Brussell, 19.10.2023

COM(2023) 632 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

COSME



2014-2020 Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs







2020 Rapport ta’ Monitoraġġ


Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    Attivitajiet u riżultati fl-2020    

2.1 Objettiv speċifiku A: aċċess għal finanzjament    

Il-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tal-Programm COSME    

Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm COSME    

Miżuri ta’ akkumpanjament (stħarriġiet, għodod ta’ informazzjoni, materjali ta’ komunikazzjoni u avvenimenti)    

2.2 Objettiv speċifiku B: aċċess għas-swieq    

In-Network Enterprise Europe    

Helpdesks Internazzjonali tal-PI għall-SMEs (iċ-Ċina, ix-Xlokk tal-Asja, l-Amerka Latina u l-Indja)    

Ic-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun    

Akkwist    

2.3 Objettiv speċifiku C: titjib fil-kundizzjonijiet qafas u l-kompetittività    

Raggruppamenti    

Rappreżentanti tal-SMEs, assemblea tal-SMEs u masterclass online fis-Summit Web ta’ Liżbona    

L-UE miftuħa għan-negozju – boxxla ġdida għall-SMEs    

2.4 Objettiv speċifiku D: promozzjoni tal-intraprenditorija u tal-kultura intraprenditorjali    

3.    Miżuri ta’ appoġġ u nefqa amministrattiva    

4.    Kontribut għall-għanijiet klimatiċi, l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u l-għanijiet dwar il-ġeneru    

5.    Konklużjonijiet    

Anness 1 – Implimentazzjoni tal-Baġit tal-COSME 2020    

Anness 2 – Informazzjoni dwar il-pajjiż    

Anness 3 – Eżempji ta’ proġetti u stejjer ta’ suċċess    

Anness 4 Kontribut għall-għanijiet tal-klima, tas-sostenibbiltà, tad-diġitalizzazzjoni u tal-ġeneru    



1.Introduzzjoni

COSME huwa programm tal-UE biex itejjeb il-kompetittività tal-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) 1 . Dan iżid il-valur billi jindirizza il-kwistjonijiet tranżnazzjonali u l-fallimenti tas-suq permezz ta’ erba’ objettivi speċifiċi:

1.it-titjib tal-aċċess għall-finanzjament lill-SMEs fil-forma ta’ ekwità u dejn (mill-inqas 60 % tal-baġit totali għall-2014-2020);

2.it-titjib tal-aċċess għas-swieq kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE (21,5 %);

3.it-titjib fil-kundizzjonijiet ta’ qafas u tal-kompetittività għan-negozji, inklużi l-SMEs (11 %);

4.il-promozzjoni tal-intraprenditorija (2,5 %).

Il-programm COSME ħa ħsieb ukoll prijoritajiet oħrajn tal-Istrateġija Ewropa 2020 2  bħall-għajnuna lill-SMEs biex jibbenefikaw mill-innovazzjoni, mill-aċċess għall-ħiliet u mit-taħriġ, u r-rwol li l-SMEs jista’ jkollhom fil-koeżjoni soċjali (billi jappoġġaw l-ekonomija soċjali u l-imprendituri żgħażagħ u nisa).

Ġew żviluppati bosta sinerġiji bejn il-COSME u programmi oħrajn tal-UE rilevanti għall-SMEs. Wieħed mill-eżempji huma l-istrumenti finanzjarji tal-COSME li kienu mmexxija f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) 3 u l-istrumenti finanzjarji ta’ Orizzont 2020) 4 . In-Network Enterprise Europe żviluppa sinerġiji ma’ diversi programmi tal-UE inkluż Orizzont 2020 għall-għoti ta’ servizzi u għat-taħriġ tan-network. Hemm ukoll kooperazzjoni tajba bejn il-helpdesks internazzjonali tal-PI u l-helpdesks tal-PI appoġġati taħt programmi oħrajn tal-UE. Eżempju ieħor huwa l-għodda ta’ monitoraġġ żviluppata fil-qafas tal-“Inizjattivi għal Ambjent Mibni” li tiffaċilita l-monitoraġġ ta’ azzjonijiet ta’ kostruzzjoni fi pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza.

Il-programm ta’ ħidma tal-2020 għamel progress fl-implimentazzjoni ta’ waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-evalwazzjoni interim 5 tal-programm COSME: il-ħtieġa li ssir enfasi fuq miżuri strateġiċi akbar filwaqt li tinżamm ftit flessibbiltà fil-programm biex jiġu ttestjati ideat ġodda. B’mod partikolari, hemm diversi azzjonijiet akbar għar-raggruppamenti li huma appoġġati mill-baġit tal-2020.

