7.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/19


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11245 – GTCR / WORLDPAY)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 317/12)

1.   

Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fondi ġestiti minn GTCR, LLC (“GTCR”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

New Boost Holdco, LLC (“Worldpay”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

GTCR takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Worldpay kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

GTCR hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq l-investiment f’kumpaniji li qed jikbru fl-industriji tas-Servizzi Finanzjarji u t-Teknoloġija, il-Kura tas-Saħħa, it-Teknoloġija, il-Media u t-Telekomunikazzjonijiet u s-Servizzi tan-Negozju,

Worldpay hija kumpanija globali tat-teknoloġija tal-pagamenti, li tipprovdi servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti u servizzi teknoloġiċi relatati lin-negozjanti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11245 – GTCR / WORLDPAY

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.