Brussell, 24.1.2023

COM(2023) 53 final

2023/0018(COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-DEĊIŻJONI (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova

{SWD(2023) 25 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fl-2022, is-sitwazzjoni ekonomika globali marret għall-agħar. Iċ-ċirkostanzi li fuqhom hija bbażata l-ewwel talba tal-Moldova għall-assistenza makrofinanzjarja (AMF), li saret fl-2022, komplew imorru għall-agħar. Il-Moldova hija affettwata kemm direttament kif ukoll indirettament mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li żdiedet mal-kriżi tal-enerġija li ilha tiffaċċja minn Ottubru 2021. Barra minn hekk, mill-bidu tal-gwerra, aktar minn nofs miljun persuna qasmu l-fruntiera tal-Moldova, u madwar 90 000 għadhom fil-pajjiż. Dan poġġa pressjoni addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi tal-Moldova. Għalhekk, il-pożizzjoni makroekonomika ġenerali ddgħajfet b’mod sinifikanti fl-2022. Wara rkupru notevoli wara l-pandemija fl-2021, it-tkabbir fl-ewwel 9 xhur tal-2022 naqas drastikament u l-pajjiż daħal f’reċessjoni kbira. B’ilqugħ limitat biex tittaffa l-kriżi, il-Moldova talbet aktar assistenza mingħand is-sieħba internazzjonali. Għalhekk, din iż-żieda ssuġġerita tal-AMF tiġi bħala parti minn assistenza akbar tal-UE u internazzjonali għall-Moldova.

L-operazzjoni tal-AMF li għaddejja ntalbet mill-Moldova fid-19 ta’ Novembru 2021. L-AMF, li tammonta għal EUR 150 miljun (f’self fuq termini konċessjonali u għotjiet), ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fis-6 ta’ April 2022 u daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2022. Wara li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet tal-politika marbuta magħha, l-ewwel żborż sar fl-1 ta’ Awwissu 2022. Taħt din l-operazzjoni li għaddejja bħalissa, EUR 100 miljun (f’self fuq termini konċessjonali u għotjiet) jibqgħu disponibbli għall-Moldova sa Jannar 2025. It-tieni żborż huwa mistenni li jsir fl-ewwel trimestru tal-2023.

F’konformità mal-proċeduri regolari tal-AMF, l-operazzjoni saret disponibbli għall-Moldova flimkien ma’ arranġament ġdid tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li ġie adottat f’Diċembru 2021 u ġie estiż f’Mejju 2022. L-appoġġ estiż mill-FMI taħt il-programm tal-Faċilità ta’ Kreditu Estiż/Faċilità ta’ Fond Estiża (ECF/EFF) jammonta għal USD 795 miljun.

Minkejja l-assistenza attwali lill-Moldova, il-kriżi tal-enerġija li għaddejja bħalissa u l-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna għadhom joħolqu sfidi mdaqqsa. Skont l-aħħar stimi tal-FMI (Diċembru 2022), id-diskrepanza globali fil-finanzjament estern tal-Moldova għall-2023 żdied b’EUR 430 miljun (madwar 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG)) meta mqabbel mal-ewwel rieżami tal-programm tal-FMI (Settembru 2022). Dan ifisser diskrepanza globali fil-finanzjament ta’ madwar EUR 803 miljun (5 % tal-PDG) għall-2023. F’dan l-isfond u f’konformità mal-prinċipju ta’ kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet, il-Kummissjoni qiegħda tippreżenta proposta lill-Parlament u lill-Kunsill biex tiżdied l-AMF attwali lill-Moldova b’EUR 145 miljun, li minnhom EUR 100 miljun ikunu f’self u EUR 45 miljun f’għotjiet.

L-AMF addizzjonali se tiġi żborżata f’żewġ pagamenti parzjali ġodda, marbuta ma’: (i) kundizzjonalità politika addizzjonali; (ii) progress tajjeb fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); u (iii) rekord pożittiv fl-implimentazzjoni tal-programm tal-FMI. Il-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta maż-żewġ pagamenti l-ġodda jibnu fuq dawk miftiehma fil-Memorandum ta’ Qbil dwar l-AMF attwali. Dan isaħħaħ il-fokus tal-programm u jiżgura l-konsistenza mal-prijoritajiet ta’ politika UE-Moldova u l-aġenda tal-gvern tal-Moldova. L-appoġġ addizzjonali huwa wkoll konformi mar-relazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Moldova taħt l-istatus ta’ pajjiż kandidat, li l-Moldova ngħatat fit-23 ta’ Ġunju 2022.

L-implimentazzjoni tal-operazzjoni proposta hija mistennija li timxi id f’id ma’ appoġġ addizzjonali tal-UE taħt operazzjonijiet baġitarji ffinanzjati mill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI).

Kif spjegat aktar fid-dettall fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta, il-Kummissjoni qieset il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni politika li saret mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u tqis li l-prekundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi għall-operazzjoni proposta tal-AMF huma ssodisfati.

Kuntest Ġenerali

L-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja kellha impatt negattiv qawwi fuq l-ekonomija tal-Moldova f’kuntest globali dejjem aktar diffiċli. F’Jannar-Settembru 2022, l-ekonomija tal-Moldova naqset b’4 %, u dan jissuġġerixxi reċessjoni profonda għas-sena kollha b’mod kumplessiv. It-tnaqqis kien ikkawżat l-aktar minn tnaqqis fil-konsum domestiku u l-investiment. Min-naħa tal-produzzjoni, l-agrikoltura kellha impatt negattiv qawwi fuq it-tkabbir, wara nixfa fis-sajf tal-2022. Il-kriżi tal-enerġija, li intensifikat fl-2022, poġġiet pressjoni addizzjonali fuq il-finanzi pubbliċi tal-Moldova. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija xprunat l-inflazzjoni għolja u wasslet għall-ħtieġa ta’ aktar infiq fuq is-sussidji għall-konsumaturi l-aktar vulnerabbli.