Barra mis-27 6 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi li ġejjin ipparteċipaw fil-COSME fl-2020: l-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Kosovo 7 , il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna 8 .

Dan ir-rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-COSME iffinanzjati mill-baġit tal-UE għall-2020, kif meħtieġ mir-Regolament dwar il-COSME. Ikopri wkoll miżuri ta’ appoġġ u spejjeż amministrattivi għall-politika tal-SMEs iffinanzjata mill-baġit tal-2020. Dan huwa l-aħħar rapport ta’ monitoraġġ formali għall-COSME, iżda l-monitoraġġ intern tal-azzjonijiet li għaddejjin se jkompli. Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-implimentazzjoni kumplessiva tal-COSME. Hija ddelegat il-ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji (fil-qafas tal-objettiv speċifiku 1) lill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI). Il-miżuri fil-qafas tal-objettivi speċifiċi tal-programm 2, 3 u 4 ġew prinċipalment iddelegati lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) 9 . Ċerti attivitajiet analitiċi u ta’ valutazzjoni komparattiva ġew ġestiti wkoll indirettament minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

Bosta proġetti minn din is-sena finanzjarja ġew affettwati sa ċertu punt mill-kriżi tal-COVID-19. Il-proġetti li jinvolvu avvenimenti u kooperazzjoni wiċċ imb wiċċ qalbu għall-kanali ta’ komunikazzjoni online kull meta possibbli u xi avvenimenti u attivitajiet ġew ikkanċellati jew posposti 10 . F’bosta każijiet, il-bidla għal avvenimenti virtwali ħadmet tajjeb u kompliet fil-qafas ta’ azzjonijiet futuri. Madankollu, f’xi każijiet, l-avvenimenti online u l-kanali ta’ komunikazzjoni llimitaw kooperazzjoni aktar fil-fond 11 .

2.Attivitajiet u riżultati fl-2020

Il-baġit kumplessiv ippjanat għall-COSME fl-2014-2020 (7 snin) kien ta’ EUR 2,3 biljun, inkluż il-kostijiet amministrattivi. L-impenji finanzjarji kienu ppjanati li jiżdiedu progressivament sal-2020, li kienet is-sena finali tal-programm. Kull sena ġie adottat programm ta’ ħidma annwali b’miżuri ta’ appoġġ ta’ akkumpanjament mill-Kummissjoni.

Il-baġit tal-COSME ġie implimentat permezz ta’ erba’ linji baġitarji b’approprjazzjonijiet speċifikati mid-deċiżjoni ta’ finanzjament riveduta korrispondenti għall-2020 12 u d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-miżuri ta’ appoġġ 13 . Wara li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE, l-approprjazzjonijiet mhux użati mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti u trasferimenti mixxellanji, il-baġit disponibbli għall-2020 kien kif ġej:

(a) linja baġitarja 02 01 04 01 għan-nefqa amministrattiva: EUR 3 619 046;

(b) linja baġitarja 02 01 06 01 għall-funzjonament tal-aġenzija EASME: EUR 10 330 544;

(c) linja baġitarja 02 02 01 għal kull nefqa operazzjonali oħra: EUR 136 538 959;

(d) linja baġitarja 02 02 02 għall-aċċess għall-finanzjament tan-nefqa operazzjonali: EUR 290 041 750.

Id-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-miżuri ta’ appoġġ ipprevediet kontribuzzjoni ta’ EUR 8 000 000, li ġiet inkluża fil-linja baġitarja 02 02 01 tal-baġit ġenerali tal-UE għall-2020.

Bħala medja, 25 % tal-attivitajiet tal-COSME fil-qafas tal-baġit operazzjonali ġew iddelegati lill-EASME 14 . L-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji ġiet iddelegata lill-FEI (ara hawn taħt).

Il-baġit annwali għall-programm COSME fl-2020 kien ta’ EUR 440 530 299. B’kollox, ġie impenjat 99 % ta’ dan il-baġit u bħala medja r-rata ta’ implimentazzjoni għall-pagamenti kienet ta’ 98 %.

2.1 Objettiv speċifiku A: aċċess għal finanzjament

Ir-Regolament dwar il-COSME speċifika li mill-inqas 60 % tal-baġit totali għall-programm jenħtieġ li jiġi allokat għall-istrumenti finanzjarji għall-2014-2020. B’mod kumplessiv, ġew impenjati EUR 1,6 biljun għall-istrumenti finanzjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li huwa ftit aktar minn 60 % tal-baġit totali tal-COSME.

