liċenzji tas-sewqan għandu jkun protett ukoll kontra l-falsifikazzjoni permezz ta’ mhux anqas minn tlieta mit-tekniki li ġejjin (elementi ta’ sigurtà addizzjonali):

(a)inka ta’ kuluri varjabbli*;

(b)inka termokromika*;

(c)ologrammi magħmulin skont ir-rieda tal-klijent*;

(d)immaġni varjabbli prodotti bil-laser*;

(e)inka ultra vjola fluworexxenti, viżibbli u trasparenti;

(f)stampar irridixxenti;

(g)marka tal-ilma diġitali fl-isfond;

(h)pigmenti infraħomor jew fosforixxenti;

(i)karattri, simboli jew disinji li jinħassu*.

(5)L-Istati Membri jistgħu jintroduċu elementi ta’ sigurtà addizzjonali. Bħala bażi, it-tekniki indikati b’asterisk għandhom jiġu preferuti għaliex jippermettu lill-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jiċċekkjaw il-validità tal-karta mingħajr ebda mezz speċjali.

PARTI B: SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-MIKROĊIPPA INSERITA BĦALA PARTI MIL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN FIŻIKA 

(1)Il-mikroċippa u d-data li tinsab fil-mikroċippa, inkluża informazzjoni addizzjonali prevista mil-liġijiet nazzjonali ta’ Stat Membru relatata mal-liċenzji tas-sewqan, għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Parti B1.

(2)Il-lista ta’ standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa hija stabbilita fil-Parti B2.

(3)Liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandhom jiġu soġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Parti B3.

(4)Meta d-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkunu ġew issodisfati fir-rigward ta’ liċenzja tas-sewqan li tinkludi mikroċippa f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3, l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-manifattur jew għar-rappreżentant tiegħu.

(5)Fejn dan ikun neċessarju, b’mod partikolari sabiex tkun żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti, Stat Membru jista’ jirtira approvazzjoni tat-tip tal-UE li jkun ħareġ.

(6)Iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE u n-notifika tal-irtirar tagħhom għandhom jikkonformaw mal-mudell stabbilit fil-parti B4.

(7)Il-Kummissjoni għandha tiġi informata biċ-ċertifikati kollha ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE maħruġin jew irtirati. F’każ ta’ rtirar għandha tingħata raġuni dettaljata.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bi kwalunkwe rtirar ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(8)Ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE maħruġin mill-Istati Membri għandhom jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku.

(9)Meta Stat Membru jaċċerta li għadd sinifikanti ta’ liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa jinstabu ripetutament li ma jkunux konformi ma’ din il-parti tal-Anness I, dak l-Istat Membru għandu jikkomunika dan lill-Kummissjoni. Għandu jiġi indikat kemm l-għadd rilevanti ta’ ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE relatat ma’ dawn il-liċenzji tas-sewqan kif ukoll għandha tiġi indikata deskrizzjoni tan-nonkonformità. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn kollha dwar il-fatti kkomunikati lilha skont dan il-paragrafu.

(10)L-Istat Membru li ħareġ dawk il-liċenzji tas-sewqan għandu jinvestiga l-problema minnufih u għandu jieħu l-azzjoni korrettiva xierqa, inkluż l-irtirar taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE, fejn dan ikun neċessarju.



PARTI B1: Rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa 

Ir-rekwiżiti ġenerali għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa deskritti f’dan l-Anness huma bbażati fuq standards internazzjonali, b’mod partikolari fuq l-istandards tas-serje ISO/IEC 18013. Dawn ikopru: 

(a)l-ispeċifikazzjonijiet għall-mikroċippa u l-istruttura tad-data loġika fuq il-mikroċippa;

(b)l-ispeċifikazzjonijiet għal data armonizzata u addizzjonali li trid tinħażen;

(c)l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-mekkaniżmi ta’ protezzjoni tad-data għal data maħżuna b’mod diġitali fuq il-mikroċippa. 

1.ABBREVJAZZJONIJIET

Abbrevjazzjoni 

Tifsira 

AID 

Identifikatur tal-Applikazzjoni 

BAP 

Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku 

DG 

Grupp ta’ Data 

EAL 4+ 

Livell 4 tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni 4 Miżjud 

EF 

Fajl Elementari 

EFID 

Identifikatur tal-Fajls Elementari 

eMRTD 

Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw minn Magna 

ICC 

Kard ta’ Ċirkwit Integrat 

ISO 

Organizzazzjoni tal-Istandards Internazzjonali 

LDS 

Struttura tad-Data Loġika 

PICC 

Karta taċ-Ċirkwit Integrat tal-Prossimità 

PIX 

Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja 

RID 

Identifikatur ta’ Applikazzjoni Reġistrata 

SOd 

Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti 



2.DATA MAĦŻUNA FUQ IL-MIKROĊIPPA

(1)Data obbligatorja u fakultattiva armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan

Il-mikroċippa għandha taħżen id-data armonizzata tal-liċenzja tas-sewqan speċifikata fil-parti D. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jinkludi fil-liċenzja tas-sewqan elementi tad-data mmarkati bħala fakultattivi fil-parti D, dawk l-elementi għandhom jinħażnu fil-mikroċippa.

(2)Data addizzjonali

L-Istati Membri jistgħu jaħżnu data addizzjonali fuq il-mikroċippa li l-liġijiet nazzjonali tagħhom relatati mal-liċenzji tas-sewqan fihom dispożizzjonijiet għaliha. Huma għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni.

3.MIKROĊIPPA

(1)Tip ta’ medjum ta’ memorja

Il-medjum ta’ memorja għad-data tal-liċenzja tas-sewqan għandu jkun mikroċippa b’interfaċċa b’kuntatt, mingħajr kuntatt, jew inkella b’kuntatt kombinat u mingħajr kuntatt (modalità doppja), kif speċifikat fil-punt 1 tal-parti B2.

(2)Applikazzjonijiet

Id-data kollha fuq il-mikroċippa għandha tinħażen f’applikazzjonijiet elettroniċi. L-applikazzjonijiet kollha fuq il-mikroċippa għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku msejjaħ Identifikatur tal-Applikazzjoni (AID) kif speċifikat fil-punt 2 tal-parti B2.

(a)Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE

Id-data obbligatorja u fakultattiva tal-liċenzja tas-sewqan, kif imsemmi fil-parti D tal-Anness I, għandha tinħażen fl-applikazzjoni ddedikata tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE. L-AID għall-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE għandu jkun:

“A0 00 00 04 56 45 44 4C 2D 30 31”,

li jikkonsisti minn dawn iż-żewġ affarijiet li ġejjin:

l-Identifikatur tal-Applikazzjonijiet Reġistrati (RID) għall-Kummissjoni Ewropea: “A0 00 00 04 56”;

l-Estensjoni tal-Identifikatur tal-Applikazzjoni Proprjetarja (PIX) għall-applikazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE: “45 44 4C 2D 30 31” (EDL-01).

Id-data għandha tiġi ragruppata fi Gruppi ta’ Data (DGs) bħala parti minn Struttura tad-Data Loġika (LDS).

Id-DGs għandhom jinħażnu bħala Fajls Elementari (EFs) fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE, u għandhom ikunu protetti f’konformità mal-punt 3 tal-parti B2.

(b)Applikazzjonijiet Oħra

Data addizzjonali oħra għandha tinħażen f’applikazzjoni ddedikata waħda jew aktar minn waħda, apparti fl-Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE. Kull applikazzjoni bħal din għandha tiġi identifikata b’AID uniku.

4.STRUTTURA TAD-DATA LOĠIKA TAL-APPLIKAZZJONI TAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-UE

(1)Struttura tad-Data Loġika

Id-Data tal-Liċenzja tas-Sewqan għandha tinħażen fuq il-mikroċippa fi Struttura tad-Data Loġika (LDS) speċifikata fil-punt 4 tal-parti B2. Dan il-punt jispeċifika rekwiżiti addizzjonali għad-DGs obbligatorji u addizzjonali.

Kull DG għandu jinħażen f’EF wieħed. L-EFs li għandhom jintużaw għall-Applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE għandhom jiġu identifikati bl-Identifikaturi tal-Fajls Elementari (EFIDs) u b’identifikaturi tal-EFs Qosra kif speċifikat fil-punt 5 tal-parti B2.

(2)Gruppi ta’ Data Obbligatorja

L-elementi ta’ data obbligatorja u fakultattiva għandhom jinħażnu fid-DG li ġejjin:

(a)DG 1: l-elementi ta’ data obbligatorja u fakultattiva kollha kif stampati fuq id-dokument, għajr l-immaġni tal-wiċċ u l-immaġni tal-firma;

(b)DG 5: immaġni tal-firma tad-detentur tal-liċenzja;

(c)DG 6: immaġni ta’ wiċċ id-detentur tal-liċenzja.

Id-data tad-DG 1 għandha tkun strutturata kif speċifikat fil-punt 6 u kif speċifikat fil-Parti B2, l-entrata 6. Id-data li tinsab fid-DG 5 u fid-DG 6 għandha tinħażen f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 7.

(3)Gruppi ta’ Data Addizzjonali

L-elementi addizzjonali tad-data, fejn previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-liċenzji tas-sewqan, għandhom jinħażnu fid-DGs li ġejjin:

(a)DG 2: dettalji dwar id-detentur tal-liċenzja, minbarra d-data bijometrika;

(b)DG 3: dettalji dwar l-awtorità emittenti;

(c)DG 4: immaġni ta’ ritratt;

(d)DG 7: data bijometrika rigward il-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-liċenzja;

(e)DG 8: data bijometrika rigward l-iris tad-detentur tal-liċenzja;

(f)DG 11: dettalji oħrajn, bħall-isem sħiħ tad-detentur bil-karattri nazzjonali.

Id-data li tinstab f’dawn id-DGs għandha tinħażen f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 8.



5.MEKKANIŻMI TAS-SIGURTÀ TAD-DATA 

Għandhom jintużaw mekkaniżmi xierqa għall-validazzjoni tal-awtentiċità u tal-integrità tal-mikroċippa u tad-data li jkun fiha u għar-restrizzjoni tal-aċċess għad-data tal-liċenzja tas-sewqan.

Id-data fuq il-mikroċippa għandha tiġi protetta skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 tal-parti B2. Din it-taqsima tispeċifika rekwiżiti addizzjonali li għandhom jiġu mħarsa.

(1)Verifika tal-Awtentiċità

(a)Awtentikazzjoni Passiva Obbligatorja

Id-DGs kollha maħżuna fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE għandhom jiġu protetti b’awtentikazzjoni passiva.

Data relatata ma’ awtentikazzjoni passiva għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fil-parti B2, l-entrata 9.

(b)Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva

Il-mekkaniżmi ta’ Awtentikazzjoni Attiva Fakultattiva għandhom jiġu applikati sabiex ikun żgurat li l-mikroċippa oriġinali ma tkunx ġiet sostitwita.

(1)Restrizzjoni għall-Aċċess

(a)Protezzjoni Obbligatorja tal-Aċċess Bażiku

Il-mekkaniżmu ta’ Protezzjoni tal-Aċċess Bażiku (BAP) għandu jiġi applikat għad-data kollha fl-applikazzjoni tal-Liċenzja tas-Sewqan tal-UE. Fl-interess tal-interoperabilità ma’ sistemi eżistenti bħal dik li tuża Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw Minn Magna (eMRTD), l-użu tal-Parti li Tinqara minn Magna b’linja waħda (MRZ — “Machine Readable Zone”) huwa obbligatorju, kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 10.

Il-kjavi tad-dokument Kdoc użata sabiex ikun jista’ jsir aċċess għaċ-ċippa tiġi ġġenerata mill-MRZ b’linja waħda, li tista’ tiddaħħal jew b’mod manwali jew inkella billi jintuża apparat b’funzjoni ta’ Rikonoxximent Ottiku tal-Karattri (OCR reader — “Optical Character Recognition”). Għandha tiġi applikata l-konfigurazzjoni tal-BAP 1 definita għal MRZ b’linja waħda kif speċifikat fil-parti B2, l-entrata 10.

(b)Kontroll tal-Aċċess Estiż Kundizzjonali

Meta d-data personali kif imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tinħażen fuq il-mikroċippa, l-aċċess għal din id-data għandu jkun protett b’miżuri addizzjonali.

Il-mekkaniżmi ta’ Kontroll tal-Aċċess Estiż għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tal-parti B2, l-entrata 11.

(2)Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika (PKI – “Public Key Infrastructure”) għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti nazzjonali neċessarji għall-ġestjoni tal-Kjavi Pubblika, f’konformità mal-Anness A tal-istandard 18013_3 tal-ISO.

6.PREŻENTAZZJONI TAD-DATA 

(1)Ifformattjar tad-data f’DG 1

Tifsira

L

Valur

Kodifikazzjoni

M/O

61

V

Elementi tad-data tad-DG 1 (inkapsulati)

Tifsira

L

Valur

5F 01

V

Numru tal-approvazzjoni tat-tip

ans

M

5F 02

V

Oġġett tad-data mibni ta’ elementi tad-data demografika

M

Tifsira

L

Valur

5F 03

3

Stat Membru emittenti

a3

M

5F 04

V

Kunjom(ijiet) tad-detentur

as

M

5F 05

V

Isem ieħor/Ismijiet oħrajn tad-detentur

as

M

5F 06

4

Data tat-twelid (jjxxssss)

n8

M

5F 07

V

Post tat-twelid

ans

M

5F 08

3

Ċittadinanza

a3

O

5F 09

1

Ġeneru

M/F/U

O

5F 0A

4

Data tal-ħruġ tal-liċenzja (jjxxssss)

n8

M

5F 0B

4

Data ta’ skadenza tal-liċenzja (jjxxssss)

n8

M

5F 0C

V

Awtorità tal-ħruġ

ans

M

5F 0D

V

Numru amministrattiv (minbarra n-numru tad-dokument)

ans

O

5F 0E

V

Numru tad-dokument

an

M

5F 0F

V

Post ta’ residenza, jew indirizz postali permanenti

ans

O

7F 63

V

Oġġett tad-data mibni ta’ kategoriji ta’ vetturi/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet

M

Tifsira

L

Valur (kodifikat kif definit hawn taħt)

02

1

Numru ta’ kategoriji/restrizzjonijiet/kundizzjonijiet

N

M

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

M

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

O

87

V

Kategorija/restrizzjoni/kundizzjoni

ans

O

(2)Format tar-rekord loġiku

Il-kategoriji rigward vetturi, restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet għandhom jiġu kkompilati f’oġġett tad-data li jsegwi l-istruttura speċifikata fit-tabella li ġejja:

Kodiċi tal-kategorija tal-vettura

Data tal-ħruġ

Id-data ta’ skadenza

Kodiċi

Sinjal

Valur

fejn:

(a)il-kodiċijiet tal-kategorija tal-vettura għandhom jiġu ppreżentati kif definit fl-Artikolu 6 (bħal AM, A1, A2, A, B1, B, eċċ.);

(b)id-data tal-ħruġ għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f’żewġ ċifri segwit mix-xahar b’żewġ ċifri segwit mis-sena b’erba’ ċifri) għall-kategorija tal-vettura;

(c)id-data ta’ skadenza għandha tiġi ppreżentata fil-format JJXXSSSS (il-jum f’żewġ ċifri segwit mix-xahar b’żewġ ċifri segwit mis-sena b’erba’ ċifri) għall-kategorija tal-vettura;

(d)il-kodiċi, is-sinjal u l-valur jirreferu għal informazzjoni addizzjonali jew għal restrizzjonijiet relatati mal-kategorija tal-vettura jew mas-sewwieq.

PARTI B2: Lista ta’ standards applikabbli għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu medjum ta’ memorja 

Punt 

Suġġett 

Rekwiżit 

Applikabbli għal 

1 

Interfaċċa, organizzazzjoni u kmandi tal-medjum ta’ memorja 

Serje ISO/IEC 7816 (kuntatt), serje ISO/IEC 14443 (mingħajr kuntatt) kif imsemmi fl-ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C 

Parti B1, punt 3.(1) 

2 

Identifikatur tal-applikazzjoni 

ISO/IEC 7816-5:2004 

Parti B1, punt 3.(2) 

3 

Mekkaniżmi tas-sigurtà tad-data 

ISO/IEC 18013-3:2009 

Parti B1, punt 3.(2) punt (a) 

Parti B1, punt 5 

4 

Struttura tad-data loġika 

ISO/IEC 18013-2:2008 

Parti B1, punt 4.(1) 

5 

Identifikaturi ta’ fajls elementari 

ISO/IEC 18013-2:2008 Tabella C.2 

Parti B1, punt 4.(1)

6 

Preżentazzjoni tad-data għad-DG 1 

ISO 18013-2:2008, Anness C.3.8 

Parti B1, punt 4.(2)

Parti B1, punt 6.(1) 

7 

Preżentazzjoni tad-data obbligatorja għad-DG 5 u d-DG 6 

ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C.6.6 u Anness C.6.7, l-immaġni tal-wiċċ u l-immaġni tal-firma li għandhom jinħażnu fil-format JPEG jew JPEG2000 

Parti B1, punt 4.(2)

8 

Preżentazzjoni tad-data fakultattiva u addizzjonali 

ISO/IEC 18013-2:2008, Anness C 

Parti B1, punt 4.(3)

9 

Awtentikazzjoni passiva 

ISO/IEC 18013-3:2009, paragrafu 8.1, id-data trid tinħażen fl-EF.L-SOd (“Document Security Object” — Oġġett tas-Sigurtà tad-Dokumenti) fl-LDS 

Parti B1, punt 5.(1) punt (a) 

10 

Restrizzjoni tal-aċċess bażiku 

ISO/IEC 18013-3:2009 u l-Emenda 1 tiegħu 

Parti B1, punt 5.(2) punt (a) 

 

Konfigurazzjoni tar-restrizzjoni tal-aċċess bażiku 

ISO/IEC 18013-3:2009, Anness B.8 

11 

Restrizzjoni tal-aċċess estiż 

Linja Gwida Teknika TR-03110, Mekkaniżmi Avvanzati ta’ Sigurtà għal Dokumenti tal-Ivvjaġġar li Jinqraw minn Magna – Kontroll tal-Aċċess Estiż (EAC – “Extended Access Control”), Verżjoni 1.11 

Parti B1, punt 5.(2) punt (b) 

12 

Metodi ta’ ttestjar 

ISO 18013-4:2011 

Parti B3, punt 1. 

13 

Ċertifikat tas-sigurtà 

Livell tal-Garanzija tal-Evalwazzjoni 4 Miżjud (EAL 4+) jew ekwivalenti 

Parti B3, punt 2. 

14 

Ċertifikat funzjonali 

Ittestjar tal-kard b’ċirkwit integrat skont is-serje ISO 10373 

Parti B3, punt 3.

PARTI B3: Proċedura għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa 

1.DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Il-manifatturi li japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandhom jippreżentaw ċertifikat tas-sigurtà u ċertifikat funzjonali.

Kull modifika maħsuba għall-proċess ta’ produzzjoni, inkluż fis-software, għandha tkun soġġetta għal notifika minn qabel lill-awtorità li tkun approvat l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tista’ teħtieġ informazzjoni u testijiet ulterjuri qabel ma taċċetta l-modifika.

