|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/12 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11048 – MACQUARIE / BCI / EKU ENERGY)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 66/05)
1.
Fis-16 ta’ Frar, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie Group Limited (“MGL”, l-Awstralja), |
|
— |
British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada), |
MGL u BCI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Eku Energy Group Limited (“Eku Energy”, li qabel kienet irreġistrata bħala GIG Energy Storage UK, (2) ir-Renju Unit), li bħalissa hija kkontrollata esklużivament minn MGL.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
MGL hija fornitur globali ta’ servizzi bankarji, finanzjarji, ta’ investiment u ta’ ġestjoni ta’ fondi, |
|
— |
BCI hija investitur istituzzjonali, li tinvesti f’isem klijenti tas-settur pubbliku fil-British Columbia, inklużi pjanijiet tal-pensjoni tas-settur pubbliku, assikurazzjoni, u fondi bi skop speċjali. |
3.
Eku Energy hija attiva fl-iżvilupp, fil-kostruzzjoni u fit-tħaddim tal-assi tal-ħżin tal-batteriji.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (3) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11048 – MACQUARIE / BCI / EKU ENERGY
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) EKU Energy qabel kienet irreġistrata bħala “GIG Energy Storage UK”. Fid-29 ta’ Novembru 2022, l-isem inbidel għal Eku Energy.