|
14.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 324/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11240 – ORLEN / DOPPLER ENERGIE)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 324/12)
1.
Fit-30 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
ORLEN S.A. (“ORLEN”, il-Polonja), |
|
— |
Doppler Energie GmbH (“Doppler”, l-Awstrija), li finalment hija kkontrollata esklużivament minn Franz Joseph Doppler, persuna fiżika Awstrijaka. |
ORLEN se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Dopplet kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
ORLEN hija primarjament attiva fir-raffinar taż-żejt u fil-produzzjoni tal-biofuels, l-esplorazzjoni u l-bejgħ tal-gass, il-produzzjoni tal-petrokimiċi, il-produzzjoni tal-elettriku, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-fuels tal-magni, il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti għall-konsumatur, kif ukoll l-estrazzjoni tal-idrokarburi, |
|
— |
Doppler tħaddem network ta’ stazzjonijiet tal-fuel tal-magni u stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi madwar l-Awstrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11240 – ORLEN / DOPPLER ENERGIE
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).