It-testijiet għandhom isegwu l-metodi stabbiliti fil-punt 12 tal-parti B2.

2.ĊERTIFIKAT TAS-SIGURTÀ

Għall-evalwazzjoni tas-sigurtà, il-mikroċipep tal-liċenzja tas-sewqan għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji speċifikati fil-punt 13 tal-parti B2.

Ċertifikat tas-sigurtà għandu jingħata biss wara evalwazzjoni li tagħti prova tal-abbiltà tal-mikroċippa li tiflaħ għal tentattivi ta’ tbagħbis jew ta’ modifikazzjoni tad-data.

3.ĊERTIFIKAT FUNZJONALI

L-evalwazzjoni funzjonali tal-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa għandha tiġi ttestjata fil-laboratorju f’konformità mal-kriterji speċifikati fil-punt 14 tal-parti B2.

L-Istati Membri li jimplimentaw mikroċippa fuq il-liċenzji tas-sewqan għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mal-istandards funzjonali rilevanti u mar-rekwiżiti tal-parti B1.

Ċertifikat funzjonali għandu jintbagħat lill-manifattur meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

ikun hemm ċertifikat validu tas-sigurtà għall-mikroċippa;

tkun intweriet konformità mar-rekwiżiti tal-parti B2;

tgħaddi b’suċċess mit-testijiet funzjonali.

L-awtorità rilevanti tal-Istat Membru għandha tkun responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat funzjonali. Iċ-ċertifikat funzjonali għandu jindika l-identità tal-awtorità emittenti, l-identità tal-applikant, l-identifikazzjoni tal-mikroċippa u lista dettaljata tat-testijiet u tar-riżultati tagħhom.

4.ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE

(1)Ċertifikat mudell

L-Istati Membri għandhom jagħtu ċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE wara l-preżentazzjoni taċ-ċertifikat tas-sigurtà u ċ-ċertifikat funzjonali kif speċifikat f’dan l-Anness. Iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jikkonformaw mal-mudell fil-parti B4.

(2)Sistema ta’ numerazzjoni

Is-sistema ta’ numerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tkun magħmula minn:

(a)l-ittra “e” segwita minn numru li jiddistingwi l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE:

1    għall-Ġermanja;

2    għal Franza;

3    għall-Italja;

4    għan-Netherlands;

5    għall-Iżvezja;

6    għall-Belġju;

7    għall-Ungerija;

8    għar-Repubblika Ċeka;

9    għal Spanja;

12    għall-Awstrija;

13    għal-Lussemburgu;

17    għall-Finlandja;

18    għad-Danimarka;

19    għar-Rumanija;

20    għall-Polonja;

21    għall-Portugall;

23    għall-Greċja;

24    għall-Irlanda;

25    għall-Kroazja;

26    għas-Slovenja;

27    għas-Slovakkja;

29    għall-Estonja;

32    għal-Latvja;

34    għall-Bulgarija;

36    għal-Litwanja;

49    għal Ċipru;

50    għal Malta;

(b)l-ittri DL preċeduti minn sing u segwiti miż-żewġ ċifri li jindikaw in-numru tas-sekwenza assenjat lil dan l-Anness jew lill-aħħar emenda teknika kbira għal dan l-Anness. In-numru ta’ sekwenza għal dan l-Anness huwa 00;

(c)numru ta’ identifikazzjoni uniku għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE attribwit mill-Istat Membru emittenti. 

Eżempju tas-sistema ta’ numerazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE: e50-DL00 12345 

In-numru tal-approvazzjoni għandu jinħażen fuq il-mikroċippa fid-DG 1 għal kull liċenzja tas-sewqan li jkun fiha mikroċippa bħal din. 

PARTI B4: Mudell għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE li jikkonċerna l-liċenzji tas-sewqan li jinkludu mikroċippa 

L-isem tal-awtorità kompetenti: … 

Notifika li tikkonċerna ( * ): 

— approvazzjoni  

— irtirar ta’ approvazzjoni  

ta’ Liċenzja tas-Sewqan tal-UE li tinkludi mikroċippa 

Nru tal-Approvazzjoni: … 

1. Ditta tal-manifattura jew trademark: … 

2. Isem tal-mudell: … 

3. Isem tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu, fejn applikabbli: … 

… 

4. Indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant tiegħu, fejn applikabbli: … 

… 

5. Rapporti tat-testijiet fil-laboratorju: 

5.1 Nru taċ-Ċertifikat tas-Sigurtà: … Data: … 

Maħruġ minn: … 

5.2 Nru taċ-Ċertifikat Funzjonali: … Data: … 

Maħruġ minn: … 

6. Data tal-approvazzjoni: … 

7. Data tal-irtirar tal-approvazzjoni: … 

8. Post: … 

9. Data: … 

10. Dokumenti deskrittivi fl-Anness: … 

11. Firma: … 

 

(*) Immarka l-kaxxa rilevanti. 



PARTI C: SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦAL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN MOBBLI 

(1)L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sewqan mobbli għandhom ikunu disponibbli għall-aktar sistemi operazzjonali mobbli komuni u għandhom jipprovdu lill-persuni awtorizzati mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)l-irkupru u l-ħżin tad-data jew indikatur li jagħti prova tad-drittijiet tas-sewqan ta’ persuna;

(b)il-wiri u t-trasferiment ta’ din id-data jew tal-indikatur.

(2)L-applikazzjoni u sistemi rilevanti oħra għandhom jikkonformaw mal-istandard tal-ISO/IEC 18013-5 dwar il-liċenzji tas-sewqan mobbli u mar-Regolament (UE) 910/2014.

(3)Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan mobbli maħruġa f’konformità ma’ din id-Direttiva għandu jitqies biss bħala l-utent awtorizzat tagħha meta jiġi identifikat bħala tali. Il-mezz ewlieni għall-identifikazzjoni għandu jkun l-identifikazzjoni elettronika. Għall-identifikazzjoni elettronika ta’ tali persuni, tal-anqas għandhom jiġu aċċettati l-mezzi kollha ta’ identifikazzjoni elettronika msemmija fir-Regolament (UE) 910/2014.

(4)Is-sistema nazzjonali rilevanti għandha tkun ir-reġistru kompetenti tal-liċenzji tas-sewqan tal-Istat Membru fejn id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan ikun stabbilixxa r-residenza normali tiegħu.

(5)L-applikazzjoni għandha tippermetti lid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jikseb mis-sistema nazzjonali rilevanti, data verifikabbli li fiha l-informazzjoni elenkata fil-parti D u token ta’ użu uniku. Meta parti mill-informazzjoni elenkata fil-parti D ma tkunx disponibbli fis-sistema nazzjonali, id-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jista’ jirkupra l-elementi tad-data nieqsa tiegħu b’mezzi sikuri oħrajn (pereżempju ir-ritratt tad-detentur mill-passaport bijometriku tiegħu permezz ta’ Komunikazzjoni b’Kamp fil-Qrib).

L-applikazzjoni għandha tippermetti li d-data verifikabbli tiġi aġġornata awtomatikament jew manwalment (id-data li tkun fil-liċenzja tas-sewqan dwar id-detentur fil-parti D) mis-sistema nazzjonali rilevanti tal-Istat Membru tar-residenza normali tiegħu. L-applikazzjoni ma għandha tippermetti l-ebda mezz ieħor għall-modifikazzjoni tad-data miksuba.

L-applikazzjoni għandha tippermetti lid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan juri jew jittrażmetti lil parti terza d-data kollha li tinsab fil-liċenzja tas-sewqan mobbli jew parti minnha. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jirkupraw id-data li tinsab fil-liċenzji tas-sewqan mobbli sabiex ikunu jistgħu jaċċertaw id-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan (verifika).

L-applikazzjoni għandha tippermetti lid-detentur tal-liċenzja tas-sewqan jibgħat token ta’ użu uniku li jinkiseb minn sistema nazzjonali lil parti terza. Dan it-token jista’ jintuża mill-parti riċeventi biex tikseb l-informazzjoni elenkata fil-parti D mis-sistema nazzjonali rilevanti jekk il-parti riċeventi tkun ġiet awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jaċċessaw is-sistemi nazzjonali ta’ Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ladarba d-data tad-detentur tal-liċenzja tiġi vverifikata, id-data trażmessa ma tinżammx.

L-informazzjoni trażmessa direttament mill-applikazzjoni jew miksuba bit-token ta’ użu uniku għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw id-drittijiet tas-sewqan tad-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli (verifika), inkluż kwalunkwe restrizzjoni applikabbli fl-Unjoni jew fit-territorju ta’ Stat Membru. L-Istati Membri ma għandhomx iqisu li d-data tkun valida meta din tkun inkisbet aktar minn 7 ijiem qabel iż-żmien tal-verifika jew meta n-numru tal-liċenzja tas-sewqan ikun inkluż fil-lista ta’ revoka ġestita mill-Istat Membru li jkun ħareġ il-liċenzja tas-sewqan mobbli. Lista ta’ revoka għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-liċenzji kollha tas-sewqan li ma jibqgħux jagħtu d-dritt lid-detenturi tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tas-sewqan.

(6)B’deroga mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 u għall-iskop uniku li tiġi pprovduta l-possibbiltà li d-detentur tal-liċenzja tas-sewqan mobbli jkun jista’ juri d-dritt tiegħu li jsuq f’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-karatteristiċi biex tintwera u tiġi trażmessa d-data jew it-token b’użu uniku għandhom jibqgħu disponibbli fil-każ li d-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna assoċjata mal-Portafolli tal-Identità Diġitali Ewropej, kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, tkun invalida.

(7)Is-sistemi nazzjonali ma għandhomx jaħżnu jew jipproċessaw talba bbażata fuq it-token ta’ użu uniku msemmi hawn fuq għal skop ieħor għajr l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-għan, jista’ jintuża n-network tal-liċenzja tas-sewqan tal-UE msemmi fl-Artikolu 19.

(8)Id-detenturi ta’ liċenzji tas-sewqan mobbli għandu jkollhom il-possibbiltà li jġeddu, li jissostitwixxu jew li jiskambjaw il-liċenzji tas-sewqan tagħhom fl-Unjoni permezz tal-applikazzjoni jew permezz ta’ portal iddedikat għas-servizzi diġitali pprovdut mill-Istati Membri.



PARTI D: DATA LI GĦANDHA TIĠI INTRODOTTA FIL-LIĊENZJA TAS-SEWQAN TAL-UE 

(1)Is-simboli ta’ distinzjoni tal-Istati Membri li joħorġu l-liċenzja għandhom ikunu kif ġej: 

B : Il-Belġju 

BG : Il-Bulgarija 

CZ : Ir-Repubblika Ċeka 

DK : Id-Danimarka 

D : Il-Ġermanja 

EST : L-Estonja 

GR : Il-Greċja 

E : Spanja 

F : Franza 

HR : Il-Kroazja 

IRL : L-Irlanda 

I : L-Italja 

CY : Ċipru 

LV : Il-Latvja 

LT : Il-Litwanja 

L : Il-Lussemburgu 

H : L-Ungerija 

M : Malta 

NL : In-Netherlands 

A : L-Awstrija 

PL : Il-Polonja 

P : Il-Portugall 

RO : Ir-Rumanija 

SLO : Is-Slovenja 

SK : Is-Slovakkja 

FIN : Il-Finlandja 

S : L-Iżvezja 

(2)Il-kliem “liċenzja tas-sewqan” li għandhom jiġu stampati fuq il-liċenzji tas-sewqan fil-lingwa/i tal-Istati Membri għandhom ikunu dawn li ġejjin: 

Свидетелство за управление на МПС 

Permiso de Conducción 

Řidičský průkaz 

Kørekort 

Führerschein 

Juhiluba 

Άδεια Οδήγησης 

Driving Licence 

Permis de conduire 

Ceadúas Tiomána 

Vozačka dozvola 

Patente di guida 

Vadītāja apliecība 

Vairuotojo pažymėjimas 

Vezetői engedély 

Liċenzja tas-Sewqan 

Rijbewijs 

Prawo Jazdy 

Carta de Condução 

Permis de conducere 

Vodičský preukaz 

Vozniško dovoljenje 

Ajokortti 

Körkort; 

(3)Informazzjoni speċifika għal-liċenzja maħruġa għandha tkun kif ġej: 

Qasam 

Informazzjoni 

1 

il-kunjom tad-detentur 

2 

isem ieħor/ismijiet oħrajn tad-detentur 

3 

id-data u l-post tat-twelid 

4a 

id-data tal-ħruġ tal-liċenzja 

4b 

id-data ta’ skadenza tal-liċenzja jew sing jekk il-liċenzja tkun valida b’mod indefinit skont id-dispożizzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(2)

4c 

l-isem tal-awtorità emittenti  

4d 

numru differenti minn dak taħt il-qasam 5, għal skopijiet amministrattivi (fakultattiv) 

5 

in-numru tal-liċenzja 

6 

ir-ritratt tad-detentur 

7 

il-firma tad-detentur 

8 

il-post tar-residenza permanenti, jew l-indirizz postali (fakultattiv) 

9 

il-kategorija/i tal-vettura/i li d-detentur huwa intitolat li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom jiġu stampati b’tipa differenti mill-kategoriji armonizzati) 

(4)L-informazzjoni speċifika għall-kategoriji tal-liċenzja maħruġa għandha tkun kif ġej: 

Qasam 

Informazzjoni 

9 

il-kategorija/i tal-vettura/i li d-detentur huwa intitolat li jsuq (il-kategoriji nazzjonali għandhom jiġu stampati b’tipa differenti mill-kategoriji armonizzati) 

10 

id-data tal-ewwel ħruġ għal kull kategorija (din id-data trid tiġi ripetuta fuq il-liċenzja l-ġdida f’każ ta’ bdil jew skambju sussegwenti); kull qasam tad-data għandu jinkiteb b’żewġ ċifri u fis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS) 

11 

id-data ta’ skadenza għal kull kategorija; kull qasam tad-data għandu jinkiteb b’żewġ ċifri u fis-sekwenza li ġejja: jum.xahar.sena (JJ.XX.SS) 

12 

informazzjoni/restrizzjoni(jiet) addizzjonali, f’forma ta’ kodiċi, indirizzati għall-kategorija affettwata, kif speċifikat fil-Parti E

Fejn xi kodiċi speċifikat fil-Parti E japplika għall-kategoriji kollha li għalihom tkun inħarġet il-liċenzja, dan jista jiġi stampat taħt l-oqsma 9,10 u 11.

(5)Informazzjoni speċifika għall-amministrazzjoni tal-liċenzja maħruġa għandha tkun kif ġej: 

Qasam 

Informazzjoni 

13 

entrata possibbli mill-Istat Membru ospitanti ta’ informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja meta jiġi implimentat il-paragrafu (4)(a) tal-parti A1; 

14 

entrata possibbli mill-Istat Membru li joħroġ il-liċenzja ta’ informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-liċenzja jew relatata mas-sikurezza fit-toroq (fakultattiva). Jekk l-informazzjoni tkun relatata ma’ xi waħda mill-intestaturi definiti f’dan l-Anness, din għandha tkun preċeduta min-numru tal-qasam inkwistjoni. 

Bil-ftehim speċifiku bil-miktub tad-detentur, informazzjoni li ma tkunx relatata mal-amministrazzjoni tal-liċenzja tas-sewqan jew mas-sikurezza fit-toroq tista’ tiġi miżjuda wkoll f’dan il-qasam; żieda bħal din ma għandhiex tbiddel b’xi mod l-użu tal-mudell bħala liċenzja tas-sewqan. 



PARTI E: KODIĊIJIET TAL-UNJONI U DAWK NAZZJONALI 

Il-Kodiċijiet minn 01 sa 99 għandhom ikunu kodiċijiet armonizzati tal-Unjoni Ewropea 

SEWWIEQ (raġunijiet mediċi) 

01 

. 

Korrezzjoni u/jew protezzjoni tal-vista 

 

01.01. 

Nuċċali 

 

01.02. 

Lenti(jiet) tal-kuntatt 

 

01.05. 

Għata tal-għajnejn 

 

01.06. 

Nuċċali jew lentijiet tal-kuntatt 

 

01.07. 

Għajnuna ottika speċifika 

02 

 

Għajnuna tas-smigħ/tal-komunikazzjoni 

03 

 

Prosteżi/ortożi tar-riġlejn u d-dirgħajn 

 

03.01. 

Prosteżi/ortożi tad-dirgħajn 

 

03.02. 

Prosteżi/ortożi tar-riġlejn 

MODIFIKI FIL-VETTURA 

10 

 

Trażmissjoni modifikata 

 

10.02. 

Għażla awtomatika tal-proporzjon tal-gerijiet 

 

10.04. 

Apparat għall-kontroll ta’ trażmissjoni adattat 

15 

 

Klaċċ modifikat 

 

15.01. 

Pedala tal-klaċċ aġġustata 

 

15.02. 

Klaċċ imħaddem bl-idejn 

 

15.03. 

Klaċċ awtomatiku 

 

15.04. 

Miżura għall-prevenzjoni ta’ ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-klaċċ 

20 

 

Sistemi tal-brejkijiet modifikati 

 

20.01. 

Pedala tal-brejk adattata 

 

20.03. 

Pedala tal-brejk adattata sabiex tintuża bis-sieq ix-xellugija 

 

20.04. 

Pedala tal-brejk li tiżżerżaq 

 

20.05. 

Pedala tal-brejk inklinata 

 

20.06. 

Brejk imħaddem bl-idejn 

 

20.07. 

Tħaddim tal-brejk b’forza massima ta’ … N 1 (pereżempju: “20.07(300N)”) 

 

20.09. 

Brejk tal-parking adattat 

 

20.12. 

Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-brejk 

 

20.13. 

Brejk imħaddem bl-irkoppa 

 

20.14. 

Sistema tat-tħaddim tal-brejkijiet appoġġata minn forza esterna 

25 

 

Sistema tal-aċċellerazzjoni modifikata 

 

25.01. 

Pedala tal-aċċellerazzjoni adattata 

 

25.03. 

Pedala tal-aċċellerazzjoni inklinata 

 

25.04. 

Aċċelleratur imħaddem bl-idejn 

 

25.05. 

Aċċelleratur imħaddem bl-irkoppa 

 

25.06. 

Sistema tat-tħaddim tal-aċċellerazzjoni appoġġata minn forza esterna 

 

25.08. 

Il-pedala tal-aċċelleratur fuq ix-xellug 

 

25.09. 

Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedala tal-aċċelarazzjoni 

31 

 

Adattamenti tal-pedali u salvagwardji tal-pedali 

 

31.01. 

Sett addizzjonali ta’ pedali paralleli 

 

31.02. 

Pedali fl-istess livell (jew kważi) 

 

31.03. 

Miżura li tevita l-ostruzzjoni jew l-attwazzjoni tal-pedali tal-aċċellerazzjoni u tal-brejk meta dawn il-pedali ma jitħaddmux bis-saqajn 

 

31.04. 

Qiegħ elevat 

32 

 

Sistemi kombinati tal-aċċelleratur u tal-brejk ta’ servizz 

 

32.01. 

Aċċelleratur u brejk ta’ servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b’id waħda 

 

32.02. 

Aċċelleratur u brejk ta’ servizz bħala sistema kombinata li titħaddem b’forza esterna 

33 

 

Sistemi kombinati tal-istering, l-aċċelleratur u l-brejk ta’ servizz 

 

33.01. 

Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta’ servizz bħala operazzjoni ta’ sistema kombinata b’forza esterna permezz ta’ id waħda 

 

33.02. 

Tħaddim tal-istering, tal-aċċelleratur u tal-brejk ta’ servizz bħala operazzjoni ta’ sistema kombinata b’forza esterna permezz taż-żewġ idejn 

35 

 

Formati tal-kontroll modifikati (is-swiċċijiet tad-dawl, il-wajper u l-isprej għal fuq il-windscreen, il-ħorn, l-indikaturi tad-direzzjoni, eċċ.) 

 

35.02. 

Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering 

 

35.03. 

Apparati tal-kontroll operabbli bl-id ix-xellugija mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering 

 

35.04. 

Apparati tal-kontroll operabbli bl-id il-leminija mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering 

 

35.05. 

Apparati tal-kontroll operabbli mingħajr ma persuna titlaq minn idejha l-apparat tal-istering u l-mekkaniżmi tal-aċċellerazzjoni u l-ibbrejkjar 

40 

 

Stering modifikat 

 

40.01. 

Stering b’forza massima tat-tħaddim ta’ … N 2  (pereżempju “40.01(140N)”) 

 

40.05. 

Rota tal-istering adattata (rota tal-istering akbar/eħxen, rota tal-istering b’dijametru mnaqqas, eċċ.) 

 

40.06. 

Pożizzjoni tar-rota tal-istering adattata 

 

40.09. 

Stering imħaddem bis-saqajn 

 

40.11. 

Apparat ta’ assistenza tar-rota tal-istering 

 

40.14. 

Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma b’id jew bi driegħ wieħed 

 

40.15. 

Sistema tal-istering adattata alternattiva mħaddma biż-żewġ idejn jew dirgħajn 

42 

 

Apparat modifikat għall-viżjoni ta’ wara/tal-ġenb 

 

42.01. 

Apparat adattat għal viżjoni ta’ wara 

 

42.03. 

Apparat addizzjonali ta’ ġewwa li jippermetti viżjoni tal-ġenb 

 

42.05. 

Apparat viżiv għall-punti mhux viżibbli 

43 

 

Pożizzjoni ta’ bilqiegħda tas-sewwieq 

 

43.01. 

Sit tas-sewwieq f’għoli biżżejjed u b’distanza normali mir-rota tal-istering u mill-pedali 

 

43.02. 

Sit tas-sewwieq adattat għall-forma tal-ġisem 

 

43.03. 

Sit tas-sewwieq b’appoġġ laterali għall-istabbiltà 

 

43.04. 

Sit tas-sewwieq bis-serħan għad-driegħ 

 

43.06. 

Adattament taċ-ċinturin tas-sikurezza 

 

43.07. 

Tip ta’ ċinturin tas-sikurezza b’appoġġ għal stabbiltà tajba 

44 

 

Modifiki tal-muturi (l-użu tas-subkodiċi huwa obbligatorju) 

 

44.01. 

Brejk operat singolarment 

 

44.02. 

Brejk tar-rota ta’ quddiem adattat 

 

44.03. 

Brejk tar-rota ta’ wara adattat 

 

44.04. 

Aċċelleratur adattat 

 

44.08. 

Għoli tas-sit li jippermetti lis-sewwieq, meta jkun bilqiegħda, li jkollu saqajh it-tnejn imissu mas-superfiċje fl-istess ħin u li jibbilanċja l-mutur meta jieqaf u meta jitwaqqaf. 

 

44.09. 

Forza massima tat-tħaddim ta’ brejk tar-rota ta’ quddiem … N 3 (pereżempju “44.09(140N)”) 

 

44.10. 

Forza massima tat-tħaddim ta’ brejk tar-rota ta’ wara … N 4 (pereżempju “44.10(240N)”) 

 

44.11. 

Serrieħa tas-sieq adattata 

 

44.12. 

Gripp tal-idejn adattat 

45 

 

Mutur b’sidecar biss 

46 

 

Triċikli biss 

47 

 

Ristretta għal vetturi ta’ aktar minn żewġ roti li ma jeħtiġux il-bilanċ mis-sewwieq għall-istartjar, għall-waqfien u għat-twaqqif 

50 

 

Ristretta għal numru speċifiku ta’ vettura/xażi (in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura, VIN) 

Ittri użati flimkien ma’ kodiċijiet minn 01 sa 44 għal aktar speċifikazzjoni:

a    xellug

b    lemin

c    id

d    sieq

e    fin-nofs

f    driegħ

g    behem

KODIĊIJIET GĦAL UŻU LIMITAT 

60 

 

Ekwivalenzi fakultattivi 

 

60.01. 

Id-detentur jingħata l-ekwivalenza fakultattiva speċifikata skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 3, il-punt a) 

 

60.02. 

Id-detentur jingħata l-ekwivalenza fakultattiva speċifikata skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 3, il-punt b) 

60.03.  

Id-drittijiet ta’ sewqan intitolati skont il-kategorija B1 huma limitati għall-vetturi speċifikati skont l-Artikolu 9, il-paragrafu 4, il-punt c)

61 

 

Limitazzjoni għal vjaġġi matul il-jum (pereżempju: siegħa wara tlugħ ix-xemx u siegħa qabel inżul ix-xemx) 

62 

 

Limitazzjoni għal vjaġġi b’raġġ ta’ … km mill-post tar-residenza tad-detentur jew biss ġewwa l-belt/ir-reġjun 

63 

 

Is-sewqan mingħajr passiġġieri 

64 

 

Limitazzjoni għal vjaġġi b’veloċità ta’ mhux aktar minn … km/siegħa 

65 

 

Is-sewqan huwa awtorizzat biss meta akkumpanjat minn detentur ieħor ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ mill-anqas kategorija ekwivalenti 

66 

 

Mingħajr trejler 

67 

 

Sewqan fuq l-awtostradi ma huwiex permess 

68 

 

Ebda alkoħol 

69 

 

Ristretta għal vetturi mgħammra b’tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol f’konformità ma’ EN 50436. L-indikazzjoni ta’ data ta’ skadenza hija fakultattiva (pereżempju “69” jew “69(01.01.2016)”) 

KWISTJONIJIET AMMINISTRATIVI 

70 

 

Bdil tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva tal-UE/NU fil-każ ta’ pajjiż terz; pereżempju “70.0123456789.NL”) 

71 

 

Duplikat tal-liċenzja Nru… maħruġa minn… (il-marka distintiva tal-UE/NU fil-każ ta’ pajjiż terz; pereżempju “71.987654321.HR”) 

73 

 

Ristretta għall-vetturi tal-kategorija B tat-tip kwadriċiklu bil-mutur (B1) 

78 

 

Ristretta għall-vetturi bi trażmissjoni awtomatika 

79 

 

Ristretta għall-vetturi li jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet indikati fil-parentesi, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva 

 

79.01. 

Ristretta għall-vetturi b’żewġ roti b’sidecar jew mingħajrha 

 

79.02. 

Ristretta għall-kategorija ta’ vetturi AM bi tliet roti jew tat-tip kwadriċiklu ħafif 

 

79.03. 

Ristretta għat-triċikli 

 

79.04. 

Ristretta għat-triċikli kkombinati ma’ trejlers b’massa awtorizzata massima li ma taqbiżx 750 kg 

 

79.05. 

Kategorija A1 mutur bi proporzjon ta’ potenza/piż ta’ aktar minn 0,1 W/kg 

 

79.06. 

Vetturi tal-kategorija BE fejn il-massa awtorizzata massima tat-trejler ma taqbiżx it-3 500 kg 

80 

 

Ristretta għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ vettura tal-kategorija A tat-tip triċiklu bil-mutur li għandhom inqas minn 24 sena 

81 

 

Ristretta għad-detenturi ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ vettura tal-kategorija A tat-tip mutur b’żewġ roti li għandhom inqas minn 21 sena 

95 

 

Sewwieq li huwa d-detentur ta’ CPC li jissodisfa l-obbligu ta’ kompetenza professjonali msemmi fid-Direttiva (UE) 2022/2561 sa … (pereżempju: “95(01.01.12)”) 

96 

 

Vetturi tal-Kategorija B ikkombinati ma’ trejler b’massa massima awtorizzata li taqbeż 750 kg, fejn il-massa massima awtorizzata ta’ tali kombinazzjoni taqbeż 3 500 kg iżda ma taqbiżx 4 250 kg 

97 

 

Mhux awtorizzat li jsuq vettura tal-kategorija C1 li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 . 

98 

 

 

 

98.01 

Is-sewwieq jitqies bħala sewwieq ġdid u huwa soġġett għall-kundizzjonijiet għall-perjodu ta’ prova. F’każ li l-liċenzja tiġi skambjata, imġedda jew sostitwita, il-kodiċi għandu jiġi kkomplementat bid-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ prova (pereżempju 98.01.13.04.2028) 

 

98.02 

Id-detentur għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-iskema tas-sewqan akkumpanjat sakemm jilħaq l-età ta’ 18-il sena 

Kodiċijiet minn 100 ’l fuq għandhom ikunu kodiċijiet nazzjonali validi biss għas-sewqan fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ il-liċenzja tas-sewqan. 

ANNESS II

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN U L-GĦARFIEN, IL-ĦILA U L-IMĠIBA GĦAS-SEWQAN TA’ VETTURA BIL-MAGNA

I.   REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TESTIJIET TAS-SEWQAN 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-applikanti għal-liċenzji tas-sewqan ikollhom il-kompetenza u l-ħiliet u juru l-imġiba meħtieġa sabiex isuqu vettura bil-magna. It-testijiet introdotti għal dan l-effett iridu jikkonsistu minn: 

test tat-teorija;

wara parteċipazzjoni b’suċċess fit-test tat-teorija, test tal-ħiliet u tal-imġiba. 

Il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom isiru dawn it-testijiet huma stabbiliti hawn taħt.

A.    TEST TAT-TEORIJA

1.Forma 

Il-forma magħżula għandha tkun tali li tiżgura li l-applikant ikollu t-tagħrif meħtieġ dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 2, 3 u 4. 

Kull applikant għal liċenzja f’kategorija waħda li jkun għadda mit-test tat-teorija għal liċenzja f’kategorija differenti jista’ jiġi eżentat mid-dispozizzjonijiet komuni tal-punti 2, 3 u 4. 

2.Kontenut tat-test tat-teorija għall-kategoriji tal-vetturi kollha 

Għandhom isiru mistoqsijiet dwar kull suġġett elenkat fil-punti li ġejjin, filwaqt li l-kontenut u l-forma tal-mistoqsijiet għandhom jibqgħu għad-diskrezzjoni ta’ kull Stat Membru: 

(a)ir-regolamenti tat-traffiku fit-toroq: 

partikolarment rigward is-senjaletika tat-toroq, il-marki u s-sinjali, id-dritta u l-limiti tal-veloċità; 

(b)is-sewwieq: 

l-importanza tal-viġilanza u tal-attitudni lejn utenti oħra tat-triq, inklużi utenti tal-mikromobilità;

il-perċezzjoni ġenerali, inklużi l-perċezzjoni tal-periklu, il-ġudizzju u t-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment il-ħin tar-reazzjoni, kif ukoll it-tibdil tal-imġiba fis-sewqan minħabba l-influwenza ta’ alkoħol, ta’ drogi u ta’ prodotti mediċinali, l-istat mentali u l-għeja; 

(c)it-triq: 

l-aktar prinċipji importanti rigward l-osservanza tad-distanza sikura bejn il-vetturi, id-distanzi għall-ibbrejkjar u r-road-holding taħt diversi kundizzjonijiet tat-temp u tat-toroq; 

il-fatturi tar-riskju fis-sewqan relatati ma’ diversi kundizzjonijiet tat-toroq inklużi l-perċezzjoni u l-antiċipazzjoni tal-perikli, b’mod partikolari hekk kif jinbidlu skont it-temp u l-ħin tal-ġurnata jew tal-lejl;

il-karatteristiċi ta’ diversi tipi ta’ toroq u r-rekwiżiti statutorji relatati magħhom;

is-sewqan sikur f’mini stradali; 

(d)l-utenti l-oħra tat-triq: 

fatturi ta’ riskju speċifiċi relatati man-nuqqas ta’ esperjenza ta’ utenti oħra tat-triq, speċjalment fuq utenti vulnerabbli tat-triq li jgawdu minn grad inqas ta’ protezzjoni fit-traffiku meta mqabbla ma’ utenti ta’ vetturi bil-mutur bħal karozzi, karozzi tal-linja u trakkijiet u li huma esposti direttament għall-forzi ta’ kolliżjonijiet. Din il-kategorija tinkludi persuni bil-mixi, ċiklisti, utenti ta’ vetturi motorizzati b’żewġ roti, utenti ta’ apparat ta’ mobilità personali u persuni b’diżabilità jew b’mobilità u b’orjentazzjoni mnaqqsa.

ir-riskji involuti fil-moviment u fis-sewqan ta’ diversi tipi ta’ vetturi u tal-oqsma differenti ta’ viżjoni tas-sewwieqa tagħhom, inklużi vetturi b’sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewqan u karatteristiċi oħra ta’ awtomatizzazzjoni;

(e)regoli u regolamenti ġenerali kif ukoll kwistjonijiet oħrajn: 

regoli li jirrigwardaw id-dokumenti amministrattivi meħtieġa għall-użu tal-vetturi; 

regoli ġenerali li jispeċifikaw kif sewwieq għandu jaġixxi fil-każ ta’ aċċident (jattiva apparati ta’ twissija u jqanqal l-allarm) u l-miżuri li jista’ jieħu sabiex jgħin lill-vittmi ta’ aċċident tat-traffiku fejn ikun meħtieġ;

il-fatturi ta’ sigurtà relatati mal-vettura, mal-piż u mal-persuni li jkunu qed jinġarru; 

l-aspetti tal-għarfien tas-sikurezza relatati ma’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

(f)il-prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura; 

(g)l-aspetti mekkaniċi li jkollhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq; l-applikanti għandhom ikunu kapaċi jagħrfu d-difetti l-aktar komuni, b’mod partikolari fl-istering, fis-sistemi tas-sospensjoni u tal-ibbrejkjar, fit-tajers, fid-dwal u fl-indikaturi tad-direzzjoni, fir-rifletturi, fil-mirja retroviżuri, fil-windscreen u fil-wajpers, fis-sistema tal-egżost, fiċ-ċinturin tas-sigurtà u fl-apparat ta’ twissija li jinstema’; 

(h)it-tagħmir tas-sikurezza tal-vettura u, b’mod partikolari, l-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, tat-trażżin għar-ras, tat-tagħmir tas-sikurezza tat-tfal u tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi; 

(i)ir-regoli u l-aspetti rigward l-użu tal-vettura fir-rigward tal-ambjent, inkluż fir-rigward tal-vetturi elettriċi: l-użu xieraq ta’ apparat ta’ twissija li jinstema’, il-konsum moderat ta’ fjuwil/enerġija, il-limitazzjoni tal-emissjonijiet (emissjonijiet tal-gassijiet serra, sustanzi li jniġġsu l-arja, storbju u mikroplastiċi mill-użu tat-tajers u tat-toroq eċċ.). 

3.Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Kategoriji A1, A2 u A 

Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali dwar: 

(a)l-użu ta’ lbies protettiv bħal ingwanti, żraben, ilbies u l-elmu protettiv; 

(b)il-viżibbiltà tal-motoċiklisti għal utenti oħra tat-triq; 

(c)il-fatturi tar-riskju relatati ma’ diversi kundizzjonijiet tat-toroq kif stabbiliti hawn fuq b’attenzjoni speċjali għall-partijiet li jkunu jiżolqu bħalma huma l-għotjien tas-sistemi tad-drenaġġ, is-sinjali tat-toroq bħalma huma l-linji u l-vleġeġ, il-linji tat-tram; 

(d)l-aspetti mekkaniċi li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq kif stabbiliti hawn fuq b’attenzjoni speċjali għas-swiċċ tal-waqfien ta’ emerġenza, il-livelli taż-żejt u l-katina. 

4.Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E 

(1)Il-kontroll obbligatorju tat-tagħrif ġenerali dwar: 

(a)ir-regoli dwar is-sigħat tas-sewqan u l-perjodi ta’ mistrieħ kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 ; l-użu tat-takografu kif definit mir-Regolament (UE) 165/2014; 

(b)ir-regoli rigward it-tip ta’ trasport ikkonċernat: l-oġġetti jew il-passiġġieri; 

(c)id-dokumenti tal-vettura u tat-trasport meħtieġa għat-trasport nazzjonali u internazzjonali tal-oġġetti u l-passiġġieri; 

(d)kif għandhom iġibu ruħhom fil-każ ta’ inċident; it-tagħrif dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu wara aċċident jew avveniment simili, inkluż azzjoni tal-emerġenza bħall-evakwazzjoni tal-passiġġieri u t-tagħrif bażiku dwar l-ewwel għajnuna; 

(e)il-prekawzjonijiet li għandhom jieħdu matul it-tneħħija u l-bdil tar-roti; 

(f)ir-regoli dwar il-piż u l-qisien tal-vetturi; ir-regoli dwar il-limitaturi tal-veloċità; 

(g)l-ostruzzjoni tal-angolu tal-vista kkawżata mill-karatteristiċi tal-vetturi tagħhom; 

(h)il-qari tal-mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi tan-navigazzjoni (fakultattiv); 

(i)il-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-kontroll tat-tagħbija (l-istivar u l-irbit), id-diffikultajiet rigward id-diversi tipi ta’ tagħbijiet (pereżempju l-likwidi, it-tagħbijiet sospiżi, …), it-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija u l-użu tal-apparat tat-tagħbija (il-Kategoriji C, CE, C1, C1E biss); 

(j)ir-responsabbiltà tas-sewwieq rigward il-ġarr tal-passiġġieri; il-kumdità u s-sigurtà tal-passiġġieri; il-ġarr tat-tfal; il-verifiki meħtieġa qabel is-sewqan; it-tipi kollha ta’ karozzi tal-linja għandhom ikunu parti mit-test tat-teorija (karozzi tal-linja u coaches tas-servizz pubbliku, karozzi tal-linja b’dimensjonijiet speċjali, …) (il-Kategoriji D, DE. D1, D1E biss). 

(k)L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil applikanti għal liċenzja għal vettura tal-kategorija C1 jew C1E barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 milli juru l-għarfien tagħhom dwar is-suġġetti elenkati fil-punti 4.(1), punt (a) sa 4.(1), punt (c).

