7.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 277/2


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11228 — BENTELER / BEIJING AUTOMOTIVE / JVs)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 277/02)

1.   

Fil-31 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Benteler Automotive (China) Investment Limited (“Benteler”, iċ-Ċina),

Beijing Hainachuan Automotive Parts Co., Ltd (“BHAP”, iċ-Ċina).

Benteler u BHAP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Benteler Hainachuan Automotive (Beijing) Co., Ltd (Joint Venture tal-Manifattura, “MJV”), u Beijing Hainachuan Benteler Automotive Co., Ltd (Joint Venture tal-Bejgħ, “SJV”) (flimkien imsejħa joint venures, “JVs”).

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpaniji maħluqa ġodda li kikkostitwixxu impriżi bi sħab (joint ventures, JVs).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Benteler, sussidjarja kollha kemm hi proprjetà tal-kumpanija Awstrijaka Benteler International AG, hija attiva l-aktar fil-provvista ta’ komponenti u moduli għall-klijenti tal-karozzi fl-oqsma tax-chassis, il-karozzerija, il-magna u s-sistemi tal-egżost,

BHAP, sussidjarja tal-BAIC Group, proprjetà tal-Istat Ċiniż, hija attiva fis-settur tal-karozzi fil-provvista ta’ seats tal-karozzi, oġġetti interni u esterni, sistemi tal-motopropulsjoni, sistemi tax-chassis, sistemi tal-karrozzerija, elettronika u komponenti oħra.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Benteler Hainachuan Automotive (Beijing) Co., Ltd u Beijing Hainachuan Benteler Automotive Co., Ltd se jkunu l-assemblaġġ mill-MJV ta’ moduli tax-chassis magħżula minn qabel minn klijent fiċ-Ċina, u l-bejgħ ta’ tali moduli tax-chassis mill-SJV lill-klijenti fiċ-Ċina.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11228 — BENTELER / BEIJING AUTOMOTIVE / JVs

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.