3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11175 – IBERDROLA / GIC / NEOENERGIA TRANSMISSORA)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 234/04)

1.   

Fil-21 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Iberdrola S.A. (“Iberdrola”) u s-sussidjarja tagħha kkontrollata esklużivament, Neoenergia (Spanja).

GIC (Ventures) Pte Ltd (“GIC”) (Singapore) u s-sussidjarja tagħha kkontrollata esklużivament, Warrington

Neoenergia Transmissora (il-Brażil), kumpanija li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn Neoenergia (Spanja).

Iberdrola u GIC se jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Neoenergia Transmissora, li bħalissa hija kkontrollata esklużivament indirettament minn Iberdrola.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Iberdrola hija attiva fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u d-distribuzzjoni tal-elettriċità fi Spanja, il-Brażil u madwar id-dinja. Neoenergia hija attiva fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriċità fil-Brażil.

GIC hija attiva, permezz ta’ GIC Special Investments Pte Ltd (“GICSI”), fil-ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat ta’ investimenti f’ekwità privata, kapital ta’ riskju u infrastruttura kif ukoll investiment dirett f’kumpaniji privati. Warrington hija veikolu ta’ investiment nominat ta’ GICSI.

Neoenergia Transmissora hija attiva fit-trażmissjoni tal-elettriċità fil-Brażil.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11175 – IBERDROLA / GIC / NEOENERGIA TRANSMISSORA

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.