15.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 208/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Ġunju 2023

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2023/15)

(2023/C 208/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2017, il-BĊE għażel lil Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022, bil-fakultà li l-mandat jista’ jiġi estiż sa sentejn finanzjarji (jiġifieri sal-2023 jew sal-2024) (1).

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-BĊE, Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(4)

Il-BĊE beħsiebu jestendi l-mandat ta’ Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għas-snin finanzjarji 2023 sa 2024. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn il-BĊE u Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Baker Tilly GmbH & Co. KG Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2023 sa 2024.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 6 ta’ Ġunju 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2017/42 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU C 444, 23.12.2017, p. 1).