|
12.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 169/25 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11072 – BLACKROCK / MUBADALA / GOLDMAN SACHS / EQUITIX / CALISEN / MAPLECO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 169/05)
1.
Fl-4 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BlackRock Alternatives Management, LLC (“BlackRock”) (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Mubadala Investment Company PJSC (“Mubadala”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
The Goldman Sachs Group (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Equitix Holdings Limited (“Equitix”) (ir-Renju Unit), |
|
— |
Calisen (ir-Renju Unit), ikkontrollat minn BlackRock, Mubadala, u Goldman Sachs, |
|
— |
MapleCo (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Equitix, |
BlackRock, Mubadala, Goldman Sachs, u Equitix se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Calisen u MapleCo kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
BlackRock hija kumpanija ta’ ġestjoni ta’ investiment globali li toffri servizzi ta’ kostruzzjoni ta’ portafoll, ta’ ġestjoni tal-assi u ta’ konsulenza dwar l-investiment; |
|
— |
Mubadala hija kumpanija ta’ ġestjoni tal-investiment iffukata fuq l-investiment u l-iżvilupp f’varjetà ta’ industriji, inklużi l-enerġija, il-kimiċi, it-teknoloġija, ix-xjenzi tal-ħajja, il-konsumaturi, is-servizzi industrijali, finanzjarji, u l-proprjetà immobbli; |
|
— |
Goldman Sachs tipprovdi servizzi bankarji globali ta' investiment, garanziji u ġestjoni ta’ kumpaniji ta’ investiment li jipprovdu firxa ta’ prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta’ investiment; |
|
— |
Equitix hija investitur, żviluppatur u maniġer tal-fondi fit-tul tal-infrastruttura ewlenija u tal-assi tal-effiċjenza enerġetika; |
|
— |
Calisen hija fornitur tal-assi tal-meters li takkwista u tippossjedi portafoll ta’ arloġġi tal-elettriċità u tal-gass, b’enfasi partikolari fuq il-meters intelliġenti. L-attivitajiet u l-klijenti ta’ Calisen jinsabu kompletament fil-Gran Brittanja; |
|
— |
MapleCo hija fornitur tal-assi tal-meters li tiffinanzja x-xiri u l-installazzjoni ta’ meters intelliġenti tal-gass u tal-elettriċità, bi skambju għal pagamenti fissi tal-kiri skont ftehimiet fit-tul mal-fornituri tal-enerġija. L-attivitajiet u l-klijenti ta’ MapleCo jinsabu kollha kemm huma fil-Gran Brittanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11072 – BLACKROCK / MUBADALA / GOLDMAN SACHS / EQUITIX / CALISEN / MAPLECO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).