Fl-2023, il-prospettiva tal-Moldova għadha skoraġġanti. Hija mistennija li tiġi affettwata ulterjorment mill-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna li qegħdin jintensifikaw u mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku madwar l-UE (is-sieħeb kummerċjali ewlieni tal-Moldova). Skont previżjoni tal-FMI (Novembru 2022), fl-2023, it-tkabbir mistenni jiżdied biss b’mod moderat, għal 1,5 %, u mhux mistennni li jerġa’ lura għal-livelli tiegħu ta’ qabel il-kriżi qabel l-2024-2025.

Fl-2023, l-inflazzjoni hija mistennija tonqos b’mod sinifikanti, iżda se tibqa’ f’ċifri doppji, b’medja ta’ 13,7 %, meta mqabbla ma’ 28,5 % fl-2022. Iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel wasslet għall-inflazzjoni għolja fl-2022, li laħqet l-ogħla livell tagħha ta’ 34 % f’Ottubru. Is-sena l-oħra, bi tweġiba għall-pressjoni inflazzjonarja qawwija, il-bank ċentrali żied ir-rata ewlenija tal-imgħax tliet darbiet (b’9 punti perċentwali kumulattivi), għal 21,5 %. Sa tmiem is-sena, l-inflazzjoni bdiet tonqos, iżda b’mod moderat (għal 31 % f’Novembru), u dan wassal għal aġġustament ’l isfel żgħir tar-rata bażi għal 20 %.

Id-defiċit baġitarju huwa mistenni li jibqa’ kbir fl-2023, jiġifieri 6 % tal-PDG, meta mqabbel ma’ 4,2 % tal-PDG fl-2022. Ħafna mit-tkabbir fih se jkun minħabba infiq ogħla fuq il-konsumaturi l-aktar vulnerabbli bħala riżultat taż-żieda qawwija fil-kontijiet tal-enerġija, u xi żidiet fis-salarji pubbliċi meqjusin meħtieġa minħabba l-inflazzjoni li qed tiżdied. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku għall-PDG tal-Moldova huwa baxx meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tal-pari reġjonali tagħha, iżda huwa mistenni li jiżdied għal 38 % fl-2023, meta mqabbel ma’ 36 % tal-PDG fi tmiem l-2022. Madwar 95 % tad-dejn estern pubbliku tal-Moldova ġie estiż mill-kredituri multilaterali fuq termini ta’ konċessjoni. Madankollu, minħabba s-sensittività għolja tal-pajjiż għax-xokkijiet esterni, il-FMI rreveda l-klassifikazzjoni tiegħu tar-riskju tal-Moldova ta’ dejn moruż minn baxx għal medju.

Fuq in-naħa esterna, id-defiċit fil-kont kurrenti jibqa’ għoli, fil-livell ta’ 13,7 % tal-PDG fit-tielet trimestru tal-2022, u huwa mistenni li jibqa’ f’livelli komparabbli fl-2023, jiġifieri 11,8 % tal-PDG. Dan huwa kkawżat l-aktar minn bilanċ kummerċjali negattiv kbir, ta’ madwar 32 % tal-PDG fit-tielet trimestru tal-2022. Madankollu, b’14,2 % tal-PDG, ir-rimessi baqgħu ġeneralment stabbli, minkejja xi projezzjonijiet inizjali li t-trasferimenti minn barra l-pajjiż, speċjalment mir-Russja u mill-Commonwealth ta’ Stati Indipendenti, se jonqsu b’mod sinifikanti. L-investiment barrani dirett nett wera xi reżiljenza fl-ewwel nofs tal-2022 (l-aktar minħabba l-qligħ għoli investit mill-ġdid tal-kumpaniji). Madankollu, minħabba l-inċertezza kkawżata mill-gwerra, il-previżjoni tal-FMI (Novembru 2022) tistenna li dan se jonqos b’mod drastiku, għal 0,4 % tal-PDG għall-2022 b’mod ġenerali.

Mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, ir-riżervi tal-muniti barranin tal-Moldova kienu volatili ħafna, u dan wassal għal interventi mdaqqsa mill-bank ċentrali. Inizjalment, ir-riżervi tal-muniti barranin tal-Moldova naqsu b’mod konsiderevoli minn USD 3,9 biljun fi tmiem l-2021 (li jkopru 5,5 xhur ta’ importazzjonijiet) għal minimu ta’ USD 3,3 biljun (li jkopru 4,5 xhur ta’ importazzjonijiet) f’April 2022. Dan kien ikkawżat l-aktar minn ġbid rapidu ta’ depożiti bankarji. Il-leu Moldovan esperjenza wkoll deprezzament kontra d-dollaru Amerikan ta’ madwar 7 % fl-ewwel nofs tal-2022. Għalkemm il-livelli ta’ riżerva rkupraw sa tmiem l-2022, ir-riskji għadhom negattivi, u huma relatati l-aktar mal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. Il-bank ċentrali jbassar tnaqqis fir-riżervi fil-bidu tal-2023, parzjalment minħabba rkupru ekonomiku żgħir u domanda akbar għall-importazzjonijiet, u fluttwazzjonijiet addizzjonali fis-suq tal-muniti barranin.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Iż-żieda proposta tal-AMF tappoġġa r-riżorsi allokati lill-Moldova taħt l-operazzjoni eżistenti adottata mill-Parlament u mill-Kunsill fis-6 ta’ April 2022 skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova li tammonta għal EUR 150 miljun f’self u għotjiet. Il-kundizzjonijiet addizzjonali relatati mal-ammont miżjud jibnu fuq il-prijoritajiet ta’ riforma deskritti fil-Memorandum ta’ Qbil eżistenti, u jżommu l-enfasi fuq il-governanza tal-finanzi pubbliċi, l-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-titjib tal-klima kummerċjali, u l-promozzjoni ta’ aktar riformi fis-settur tal-enerġija.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-UE

L-UE u l-Moldova żviluppaw relazzjoni politika u ekonomika mill-qrib matul is-snin, li wasslet għall-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (inkluż id-DCFTA), li ġie ffirmat fis-27 ta’ Ġunju 2014 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2016. Aġenda ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova tistabbilixxi l-lista ta’ prijoritajiet għall-ħidma konġunta. Fit-22 ta’ Awwissu 2022 ġiet adottata Aġenda ta’ Assoċjazzjoni aġġornata għall-2021-2027.