(2)Il-verifika obbligatorja tat-tagħrif ġenerali tad-dispożizzjonijiet addizjonali li ġejjin għall-Kategoriji C, CE, D u DE: 

(a)il-prinċipji tal-kostruzzjoni u l-funzjonament ta’: il-magni ta’ kombustjoni interna, il-fluwidi (pereżempju ż-żejt tal-magna, il-fluwidu berried, il-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-windscreen), is-sistema tal-fjuwil, is-sistema elettrika, is-sistema tal-ignixin, is-sistema tat-trażmissjoni (il-klaċċ, il-gerboks, eċċ.); 

(b)il-lubrikazzjoni u l-protezzjoni kontra l-iffriżar; 

(c)il-prinċipji tal-kostruzzjoni, il-fitting, l-użu korrett u l-kura tat-tajers; 

(d)il-prinċipji dwar it-tipi, l-operat, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutenzjoni jum b’jum tal-fittings tal-brejkijiet u tat-trażżin tal-veloċità, u l-użu tal-brejkijiet anti-lock; 

(e)il-prinċipji dwar it-tipi, it-tħaddim, il-partijiet prinċipali, il-konnessjoni, l-użu u l-manutenzjoni jum b’jum tas-sistemi ta’ akkoppjar (il-kategoriji CE, DE biss); 

(f)il-metodi kif wieħed isib il-kawżi tal-ħsarat li jikkaġunaw il-waqfien; 

(g)il-manutenzjoni preventiva tal-vetturi u t-tiswijiet neċessarji għall-funzjonament; 

(h)ir-responsabiltà tas-sewwieq fir-rigward tal-aċċettazzjoni, il-ġarr u t-twassil tal-oġġetti f’konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma (il-Kategoriji C, CE biss). 

B.    TEST TAL-ĦILA U TAL-IMĠIBA 

5.Il-vettura u t-tagħmir tagħha 

(1)It-trażmissjoni tal-vettura 

(a)Is-sewqan ta’ vettura bi trażmissjoni manwali għandu jkun soġġett li wieħed jgħaddi minn test tal-ħiliet u tal-imġiba li jsir fuq vettura bi trażmissjoni manwali. 

“Vettura bi trażmissjoni manwali” tfisser vettura li fiha pedala tal-klaċċ (jew lieva operata manwalment għall-kategoriji A, A2 u A1) u li trid tiġi operata mis-sewwieq meta l-vettura tiġi startjata jew imwaqqfa, u meta jinbidlu l-gerijiet. 

(b)Vetturi li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-punt 5(1), il-punt (a) għandhom jitqiesu li għandhom trażmissjoni awtomatika. 

Mingħajr preġudizzju għall-punt 5.(1)(c), jekk applikant jagħmel it-test tal-ħiliet u tal-imġiba fuq vettura bi trażmissjoni awtomatika, dan għandu jiġi rreġistrat fuq kwalunkwe liċenzja maħruġa abbażi ta’ test bħal dan bil-kodiċi rilevanti tal-Unjoni previst fl-Anness I, il-Parti E. Liċenzji b’din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta’ vetturi bi trażmissjoni awtomatika. 

(c)Il-kodiċi tal-Unjoni mmarkat fuq liċenzja tas-sewqan tal-kategorija A1, A2, A, B1, B u BE maħruġa abbażi ta’ test tal-ħiliet u tal-imġiba imwettaq fuq vettura bi trażmissjoni awtomatika għandu jitneħħa jekk id-detentur jgħaddi minn test iddedikat tal-ħiliet u tal-imġiba jew ilesti taħriġ iddedikat. 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex: 

(i) japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ iddedikat; jew, 

(ii) jorganizzaw it-test iddedikat tal-ħiliet u tal-imġiba. 

Il-vetturi użati għat-taħriġ jew għat-test kopert minn dan il-punt għandhom ikunu bi trażmissjoni manwali u għandhom jaqgħu fil-kategorija tal-liċenzja tas-sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti. 

It-tul tat-test tal-ħiliet u tal-imġiba u d-distanza vvjaġġata għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu vvalutati l-ħiliet u l-imġiba stabbiliti fil-punt 6 jew 7 ta’ dan l-Anness b’attenzjoni partikolari mogħtija għat-tħaddim tat-trażmissjoni tal-vettura.  

It-taħriġ għandu jkun fih l-aspetti kollha koperti fil-punt 6 jew 7 ta’ dan l-Anness b’attenzjoni partikolari mogħtija għat-tħaddim tat-trażmissjoni tal-vettura. Kull parteċipant għandu jwettaq il-komponenti prattiċi tat-taħriġ u għandu juri l-ħiliet u l-imġiba tiegħu fit-toroq pubbliċi. It-tul tat-taħriġ għandu jkun mill-inqas 7 sigħat.

(d)Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-vetturi tal-kategorija BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma tiġi rreġistrata l-ebda restrizzjoni fuq vetturi bi trażmissjoni awtomatika fuq il-liċenzja tas-sewqan għal vetturi tal-kategorija BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 jew D1E msemmija fil-punt 5.(1)(b), meta l-applikant ikun diġà detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa fuq vettura bi trażmissjoni manwali f’mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: B, BE, C, CE, C1, C1E, D, D1 jew D1E, u jkun wettaq l-azzjonijiet deskritti fil-punt 8.(4) matul it-test tal-ħiliet u tal-imġiba. 

(2)Il-vetturi użati f’testijiet tal-ħiliet u l-imġiba għandhom jikkonformaw mal-kriterji minimi mogħtija hawn taħt. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet għal kriterji aktar stretti jew iżidu oħrajn. Għall-użu fit-test tal-ħiliet u tal-imġiba għall-vetturi ta’ kategorija A1, A2 u A, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tolleranza ta’ 5 cm3 taħt iċ-ċilindrata minima meħtieġa. 

(a)Kategorija A1: 

Mutur tal-Kategorija A1 mingħajr sidecar, b’potenza attribwita li ma taqbiżx 11 kW u bi proporzjon ta’ potenza/piż li ma jaqbiżx 0,1 kW/kg, u li kapaċi jtella’ veloċità ta’ mill-inqas 90 km/siegħa. 

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, iċ-ċilindrata tal-magna għandha tkun ta’ mill-inqas 120 cm3. 

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,08 kW/kg; 

(b)Kategorija A2: 

Mutur mingħajr sidecar, b’potenza attribwita ta’ mill-inqas 20 kW iżda li ma taqbiżx 35 kW u bi proporzjon ta’ potenza/piż li ma jaqbiżx 0,2 kW/kg. 

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, il-kapaċità kubika tal-magna għandha tkun mill-inqas 250 cm3. 

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,15 kW/kg; 

(c)Kategorija A: 

Mutur mingħajr sidecar, li l-massa mhux mogħbija tiegħu hija aktar minn 180 kg, b’potenza attribwita ta’ mill-inqas ta’ 50 kW. Tolleranza ta’ 5 kg taħt il-massa minima meħtieġa tista’ tiġi aċċettata mill-Istat Membru. 

Jekk il-mutur jaħdem b’magna ta’ kombustjoni interna, il-kapaċità kubika tal-magna għandha tkun ta’ mill-inqas 600 cm3. 

Jekk il-mutur jaħdem bl-elettriku, il-proporzjon ta’ potenza/piż tal-vettura għandu jkun ta’ mill-inqas 0,25 kW/kg. 

(d)Kategorija B: 

Vettura tal-Kategorija B b’erba’ roti b’kapaċità ta’ veloċità ta’ mill-anqas 100 km/siegħa; 

(e)Kategorija BE: 

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija B bi trejler li l-massa massima awtorizzata tiegħu tkun ta’ mill-anqas 1 000 kg, li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 100 km/s, li ma taqax taħt il-kategorija B; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jikkonsisti minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun mill-inqas tal-istess wisa’ u għoli daqs il-vettura bil-mutur; il-body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa jista’ wkoll ikun ftit inqas wiesa’ mill-vettura bil-mutur sakemm il-vista lejn wara tkun possibbli biss permezz tal-użu ta’ mirja retroviżuri esterni tal-vettura bil-mutur; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b’massa totali reali minima ta’ 800 kg; 

(f)Kategorija B1: 

Kwadriċiklu bil-mutur li kapaċi jtella’ veloċità ta’ mill-anqas 60 km/siegħa; 

(g)Kategorija C: 

Vettura tal-kategorija C b’massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 12 000 kg, tul ta’ mill-anqas 8 m, wisa’ ta’ mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; li jkollha fiha brejkijiet anti-lock, li tkun mgħammra bl-apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa’ u l-għoli tal-kabina; il-vettura għandha tkun ippreżentata b’massa minima totali reali ta’ 10 000 kg; 

(h)Kategorija CE: 

Vettura artikolata jew kombinazzjoni ta’ vettura tat-test tal-kategorija C u trejler ta’ mill-anqas 7,5 m tul; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandu jkollhom massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 20 000 kg, tul ta’ mill-anqas 14-il metru u wisa’ ta’ mill-anqas 2,40 m, għandhom ikunu kapaċi jtellgħu veloċità ta’ mill-anqas 80 km/s, għandhom ikunu attrezzati bi brejkijiet anti-lock, mgħammra b’takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa’ u l-għoli tal-kabina; kemm il-vettura artikolata kif ukoll il-kombinazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b’massa minima totali reali ta’15 000 kg; 

(i)Kategorija C1: 

Vettura tas-sottokategorija C1 b’massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 4 000 kg, b’tul ta’ mill-anqas 5 m u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b’takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; il-kompartiment tat-tagħbija għandu jkun magħmul minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa’ u l-għoli tal-kabina; 

(j)Kategorija C1E: 

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sottokategorija C1 bi trejler b’massa awtorizzata massima ta’ mill-anqas 1 250 kg; din il-kombinazzjoni għandha tkun mill-anqas 8 m fit-tul u b’kapaċità ta’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jkun jikkonsisti minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun mill-anqas il-wisa’ u l-għoli tal-kabina; il-body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa jista’ wkoll ikun ftit inqas fil-wisa’ mill-kabina diment li l-vista lejn wara tkun possibbli biss bl-użu tal-mirja retroviżuri esterni tal-vettura bil-mutur; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b’massa totali reali minima ta’ 800 kg; 

(k)Kategorija D: 

Vettura tal-kategorija D b’tul ta’ mill-anqas 10 m, b’wisa’ ta’ mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b’takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; 

(l)Kategorija DE: 

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tal-kategorija D u trejler b’massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 1 250 kg, ta’ wisa’ ta’ mill-anqas 2,40 m u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jkun magħmul minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun wiesgħa mill-inqas 2 m u għolja 2 m; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b’massa totali reali minima ta’ 800 kg; 

(m)Kategorija D1: 

Vettura tas-sottokategorija D1 b’massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 4 000 kg, b’tul ta’ mill-anqas 5 m u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; mgħammra bi brejkijiet anti-lock u armata b’takografu kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014; 

(n)Kategorija D1E: 

Kombinazzjoni magħmula minn vettura tat-test tas-sottokategorija D1 bi trejler ta’ massa massima awtorizzata ta’ mill-anqas 1 250 kg u li kapaċi ttella’ veloċità ta’ mill-anqas 80 km/siegħa; il-kompartiment tat-tagħbija tat-trejler għandu jkun magħmul minn body fil-forma ta’ kaxxa magħluqa li tkun wiesgħa mill-inqas 2 m u għolja 2 m; it-trejler għandu jiġi ppreżentat b’massa totali reali minima ta’ 800 kg; 

6.Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-Kategoriji A1, A2 u A 

(1)Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq 

L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: 

(a)jaġġustaw l-ilbies protettiv, bħal ingwanti, bwietz, ilbies u l-elmu protettiv; 

(b)iwettqu kontroll għal għarrieda tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-brejkijiet, tal-istering, tal-iswiċċ għall-waqfien ta’ emerġenza (jekk ikun applikabbli), tal-katina, tal-livelli taż-żejt, tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat tat-twissija li jinstema’. 

(2)Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati peress li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq:

(a)itellgħu u jniżżlu l-mutur fuq l-istand tiegħu u jmexxuh, mingħajr l-għajnuna tal-magna, billi jimxu maġenb il-vettura; 

(b)jipparkjaw il-mutur fuq l-istand tiegħu; 

(c)għall-inqas żewġ manuvri li għandhom isiru b’veloċità baxxa, inkluża slalom; dan għandu jkun tali li jippermetti li tiġi valutata l-kompetenza fil-maniġġ tal-klaċċ f’kombinazzjoni mal-brejk, il-bilanċ, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur u l-pożizzjoni tas-saqajn fuq il-foot-rests; 

(d)mill-inqas żewġ manuvri għandhom isiru f’veloċità kbira, li waħda minnhom għandha ssir bit-tieni jew bit-tielet ger, mill-anqas bi 30 km/siegħa u manuvra waħda li tevita ostaklu b’veloċità minima ta’ 50 km/siegħa; dan għandu jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza tal-pożizzjoni fuq il-mutur, id-direzzjoni tal-vista, il-bilanċ, it-teknika fuq l-istering u t-teknika fit-tibdil tal-gerijiet; 

(e)l-ibbrejkjar: mill-inqas għandhom isiru żewġ eżerċizzji tal-ibbrejkjar, inkluż l-ibbrejkjar ta’ emerġenza b’veloċità minima ta’ 50 km/siegħa; dan irid jippermetti li tiġi ttestjata l-kompetenza fl-operat tal-brejkijiet ta’ quddiem u ta’ wara, id-direzzjoni tal-vista u l-pożizzjoni fuq il-mutur. 

(3)L-imġiba fit-traffiku 

L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f’sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu, waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha: 

(a)isuqu lil hinn: wara li jipparkjaw, wara waqfa fit-traffiku; joħorġu minn driveway; 

(b)is-sewqan f’toroq dritti; jgħaddu minn ma’ vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spazji konfinati; 

(c)isuqu madwar liwjiet; 

(d)salib it-toroq: joqorbu lejn intersezzjonijiet u junctions u jaqsmuhom; 

(e)jibdlu d-direzzjoni: iduru lejn ix-xellug u l-lemin; jibdlu l-korsiji; 

(f)joqorbu lejn awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm) u joħorġu minnhom: jidħlu mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; jitilqu mill-korsija tad-deċellerazzjoni; 

(g)jaqbżu/jgħaddu: jaqbżu traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); isuqu maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; jinqabżu minn traffiku ieħor (jekk xieraq); 

(h)karatteristiċi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; qsim minn fuq il-linji ferrovjarji; il-waqfiet tat-tramm/tal-karozzi tal-linja; il-punti tal-qsim pedonali; isuqu ’l fuq/’l isfel fuq għoljiet twal; mini; 

(i)jantiċipaw u jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet perikolużi bl-użu ta’ simulaturi;

(j)it-teħid ta’ prekawzjonijiet neċessarji waqt l-inżul mill-vettura. 

7.Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-Kategoriji B, B1 u BE 

(1)Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq 

L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: 

(a)l-aġġustament tas-sit kif meħtieġ biex tinkiseb il-pożizzjoni bilqgħieda korretta; 

(b)l-aġġustament tal-mirja retroviżuri, taċ-ċinturin tas-sigurtà u tat-trażżin għar-ras jekk ikun hemm; 

(c)kontroll li l-bibien huma magħluqin; 

(d)kontroll għal għarrieda tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-istering, tal-brejkijiet, tal-fluwidi (pereżempju ż-żejt tal-magna, il-fluwidu berried, il-fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-windscreen), tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat tat-twissija li jinstema’; 

(e)kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: il-body, il-pjanċi, il-bibien tal-merkanzija, l-illokkjar tal-kabina, il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategorija BE biss); 

(f)kontroll tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar u l-brejk u l-konnessjonijiet elettriċi (il-kategorija BE biss). 

(2)Il-kategoriji B u B1: manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati billi jkollhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq 

Għandhom isiru testijiet b’xi wħud mill-manuvri li ġejjin (mill-anqas żewġ manuvri għall-erba’ punti, inkluż waħda bil-ger tar-rivers): 

(a)riversjar f’linja dritta jew riversjar lejn il-lemin jew lejn ix-xellug madwar kantuniera filwaqt li l-vettura tinżamm fil-korsija korretta tat-traffiku; 

(b)tidwir tal-vettura b’tali mod li tiġi tħares fid-direzzjoni opposta, billi jintużaw il-gerijiet ’il quddiem u tar-rivers; 

(c)ipparkjar tal-vettura u jitħalla spazju ta’ parkeġġ (parallel, obligwu, angolu ta’ 90 grad, ’il quddiem jew fir-rivers, fuq post ċatt, f’għolja jew f’niżla); 

(d)l-użu akkurat tal-brejkijiet sabiex issir waqfa; madankollu, it-twettiq ta’ waqfa ta’ emerġenza huwa fakultattiv. 

(3)Kategorija BE - manuvri speċjali b’effett fuq is-sikurezza fit-toroq, li għandhom jiġu ttestjati:

(a)l-akkoppjar u d-diżakkoppjar, jew id-diżakkoppjar u l-akkoppjar mill-ġdid ta’ trejler mill-vettura bil-mutur tiegħu; il-manuvra trid tinvolvi li l-vettura tal-irmonk tiġi pparkjata maġenb it-trejler (jiġifieri mhux f’linja dritta); 

(b)riversjar matul liwja, li l-linja ta’ din il-manuvra għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri; 

(c)l-ipparkjar b’mod sikur għat-tagħbija/għall-ħatt. 

(4)L-imġiba fit-traffiku 

L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f’sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu, waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha: 

(a)isuqu lil hinn: wara li jipparkjaw, wara waqfa fit-traffiku; joħorġu minn driveway; 

(b)isuqu f’toroq dritti; jgħaddu minn ma’ vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spazji konfinati; 

(c)isuqu madwar liwjiet; 

(d)Salib it-toroq: joqorbu lejn intersezzjonijiet u junctions u jaqsmuhom; 

(e)jibdlu d-direzzjoni: iduru lejn ix-xellug u l-lemin; jibdlu l-korsiji; 

(f)joqorbu lejn awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm) u joħorġu minnhom: jidħlu mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; jitilqu mill-korsija tad-deċellerazzjoni; 

(g)jaqbżu/jgħaddu: jaqbżu traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); isuqu maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; jinqabżu minn traffiku ieħor (jekk xieraq); 

(h)karatteristiċi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; qsim minn fuq il-linji ferrovjarji; il-waqfiet tat-tramm/tal-karozzi tal-linja; il-punti tal-qsim pedonali; isuqu ’l fuq/’l isfel fuq għoljiet twal; mini; 

(i)jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura;

(j)jantiċipaw u jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet perikolużi bl-użu ta’ simulaturi.

