3.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/67


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M. 11052 — MACQUARIE GROUP / WPD / LUWEI WIND POWER / CHUNGWEI WIND POWER / TONGWEI WIND POWER / CHINFENG WIND POWER / ANWEI WIND POWER)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 80/09)

1.   

Fit-22 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Macquarie Asset Management (“Macquarie”, l-Awstralja),

wpd AG (“wpd”, il-Ġermanja),

Luwei Wind Power Co., Ltd (inkluża s-sussidjarja 100 % tagħha, Chiwei Wind Power Co., Ltd), Chungwei Wind Power Co., Ltd, Tongwei Wind Power Co., Ltd, Chinfeng Wind Power Co., Ltd, u Anwei Wind Power Co., Ltd D (il-joint ventures, il-“JVs”) (it-Tajwan), bħalissa kkontrollati bi sħab minn InfraVest Asia GmbH u wpd.

Macquarie u wpd jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JVs kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Macquarie hija fornitur globali ta’ servizzi ta’ investiment, bankarji u finanzjarji attiv f’firxa wiesgħa ta’ negozji, inkluż l-investiment f’firxa wiesgħa ta’ setturi bħar-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli,

wpd hija korporazzjoni ta’ stokk privat domiċiljata u bil-kwartieri ġenerali fil-Ġermanja u tiżviluppa u topera parks eoliċi u parks solari. wpd hija impenjata b’mod attiv fi 30 pajjiż fl-Ewropa, l-Asja, iċ-Ċilì u l-Istati Uniti tal-Amerka,

il-JVs jħaddmu turbini eoliċi fuq l-art u infrastruttura relatata fit-Tajwan biss, u direttament jew indirettament jippossjedu assi eoliċi operazzjonali fuq l-art li jinsabu fit-Tajwan biss.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 11052 — MACQUARIE GROUP / WPD / LUWEI WIND POWER / CHUNGWEI WIND POWER / TONGWEI WIND POWER / CHINFENG WIND POWER / ANWEI WIND POWER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.