Wara l-applikazzjoni tal-Moldova fit-3 ta’ Marzu 2022, l-UE tat lill-Moldova l-istatus ta’ pajjiż kandidat fit-23 ta’ Ġunju 2022 bil-fehim li l-pajjiż se jieħu għadd ta’ passi, b’mod partikolari fl-oqsma tal-istat tad-dritt, ir-riforma tas-settur tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u d-drittijiet fundamentali.

Barra minn hekk, ir-rabtiet ekonomiċi tal-Moldova mal-UE huma żviluppati sew. L-UE għadha l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Moldova, u kienet responsabbli għal 50 % tal-kummerċ totali tal-Moldova fl-2021 (madwar 61 % tal-esportazzjonijiet totali u 44 % tal-importazzjonijiet totali).

Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat huma eliġibbli għall-AMF (jekk jissodisfaw diversi kundizzjonijiet). Iż-żieda fl-AMF tissupplimenta l-għotjiet mobilizzati taħt l-NDICI, imsaħħa b’EUR 55 miljun ta’ riżorsi addizzjonali fl-2023, u programmi oħra tal-UE. Iż-żieda fl-AMF tissupplimenta wkoll il-kundizzjonijiet previsti taħt il-pakketti ta’ appoġġ baġitarju li qegħdin jiġu implimentati bħalissa mill-UE. Billi tappoġġa qafas xieraq għall-politika makroekonomika u r-riformi strutturali, l-AMF tal-UE żżid il-valur miżjud u l-effettività tal-interventi finanzjarji ġenerali tal-UE, inkluż permezz ta’ strumenti finanzjarji oħra.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 212 tat-TFUE.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rrispettat. L-objettivi tal-irkupru tal-istabbiltà makroekonomika fuq terminu qasir fil-Moldova ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet baġitarji ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi biex jiġu mmassimizzati l-iskala u l-effettività tal-assistenza.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Hija tillimita ruħha għall-minimu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta’ stabbiltà makroekonomika fuq perjodu ta’ żmien qasir u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-għan.

Kif identifikat mill-Kummissjoni abbażi tal-istimi tal-FMI fil-kuntest tal-Faċilità ta’ Fond Estiża, l-ammont propost - EUR 295 miljun - taż-żieda fl-AMF, inkluż l-ammont eżistenti, jikkorrispondi għal 33 % tad-diskrepanza finanzjarja residwa stmata tal-Moldova fl-2022-2024. Dan huwa konsistenti mal-prattiki standard dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet għall-operazzjonijiet tal-AMF. Skont it-termini tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta’ Ottubru 2002, il-limitu massimu huwa ta’ 60 % għal pajjiż kandidat u għal pajjiż bi ftehim ta’ assoċjazzjoni. Dan iqis ukoll l-assistenza mwiegħda lill-Moldova minn donaturi bilaterali u multilaterali oħra.

Għażla tal-istrument

Il-finanzjament jew l-assistenza teknika għall-proġetti ma jkunux adattati jew suffiċjenti biex jindirizzaw l-objettivi makroekonomiċi. Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, huwa li din l-assistenza ttaffi r-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u tgħin sabiex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċi tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għar-riformi strutturali. Billi tgħin biex jiġi stabbilit qafas ta’ politika ġenerali xieraq, l-AMF tista’ żżid l-effikaċja tal-azzjonijiet iffinanzjati fil-Moldova permezz ta’ strumenti finanzjarji oħrajn tal-UE aktar iffukati.

3.IR-RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

L-AMF hija pprovduta bħala parti integrali mill-appoġġ internazzjonali għall-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw lill-FMI u lill-Bank Dinji, li diġà implimentaw programmi ta’ finanzjament imdaqqsa. Fit-12 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju Supplenti, li approva l-abbozz ta’ proposta. Il-Kummissjoni tinsab ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Moldova.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

F’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, fil-kuntest tal-pakkett tal-AMF għall-COVID-19, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova. Din saret biex jiġi aċċertat li l-proċeduri fis-seħħ għall-ġestjoni tal-assistenza taħt il-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Ir-rapport finali tal-valutazzjoni operattiva, imħejji minn kumpanija ta’ konsulenza, wasal f’Ġunju 2020. Ir-rapport jinnota li sar progress ċar fis-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u f’ċirkwiti finanzjarji oħra mill-2015, jiġifieri meta sar l-aħħar eżerċizzju, ’l hawn. Ir-rapport jikkonkludi li l-istatus taċ-ċirkwiti u l-proċeduri finanzjarji tal-Moldova huwa meqjus favorevoli għal operazzjoni sussegwenti tal-AMF. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu mmonitorjati mill-qrib, inkluż permezz ta’ rapporti tal-progress regolari dwar ir-riformi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi mfassla mid-Delegazzjoni tal-UE f’Chisinau.

Valutazzjoni tal-impatt

L-AMF tal-UE hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet severi fil-bilanċ tal-pagamenti f’pajjiżi mhux tal-UE. Minħabba li hemm urġenza politika li nimxu ’l quddiem malajr f’sitwazzjoni li teħtieġ rispons rapidu, din il-proposta tal-AMF hija eżentata mir-rekwiżit li titwettaq valutazzjoni tal-impatt, f’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar (SWD(2015) 111 final).