8.Ħiliet u mġiba li għandhom jiġu ttestjati għall-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E 

(1)Il-preparazzjoni u l-kontroll tekniku tal-vettura li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq 

L-applikanti għandhom juru li huma kapaċi jippreparaw sabiex isuqu bla periklu billi jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: 

(a)l-aġġustament tas-sit kif meħtieġ biex tinkiseb il-pożizzjoni bilqgħieda korretta; 

(b)l-aġġustament tal-mirja retroviżuri, taċ-ċinturin tas-sigurtà u tat-trażżin għar-ras jekk ikun hemm; 

(c)il-kontrolli għal għarrieda tal-kundizzjoni tat-tajers, tal-istering, tal-brejkijiet, tad-dwal, tar-rifletturi, tal-indikaturi tad-direzzjoni u tal-apparat ta’ twissija li jinstema’; 

(d)il-kontroll tas-sistemi tal-brejkijiet u tal-istering li jaħdmu bil-għajnuna ta’ magna; il-kontroll tal-kundizzjoni tar-roti, tal-iskorfini tar-roti, tal-mudguards, tal-windscreen, tat-twieqi u tal-wajpers, tal-fluwidi (pereżempju żejt tal-magna, fluwidu berried, fluwidu li jintuża għall-ħasil tal-windscreen); il-kontroll u l-użu tal-panil tal-istrumenti inkluż l-apparat ta’ reġistrazzjoni kif definit fir-Regolament (UE) Nru 165/2014. Dan ir-rekwiżit tal-aħħar ma japplikax għall-applikanti għal liċenzja tas-sewqan għal vettura tal-kategorija C1 jew C1E li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament; 

(e)kontroll tal-pressjoni tal-arja, tat-tankijiet tal-arja u tas-sospensjoni; 

(f)kontroll tal-fatturi tas-sigurtà relatati mat-tagħbija tal-vettura: body, il-pjanċi, il-bibien mnejn tidħol it-tagħbija, il-mekkaniżmu tat-tagħbija (jekk ikun hemm), l-illokkjar tal-kabina (jekk ikun hemm), il-metodu tat-tagħbija, l-irbit tat-tagħbija (il-kategoriji C, CE, C1, C1E biss); 

(g)kontroll tal-mekkaniżmu tal-akkoppjar u tal-brejkijiet u tal-konnessjonijiet elettriċi (il-kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss); 

(h)li persuna tkun kapaċi tieħu miżuri speċjali tas-sigurtà rigward il-vettura; kontroll tal-body, tal-bibien tas-servizz, tal-ħruġ tal-emerġenza, tal-apparat tal-ewwel għajnuna, tal-apparat tat-tifi tan-nar u ta’ apparat ieħor ta’ sigurtà (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss); 

(i)il-qari tal-mappa tat-triq, l-ippjanar tar-rotta, inkluż l-użu tas-sistemi elettroniċi tan-navigazzjoni (fakultattiv). 

(2)Il-manuvri speċjali li għandhom jiġu ttestjati peress li għandhom effett fuq is-sikurezza fit-toroq:

(a)l-akkoppjar u d-diżakkoppjar, jew id-diżakkoppjar u l-akkoppjar mill-ġdid ta’ trejler mill-vettura bil-mutur tiegħu; il-manuvra għandha tinvolvi l-vettura tal-irmonk li tkun ipparkjata maġenb it-trejler (jiġifieri mhux wara xulxin) (il-kategoriji CE, C1E, DE, D1E biss); 

(b)riversjar matul liwja, li l-linja ta’ din il-manuvra għandha titħalla fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri; 

(c)l-ipparkjar b’mod sikur għat-tagħbija/għall-ħatt ma’ rampa/pjattaforma tat-tagħbija jew ma’ installazzjoni simili (il-kategoriji C, CE, C1, C1E biss); 

(d)l-ipparkjar sabiex il-passiġġieri jitħallew jitilgħu jew jinżlu min fuq karozza tal-linja bla periklu (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss). 

(3)L-imġiba fit-traffiku 

L-applikanti għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha li ġejjin f’sitwazzjonijiet normali tat-traffiku, kompletament bla periklu, waqt li jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha: 

(a)isuqu lil hinn: wara li jipparkjaw, wara waqfa fit-traffiku; joħorġu minn driveway; 

(b)isuqu f’toroq dritti; jgħaddu minn ma’ vetturi ġejjin minn quddiem, inkluż fi spazji konfinati; 

(c)isuqu madwar liwjiet; 

(d)salib it-toroq: joqorbu lejn intersezzjonijiet u junctions u jaqsmuhom; 

(e)jibdlu d-direzzjoni: iduru lejn ix-xellug u l-lemin; jibdlu l-korsiji; 

(f)joqorbu lejn awtostradi jew postijiet simili (jekk ikun hemm) u joħorġu minnhom: jidħlu mill-korsija tal-aċċellerazzjoni; jitilqu mill-korsija tad-deċellerazzjoni; 

(g)jaqbżu/jgħaddu: jaqbżu traffiku ieħor (jekk ikun possibbli); isuqu maġenb ostakli, pereżempju karozzi pparkjati; jinqabżu minn traffiku ieħor (jekk xieraq); 

(h)karatteristiċi speċjali tat-toroq (jekk ikun hemm): roundabouts; qsim minn fuq il-linji ferrovjarji; il-waqfiet tat-tramm/tal-karozzi tal-linja; il-punti tal-qsim pedonali; isuqu ’l fuq/’l isfel fuq għoljiet twal; mini; 

(i)jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha waqt l-inżul mill-vettura. 

(4)isuqu b’mod sikur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija:

(a)isuqu b’tali mod biex tiġi żgurata s-sikurezza u biex jitnaqqas kemm il-konsum tal-fjuwil/tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet waqt l-aċċellerazzjoni, id-deċellerazzjoni, is-sewqan fit-telgħa u fin-niżla;

(b)jantiċipaw u jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet perikolużi bl-użu ta’ simulaturi 

9.L-għoti tal-marki fit-test ta’ ħila u ta’ mġiba 

(1)Għal kull sitwazzjoni ta’ sewqan imsemmija hawn fuq fil-punti 6, 7 u 8, il-valutazzjoni għandha tirrifletti l-grad ta’ faċilità li biha l-applikant jimmaniġġa l-kontrolli tal-vettura u l-ħila murija tiegħu li jsuq fit-traffiku b’mod kompletament sikur. L-eżaminatur irid iħossu sikur matul it-test kollu. Żbalji fis-sewqan jew imġiba perikoluża li immedjatament jipperikolaw is-sigurtà tal-vettura tat-test, il-passiġġieri ta’ ġewwa fiha jew lil dawk li jkunu qed jużaw it-triq għandhom jiġu ppenalizzati billi s-sewwieq ma jgħaddix mit-test, kemm jekk l-eżaminatur, jew l-akkumpanjatur, ikollu jinterveni kif ukoll jekk le. Madankollu, l-eżaminatur għandu jkun liberu li jiddeċiedi jekk it-test dwar il-ħiliet u dwar l-imġiba għandux jitlesta jew le. 

L-eżaminaturi tas-sewqan għandhom ikunu mħarrġa sabiex jivvalutaw b’mod korrett il-kapaċità tal-applikanti li jsuqu b’mod sikur. Ix-xogħol tal-eżaminaturi tas-sewqan għandu jiġi mmonitorjat u ssorveljat, minn korp awtorizzat minn Stat Membru, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni tan-nuqqasijiet f’konformità mal-istandards stabbiliti f’dan l-Anness.

(2)Matul il-valutazzjoni tagħhom, l-eżaminaturi tas-sewqan għandhom jagħtu attenzjoni speċjali għal jekk l-applikant ikunx qiegħed juri mġiba difensiva u soċjali fis-sewqan. Dan għandu jirrifletti l-istil ġenerali tas-sewqan u l-eżaminatur tas-sewqan għandu jqis dan fl-impressjoni ġenerali dwar l-applikant. Dan għandu jinkludi sewqan adattat u determinat (sikur), filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tat-triq u tat-temp, filwaqt li jitqies traffiku ieħor, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-utenti l-oħra tat-triq (partikolarment l-utenti tat-triq vulnerabbli) u l-antiċipazzjoni. 

(3)L-eżaminatur tas-sewqan għandu, barra minn hekk, jivvaluta jekk l-applikant: 

(a)jikkontrollax il-vettura; filwaqt li jqis: l-użu korrett taċ-ċinturin tas-sigurtà, il-mirja retroviżuri, it-trażżin għar-ras; is-sit; l-użu korrett tad-dwal u ta’ apparat ieħor; l-użu korrett tal-klaċċ, tal-gerboks, tal-aċċelleratur, tas-sistemi tal-ibbrejkjar (inkluża t-tielet sistema tal-ibbrejkjar, jekk disponibbli), l-istering; il-kontroll tal-vettura taħt ċirkostanzi differneti, b’diversi veloċitajiet; l-istabbiltà fit-triq; il-piż u d-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tal-vettura; il-piż u t-tip tat-tagħbija (il-kategoriji BE, C, CE, C1, C1E, DE, D1E biss); il-kumdità tal-passiġġieri (il-kategoriji D, DE, D1, D1E biss) (ebda aċċellerazzjoni f’salt, sewqan mingħajr skossi u ebda bbrejkjar f’salt); 

(b)isuqx b’mod ekonomiku u sikur u b’mod effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jqis ir-rotazzjonijiet kull minuta, il-bdil tal-gerijiet, l-ibbrejkjar u l-aċċellerazzjoni (il-kategoriji B, BE, C, CE, C1, C1E, D, DE, D1, D1E biss); 

(c)jikkonformax mar-regoli ta’ osservazzjoni: l-osservazzjoni ta’ dak kollu li hemm madwaru; l-użu korrett tal-mirja; il-vista għal distanza fil-bogħod, medjana, fil-qrib; 

(d)jirrispettax il-prijorità/l-għoti tad-dritta: il-prijorità f’salib it-toroq, l-intersezzjonijiet u l-junctions; l-għoti tad-dritta f’okkażjonijiet oħra (pereżempju l-bdil tad-direzzjoni, il-bdil tal-korsiji, manuvri speċjali); 

(e)iżommx pożizzjoni korretta fit-triq: iż-żamma tal-pożizzjoni kif suppost fit-triq, fit-trejqiet, fir-roundabouts, madwar liwjiet, b’mod xieraq għat-tip u għall-karatteristiċi tal-vettura; it-teħid tal-pożizzjoni bil-quddiem; 

(f)iżommx id-distanza: iż-żamma ta’ distanza adegwata fuq quddiem u fuq il-ġenb; iż-żamma ta’ distanza adegwata minn utenti oħra tat-triq b’mod partikolari utenti vulnerabbli tat-triq;

(g)jirrispettax il-limiti u r-rakkomandazzjonijiet tal-veloċità: ma jaqbiżx il-veloċità massima permissibbli; l-adattament tal-veloċità skont il-kundizzjonijiet tat-temp/tat-traffiku u fejn ikun xieraq sal-limiti nazzjonali tal-veloċità; is-sewqan b’veloċità tali li l-waqfien sa distanza tat-triq li tkun visibbli u bla ostakoli jkun possibli; l-adattament tal-veloċità għall-veloċità ġenerali tal-istess tip ta’ utenti tat-triq; 

(h)jirrispettax id-dwal tat-traffiku, is-sinjali tat-toroq u indikazzjonijiet oħra: jaġixxi b’mod korrett mad-dwal tat-traffiku; jobdi l-istruzzjonijiet mill-kontrolluri tat-traffiku; jaġixxi b’mod korrett mas-sinjali tat-toroq (projbizzjonijiet jew ordnijiet); it-teħid ta’ azzjoni xierqa mal-marki tat-toroq; 

(i)ir-rispett tas-senjalar: l-għoti ta’ sinjali fejn ikun neċessarju, b’mod korrett u fil-ħin it-tajjeb; jindika d-direzzjonijiet b’mod korrett; teħid ta’ azzjoni xierqa fir-rigward tas-sinjali kollha li jsiru minn utenti oħra tat-triq; 

(j)jikkontrollax l-ibbrejkjar u l-waqfien: id-deċellerazzjoni fil-ħin, l-ibbrejkjar jew il-waqfien skont iċ-ċirkostanzi; antiċipazzjoni; l-użu tad-diversi sistemi tal-ibbrejkjar (għall-kategoriji C, CE, D, DE biss); l-użu ta’ sistemi ta’ tnaqqis tal-veloċità minbarra l-brejkijiet (għall-kategoriji C, CE, D, DE biss). 

10.It-tul tat-test 

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu biżżejjed sabiex jiġu eżaminati l-ħiliet u l-imġiba stabbiliti fit-titolu B ta’ dan l-Anness. F’ebda ċirkostanza l-ħin mqatta’ fis-sewqan fit-triq ma għandu jkun anqas minn 25 minuta għall-kategoriji A, A1, A2, B, B1 u BE u 45 minuta għall-kategoriji l-oħrajn. Dan ma għandux jinkludi l-ilqugħ tal-applikant, il-preparazzjoni tal-vettura, il-kontroll tekniku tal-vettura li għandu effett fuq is-sikurezza fit-toroq, il-manuvri speċjali u t-tħabbir tar-riżultat tat-test prattiku. 

11. Il-post tat-test 

Il-parti tat-test li teżamina l-manuvri speċjali tista’ ssir fuq art speċjali għat-testijiet. Fejn ikun prattikabbli, il-parti tat-test fejn tiġi eżaminata l-imġiba fit-traffiku għandha ssir f’toroq ’il barra mill-abitat, toroq express u awtostradi (jew toroq simili), kif ukoll fuq kwalunkwe tip ta’ toroq urbani (żoni residenzjali, żoni ta’ 30 u 50 km/siegħa, toroq express urbani) li għandhom jirrappreżentaw id-diversi tipi ta’ diffikultajiet li x’aktarx jiltaqa’ magħhom is-sewwieq. Ikun tajjeb ukoll li t-test isir f’diversi kundizzjonijiet ta’ densità tat-traffiku. Il-ħin mqatta’ fis-sewqan fit-triq għandu jintuża bl-aħjar mod sabiex l-applikant jiġi vvalutat fid-diversi żoni traffikużi li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom, b’enfasi speċjali fuq li ssir bidla minn post bħal dan għall-ieħor. 

II.   L-GĦARFIEN, IL-ĦILA U L-IMĠIBA SABIEX WIEĦED ISUQ VETTURA BIL-MAGNA 

Is-sewwieqa tal-vetturi bil-magna kollha għandhom, f’kull ħin, ikollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba deskritti fil-punti 1 sa 9, bil-għan li jkunu kapaċi: 

jirrikonoxxu u jantiċipaw perikli tat-traffiku u perikli oħrajn u jivvalutaw is-serjetà tagħhom;

ikollhom ħakma suffiċjenti tal-vettura tagħhom biex ma joħolqux sitwazzjonijiet perikolużi u biex jirreaġixxu b’mod xieraq jekk iseħħu sitwazzjonijiet bħal dawn;

jikkonformaw mar-regolamenti tat-traffiku fit-toroq, u b’mod partikolari dawk maħsuba biex jipprevjenu aċċidenti fit-toroq u biex iżommu t-traffiku għaddej;

jindunaw b’xi difetti tekniċi maġġuri fil-vettura tagħhom, b’mod partikolari dawk li jistgħu jkunu ta’ perikolu għas-sigurtà, u jaraw li dawn jitranġaw kif suppost;

iqisu l-fatturi kollha li jaffettwaw l-imġiba fis-sewqan (pereżempju l-alkoħol, l-għeja, vista ħażina, eċċ.) biex iżommu l-użu sħiħ tal-fakultajiet meħtieġa għal sewqan sikur;

jgħinu jiżguraw is-sigurtà tal-utenti kollha tat-triq, u b’mod partikolari tal-utenti tat-triq vulnerabbli, billi juru rispett xieraq lejn l-oħrajn;

ikollhom għarfien suffiċjenti tal-fatturi ta’ riskju relatati mal-mezzi ta’ mikromobilità;

ikollhom għarfien suffiċjenti tas-sikurezza relatata mal-użu ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv;

ikollhom biżżejjed għarfien dwar l-użu ta’ sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewqan u ta’ aspetti oħrajn ta’ awtomatizzazzjoni ta’ vettura.

L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw il-miżuri xierqa sabiex jiżguraw li s-sewwieqa li jkunu tilfu l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba kif deskritti skont il-punti 1 sa 9 ikunu jistgħu jiksbu dan l-għarfien u dawk il-ħiliet mill-ġdid u jkomplu juru l-imġiba meħtieġa sabiex isuqu vettura bil-magna.

ANNESS III

STANDARDS MINIMI TAS-SAĦĦA MENTALI U FIŻIKA GĦAS-SEWQAN TA’ VETTURA BIL-MAGNA 

DEFINIZZJONIJIET 

1.Għall-iskop ta’ dan l-Anness, is-sewwieqa għandhom jiġu kklassifikati f’żewġ gruppi: 

(1)Grupp 1: is-sewwieqa tal-vetturi tal-kategoriji A, A1, A2, AM, B, B1 u BE;

(2)Grupp 2: is-sewwieqa tal-vetturi tal-kategoriji C, CE, C1, C1E, D, DE, D1 u D1E. 

(3)Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tipprevedi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Anness għas-sewwieqa tal-Grupp 2 japplikaw għas-sewwieqa tal-vetturi tal-Kategorija B li jużaw il-liċenzja tas-sewqan tagħhom għal skopijiet professjonali (it-taxis, l-ambulanzi, eċċ.). 

2.Bl-istess mod, l-applikanti għall-ewwel liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid tal-liċenzja tas-sewqan jiġu klassifikati fil-grupp li għalih ikunu jappartjienu ladarba tkun inħarġet jew iġġeddet il-liċenzja. 

EŻAMIJIET MEDIĊI 

3.Grupp 1: 

L-applikanti għandhom iwettqu awtovalutazzjoni tas-saħħa fiżika u mentali tagħhom għas-sewqan ta’ vettura bil-magna. 

L-applikanti għandhom ikunu meħtieġa joqogħdu għal eżami mediku jekk isir evidenti, mill-awtovalutazzjoni tas-saħħa fiżika u mentali tagħhom, meta jkunu qegħdin jintemmu l-formalitajiet meħtieġa jew waqt it-testijiet li jridu joqogħdu għalihom qabel ma jiksbu l-liċenzja tas-sewqan, li x’aktarx huma għandhom waħda jew aktar mill-inkapaċitajiet mediċi msemmija f’dan l-Anness. 

Is-sewwieqa għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura meta jiġġeddu l-liċenzji tas-sewqan tagħhom. 

4.Grupp 2: 

L-applikanti għandhom jgħaddu minn eżamijiet mediċi qabel ma tinħarġilhom liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba, u wara dan, is-sewwieqa għandhom jiġu kkontrollati f’konformità mas-sistema nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru tar-residenza normali kull meta tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan tagħhom 

5.L-istandards stabbiliti mill-Istati Membri għall-ħruġ jew għal kwalunkwe tiġdid sussegwenti tal-liċenzji tas-sewqan jistgħu jkunu iktar stretti minn dawk stabbiliti f’dan l-Anness. 

VISTA 

6.L-applikanti kollha għal liċenzja tas-sewqan għandhom jgħaddu minn investigazzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li għandhom akutezza viżiva u kamp viżiv adegwati sabiex isuqu vetturi bil-magna. Fejn ikun hemm raġuni ta’ dubju dwar jekk il-vista tal-applikant hijiex adegwata, l-applikant għandu jiġi eżaminat minn awtorità medika kompetenti. F’dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni, b’mod partikolari, għal dan li ġej: l-akutezza viżiva, il-kamp viżiv, il-vista waqt l-għabex, is-sensittività għad-dija u s-sensittività għall-kuntrast, id-diplopija u funzjonijiet viżivi oħrajn li jistgħu jikkompromettu sewqan sikur. 

Għas-sewwieqa tal-grupp 1, il-liċenzjar jista’ jiġi kkunsidrat “f’każijiet individwali eċċezzjonali” fejn l-istandard tal-kamp viżiv jew l-istandard tal-akutezza viżiva ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati iżda jkun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-ħruġ ta’ liċenzja tas-sewqan għall-applikant ma huwiex se jfixkel is-sikurezza fit-toroq; f’każijiet bħal dawn, is-sewwieq għandu jgħaddi minn eżami minn awtorità medika kompetenti biex juri li ma hemm l-ebda indeboliment ieħor fil-funzjoni viżiva, inklużi s-sensittività għad-dija u s-sensittività għall-kuntrast u l-vista waqt l-għabex. Is-sewwieq jew l-applikant għandu jkun soġġett għal test prattiku pożittiv imwettaq minn awtorità kompetenti. 

