|
23.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Frar 2023
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Central Bank of Ireland
(BĊE/2023/1)
(2023/C 66/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Fl-2016, Central Bank of Ireland għażel lil Mazars bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020 (1). Fl-2021, il-mandat ta’ Mazars bħala awdituri esterni għas-Central Bank of Ireland ġie estiż għas-snin finanzjarji 2021 u 2022 (2). |
|
(3) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti ta’ Central Bank of Ireland, Mazars, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023. |
|
(4) |
Central Bank of Ireland għażel lil Grant Thornton Ireland bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Grant Thornton Ireland għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027, bl-opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2028 u 2029.
Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Frar 2023.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Rakkomandazzjoni BĊE/2016/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Ottubru 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland (ĠU C 413, 10.11.2016, p. 1).
(2) Rakkomandazzjoni BĊE/2021/44 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-29 ta’ Settembru 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Ireland (ĠU C 403, 6.10.2021, p. 1).