B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet passati fil-viċinat tal-UE. Iż-żieda fl-AMF, u l-programm ta’ aġġustament u ta’ riforma tal-ekonomija mehmuż magħha, se jgħinu jtaffu l-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu qasir tal-Moldova. Se tappoġġa wkoll miżuri ta’ politika mmirati lejn it-tisħiħ tal-bilanċi tal-pagamenti u s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u ż-żieda fit-tkabbir sostenibbli, li jikkomplementaw il-programm tal-FMI attwali mal-Moldova. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jindirizzaw uħud mid-dgħufijiet fundamentali murija matul is-snin mill-ekonomija tal-Moldova u s-sistema ta’ governanza ekonomika tagħha.

Drittijiet fundamentali

Il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li huma koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat huma eliġibbli għall-AMF. Prekundizzjoni għall-għoti tal-AMF hija li l-pajjiż eliġibbli jirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluża sistema parlamentari b’bosta partiti u l-istat tad-dritt, u jiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

L-impenn imġedded għar-riformi u r-rieda politika qawwija murija mill-awtoritajiet Moldovani (wara l-elezzjonijiet f’Lulju 2021) f’oqsma ewlenin tar-riforma, bħar-riformi fis-settur tal-ġustizzja, il-governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, huwa sinjal pożittiv ċar. L-awtoritajiet huma impenjati li jwettqu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u f’konformità mal-istandards tal-UE. Għalhekk, il-prekundizzjoni politika għal operazzjoni tal-AMF titqies li ġiet ssodisfata.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Iż-żieda proposta b’EUR 145 miljun fl-operazzjoni attwali tal-AMF tal-Moldova hija ppjanata li tiġi żborżata f’żewġ pagamenti tal-istess ammont, li għandhom jiġu rilaxxati fl-2023 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. L-ipprogrammar finanzjarju matul il-perjodu 2022-2024 jipprovdi li komponent ta’ għotja ta’ EUR 45 miljun jista’ jiġi ffinanzjat mill-baġit disponibbli taħt il-linja baġitarja 14 20 03 01 “Assistenza makrofinanzjarja (AMF) - għotjiet”. Għall-komponent tas-self ta’ EUR 100 miljun, il-proviżjonament meħtieġ b’rata ta’ 9 % tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna se jiġi pprogrammat taħt l-NDICI, għal ammont totali ta’ EUR 9 miljun (linja baġitarja 14 02 01 70 “NDICI — Proviżjonament tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni”).

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-UE se tagħmel iż-żieda fl-AMF disponibbli għall-Moldova għal ammont totali ta’ EUR 145 miljun, mogħtija fil-forma ta’ self fuq terminu medju sa twil, u li tinkludi komponent ta’ għotja. Dan se jgħin biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament residwi tal-Moldova fl-2023. L-iżborż taż-żewġ pagamenti addizzjonali se jkun soġġett għat-twettiq ta’ miżuri ta’ politika addizzjonali.

L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet l-oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Moldova qablu fuq Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi l-miżuri ta’ riforma strutturali assoċjati mal-operazzjoni tal-AMF attwali, inklużi aspetti ta’ żmien u sekwenzjar. Bħala riżultat taż-żieda fl-AMF, se jiġu nnegozjati aktar azzjonijiet ta’ politika mal-awtoritajiet u dawn se jiżdiedu mal-memorandum eżistenti.

Barra minn hekk, kif normalment jiġri fil-każ tal-AMF, l-iżborżi jkunu fost l-oħrajn kundizzjonali fuq rieżamijiet sodisfaċenti skont il-programm tal-FMI, kif ukoll fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u d-DCFTA. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet biex timmonitorja l-progress fl-azzjonijiet ta’ politika u l-prekundizzjonijiet, kif speċifikat hawn fuq.

2023/0018 (COD)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-DEĊIŻJONI (UE) 2022/563 fir-rigward tal-ammont ta’ assistenza makrofinanzjarja mogħtija lir-Repubblika tal-Moldova

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fis-6 ta’ April 2022, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 1 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ġdida (“AMF”) lill-Moldova li tammonta għal EUR 150 miljun, f’self fuq terminu medju u permezz ta’ element ta’ għotja. L-AMF daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju għal sentejn u nofs. Fl-1 ta’ Awwissu 2022, wara t-twettiq b’suċċess tal-azzjonijiet ta’ politika kollha miftiehma mal-Unjoni fil-Memorandum ta’ Qbil, ġie żborżat l-ewwel pagament ta’ EUR 50 miljun.

(2)L-AMF ġiet adottata b’mod parallel ma’ programm ġdid tal-FMI għall-Moldova tal-20 ta’ Diċembru 2021 (Faċilità ta’ Kreditu Estiża/Faċilità ta’ Fond Estiża b’valur ta’ USD 564 miljun). Fl-11 ta’ Mejju 2022, bħala riżultat tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament dejjem jikbru li rriżultaw l-aktar mill-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna fuq l-ekonomija tal-Moldova, il-FMI adotta deċiżjoni biex l-arranġament jiżdied b’USD 267 miljun. Fid-9 ta’ Jannar 2023, il-FMI ħabbar li l-Moldova temmet b’suċċess it-tieni rieżami tal-programm, li ppermetta l-iżborż immedjat ta’ USD 27 miljun oħra skont l-arranġament.