Grupp 1: 

(1)L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ din il-liċenzja għandu jkollhom akutezza viżiva binokulari, bil-lentijiet korrettivi jekk ikun hemm bżonn, ta’ mill-inqas 0,5 meta jintużaw iż-żewġ għajnejn flimkien. 

Barra minn hekk, il-kamp viżiv orizzontali għandu jkun ta’ mhux inqas minn 120 grad, l-estensjoni għandha tkun tal-inqas 50 grad xellug u lemin u 20 grad ’il fuq u ’l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’raġġ tal-20 grad ċentrali. 

Meta tinstab jew tiġi ddikjarata marda progressiva tal-għajnejn, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu bil-kundizzjoni li l-applikant isirlu eżami regolari minn awtorità medika kompetenti. 

(2)L-applikanti għal-liċenzja tas-sewqan, jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja, li jkollhom telf funzjonali totali tal-vista f’għajn waħda jew li jużaw għajn waħda biss (pereżempju fil-każ tad-diplopija) għandu jkollhom akutezza fil-vista ta’ mill-inqas 0,5, bil-lentijiet korrettivi jekk meħtieġa. L-awtorità medika kompetenti għandha tiċċertifika li din il-kundizzjoni ta’ vista monokulari kienet ilha teżisti biżżejjed hekk li tippermetti l-adattament u li l-kamp viżiv f’din l-għajn jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6.(1).  

(3)Wara kwalunkwe diplopja żviluppata reċentement jew wara t-telf tal-vista f’għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju, 6 xhur), li matulu s-sewqan ma jkunx permess. Wara dan il-perjodu, is-sewqan għandu jkun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan. 

Grupp 2:

(4)L-applikanti għal liċenzja tas-sewqan jew għat-tiġdid ta’ tali liċenzja għandu jkollhom akutezza fil-vista, bil-lentijiet korrettivi jekk ikun hemm bżonn, ta’ mill-inqas 0,8 fl-aħjar għajn u ta’ mill-inqas 0,1 fl-agħar għajn. Jekk jintużaw lentijiet korrettivi biex jintlaħqu l-valuri ta’ 0,8 u 0,1, l-akutezza minima (0,8 u 0,1) għandha tintlaħaq jew b’korrezzjoni permezz ta’ nuċċali b’qawwa ta’ mhux aktar minn +8 dijopteri, jew bl-għajnuna ta’ lentijiet tal-kuntatt. Il-korrezzjoni trid tiġi ttollerata sew. 

Barra minn hekk, il-kamp viżiv orizzontali biż-żewġ għajnejn għandu jkun ta’ mhux inqas minn 160 grad, l-estensjoni għandha tkun mill-inqas 70 grad xellug u lemin u 30 grad ’il fuq u ’l isfel. Ma għandux ikun hemm difetti f’raġġ tat-30 grad ċentrali. 

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lill-applikanti jew lis-sewwieqa b’sensittività għall-kuntrast imnaqqsa jew b’diplopija. 

Wara telf sostanzjali fil-vista minn għajn waħda, għandu jkun hemm perjodu ta’ adattament xieraq (pereżempju 6 xhur), li matulhom il-persuna ma titħalliex issuq. Wara dan il-perjodu, is-sewqan ikun permess biss wara opinjoni favorevoli mingħand esperti tal-vista u tas-sewqan. 

SMIGĦ 

7.Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lill-applikanti jew lis-sewwieqa fil-grupp 2 soġġett għall-opinjoni tal-awtoritàjiet mediċi kompetenti; fl-eżamijiet mediċi għandu jitqies b’mod partikolari l-ambitu għall-kumpens. 

PERSUNI B’DIŻABILITÀ FIŻIKA 

8.Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b’ilmenti jew b’indebolimenti fis-sistema lokomotriċi li jagħmluha perikoluż li jsuqu vettura bil-magna. 

Grupp 1: 

(1)Il-liċenzji tas-sewqan, soġġett għal ċerti restrizzjonijiet, jistgħu jinħarġu lil applikanti jew lil sewwieqa b’diżabilità fiżika wara l-għoti ta’ opinjoni minn awtorità medika kompetenti. Din l-opinjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni medika tal-ilment jew tal-indebolimenti inkwistjoni u, fejn meħtieġ, fuq test prattiku. Għandha tiġi indikata wkoll liema tip ta’ modifika hi meħtieġa għall-vettura u jekk is-sewwieq għandux bżonn juża apparat ortopediku, safejn it-test tal-ħila u tal-imġiba juri li b’dan l-apparat, is-sewqan ma jkunx perikoluż. 

(2)Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu għal kull applikant jew sewwieq b’ilment progressiv bil-kundizzjoni li l-persuna tiġi eżaminata b’mod regolari sabiex jiġi vverifikat li l-persuna tkun għadha kapaċi ssuq il-vettura b’mod kompletament sikur.  

Meta d-diżabilità fiżika tkun statika, liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu mingħajr ma l-applikant ikun soġġett għal eżami mediku regolari. 

Grupp 2: 

(3)L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp. 

MARD KARDJOVASKULARI 

9.Kundizzjonijiet jew mard kardjovaskulari jistgħu iwasslu għal indeboliment tal-funzjonijiet ċerebrali u dan jikkostitwixxi periklu għas-sikurezza fit-toroq. Dawk il-kundizzjonijiet jikkostitwixxu bażi biex jiġu stabbiliti restrizzjonijiet temporanji jew permanenti għas-sewqan. 

(1)Għall-kundizzjonijiet kardjovaskulari li ġejjin, il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu għal applikanti jew sewwieqa fil-gruppi indikati, wara biss li din il-kundizzjoni tkun ġiet trattata b’mod effettiv u soġġett għal awtorizzazzjoni medika kompetenti u jekk xieraq, valutazzjoni medika regolari: 

(a)bradiaritmiji (marda tan-nodu tas-sinus u disturbi fil-konduttività) u takiaritmiji (aritmiji supraventrikulari u ventrikulari) bi storja ta’ sinkope jew ta’ episodji sinkopali minħabba kundizzjonijiet aritmiċi (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(b)bradiaritmiji: marda tan-nodu tas-sinus u disturbi fil-konduttività b’imblukkar atrijoventrikulari (AV) tat-tieni grad Mobitz II, imblukkar AV tat-tielet grad jew imblukkar tal-bundle branch li jalterna (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(c)takiaritmija (aritmiji supraventrikulari u ventrikulari) b’ 

mard tal-qalb strutturali u takikardija ventrikolari (VT) sostnuta (applikabbli għall-gruppi 1 u 2), jew 

VT polimorfika mhux sostnuta, takikardija ventrikolari sostnuta jew b’indikazzjoni għal defibrillatur (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(d)sintomatiċi ta’ anġina (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(e)impjantazzjoni jew sostituzzjoni ta’ pacemaker permanenti (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(f)impjantazzjoni jew sostituzzjoni ta’ defibrillatur jew xokk b’defibrillatur xieraq jew mhux xieraq (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

(g)sinkope (telfien mis-sensi temporanju u ton posturali, ikkaratterizzat minn feġġa mgħaġġla, durata qasira, u rkupru spontanju, minħabba ipoperfużjoni ċerebrali globali, li toriġina minn rifless preżunt, minn kawża mhux magħrufa, mingħajr ebda evidenza ta’ marda tal-qalb sottostanti)(applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(h)sindromu koronarju akut (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(i)anġina stabbli jekk is-sintomi ma jseħħux b’eżerċizzju ħafif (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(j)intervent koronarju perkutanju (PCI) (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(k)kirurġija ta’ trapjant ta’ bypass fl-arterja koronarja (CABG) (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(l)puplesija/attakk iskemiku temporanju (TIA) (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(m)stenożi sinifikanti tal-arterja karotide (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(n)dijametru massimu tal-aorta li jaqbeż il-5,5 cm (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(o)insuffiċjenza tal-qalb: 

New York Heart Association (NYHA) I, II, III (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

NYHA I u II dment li l-frazzjoni ta’ ħruġ mill-ventrikular tax-xellug tkun minn tal-inqas 35 % (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(p)trapjant tal-qalb (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(q)apparat għall-assistenza kardijaka (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

(r)kirurġija valvolari tal-qalb (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(s)ipertensjoni malinna (żieda fil-pressjoni tad-demm sistolika ≥ 180 mmHg jew pressjoni tad-demm dijastolika ≥ 110 mmHg assoċjata ma’ ħsara imminenti jew progressiva fl-organi) (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(t)pressjoni tad-demm tal-grad III (pressjoni tad-demm dijastolika ≥ 110 mmHg u/jew pressjoni tad-demm sistolika ≥ 180 mmHg) (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(u)mard tal-qalb konġenitali (applikabbli għall-gruppi 1 u 2); 

(v)kardjomjopatija ipertrofika jekk mingħajr sinkope (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

(w)sindromu ta’ QT twil b’sinkope, Torsade des Pointes jew QTc > 500 ms (applikabbli għall-grupp 1 biss). 

(2)Għall-kundizzjonijiet kardjovaskulari li ġejjin, il-liċenzji tas-sewqan ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu għall-applikanti jew għas-sewwieqa fil-gruppi indikati: 

(a)impjant ta’ difibrillatur (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(b)mard vaskulari periferali — anewriżma aortika toraċika u addominali meta d-dijametru aortiku massimu jkun tali li jippredisponi għal riskju sinifikanti ta’ tiċrita f’daqqa u b’hekk avveniment diżabilitanti f’salt (applikabbli għall-grupp 1 u 2); 

(c)insuffiċjenza tal-qalb: 

NYHA IV (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

NYHA III u IV (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(d)apparat għall-assistenza kardijaka (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(e)mard tal-qalb valvulari b’rifluss aortiku, stenożi aortika, rifluss mitrali jew stenożi mitrali jekk l-abbiltà funzjonanti tkun stmata li hi NYHA IV jew jekk kien hemm episodji sinkopali (applikabbli għall-grupp 1 biss); 

(f)mard tal-qalb valvulari f’NHYA III jew IV jew bi frazzjoni ta’ ħruġ (EF, ejection fraction) taħt il-35 %, stenożi mitrali u ipertensjoni pulmonari severa jew bi stenożi aortika ekokardjografika severa jew stenożi aortika li tikkawża sinkope; għajr għal stenożi aortika severa kompletament asintomatika jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-test tat-tolleranza tal-eżerċizzju (applikabbli għall-grupp 2); 

(g)kardjomijopatiji strutturali u elettriċi — kardjomijopatija ipertrofika bi storja ta’ sinkope jew meta jkunu preżenti żewġ kundizzjonijiet jew iktar minn dawn li ġejjin: il-ħxuna tal-ħajt tal-ventriku tax-xellug (LV) > 3 cm, takikardija ventrikolari mhux sostnuta, storja familjali ta’ mewta f’daqqa, (fl-ewwel grad ta’ parentela), l-ebda żieda fil-pressjoni tad-demm bl-eżerċizzju (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(h)sindromu ta’ QT twila b’sinkope, Torsade des Pointes u QTc > 500 ms (applikabbli għall-grupp 2 biss); 

(i)sindromu ta’ Brugada b’sinkope jew b’mewta kardijaka f’daqqa abortita (applikabbli għall-grupp 1 u 2). 

Il-liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu f’każijiet eċċezzjonali, diment li dan jiġi ġġustifikat b’opinjoni medika kompetenti u soġġett għal valutazzjoni medika regolari biex ikun żgurat li l-persuna tkun għadha kapaċi ssuq il-vettura b’mod sikur meta jitqiesu l-effetti tal-kundizzjoni medika. 

(3)Kardjomijopatiji oħrajn 

Ir-riskju ta’ avvenimenti diżabilitanti f’daqqa għandu jiġi evalwat f’applikanti jew f’sewwieqa b’kardjomijopatiji deskritti sew (pereżempju kardjomijopatija aritmoġenika fil-ventriku tal-lemin, kardjomijopatija mingħajr kompattazzjoni, takikardja ventrikulari polimorfika katekolaminerġika u sindromu ta’ QT qasira) jew b’kardjomijopatiji ġodda li jistgħu jiġu skoperti. Hija meħtieġa evalwazzjoni bir-reqqa minn speċjalista. Għandhom jitqiesu l-karatteristiċi pronjostiċi tal-kardjomijopatija partikolari. 

(4)L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-ħruġ jew it-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan għal applikanti jew sewwieqa b’mard kardjovaskulari ieħor.

DIABETES MELLITUS 

10.Għall-finijiet tal-punti li ġejjin, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

“ipogliċemija severa” tfisser fejn tkun meħtieġa l-assistenza ta’ persuna oħra;

“ipogliċemija rikorrenti” tfisser ipogliċemija severa għat-tieni darba matul perjodu ta’ 12-il xahar.

Grupp 1:

(1)Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil applikanti jew lil sewwieqa li jbatu minn diabetes mellitus. Meta jkunu qed jiġu kkurati b’medikazzjoni, għandhom ikunu soġġetti għal opinjoni medika awtorizzata u għal rieżami mediku regolari, xieraq għal kull każ, iżda l-intervall ma għandux ikun ta’ iktar minn 10 snin. 

(2)Applikant jew sewwieq b’dijabete kkurata b’medikazzjoni li ġġorr magħha riskju li tagħti bidu għal ipogliċemija għandu juri fehim tar-riskju tal-ipogliċemija u għandu juri wkoll kontroll xieraq tal-kundizzjoni. 

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li għandhom għarfien mhux xieraq tal-ipogliċemija. 

Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew sewwieqa li għandhom ipogliċemija severa rikorrenti, sakemm ma jkollhomx l-appoġġ ta’ opinjoni medika kompetenti u valutazzjoni medika regolari. Ma għandhiex tinħareġ jew tiġġedded liċenzja f’każ ta’ ipogliċemiji severi rikorrenti waqt li l-persuna tkun imqajjma sa 3 xhur mill-aktar episodju reċenti. 

Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu f’każijiet eċċezzjonali, sakemm dan ikun iġġustifikat b’opinjoni medika kompetenti u soġġett għal valutazzjoni medika regolari biex ikun żgurat li l-persuna tkun għadha kapaċi ssuq il-vettura b’mod sikur meta jitqiesu l-effetti tal-kundizzjoni medika. 

Grupp 2:

(3)Tista’ tingħata kunsiderazzjoni għall-ħruġ/tiġdid ta’ liċenzji tal-grupp 2 għal sewwieqa b’diabetes mellitus. Meta jkunu qed jiġu kkurati b’mediċina li għandha r-riskju li ġġib l-ipogliċemija (jiġifieri, bl-insulina u b’xi pilloli), għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin: 

(a)ma kien hemm l-ebda avveniment ta’ ipogliċemija severa fl-aħħar 12-il xahar; 

(b)is-sewwieq huwa totalment konxju mill-ipogliċemija;

(c)is-sewwieq irid juri kontroll adegwat tal-kundizzjoni permezz ta’ sensuri tal-glukożju fid-demm, pompa tal-insulina, pinna tal-insulina u/jew close loop ibridu, mill-inqas darbtejn kuljum u f’ħinijiet rilevanti għas-sewqan;

(d)is-sewwieq irid juri fehim tar-riskji tal-ipogliċemija;

(e)ma hemm l-ebda kumplikazzjoni oħra tad-dijabete li tipprojbixxi s-sewqan.

Barra minn hekk, f’dawk il-każijiet, tali liċenzji għandhom jinħarġu soġġetti għall-opinjoni ta’ awtorità medika kompetenti u għal rieżami mediku regolari, li jsir f’intervalli ta’ mhux iktar minn 3 snin. 

(4)Avveniment ta’ ipogliċemija severa waqt li wieħed ikun imqajjem, anke jekk ma jkunx relatat mas-sewqan, għandu jiġi irrapportat u għandu jagħti lok għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-istatus tal-liċenzja. 

MARD NEWROLOĠIKU U S-SINDROMU TA’ APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD

11.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għal applikanti b’mard newroloġiku u bis-sindromu ta’ apnea ostruttiva tal-irqad.

MARD NEWROLOĠIKU 

(1)Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b’mard newroloġiku serju, għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġata b’opinjoni medika awtorizzata.

Disturbi newroloġiċi assoċjati ma’ mard jew ma’ interventi kirurġiċi li jaffettwaw is-sistema nervuża ċentrali jew periferali, li jwasslu għal indebolimenti sensorji jew motorili u li jaffettwaw il-bilanċ u l-koordinazzjoni, għandhom jitqiesu kif xieraq fejn ikollhom x’jaqsmu mal-effetti funzjonali tagħhom u r-riskji tal-progressjoni. F’dawn il-każijiet, il-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzja jistgħu jkunu soġġetti għal valutazzjoni perjodika fil-każ ta’ riskju ta’ deterjorazzjoni. 

SINDROMU TA’ APNEA OSTRUTTIVA TAL-IRQAD 

(2)Għall-finijiet tal-punti li ġejjin:

“sindromu moderat ta’ apnea ostruttiva tal-irqad” tfisser numru ta’ apneas u ta’ ipopnoeas fis-siegħa (Indiċi Apnea-Hypopnoea) ta’ bejn 15 u 29;

“sindromu ta’ apnea ostruttiva tal-irqad” tfisser Indiċi ta’ Apnea-Hypopnoea ta’ 30 jew aktar, it-tnejn assoċjati ma’ ngħas eċċessiv matul il-jum. 

(3)Applikanti jew sewwieqa suspettati li għandhom sindromu moderat jew sever ta’ apnea ostruttiva tal-irqad għandhom jingħataw parir mediku awtorizzat ulterjuri qabel ma’ tinħareġ jew qabel ma tiġġedded liċenzja tas-sewqan. Dawn jistgħu jingħataw il-parir biex ma jsuqux qabel il-konferma tad-dijanjożi. 

(4)Liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu lil applikanti jew lil sewwieqa b’sindromu moderat jew sever ta’ apnea ostruttiva tal-irqad li juru kontroll adegwat tal-kundizzjoni tagħhom u konformità ma’ kura xierqa u titjib fin-ngħas, jekk ikun hemm, ikkonfermati b’opinjoni medika awtorizzata. 

(5)Applikanti jew sewwieqa b’sindromu moderat jew sever ta’ apnea ostruttiva tal-irqad taħt kura għandhom ikunu soġġetti għal rieżami mediku perjodiku, f’intervalli li ma jaqbżux it-3 snin għal sewwieqa tal-grupp 1 u sena għal sewwieqa tal-grupp 2, bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ konformità mal-kura, il-ħtieġa li l-kura titkompla u viġilanza tajba fuq bażi kontinwata. 

EPILESSIJA 

12.Attakki epilettiċi jew disturbi oħra għal għarrieda għall-istat ta’ koxjenza huma ta’ periklu serju għas-sikurezza fit-toroq jekk iseħħu meta persuna tkun qiegħda ssuq vettura li taħdem bil-mutur.  

Għall-finijiet tal-punti li ġejjin:

“epilessija” tfisser kundizzjoni medika fejn il-persuna kkonċernata kellha żewġ attakki epilettiċi jew aktar, anqas minn 5 snin ’il bogħod minn xulxin;

“attakk epilettiku pprovokat” tfisser attakk li ġie kkawżat minn fattur rikonoxxut li jista’ jiġi evitat. 

