|
8.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 318/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11149 - ASAHI KASEI / MITSUI CHEMICALS / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 318/06)
1.
Fil-31 ta’ Awwissu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui Chemicals Inc. (“Mitsui Chemicals”, il-Ġappun), |
|
— |
Asahi Kasei Corp. (“Asahi Kasei”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsui Chemicals Asahi Life Material Co. Ltd (il-JV, il-Ġappun), kumpanija ġdida. |
Mitsui Chemicals u Asahi Kasei jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Mitsui Chemicals hija kumpanija multinazzjonali Ġappuniża involuta fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti kimiċi madwar id-dinja. Mitsui Chemicals tiżviluppa u tbigħ firxa wiesgħa ta’ prodotti speċjalizzati għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, inklużi l-iġjene, l-industrija, l-assorbiment taż-żejt, l-interjuri tal-karozzi, l-inġinerija ċivili u l-filtri, fost l-oħrajn. |
|
— |
Asahi Kasei hija kumpanija multinazzjonali Ġappuniża tal-kimika primarjament involuta fl-iżvilupp ta’ prodotti tal-fibra, kimiċi, u materjali elettroniċi relatati. Hija topera fis-setturi tal-materjal, tad-djar, u tan-negozju tal-kura tas-saħħa. |
3.
Il-joint venture se tinvolvi ruħha fir-riċerka u l-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u s-servizz tekniku ta’ tessuti mhux minsuġa magħmula mill-proċess tal-ispunbond u minn proċess meltblown, sistemi ta’ filtri mhux minsuġa u rita u forom li jżommu fibri. Il-kumpanija tal-joint venture se twettaq l-operazzjonijiet li kemm Asahi Kasei kif ukoll Mitsui Chemicals mexxew fil-Ġappun u fit-Tajlandja għall-produzzjoni, l-iżvilupp u l-bejgħ ta’ prodotti mhux minsuġa.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11149 - ASAHI KASEI / MITSUI CHEMICALS / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).