1.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 272/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11205 – INPEX CORPORATION / ENEL GREEN POWER / ENEL GREEN POWER AUSTRALIA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 272/03)
1.
Fl-24 ta’ Lulju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Enel Green Power S.p.A. (“EGP”, l-Italja), li tappartjeni għall-Enel Group (l-Italja), |
— |
INPEX Corporation (“INPEX”, il-Ġappun), |
— |
Enel Green Power Australia Pty Ltd (“EGPA”, l-Awstralja), li tappartjeni għall-ENEL Group, |
— |
Enel Green Power Australia Trust (“Master Trust”, l-Awstralja), li tappartjeni għall-ENEL Group. |
EGP u INPEX jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EGPA u Master Trust.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:
— |
EGP hija l-fergħa rinnovabbli tal-Enel Group, bil-kwartieri ġenerali tiegħu f’Ruma. EGP topera madwar id-dinja (direttament jew permezz tas-sussidjarji tagħha) fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, |
— |
INPEX hija kumpanija ta’ esplorazzjoni u produzzjoni li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Tokyo, il-Ġappun. Hija tinvolvi ruħha fir-riċerka, l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ taż-żejt, tal-gass naturali, ta’ riżorsi minerali oħra u ta’ negozji relatati oħra, u l-investiment u s-self lil kumpaniji involuti f’dawn l-attivitajiet, |
— |
EGPA u Master Trust jimpenjaw ruħhom fl-investiment fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli, billi jipprovdu pjattaforma tal-enerġija rinnovabbli minn tarf sa tarf li tiżviluppa u topera proġetti, u l-bejgħ bl-imnut u l-kummerċ tal-enerġija. EGPA u Master Trust joperaw biss fl-Awstralja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11205 – INPEX CORPORATION / ENEL GREEN POWER / ENEL GREEN POWER AUSTRALIA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).