Persuna li kellha attakk inizjali jew iżolat jew telfien mis-sensi għandha tingħata l-parir li ma ssuqx. Huwa meħtieġ rapport ta’ speċjalista, li fih għandu jistabbilixxi l-perjodu li matulu s-sewqan se jkun ipprojbit u s-segwitu rikjest. 

Huwa estremament importanti li jiġu identifikati s-sindromu speċifiku tal-epilessija tal-persuna u t-tip ta’ attakk biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tas-sikurezza tas-sewqan tal-persuna (inkluż ir-riskju ta’ attakki ulterjuri) u t-terapija xierqa li għandha tingħata. Dan għandu jsir minn newrologu. 

Grupp 1:

(1)Is-sewwieqa vvalutati taħt il-grupp 1 bl-epilessija għandu jkollhom il-liċenzja tagħhom rieżaminata sakemm ma jkun tahom l-ebda attakk għal mill-inqas 5 snin. 

Jekk il-persuna jkollha epilessija, il-kriterji għal liċenzja mingħajr kundizzjoni ma għandhomx jitqiesu li ġew issodisfati. Għandha tingħata notifika lill-awtorità tal-liċenzji. 

(2)Attakk epilettiku pprovokat: l-applikant li jkun kellu tali kundizzjoni minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx ma jerġax iseħħ waqt is-sewqan jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq fuq bażi individwali, soġġett għal opinjoni newroloġika (il-valutazzjoni għandha tkun, jekk xieraq, f’konformità ma’ taqsimiet rilevanti oħrajn tal-Anness III (pereżempju fil-każ tal-alkoħol jew ta’ komorbidità oħra)). 

(3)L-ewwel attakk jew attakk wieħed mhux provokat: l-applikant li kellu l-ewwel attakk epilettiku mhux provokat jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq wara perjodu ta’ 6 xhur mingħajr attakki, jekk tkun saret valutazzjoni medika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jippermettu lis-sewwieqa b’indikaturi pronjostiċi tajbin rikonoxxuti jsuqu qabel. 

(4)Telfien ieħor mis-sensi: it-telfien mis-sensi għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ waqt is-sewqan. 

(5)Epilessija: sewwieqa jew applikanti jistgħu jiġu ddikjarati tajbin biex isuqu wara perjodu ta’ sena mingħajr attakki ulterjuri. 

(6)Attakki li jseħħu esklussivament waqt l-irqad: applikant jew sewwieq li qatt ma jkun bata minn attakki ħlief waqt l-irqad jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dawn l-okkorrenzi jkunu ġew stabbiliti għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ attakk waqt li wieħed ikun imqajjem, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara “Epilessija”, fil-punt 12.(5)).

(7)Attakki fejn il-koxjenza jew il-kapaċità ta’ azzjoni ma jiġux affettwati: l-applikant jew is-sewwieq li qatt ma jkun bata minn attakki ħlief minn attakki fejn intwera esklussivament li la jaffettwaw il-koxjenza u lanqas ma jikkawżaw xi tfixkil funzjonali, jista’ jiġi ddikjarat tajjeb biex isuq sakemm dawn l-okkorrenzi jkunu ġew stabbiliti għal perjodu li ma għandux ikun inqas mill-perjodu ta’ mingħajr attakki meħtieġ għall-epilessija. Jekk iseħħ xi tip ta’ attakk ieħor, ikun meħtieġ perjodu ta’ sena mingħajr avveniment ieħor qabel ma tingħata l-liċenzja (ara “Epilessija” fil-punt 12(5)). 

(8)Attakki minħabba tibdil jew tnaqqis tat-terapija kontra l-epilessija li jkun sar b’istruzzjonijiet ta’ tabib: il-pazjent jista’ jingħata l-parir li ma għandux isuq mill-bidu tal-perjodu tal-irtirar ’il quddiem għal perjodu ta’ 6 xhur wara li titwaqqaflu l-kura. Attakki li jseħħu waqt tibdil jew irtirar ta’ medikazzjoni b’istruzzjonijiet ta’ tabib jeħtieġu 3 xhur mingħajr sewqan jekk terġa’ tinbeda l-kura li kienet effettiva qabel. 

(9)Wara kirurġija ta’ kura għall-epilessija: ara “Epilessija” fil-punt 12.(5). 

Grupp 2: 

(10)L-applikant għandu jkun mingħajr mediċina kontra l-epilessija għall-perjodu meħtieġ mingħajr attakki. Għandu jkun twettaq segwitu mediku xieraq. Investigazzjoni newroloġika estensiva għandha tkun uriet li la hemm patoloġija ċerebrali rilevanti u lanqas xi attività epilettika fuq l-elettroenċefalogramma (EEG). Wara l-episodju akut, għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa. 

(11)Attakk epilettiku pprovokat: l-applikant li kellu attakk epilettiku provokat minħabba fattur provokattiv rikonoxxut li x’aktarx li ma jerġax iseħħ waqt li jkun qed isuq jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq fuq bażi individwali, soġġett għal opinjoni newroloġika. Wara l-episodju akut, għandhom isiru EEG u valutazzjoni newroloġika xierqa. 

Persuna b’leżjoni strutturali intraċerebrali li għandha riskju akbar ta’ attakki ma għandhiex tkun tista’ ssuq vetturi tal-grupp 2 sakemm ir-riskju tal-epilessija ma jkunx niżel għal mill-inqas 2 % kull sena. Il-valutazzjoni għandha tkun, jekk xieraq, f’konformità mat-taqsimiet rilevanti l-oħrajn tal-Anness III (pereżempju fil-każ tal-alkoħol). 

(12)L-ewwel attakk jew attakk wieħed mhux provokat: l-applikant li sofra l-ewwel attakk ta’ epilessija mhux provokat jista’ jiġi ddikjarat li jista’ jsuq meta jgħaddu 5 snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ mediċini kontra l-epilessija, jekk tkun saret valutazzjoni newroloġika xierqa. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jippermettu lis-sewwieqa b’indikaturi pronjostiċi tajbin rikonoxxuti jsuqu qabel. 

(13)Telfien ieħor mis-sensi: it-telfien mis-sensi għandu jiġi vvalutat skont ir-riskju li dan jerġa’ jseħħ waqt is-sewqan. Ir-riskju li jerġa’ jseħħ għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas. 

(14)Epilessija: Għandhom jgħaddu 10 snin mingħajr attakki ulterjuri mingħajr l-għajnuna ta’ mediċini kontra l-epilessija. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jippermettu lis-sewwieqa b’indikaturi pronjostiċi tajbin rikonoxxuti jsuqu qabel. Dan għandu japplika wkoll f’każ ta’ “epilessija ġuvenili”. 

Ċerti disturbi (pereżempju malformazzjoni arterjovenuża jew emorraġija intraċerebrali) joħolqu riskju akbar ta’ attakki, anke jekk l-attakki jkunu għadhom ma seħħux. F’sitwazzjoni bħal din, għandha titwettaq valutazzjoni minn awtorità medika kompetenti; ir-riskju li jkun hemm attakk għandu jkun ta’ 2 % kull sena jew inqas biex il-liċenzjar ikun permess. 

DIŻABILITÀ MENTALI 

13.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għal applikanti jew sewwieqa b’diżabilità mentali jew intellettwali.

Grupp 1: 

(1)Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa bi: 

(a)diżabilità mentali serja, kemm jekk konġenitali jew minħabba mard, trawma jew operazzjonijiet newrokirurġiċi; 

(b)indeboliment intellettwali gravi;

(c)problemi severi fl-imġiba, problemi ta’ mġiba marbuta mal-anzjanità; jew diżabilitajiet fil-personalità li jwasslu għal indeboliment serju fil-ġudizzju, fl-imġiba jew fl-adattabbiltà,

għajr jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun appoġġata minn opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħtieġ, soġġetta għal verifiki mediċi regolari. 

Grupp 2: 

(2)L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp. 

ALKOĦOL 

14.Il-konsum tal-alkoħol jikkostitwixxi perikolu maġġuri għas-sikurezza fit-toroq. Minħabba d-daqs tal-problema, il-professjoni medika trid tkun viġilanti ħafna. 

Grupp 1: 

(1)Ma għandhomx jinħarġu jew jiġu mġedda liċenzji tas-sewqan lil, applikanti jew sewwieqa li huma dipendenti fuq l-alkoħol jew li ma jistgħux iżommu lura milli jixorbu u jsuqu sakemm ma jiġux applikati restrizzjonijiet xierqa permezz tal-użu ta’ teknoloġiji li jippermettu li d-dipendenza tiġi kkumpensata (pereżempju, permezz tal-użu obbligatorju ta’ tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol). 

Wara perjodu vverifikat ta’ żmien ta’ astinenza u soġġett għal opinjoni medika awtorizzata u spezzjonijiet mediċi regolari, liċenzji tas-sewqan jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu lil applikanti jew lil sewwieqa li fl-imgħoddi kienu dipendenti fuq l-alkoħol mingħajr aktar restrizzjonijiet. 

Grupp 2: 

(2)L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp. 

DROGI U PRODOTTI MEDIĊINALI 

15.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għad-drogi u għall-prodotti mediċi.

Abbuż:

(1)Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa li huma dipendenti fuq sustanzi psikotropiċi jew li ma humiex dipendenti fuq dawn is-sustanzi iżda jabbużaw minnhom regolarment, tkun xi tkun il-kategorija tal-liċenzja mitluba.

Użu regolari:

Grupp 1: 

(2)Ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa li jużaw regolarment sustanzi psikotropiċi, tkun xi tkun l-għamla tagħhom, li jistgħu jfixklu l-kapaċità tagħhom li jsuqu b’mod sikur meta l-kwantitajiet assorbiti jkunu tali li jkollhom effett avvers fuq is-sewqan. Dan għandu japplika għall-prodotti mediċinali l-oħrajn kollha jew għal kombinamenti ta’ prodotti mediċinali li jaffettwaw il-kapaċità tas-sewqan. 

Grupp 2: 

(3)L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp. 

DISTURBI FIL-KLIEWI 

16.Ir-regoli li ġejjin japplikaw għall-applikanti b’disturbi fil-kliewi.

Grupp 1: 

(1)Jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b’indeboliment sever tal-kliewi soġġett għal opinjoni medika awtorizzata u spezzjonijiet mediċi regolari. 

Grupp 2: 

(2)Għajr f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq b’opinjoni medika awtorizzata, u soġġett għal spezzjonijiet mediċi regolari, ma jistgħux jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa b’defiċjenza renali serja u irriversibbli. 

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI 

17.Id-dispożizzjonijiet li ġejjin jitqiesu bħala mixxellanji.

Grupp 1: 

(1)Soġġett għal opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħtieġa, spezzjonijiet mediċi regolari, jistgħu jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan lil applikanti jew lil sewwieqa li kellhom trapjant ta’ organu jew trapjant artifiċjali li jaffettwa l-kapaċità fis-sewqan. 

Grupp 2: 

(2)L-awtorità medika kompetenti għandha tqis kif xieraq ir-riskji u l-perikoli addizzjonali involuti fis-sewqan tal-vetturi koperti mid-definizzjoni għal dan il-grupp. 

Bħala regola ġenerali, meta l-applikanti jew is-sewwieqa jkollhom xi disturb li ma huwiex imsemmi fil-punti ta’ dan l-Anness iżda x’aktarx li jkun jew jirriżulta f’inkapaċità funzjonali li taffettwa s-sigurtà fis-sewqan, ma għandhomx jinħarġu jew jiġġeddu liċenzji tas-sewqan għajr jekk l-applikazzjoni tkun appoġġata b’opinjoni medika awtorizzata u, jekk meħtieġ, tkun soġġetta għal spezzjonijiet mediċi regolari.

ANNESS IV

STANDARDS MINIMI GĦAL PERSUNI LI JWETTQU TESTIJIET PRATTIĊI TAL-LIĊENZJI TAS-SEWQAN

1.Kwalifiki meħtieġa għall-eżaminaturi tas-sewqan

(1)Persuna awtorizzata twettaq valutazzjonijiet prattiċi f’vettura bil-magna tal-prestazzjoni tas-sewqan ta’ kandidat għandu jkollha għarfien, ħiliet u fehim relatati mas-suġġetti elenkati fil-punti 1.(2) sa 1.(6).

(2)Il-kompetenzi ta’ eżaminatur għandhom ikunu rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ta’ kandidat li jkun qed ifittex li jikseb liċenzja tas-sewqan li għaliha jkun qiegħed qed isir it-test tas-sewqan.

(3)Għarfien u fehim tas-sewqan u l-valutazzjoni:

(a)teorija tal-imġiba fis-sewqan;

(b)rikonixxment tal-periklu u l-evitar ta’ aċċidenti;

(c)is-sillabu li jirfed l-istandards tat-test tas-sewqan;

(d)ir-rekwiżiti tat-test tas-sewqan;

(e)il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar it-toroq u t-traffiku, inklużi l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali u l-linji gwida interpretattivi;

(f)valutazzjoni tat-teorija u tat-tekniki;

(g)sewqan difensiv.

(4)Valutazzjoni tal-ħiliet:

(a)kapaċita li josserva, jimmonitorja u jevalwa b’mod akkurat il-prestazzjoni ġenerali ta’ applikant, fir-rigward b’mod partikolari ta’:

(b)rikonoxximent korrett u sħiħ ta’ sitwazzjonijiet ta’ periklu;

(c)identifikazzjoni akkurata tal-kawżi u tal-konsegwenzi probabbli ta’ tali sitwazzjonijiet;

(d)kisba ta’ kompetenza u rikonoxximent ta’ żbalji;

(e)uniformità u konsistenza fil-valutazzjoni;

(f)kapaċità li jassorbi informazzjoni malajr u li jislet punti ewlenin;

(g)kapaċità li jħares ’il quddiem, jidentifika problemi potenzjali u jiżviluppa strateġiji sabiex jindirizzahom;

(h)jipprovdi feedback f’waqtu u kostruttiv.

(5)Ħiliet personali tas-sewqan:

Persuna awtorizzata twettaq test prattiku għal kategorija ta’ liċenzja tas-sewqan għandha tkun kapaċi ssuq bi standard għoli b’mod konsistenti dik it-tip ta’ vettura bil-magna.

(6)Kwalità tas-servizz:

(a)stabbiliment u komunikazzjoni ta’ x’inhu mistenni mill-kandidat matul it-test;

(b)komunikazzjoni ċara, b’kontenut, stil u lingwa adatti għall-udjenza u għall-kuntest u indirizzar ta’ mistoqsijiet mill-kandidati;

(c)jiġi pprovdut feedback ċar dwar ir-riżultati tat-test;

(d)trattament tal-kandidati kollha b’mod rispettuż u mingħajr diskriminazzjoni.

(7)Għarfien dwar it-teknika u l-fiżika tal-vetturi:

(a)għarfien dwar it-teknika tal-vetturi bħall-istering, it-tajers, il-brejkijiet, id-dwal, speċjalment għal muturi u vetturi tqal;

(b)sikurezza waqt it-tagħbija;

(c)għarfien dwar il-fiżika tal-vetturi bħall-veloċità, il-frizzjoni, id-dinamika, l-enerġija.

(8)Sewqan b’mod effiċjenti fl-użu tal-fjuwil/enerġija u favur l-ambjent.

2.Kundizzjonijiet ġenerali

(1)Eżaminatur tas-sewqan tal-kategorija B:

(a)għandu jkollu liċenzja tal-kategorija B għal mill-inqas 3 snin;

(b)għandu jkollu mill-inqas 23 sena;

(c)għandu jkun temm b’suċċess il-kwalifika inizjali prevista fil-punt 3 ta’ dan l-Anness u sussegwentement segwa l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-arranġamenti ta’ taħriġ perjodiku kif previst fil-punt 4 ta’ dan l-Anness;

(d)għandu jkun temm edukazzjoni vokazzjonali li twassal mill-inqas għat-tlestija tal-livell 3 kif stabbilit fil-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED) 7 ;

(e)ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

(2)Eżaminatur tas-sewqan għall-kategoriji l-oħrajn:

(a)għandu jkollu liċenzja tas-sewqan fil-kategorija konċernata jew ikollu għarfien ekwivalenti permezz ta’ kwalifika professjonali adegwata;

(b)għandu jkun temm b’suċċess il-kwalifika inizjali prevista fil-punt 3 ta’ dan l-Anness u sussegwentement segwa l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-arranġamenti ta’ taħriġ perjodiku kif previst fil-punt 4 ta’ dan l-Anness;

(c)għandu jkun eżaminatur tas-sewqan kwalifikat tal-kategorija B għal mill-inqas 3 snin; dan il-perjodu jista’ jiġi rrinunzjat sakemm l-eżaminatur inkwistjoni jkun jista’ jipprovdi evidenza ta’:

(i) mill-inqas 5 snin ta’ sewqan fil-kategorija kkonċernata, jew

(ii) valutazzjoni teoretika u prattika tal-ħila tas-sewqan ta’ standard ogħla minn dak meħtieġ biex tinkiseb liċenzja tas-sewqan u b’hekk dan ir-rekwiżit ma jkunx meħtieġ,

(d)għandu jkun temm edukazzjoni vokazzjonali li twassal mill-inqas għat-tlestija tal-livell 3 kif stabbilit fil-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED);

(e)ma għandux ikun impjegat fl-istess żmien bħala għalliem tas-sewqan kummerċjali fi skola tas-sewqan.

(3)Ekwivalenzi

(a)L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji AM, A1, A2 u A meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali preskritta fil-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji.

(b)L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji C1, C, D1 u D meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali preskritta fil-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji.

(c)L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw eżaminatur biex iwettaq testijiet tas-sewqan għall-kategoriji BE, C1E, CE, D1E u DE meta jgħaddi mill-kwalifika inizjali preskritta fil-punt 3 għal waħda minn dawk il-kategoriji.

3.Kwalifika inizjali

(1)Taħriġ inizjali

(a)Qabel ma persuna tkun awtorizzata twettaq testijiet tas-sewqan, dik il-persuna għandha tlesti b’mod sodisfaċenti tali programm ta’ taħriġ kif Stat Membru jista’ jispeċifika sabiex ikollha l-kompetenzi stabbiliti fil-punt 1.

(b)L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta’ kwalunkwe programm ta’ taħriġ partikolari huwiex relatat ma’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ testijiet tas-sewqan għal kategorija waħda ta’ liċenzja tas-sewqan, jew għal aktar minn waħda.

(2)Eżamijiet

(a)Qabel ma persuna tkun awtorizzata twettaq testijiet tas-sewqan, dik il-persuna għandha turi standard sodisfaċenti ta’ għarfien, fehim, ħiliet u kapaċità fir-rigward tas-suġġetti elenkati fil-punt 1.

(b)L-Istati Membri għandhom joperaw proċess ta’ eżami li jivvaluta, b’mod pedagoġikament xieraq, il-kompetenzi tal-persuna kif definiti taħt il-punt 1, b’mod partikolari l-punt 1.(4). Il-proċess ta’ eżami għandu jkun aċċessibbli 8 u għandu jinkludi kemm element teoretiku kif ukoll element prattiku. Fejn xieraq, tista’ tintuża valutazzjoni bbażata fuq il-kompjuter. Id-dettalji dwar in-natura u t-tul ta’ kwalunkwe test u valutazzjoni fl-eżami għandhom ikunu fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri individwali.