Fl-2020 ġew impenjati EUR 290 041 750 għall-istrumenti finanzjarji u għall-miżuri ta’ akkumpanjament, inkluż il-parteċipazzjoni tal-EFTA u ta’ pajjiżi mhux tal-UE oħrajn.

Ġew impenjati EUR 275 952 802 għall-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF) u EUR 13 100 000 għall-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG). Dan jammonta għal 66 % tal-baġit tal-COSME fl-2020.

Il-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tal-Programm COSME

Il-COSME EFG huwa ddedikat għal investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju li jipprovdu kapital ta’ riskju u finanzjament intermedju għal SMEs fi stadju ta’ espansjoni u tkabbir. L-ammont totali impenjat għall-EFG fuq il-baġit tal-2020 kien jammonta għal EUR 13,1-il miljun. Fi tmiem l-2021, ġew iffirmati total ta’ 23 ftehim ta’ finanzjament tal-COSME EFG 15 u l-kontribuzzjoni kumplessiva tal-UE impenjata għall-intermedjarji finanzjarji fuq il-baġit tal-COSME 2014-2020 kienet ta’ EUR 323 miljun. Skont dawn il-ftehimiet, il-COSME EFG għen biex jipprovdi investimenti ta’ EUR 2,6 biljun 16   17 fit-346 SME eliġibbli fl-istadju tal-espansjoni u t-tkabbir tagħhom, li wassal għal madwar EUR 4,9 biljun f’investimenti kumplessivi.

Sa tmiem l-2021, mill-investimenti kumplessivi ta’ EUR 2,6 biljun ipprovduti fi 28 pajjiż mill-baġit tal-COSME 2014-2020, 25 % kienu ġew investiti fil-Ġermanja, segwiti minn 19 % fi Franza u 15 % fir-Renju Unit.

Il-COSME EFG ikkontribwixxa wkoll għall-programm pan-Ewropew ta’ fond ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju (VentureEU) li tnieda fl-2017 biex jitnaqqsu l-konġestjonijiet fil-finanzjament tal-kapital ta’ riskju fl-UE.

Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self tal-Programm COSME

Minħabba d-domanda għolja kontinwa tas-suq, il-pakkett baġitarju disponibbli tal-COSME LGF (li huwa aktar minn EUR 1,2 biljun għall-2014-2020) kellu diversi żidiet mit-Tieqa għall-SMEs tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Iż-żidiet kollha jammontaw għal kważi EUR 1,5 biljun għall-2014-2022. Dan kien ifisser li tista’ tkompli t-tnedija aċċellerata tal-finanzjament garantit mill-UE ta’ tranżazzjonijiet tal-SMEs b’riskju akbar. Iż-żieda tal-FEIS appoġġat it-tranżazzjonijiet relatati mal-kontinwazzjoni tal-proġett pilota dwar id-diġitalizzazzjoni li tnieda fl-2019 biex l-intermedjarji finanzjarji jkunu jistgħu jipprovdu appoġġ usa’ u aktar komprensiv tad-dejn lill-SMEs għat-trasformazzjoni diġitali. Din iż-żieda appoġġat ukoll rispons għat-tifqigħa tal-virus tal-COVID-19 u l-impatt ekonomiku tagħha fl-2020 u lil hinn.

Sa tmiem l-2021, kienu ġew iffirmati 154 ftehim ta’ (kontro)garanzija ma’ 128 intermedjarju finanzjarju (istituti promozzjonali, soċjetajiet ta’ garanzija, banek kummerċjali u kumpaniji tal-lokazzjoni). Dawn ammontaw għal kontribuzzjoni tal-UE ta’ kważi EUR 2,6 biljun, li minnhom EUR 2,5 biljun kienu bis-saħħa tar-riżorsi kkombinati tal-COSME/FEIS.

Skont dawk il-ftehimiet, il-COSME LGF ipprovda garanziji u kontrogaranziji lill-intermedjarji finanzjarji fi 33 pajjiż (26 Stat Membru u seba’ pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw f’COSME). Dan appoġġa l-għoti ta’ EUR 50 biljun f’appoġġ finanzjarju lil aktar minn 800 000 SME f’dawn il-pajjiżi (ara l-Anness 2).