(3)L-allokazzjoni indikattiva tal-Unjoni għall-Moldova taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat kienet ta’ EUR 518,15-il miljun għall-perjodu 2014-2020, inkluż l-appoġġ baġitarju u l-assistenza teknika. L-Oqfsa ta’ Appoġġ Uniku għall-2014-2017 u l-2017-2020 identifikaw is-settur prijoritarju għall-kooperazzjoni mal-Moldova ffinanzjat mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-perjodu baġitarju preċedenti. Il-prijoritajiet għall-2021-2027 huma stabbiliti fil-Programm Indikattiv Pluriennali l-ġdid, li tħejja f’konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

(4)Minħabba li għad hemm diskrepanza sinifikanti fil-finanzjament estern residwu tal-bilanċi tal-pagamenti tal-Moldova għall-2023, lil hinn mir-riżorsi pprovduti mill-FMI u minn istituzzjonijiet multilaterali oħra, huwa meħtieġ li tiżdied l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni pprovduta lill-Moldova f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2022/563. Dik iż-żieda hija, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali, meqjusa bħala tweġiba xierqa għat-talba tal-Moldova għal appoġġ għall-istabbilizzazzjoni ekonomika, flimkien mal-programm tal-FMI. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni tgħin lill-istabbilizzazzjoni ekonomika u lill-aġenda ta’ riforma strutturali tal-Moldova, filwaqt li tissupplimenta r-riżorsi magħmula disponibbli taħt l-arranġament finanzjarju tal-FMI. Għalhekk id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza makrofinanzjarja addizzjonali tal-Unjoni hija bbażata fuq valutazzjoni kwantitattiva aġġornata tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern residwu tal-Moldova u tqis il-kapaċità tagħha ta’ awtofinanzjament bir-riżorsi proprji, partikolarment ir-riżervi internazzjonali għad-dispożizzjoni tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-assistenza tqis il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi multilaterali, inklużi l-FMI u l-Bank Dinji, u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet bejn l-Unjoni u donaturi oħra, kif ukoll l-implimentazzjoni diġà eżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament estern l-oħrajn tal-Unjoni fil-Moldova u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.

(6)Iż-żieda fl-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet tal-politika ekonomika, li jridu jiżdiedu mal-Memorandum ta’ Qbil eżistenti li bħala konsegwenza se jkollu jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, it-termini finanzjarji dettaljati tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni se jkollhom jiġu stabbiliti f’addendum għall-Ftehim ta’ Self u l-Ftehim ta’ Għotja li ġie ffirmat fit-22 ta’ Ġunju 2022 mill-Kummissjoni u l-Moldova,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.Id-Deċiżjoni (UE) 2022/563 hija emendata kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. L-Unjoni għandha tagħmel assistenza makrofinanzjarja ta’ ammont massimu ta’ EUR 295 miljun disponibbli għall-Moldova (“l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni”), bil-ħsieb li tappoġġa l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Moldova u aġenda ta’ riforma sostantiva. Minn dak l-ammont massimu, sa EUR 220 miljun għandhom jingħataw bħala self u sa EUR 75 miljuni għandhom jingħataw bħala għotjiet. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni huwa soġġett fuq l-approvazzjoni tal-baġit tal-Unjoni għas-sena rilevanti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. L-assistenza għandha tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet tal-Moldova għall-bilanċi tal-pagamenti kif inhuma identifikati fil-programm tal-FMI.”;

(2)L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

2.“1. Soġġett għall-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni f’ħames pagamenti parzjali, u kull wieħed minnhom għandu jkun jikkonsisti f’element ta’ għoti u element ta’ self. Id-daqs ta’ kull pagament parzjali għandu jiġi stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil emendat, imsemmi fl-Artikolu 2.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4. Ir-rilaxx tat-tieni pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tal-ewwel pagament parzjali. Ir-rilaxx tat-tielet pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tat-tieni pagament parzjali. Ir-rilaxx tar-raba’ pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tat-tielet pagament parzjali. Ir-rilaxx tal-ħames pagament parzjali għandu, fil-prinċipju, isir mhux qabel tliet xhur wara r-rilaxx tar-raba’ pagament parzjali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                Għall-Kunsill

Il-President                Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi iżjed assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 2  

Qasam ta’ politika:    Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Attività:    Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 3  

  Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

“Ekonomija għas-servizz tan-nies”

“Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja”

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

(a)    L-appoġġ tal-istabbiltà makroekonomika u l-promozzjoni tar-riformi favur it-tkabbir barra mill-UE, inkluż permezz ta’ djalogi ekonomiċi regolari mas-sħab ewlenin u bl-għoti ta’ assistenza makrofinanzjarja; u

(b)    L-appoġġ tal-proċess ta’ tkabbir u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir tal-UE u prijoritajiet oħra tal-UE ma’ sħab permezz ta’ analiżi ekonomika u l-għoti ta’ valutazzjonijiet tal-politika u pariri.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

·Tikkontribwixxi biex tkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Moldova fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti fil-kontijiet esterni tagħha kkawżat mill-effetti tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja fuq l-ekonomija tal-Moldova kif ukoll l-emerġenza tal-enerġija ta’ bħalissa.

·Ittaffi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament baġitarju tal-pajjiż sieħeb.

·Tappoġġa l-isforz ta’ konsolidazzjoni fiskali u l-istabbilizzazzjoni esterna fil-kuntest tal-programm tal-FMI.

·Tappoġġa l-isforzi ta’ riforma strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali, isaħħu l-governanza u t-trasparenza ekonomika, u jtejbu l-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-awtoritajiet tal-Moldova se jkunu meħtieġa jirrappurtaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi kif ukoll jipprovdu rapport komprensiv dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma ta’ politika, qabel ma jiġu żborżati l-pagamenti parzjali tal-assistenza.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operattiva taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fil-Moldova, li twasslet f’Ġunju 2020. Id-Delegazzjoni tal-UE fil-pajjiżi msieħba se tipprovdi wkoll rapportar regolari dwar kwistjonijiet rilevanti għall-monitoraġġ tal-assistenza. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jibqgħu f’kuntatt mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji sabiex jibbenefikaw mill-għarfien tagħhom mill-attivitajiet kurrenti tagħhom fil-pajjiż imsieħeb rispettiv.

Fid-deċiżjoni leġiżlattiva proposta huwa previst rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li jkun fih valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ din l-operazzjoni. Evalwazzjoni indipendenti ex post dwar l-assistenza se titwettaq fi żmien sentejn wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-iżborż tal-assistenza se jkun soġġett għall-issodisfar tal-prekundizzjonijiet politiċi u rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni tal-programm ekonomiku bejn il-Moldova u l-FMI. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taqbel mal-awtoritajiet tal-Moldova dwar kundizzjonijiet ta’ politika speċifiċi, li għandhom jiżdiedu mal-Memorandum ta’ Qbil eżistenti.

L-assistenza addizzjonali hija ppjanata li titħallas f’żewġ pagamenti parzjali. L-iżborż tal-ewwel pagament parzjali huwa mistenni li jsir fit-tielet trimestru (Q3) tal-2023, it-tieni pagament parzjali jista’ jiġi żborżat fir-raba’ trimestru (Q4) tal-2023, dment li l-miżuri ta’ politika marbuta ma’ kull pagament parzjali jkunu ġew implimentati.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

L-istrument tal-assistenza makrofinanzjarja huwa strument ibbażat fuq il-politika li għandu l-għan li jtaffi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern fuq terminu qasir u medju. Fil-kuntest tal-kriżi li għaddejja bħalissa, l-AMF se tgħin biex tipprovdi spazju fil-politika ekonomika biex l-awtoritajiet jifformaw rispons ekonomiku effettiv għall-qagħda esterna li qiegħda tiddeterjora u għall-ħtiġijiet fiskali li qegħdin jiżdiedu. L-AMF se tikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà makroekonomika u politika. L-operazzjoni se tikkomplementa r-riżorsi magħmula disponibbli mill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, mid-donaturi bilaterali u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra tal-UE. B’hekk, se tikkontribwixxi għall-effettività ġenerali tal-appoġġ finanzjarju pprovdut mill-komunità internazzjonali, kif ukoll ta’ assistenza finanzjarja oħra tal-UE, inklużi operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju.

Barra minn hekk, billi jipprovdi finanzjament fit-tul f’termini konċessjonali ħafna, normalment inqas mill-bqija tad-donaturi internazzjonali jew bilaterali, il-programm tal-AMF huwa mistenni li jgħin lill-gvern jesegwixxi l-baġit tiegħu mingħajr devjazzjonijiet fiskali u jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn.

Minbarra l-impatt finanzjarju tal-AMF, il-programm propost se jsaħħaħ l-impenn tal-gvern għar-riformi u l-aspirazzjoni tiegħu lejn relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE, kif rifless mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li daħal fis-seħħ fl-2016, u skont l-istatus ta’ pajjiż kandidat mogħti fit-23 ta’ Ġunju 2022. Dan ir-riżultat se jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ kundizzjonalità xierqa għall-iżborż tal-assistenza. F’kuntest usa’, il-programm se juri li l-UE hija lesta tappoġġa lill-pajjiżi msieħba fil-viċinat tal-Lvant, inkluż il-Moldova, f’mumenti ta’ diffikultajiet ekonomiċi.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fis-sħab huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet li saru sa issa (fuq programmi tal-AMF li tlestew), ikkonkludew li l-operazzjonijiet tal-AMF jikkontribwixxu, għalkemm xi kultant modestament u indirettament, għat-titjib tas-sostenibbiltà esterna, l-istabbiltà makroekonomika, u l-kisba ta’ riformi strutturali fil-pajjiż imsieħeb. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-operazzjonijiet tal-AMF kellhom effett pożittiv fuq il-bilanċi tal-pagamenti tal-pajjiż imsieħeb u għenu jtaffu l-limitazzjonijiet baġitarji. Dawn wasslu wkoll biex ikun hemm tkabbir ekonomiku kemxejn ogħla.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali

Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, il-proviżjonament tas-self tal-AMF se jkun kopert mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fi ħdan l-istrument Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali). Il-kapaċità ta’ self (indikattiva) prevista għall-AMF hija biżżejjed biex tkopri din l-operazzjoni kif ukoll operazzjonijiet oħra tal-AMF li qegħdin jiġu implimentati.

Sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-UE hija fost id-donaturi ewlenin tal-Moldova u tappoġġa r-riformi istituzzjonali, strutturali u ekonomiċi kif ukoll lis-soċjetà ċivili tagħha. L-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Moldova matul l-2014-2020 ammonta għal EUR 518,15-il miljun (il-Programm Indikattiv Pluriennali (MIP) 2021-2027, li qiegħed jitħejja). F’dan il-kuntest, din l-operazzjoni tal-AMF tikkomplementa azzjonijiet esterni oħra tal-UE jew strumenti użati biex jappoġġaw lill-Moldova. Hija allinjata wkoll mal-istrument il-ġdid Ewropa Globali (l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali) u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA-III) għall-2021-2027. 

Il-valur miżjud ewlieni tal-AMF, meta mqabbel ma’ strumenti oħrajn tal-UE, ikun li din l-assistenza tgħin biex jinħoloq qafas makroekonomiku stabbli, inkluż billi tippromwovi bilanċ tal-pagamenti u sitwazzjoni baġitarja sostenibbli, kif ukoll qafas xieraq għall-progress fir-riformi strutturali. L-AMF ma tipprovdix appoġġ finanzjarju regolari u trid titwaqqaf hekk kif is-sitwazzjoni finanzjarja esterna tas-sieħeb tkun reġgħet qabdet perkors sostenibbli.

L-AMF tkun ukoll komplementari għall-interventi previsti mill-komunità internazzjonali, b’mod partikolari għall-programm ta’ aġġustament u riforma appoġġat mill-FMI u mill-Bank Dinji.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Bl-użu ta’ self, din l-operazzjoni tal-AMF żżid l-effikaċja tal-baġit tal-UE permezz tal-effett ta’ ingranaġġ u tipprovdi l-aktar opzjoni kosteffiċjenti.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tissellef fondi mis-swieq kapitali f’isem kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Euratom bl-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE. L-għan huwa li jinkisbu fondi mis-suq bl-aħjar rati disponibbli minħabba l-istatus ta’ kreditu tal-ogħla livell (klassifikat AAA minn Fitch, Moody’ s u DBRS, AA minn S&P, kollha bi prospettiva stabbli) tal-UE/Euratom u mbagħad issellifhom lil mutwatarji eliġibbli fil-kuntest ta’ self taħt l-EFSM, BtP, AMF u lill-proġetti tal-Euratom. It-teħid u għoti b’self jitwettqu b’operazzjoni spalla ma’ spalla u dak jiżgura li l-baġit tal-UE ma jieħu l-ebda riskju marbut mar-rata tal-imgħax jew tal-kambju. Il-mira li jinkisbu fondi bl-aħjar rati disponibbli għal attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self inkisbet minħabba li dawk ir-rati huma konformi ma’ istituzzjonijiet pari (BEI, EFSM, u MES).

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

   fis-seħħ mill-2022 sal-2024

   Impatt finanzjarju mill-2022 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2022 sal-2025 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 4   

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Din l-assistenza hija ta’ natura makroekonomika u hija mfassla b’mod li tkun konsistenti mal-programm appoġġat mill-FMI. Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni se jseħħ fuq il-bażi tal-progress fl-implimentazzjoni tal-arranġament tal-FMI u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ riforma speċifiċi li jridu jiġu miftiehma mas-sieħba fil-Memorandum ta’ Qbil bi frekwenza li hija konsistenti ma’ numru ta’ pagamenti (Ara wkoll il-punt 1.4.4).

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni mill-kwartieri ġenerali u bl-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

L-iżborżi tal-AMF huma dipendenti fuq rieżamijiet b’suċċess, u marbuta mat-twettiq tal-kondizzjonalità marbuta ma’ kull operazzjoni. L-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet hija mmonitorjata mill-qrib mill-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Riskji identifikati

Hemm riskji fiduċjarji, politiċi kif ukoll ta’ politika marbutin mal-operazzjonijiet tal-AMF proposta.

Hemm ir-riskju li l-AMF tista’ tintuża b’mod qarrieqi. Peress li l-AMF ma hijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Ċentrali u fil-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni tal-pajjiż imsieħeb.

Riskju ieħor ġej mill-possibbiltà li l-pajjiż imsieħeb jonqos milli josserva l-obbligazzjonijiet finanzjarji tiegħu lejn l-UE li jirriżultaw mis-self propost għall-AMF (riskju ta’ inadempjenza jew ta’ kreditu), li jista’ jkun ikkawżat, pereżempju, min deterjorament addizzjonali sinifikanti fil-bilanċi tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb.

Sistemi ta’ kontroll intern

L-assistenza makrofinanzjarja se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

Ex ante: Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll fil-pajjiż benefiċjarju. Għal kull pajjiż benefiċjarju ssir valutazzjoni operazzjonali ex ante taċ-ċirkwiti finanzjarji u tal-ambjent tal-kontroll mill-Kummissjoni, jekk ikun meħtieġ, bl-appoġġ tekniku ta’ konsulenti. Jitwettqu analiżi tal-proċeduri tal-kontabbiltà, tas-segregazzjoni tad-dmirijiet u tal-awditjar intern/estern tal-Bank Ċentrali u tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jiġi żgurat livell raġonevoli ta’ żgurar ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Jekk jiġu identifikati dgħufijiet, dawn jinqalbu f’kundizzjonijiet, li jkunu jridu jiġu implimentati qabel l-iżborż tal-assistenza. Barra minn hekk, meta jkun meħtieġ, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi għall-pagamenti (eż. kontijiet delimitati).

Matul l-implimentazzjoni: Il-kontrolli mill-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet perjodiċi tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal (1) monitoraġġ mill-persunal tad-DĠ ECFIN, f’koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet tal-UE u mal-partijiet konċernati esterni, bħall-FMI, tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalitajiet miftiehma, u (2) il-proċedura normali ta’ kontroll prevista miċ-ċirkuwitu finanzjarju (mudell 2) użata fid-DĠ ECFIN, inkluż il-verifika mill-unità finanzjarja tas-sodisfar tal-kundizzjonijiet marbuta mal-iżborż tal-assistenza msemmija hawn fuq. L-iżborż relatat ma’ operazzjonijiet tal-AMF jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali u indipendenti (dokumentarji u/jew fuq il-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-DĠ. Dawn il-verifiki jistgħu jinbdew ukoll fuq talba tal-AOSD responsabbli. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt s’issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Is-sistemi tal-kontroll fis-seħħ, bħall-valutazzjonijiet operazzjonali ex ante jew il-valutazzjonijiet ex post, żguraw rata effettiva ta’ żball għall-pagamenti tal-AMF ta’ 0 %. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet tal-AMF għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Sabiex jimmitigaw ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri:

L-ewwel nett, il-Ftehim ta’ Self jikkonsisti f’għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar, u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. Hu maħsub ukoll li mal-assistenza jintrabtu għadd ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika, inkluż fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, bl-għan li jissaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u l-akkontabbiltà. Barra minn hekk, l-assistenza se titħallas f’kont speċifiku fil-Bank Ċentrali tas-sieħeb.

Barra minn hekk, f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju, is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu Valutazzjoni Operattiva taċ-ċirkwiti finanzjarji u amministrattivi tal-Moldova biex jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-ġestjoni tal-assistenza tal-programm, inkluża l-AMF, jipprovdu garanziji adegwati. Il-valutazzjoni twettqet fl-2020 u tkopri oqsma bħalma huma t-tħejjija u l-eżekuzzjoni tal-baġit, il-kontroll finanzjarju pubbliku intern, l-awditjar intern u estern, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-flus u d-dejn pubbliku, kif ukoll l-indipendenza tal-bank ċentrali. L-iżviluppi f’dan il-qasam se jkomplu jiġu mmonitorjati aktar mill-qrib mid-Delegazzjonijiet tal-UE fis-sieħeb rispettiv. Il-Kummissjoni qiegħda tuża wkoll assistenza ta’ appoġġ baġitarju biex tgħin lis-sieħba rispettivi jtejbu s-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, u dawn l-isforzi qegħdin jiġu appoġġati ħafna minn donaturi oħrajn.

Fl-aħħar, l-assistenza se tkun soġġetta għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 5 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 6

mill-pajjiżi kandidati 7

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

14.02.01.70.06 [Self tal-AMF – EAG]

Diff.

LE

LE

LE

LE

14.20.03.01 [Għotjiet tal-AMF]

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba - Mhux applikabbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

6

Intestatura 6 - “Il-Viċinat u d-Dinja” 

DĠ: ECFIN

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 8  

14.02.01.70.06 [Self tal-AMF – EAG]

Impenji

(1a)

10,8

9

19,8

Pagamenti

(2 a)

10,8

9

19,8

Linja baġitarja 

14.20.03.01 [Għotjiet tal-AMF]

Impenji

(1b)

30

45

75

Pagamenti

(2b)

20

55

75

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 9  

Linja baġitarja

14.20.03.01

(3)

0,15

0,15

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ ECFIN

Impenji

=1a+1b +3

40,8

54

0,15

94,95

Pagamenti

=2a+2b

+3

30,8

64

 

0,15

94,95

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

40,8

54

94,8

Pagamenti

(5)

30,8

64

94,8

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

0,15

0,15

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

40,8

54

0,15

94,95

Pagamenti

=5+ 6

30,8

64

0,15

94,95



Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq: (miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali))

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

Intestatura 7 – “Amministrazzjoni pubblika Ewropea”

DĠ: ECFIN

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

TOTAL

Riżorsi umani

0,034

0,044

0,044

0,011

0,011

0,144

Nefqa amministrattiva oħra

0,020

0,020

0,040

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Approprjazzjonijiet

0,034

0,064

0,064

0,011

0,011

0,184

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,034

0,064

0,064

0,011

0,011

0,184

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0,034

40,864

54,064

0,011

0,161

95,134

Pagamenti

=5+ 6

0,034

30,864

64,064

0,011

0,161

95,134

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena  
2025

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,034

0,044

0,044

0,011

0,011

0,144

Nefqa amministrattiva oħra

0,020

0,020

0,040

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,034

0,064

0,064

0,011

0,011

0,184

Barra mill-INTESTATURA 7 12   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

0,034

0,064

0,064

0,011

0,011

0,184

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati minn approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 2023

Sena 2024

Sena 2025

□ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 ((Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni))

0,100

0,250

0,150

0,010

0,100

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 13

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

0,200

0,350

0,200

0,010

0,100

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   14

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

0,300

0,600

0,350

0,020

0,200

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Direttur Dir. D: Jissorvelja u jimmaniġġa l-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni tal-Memorandum ta’ Qbil (MtQ), jinnegozja l-MtQ mal-awtoritajiet tal-Moldova, janalizza r-rapporti, imexxi missjonijiet u jivvaluta l-progress fil-konformità mal-kundizzjonalità.

Kap tal-Unità/DKap tal-Unità Dir. D: Jassisti lid-Direttur fil-ġestjoni tal-operazzjoni, jikkoordina mal-Kunsill u l-Parlament għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni u l-approvazzjoni ta’ MtQ, jinnegozja l-MtQ u l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (flimkien mad-DĠ BAĠIT) mal-awtoritajiet tal-Moldova, janalizza r-rapporti u jivvaluta l-progress bil-konformità kundizzjonali.

DĠ BAĠIT (Unitajiet E1, E3 taħt is-superviżjoni tad-Direttur): Jipprepara l-Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (LFA), jinnegozjah mal-awtoritajiet tal-Moldova u jieħu ħsieb li jiġi approvat mis-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni u ffirmat miż-żewġ partijiet. Isegwi d-dħul fis-seħħ tal-LFA. Iħejji d-deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni dwar it-tranżazzjoni(jiet) ta’ self, isegwi l-preżentazzjoni tat-Talba/iet għal Fondi, jagħżel il-banek, iħejji u jeżegwixxi t-tranżazzjoni(jiet) ta’ finanzjament u jiżborża l-fondi lill-Moldova. Iwettaq attivitajiet ta’ back-office biex isegwi r-rimborż tas-self. Iħejji r-rapporti korrispondenti dwar dawn l-attivitajiet.

Persunal estern

Ekonomisti skont il-pajjiż, is-settur tal-AMF (Dir. D): Iħejju d-Deċiżjoni u l-MtQ, jikkoordinaw mal-awtoritajiet u mal-IFIs, iwettqu missjonijiet ta’ analiżi, jippreparaw rapporti tal-persunal tal-Kummissjoni u proċeduri tal-Kummissjoni marbuta mal-ġestjoni tal-assistenza, jikkoordinaw ma’ esperti esterni għall-valutazzjoni operattiva u l-evalwazzjoni ex post.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(1)    Deċiżjoni (UE) 2022/563 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 109, 8.4.2022, p. 6).
(2)    ABM: immaniġġjar ibbażat fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(3)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(4)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(5)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(6)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(7)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(8)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(9)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(10)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(11)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(12)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(13)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(14)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).