(c)L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk il-kontenut ta’ kwalunkwe eżami partikolari huwiex relatat ma’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ testijiet tas-sewqan għal kategorija waħda ta’ liċenzja tas-sewqan, jew għal aktar minn waħda.

4.Assigurazzjoni tal-kwalità u taħriġ perjodiku

(1)Assigurazzjoni tal-kwalità

(a)L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ assigurazzjoni tal-kwalità biex jiżguraw iż-żamma tal-istandards tal-eżaminaturi tas-sewqan.

(b)L-arranġamenti għall-assigurazzjoni tal-kwalità għandhom jinvolvu s-superviżjoni tal-eżaminaturi fuq ix-xogħol, it-taħriġ ulterjuri u l-akkreditazzjoni mill-ġdid tagħhom, l-iżvilupp professjonali kontinwat tagħhom, u permezz ta’ rieżami perjodiku tar-riżultati tat-testijiet tas-sewqan li jkunu wettqu.

(c)L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull eżaminatur ikun soġġett għal superviżjoni annwali fejn irid isir użu mill-arranġamenti ta’ assigurazzjoni tal-kwalità elenkati fil-punt 4.(1).(b). Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull eżaminatur jiġi osservat iwettaq it-testijiet darba kull 5 snin, għal perjodu minimu kumulattiv ta’ mill-inqas nofs jum, fejn tkun tista’ ssir l-osservazzjoni ta’ bosta testijiet. Meta jiġu identifikati kwistjonijiet, għandha tiġi implimentata azzjoni korrettiva. Għal dan il-għan, il-persuna li twettaq is-superviżjoni għandha tkun awtorizzata mill-Istat Membru kkonċernat.

(d)L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fejn eżaminatur ikun awtorizzat li jwettaq testijiet tas-sewqan f’aktar minn kategorija waħda, jekk jissodisfa r-rekwiżit ta’ superviżjoni fir-rigward ta’ testijiet għal kategorija waħda dan jimplika li jissodisfa r-rekwiżit għal aktar minn kategorija waħda.

(e)Ix-xogħol tal-eżami tas-sewqan għandu jiġi mmonitorjat u ssorveljat minn korp awtorizzat mill-Istat Membru, biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tal-valutazzjoni.

(2)Taħriġ perjodiku

(a)L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, sabiex jibqgħu awtorizzati, l-eżaminaturi tas-sewqan, irrispettivament min-numru ta’ kategoriji li għalihom huma akkreditati, jimpenjaw ruħhom li jagħmlu:

(i) taħriġ perjodiku regolari minimu ta’ 4 ijiem b’kollox, għal kull perjodu ta’ sentejn sabiex:

- ikomplu bi u jġeddu l-għarfien u l-ħiliet ta’ eżaminatur meħtieġa;

- jiżviluppaw kompetenzi ġodda li jkunu saru essenzjali sabiex jeżerċitaw il-professjoni tagħhom;

- jiżguraw li l-eżaminaturi jkomplu jwettqu t-testijiet għal standard ġust u uniformi;

(ii) taħriġ perjodiku minimu ta’ mill-inqas 5 ijiem b’kollox għal kull perjodu ta’ 5 snin sabiex;

- jiżviluppaw u jżommu l-ħiliet prattiċi meħtieġa fis-sewqan.

(b)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jingħata taħriġ speċifiku fil-pront lil dawk l-eżaminaturi li nstabu li kienu qed jaħdmu ħażin ħafna mis-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità fis-seħħ.

(c)In-natura tat-taħriġ perjodiku tista’ tieħu l-forma ta’ għoti ta’ informazzjoni, taħriġ fil-klassi, apprendiment konvenzjonali jew elettroniku, u tista’ ssir fuq bażi individwali jew fi grupp. Din tista’ tinkludi tali akkreditazzjoni mill-ġdid tal-istandards skont kif l-Istati Membri jqisu xieraq.

(d)L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li fejn eżaminatur ikun awtorizzat li jwettaq testijiet tas-sewqan f’aktar minn kategorija waħda, jekk jissodisfa r-rekwiżit ta’ taħriġ perjodiku fir-rigward ta’ testijiet għal kategorija waħda, dan jimplika li jissodisfa r-rekwiżit għal aktar minn kategorija waħda, diment li l-kundizzjoni stabbilita fil-punt 4.(2) il-punt (e) tkun issodisfata.

(e)Meta eżaminatur ma jkunx wettaq testijiet għal kategorija f’perjodu ta’ 24 xahar, l-eżaminatur għandu jagħmel valutazzjoni mill-ġdid xierqa qabel ma jitħalla jwettaq testijiet tas-sewqan relatati ma’ dik il-kategorija. Dik il-valutazzjoni mill-ġdid tista’ ssir bħala parti mir-rekwiżit stabbilit fil-punt 4.(2) punt (a).

5.Drittijiet miksuba

(1)L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil persuni awtorizzati jwettqu testijiet tas-sewqan immedjatament qabel ma daħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/126/KE biex ikomplu jagħmlu testijiet tas-sewqan, minkejja li ma kinux awtorizzati f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali fil-punt 2 jew il-proċess tal-kwalifika inizjali stabbilit fil-punt 3.

(2)Dawn l-eżaminaturi għandhom, madankollu, ikunu soġġetti għal superviżjoni regolari u għal arranġamenti ta’ assigurazzjoni tal-kwalità stabbiliti fil-punt 4.

ANNESS V

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U L-ITTESTJAR GĦAL KOMBINAZZJONIJIET KIF DEFINITI FL-ARTIKOLU 6(1), PUNT (C), IT-TIENI INĊIŻ, IT-TIENI SUBPARAGRAFU

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1); jew,

(b)jorganizzaw it-test tal-ħila u tal-imġiba previst fil-punt (d) tal-Artikolu 10(1).

2It-tul tat-taħriġ għas-sewwieqa għandu jkun mill-inqas 7 sigħat.

3.Il-kontenut tat-taħriġ tas-sewwieqa

It-taħriġ tas-sewwieqa għandu jkopri l-għarfien, il-ħiliet u l-imġiba kif deskritt fil-punti 2 u 7 tal-Anness II. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għad-dinamika tal-moviment tal-vettura, għall-kriterji tas-sikurezza, għall-vettura tat-trattur u t-trejler (mekkaniżmu tal-akkoppjar), għat-tagħbija korretta u għall-fittings tas-sikurezza.

Għandu jiġi inkluż komponent prattiku li għandu jinkludi l-eżerċizzji li ġejjin: aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni, riversjar, ibbrejkjar, distanza ta’ waqfien, bidla fil-karreġġjata, ibbrejkjar/azzjoni evażiva, tbandil tat-trejler, diżakkoppjar minn u akkoppjar mill-ġdid ta’ trejler mal-vettura bil-mutur tiegħu, ipparkjar.

Kull parteċipant fit-taħriġ għandu jwettaq il-komponent prattiku u għandu juri l-ħiliet u l-imġiba tiegħu fit-toroq pubbliċi.

Il-kombinazzjonijiet ta’ vetturi użati għat-taħriġ għandhom jaqgħu fil-kategorija tal-parteċipanti tal-liċenzja tas-sewqan li jkunu applikaw għaliha.

4.It-tul u l-kontenut tat-test tal-ħila u tal-imġiba

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata għandhom ikunu biżżejjed biex jiġu vvalutati l-ħila u l-imġiba stipulati fil-punt 3.

ANNESS VI

REKWIŻITI MINIMI GĦAT-TAĦRIĠ U L-ITTESTJAR GĦAL MUTURI FIL-KATEGORIJA A (AĊĊESS PROGRESSIV)

1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex:

(a)japprovaw u jissorveljaw it-taħriġ previst fl-Artikolu 10(1), il-punt (c); jew,

(b)jorganizzaw it-test tal-ħila u tal-imġiba previst fl-Artikolu 10(1), il-punt (c).

2.It-tul tat-taħriġ għas-sewwieqa għandu jkun mill-inqas 7 sigħat.

3.Il-kontenut tat-taħriġ tas-sewwieqa

It-taħriġ tas-sewwieqa għandu jinkludi l-aspetti kollha koperti fil-punt 6 tal-Anness II.

Kull parteċipant għandu jwettaq il-komponenti prattiċi tat-taħriġ u għandu juri l-ħiliet u l-imġiba tiegħu fit-toroq pubbliċi.

Il-muturi użati għat-taħriġ għandhom ikunu dawk li jaqgħu fil-kategorija ta’ liċenzja tas-sewqan li għaliha jkunu applikaw il-parteċipanti.

4.It-tul u l-kontenut tat-test tal-ħila u tal-imġiba

It-tul tat-test u d-distanza vjaġġata jridu jkunu suffiċjenti sabiex jiġu vvalutati l-ħiliet u l-imġiba stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness.

ANNESS VII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI 

Direttiva 2006/126/KE 

Regolament (KE) Nru 383/2012 

Direttiva Ġdida 

 

 

-

Artikolu 1

 

 

-

Artikolu 2 (1), (2), (3) u (12)

 

 

-

Artikolu 3(1), (2), (3), (4), (5) u (7)

 

 

Artikolu 1(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 4(5) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 1(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 4(5), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 1(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(8)

Artikolu 1(4)

-

 

 

Artikolu 2(1)

Artikolu 3(6)

Artikolu 2(2)

Artikolu 4(3)

 

 

Artikolu 3(1)

Artikolu 4(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 4(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(3)

Artikolu 4(4)

 

 

-

Artikolu 4(6) u 4(7) l-ewwel u t-tieni subparagrafi

 

 

-

Artikolu 5

Artikolu 4(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 6(1)

Artikolu 4(1) it-tieni sentenza

Artikolu 7(1), (2) (3) u (5)

Artikolu 4(2), test introduttorju

Artikolu 4(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1) punt (a), test introduttorju

Artikolu 6(1) punt (a) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 4(2) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (a) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 2(5) u (6)

Artikolu 4(2) it-tieni inċiż

Artikolu 4(3) punt (a) it-tielet inċiż

Artikolu 4(4) punt (a) it-tieni inċiż

Artikolu 7(1), punt (a)

Artikolu 4(3), test introduttorju

Artikolu 4(3) l-ewwel inċiż

Artikolu 2(8)

Artikolu 4(3) it-tieni inċiż

Artikolu 2(9)

Artikolu 4(3) punt (a), test introduttorju

Artikolu 4(3) punt (a) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 6(1) punt (b)(i)

Artikolu 6(1) punt (b) (i) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4(3), punt (b), test introduttorju

Artikolu 4(3) punt (b) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (b) (ii)

Artikolu 6(1) punt (b) (ii) l-ewwel inċiż

Artikolu 4(3) punt (b) it-tieni inċiż

Artikolu 4(4) punt (b) il-ħames subparagrafu

Artikolu 4(4) punt (c) it-tieni inċiż

Artikolu 4(4) punt (e) it-tielet inċiż

Artikolu 7(1) punt (b)

Artikolu 4(3) punt (c) test introduttorju

Artikolu 4(3) punt (c) (i) test introduttorju

Artikolu 4(3) punt (c) (ii) test introduttorju

Artikolu 6(1) punt (b) (iii)

Artikolu 6(1) punt (b) (iii) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (b) (iii) it-tieni inċiż

Artikolu 4(3) punt (c) (i) l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1) punt (c) (i)

Artikolu 4(3) punt (c) (ii) l-ewwel inċiż

Artikolu 7(1), punt (c) (ii)

Artikolu 4(4), test introduttorju

Artikolu 6(1)(c) test introduttorju

Artikolu 4(4) l-ewwel inċiż

Artikolu 2(10)

Artikolu 4(4) it-tieni inċiż

-

Artikolu 4(4) punt (a), test introduttorju

Artikolu 6(1) punt (c) (i) test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (a) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (a) it-tieni inċiż 
Artikolu 2(7)

Artikolu 6(1) punt (c) (i) 
Artikolu 2(11)

Artikolu 4(4) punt (a) it-tielet inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (i) it-tieni subparagrafu

-

Artikolu 6(1) punt (c) (i) it-tielet subparagrafu

Artikolu 4(4), punt (b), test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (b) l-ewwel subparagrafu sar-raba’ subparagrafu

Artikolu 6(1), punt (c) (ii)

Artikolu 6(1) punt (c) (ii) l-ewwel subparagrafu sar-raba’ paragrafu

Artikolu 4(4) punt (c) test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (c) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (iii)

Artikolu 6(1) punt (c) (iii) l-ewwel inċiż

Artikolu 4(4) punt (d)

Artikolu 6(1) punt (c) (iv)

Artikolu 4(4), punt (e), test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (e) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (v)

Artikolu 6(1) punt (c) (v) l-ewwel u t-tieni inċiż

Artikolu 4(4) punt (f)

Artikolu 6(1) punt (c) (vi)

Artikolu 4(4), punt (g), test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (g) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (vii) l-ewwel inċiż

Artikolu 4(4) punt (g) it-tieni inċiż

Artikolu 4(4) punt (i) it-tieni inċiż

Artikolu 7(1) punt (d)

Artikolu 7(1) punt (d)

Artikolu 4(4) punt (h)

Artikolu 6(1) punt (c) (viii)

Artikolu 4(4) punt (i) test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (i) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (ix)

Artikolu 4(4) punt (j)

Artikolu 6(1) punt (c) (x)

Artikolu 4(4), punt (k), test introduttorju

Artikolu 4(4) punt (k) l-ewwel inċiż

Artikolu 6(1) punt (c) (xi)

Artikolu 6(1) punt (c) (xi) l-ewwel inċiż

Artikolu 4(4) punt (k) it-tieni inċiż

Artikolu 7(1) punt (e)

Artikolu 4(5)

Artikolu 6(2)

Artikolu 4(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(2)

Artikolu 4(6) it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 4(6), it-tielet u r-raba’ subparagrafi

Artikolu 7(4)

Artikolu 4(7)

Artikolu 7(5)

 

 

Artikolu 5(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 8(1) it-tieni subparagrafu

 

 

Artikolu 6(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 6(2), test introduttorju

Artikolu 9(2), test introduttorju

Artikolu 6(2) punt (a)

Artikolu 9(2) punt (a)

Artikolu 6(2) punt (b)

Artikolu 9(2) punt (b)

-

Artikolu 9(2) punt (c)

Artikolu 6(2) punt (c)

Artikolu 9(2) punt (d)

Artikolu 6(2) punt (d)

Artikolu 9(2) punt (e)

Artikolu 6(2) punt (e)

Artikolu 9(2) punt (f)

Artikolu 6(2) punt (f)

Artikolu 9(2) punt (g)

-

Artikolu 9(2) punt (h)

Artikolu 6(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 6(4)

Artikolu 9(4)

 

 

Artikolu 7(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(3), test introduttorju

Artikolu 7(3) punti (a) u (b)

Artikolu 10(3), test introduttorju

Artikolu 10(3) punti (a) u (b)

Artikolu 7(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(6)

Artikolu 7(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(3) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(3) it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(2) it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(3) ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 7(3) il-ħames subparagrafu

Artikolu 10(2) il-ħames subparagrafu

-

Artikolu 10(2) is-seba’ subparagrafu

-

Artikolu 10(4)

Artikolu 7(4)

Artikolu 10(5)

Artikolu 7(5)

Artikolu 10(7)

 

 

Artikolu 8

Artikolu 4(8) u Artikolu 8(2) tal-Anness I

Artikolu 10(8) tal-Annessi II, III, V u VI

Artikolu 16(2) tal-Anness IV

 

 

Artikolu 9

Artikolu 22

 

 

Artikolu 10

Artikolu 16(1)

 

 

Artikolu 11(1), (2) u (3)

Artikolu 11(1), (2) u (3)

Artikolu 11(4) l-ewwel u t-tielet subparagrafi

Artikolu 13(1)

Artikolu 11(4) it-tieni subparagrafu

Artikolu 13(2)

-

Artikolu 3(3), (4)

Artikolu 11(5)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(6) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 12(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 12(5)

Artikolu 11(6), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 12(2) it-tieni sentenza

-

Artikolu 12(1), (3), (4), (6), (7), (8) u (9)

 

 

-

Artikolu 14

 

 

-

Artikolu 15

 

 

Artikolu 12

Artikolu 17(1)

-

Artikolu 17(2), (3) u (4)

 

 

Artikolu 13

Artikolu 18

 

 

Artikolu 14

Artikolu 20

 

 

Artikolu 15(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 15(3)

-

Artikolu 15(4) l-ewwel sentenza

Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

-

Artikolu 19(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 19(3) it-tieni subparagrafu

Artikolu 15(4) it-tieni sentenza

Artikolu 19(3) it-tielet subparagrafu

-

Artikolu 19(4) u (5)

 

 

-

Artikolu 22

 

 

-

Artikolu 24

 

 

Artikolu 16

Artikolu 25

 

 

Artikolu 17

Artikolu 26

 

 

Artikolu 18

Artikolu 27

 

 

Artikolu 19

Artikolu 28

 

 

Anness I

Anness I, Parti A1 u A2

Anness I, Parti D

Anness I Parti E

 

 

Artikolu 1

-

Artikolu 2(1)

Anness I, Parti B, paragrafu (1)

Artikolu 2(2)

Anness I, Parti B1, punt 2. paragrafu (1)

Artikolu 2(3)

-

Artikolu 3

Anness I, Parti B, paragrafu (2)

Artikolu 4

Anness I, Parti B, paragrafu (3)

Artikolu 5(1)

Anness I, Parti B, paragrafu (4)

Artikolu 5(2)

Anness I, Parti B, paragrafu (5)

Artikolu 5(3)

Anness I, Parti B, paragrafu (6)

Artikolu 5(4)

Anness I, Parti B, paragrafu (7)

Artikolu 5(5)

Anness I, Parti B, paragrafu (8)

Artikolu 6

-

Artikolu 7(1)

Anness I, Parti B, paragrafu (9)

Artikolu 7(2)

Anness I, Parti B, paragrafu (10)

Artikolu 8

-

Anness I

Anness I, Parti B1

Anness II

Anness I, Parti B2

Anness III

Anness I, Parti B3

Anness IV

Anness I, Parti B4

-

Anness I, Parti C

Anness II

Anness II

 

 

Anness III

Anness III

 

 

Anness IV

Anness IV

 

 

Anness V

Anness V

 

 

Anness VI

Anness VI

 

 

Anness VII

-

 

 

Anness VIII

Anness VII

(1)    Din il-forza tindika l-kapaċità tas-sewwieq li jħaddem is-sistema.
(2)    Din il-forza tindika l-kapaċità tas-sewwieq li jħaddem is-sistema.
(3)    Din il-forza tindika l-kapaċità tas-sewwieq li jħaddem is-sistema.
(4)    Din il-forza tindika l-kapaċità tas-sewwieq li jħaddem is-sistema.
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 060, 28.2.2014, p. 1).
(6)    Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1).
(7)    https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php?title=International_Standard_Classification_of_Education_(ISCED)#Implementation_of_ISCED_2011_.28levels_of_education.29
(8)    F’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà stabbiliti fl-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà, id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi.