13.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10966 — COCHLEAR / OTICON MEDICAL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 323/09)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-Avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cochlear Limited (“Cochlear”, l-Awstralja),

In-negozju tal-impjant cochlear (cochlear implant, “CI”) ta’ Oticon Medical, id-diviżjoni tal-impjant tas-smigħ ta’ Demant A/S, kumpanija Daniża elenkata pubblikament (id-Danimarka).

Cochlear takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju tas-CI ta’ Oticon Medical.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni mill-Awtorità Spanjola tal-Kompetizzjoni (Comisión Nacional de los Mercados y la Competencia) skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Sussegwentement, magħhom ingħaqdu l-Bulgarija, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall u l-Iżvezja.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

Cochlear, kumpanija inkorporata skont il-liġijiet ta’ New South Wales (l-Awstralja), hija l-kumpanija prinċipali finali ta’ Cochlear Group li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ smigħ impjantabbli madwar id-dinja,

In-negozju tas-CI ta’ Oticon Medical jiżviluppa, jimmanifattura u jbigħ impjanti cochlear globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10966 — COCHLEAR / OTICON MEDICAL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).