|
20.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 137/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11089 – AXPO IBERIA / ACSA OBRAS E INFRAESTRUCTURAS / NOGUERA RENOVABLES)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 137/07)
1.
Fit-12 ta’ April 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AXPO IBERIA, S.L.U. (“Axpo Iberia”, Spanja), |
|
— |
ACSA OBRAS E INFRAESTRUCTURAS, S.A.U. (“ACSA”, Spanja), |
|
— |
NOGUERA RENOVABLES, S.L. (“Noguera Renovables”, Spanja), bħalissa kkontrollata minn CASA BATISTA, SCCL (Spanja). |
Axpo Iberia u ACSA se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Noguera Renovables kollha kemm hi (inkluż l-impjant għat-trattament u l-irkupru tad-demel likwidu u skart organiku ieħor għall-produzzjoni tal-bijometan f’Vallfogona de Balaguer, Lleida, Spanja, li se jiġi ttrasferit lil Noguera Renovables minn wieħed mill-azzjonisti tagħha, TORRE SANTAMARIA SCCL).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Axpo Iberia, parti mill-Grupp Axpo (grupp Żvizzeru attiv fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli), hija attiva fil-provvista tal-elettriku u tal-gass rinnovabbli fi Spanja u fil-Portugall. |
|
— |
ACSA, parti mill-Grupp Sorigué Spanjol, hija attiva fil-provvista ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni (inklużi xogħlijiet ċivili u tal-ilma u kostruzzjoni ta’ faċilitajiet residenzjali u kummerċjali). |
|
— |
Noguera Renovables hija attiva fil-ġbir, it-trasport, il-ġestjoni u t-trattament tal-iskart organiku, inkluż il-bejgħ tal-kompost, fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11089 – AXPO IBERIA / ACSA OBRAS E INFRAESTRUCTURAS / NOGUERA RENOVABLES
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).