Miżuri ta’ akkumpanjament (stħarriġiet, għodod ta’ informazzjoni, materjali ta’ komunikazzjoni u avvenimenti)

Ġie impenjat total ta’ EUR 0,8 miljun għall-miżuri ta’ akkumpanjament. Dawn kienu jinkludu attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni kif ukoll stħarriġ SAFE. L-istħarriġ SAFE dwar l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja, il-ħtiġijiet finanzjarji, l-aċċess għall-finanzi u l-aspettattivi tal-SMEs. Huwa utli ħafna għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza fil-livell tal-UE u jintuża mill-Istati Membri, mill-analisti, mill-akkademiċi u oħrajn. Fl- 2020 18 , ġew mistħarrġa total ta’ 17 000 ditta madwar 36 pajjiż.

2.2 Objettiv speċifiku B: aċċess għas-swieq

Ir-Regolament dwar il-COSME kien jispeċifika li ammont indikattiv ta’ 21,5 % tal-baġit totali għall-2014-2020 jenħtieġ li jiġi allokat għall-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-swieq. Ġie allokat total ta’ EUR 85 miljun għal dan l-objettiv speċifiku fl-2020 li jammonta għal madwar 19,3 % tal-Baġit totali tal-COSME għas-sena.

In-Network Enterprise Europe

In-Network Enterprise Europe (EEN) jipprovdi appoġġ ta’ innovazzjoni, sħubija u internazzjonalizzazzjoni ta’ kwalità għolja lill-SMEs, u b’hekk jappoġġa t-tkabbir, ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-SMEs. Is-servizzi tal-EEN ikkofinanzjati mill-baġit tal-COSME għall-2020 ipprovduti fl-2021. In-network kien preżenti f’kull wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE, u f’pajjiżi oħrajn li pparteċipaw fil-programm COSME 19 . In-network kompla wkoll jiżviluppa u jespandi servizzi ġodda biex jappoġġa lill-SMEs fl-isforzi tagħhom biex jiddiġitalizzaw u jsiru sostenibbli. Hekk kif il-kriżi tal-COVID-19 kompliet taffettwa l-attivitajiet kummerċjali, l-EEN wera l-kapaċità tiegħu li jadatta s-servizzi tiegħu biex jgħin lill-SMEs jindirizzaw sfidi u opportunitajiet ġodda. In-network sar dejjem aktar attiv biex jgħin lill-SMEs jindirizzaw it-tfixkil fil-katina tal-valur u biex jagħtu spinta lir-reżiljenza tagħhom.

Riżultati għall-attivitajiet tal-EEN fl-2021 (kofinanzjati fil-qafas tal-baġit tal-2020)

·L-EEN ipprovda servizzi ta’ appoġġ konsultattiv lil 37 925 SME.

·Is-servizzi ta’ sħubija tal-EEN għenu lill-klijenti tal-SMEs mill-pajjiżi kollha tan-network jiffurmaw aktar minn 2 592 ftehim ta’ sħubija internazzjonali ma’ kumpaniji barranin fl-2021.

·Is-servizzi ta’ appoġġ konsultattiv tal-ENN għenu lil madwar 7 000 klijent fis-sena jtejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni tagħhom fil-livell Ewropew.

·Is-servizzi diġitali tal-EEN laħqu aktar minn 20 miljun SME.

Fit-tweġibiet tagħhom għall-istħarriġ dwar is-sodisfazzjon tal-klijenti tal-EEN fl-2021 20 , 92 % tar-rispondenti kkonfermaw is-sodisfazzjon tagħhom bis-servizzi tal-EEN.  

Kien hemm sinerġiji qawwija bejn l-EEN u l-programm Orizzont 2020, li pprovdew lin-network b’finanzjament biex jipprovdi sett addizzjonali definit speċifikament ta’ servizzi ta’ innovazzjoni għall-SMEs (lil hinn mill-ambitu tas-servizzi tal-COSME tal-EEN) 21 . Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) u l-EASME kkooperaw ukoll fuq firxa wiesgħa ta’ programmi tal-UE għall-ġestjoni, il-koordinazzjoni u t-taħriġ tal-EEN.

Helpdesks Internazzjonali tal-PI għall-SMEs (iċ-Ċina, ix-Xlokk tal-Asja, l-Amerka Latina u l-Indja)

Il-helpdesks Internazzjonali tal-PI għall-SMEs jappoġġaw lill-SMEs fl-isforzi tagħhom biex jinternazzjonalizzaw billi jipprovdulhom pariri esperti dwar kif jinfurzaw il-proprjetà intellettwali (PI) tagħhom fiċ-Ċina, fix-Xlokk tal-Asja, fl-Amerka Latina u fl-Indja jew b’rabta magħhom. Il-helpdesks jipprovdu, fost servizzi oħrajn, pariri tal-ewwel linja, taħriġ dwar l-użu u l-ġestjoni tal-PI relatati ma’ dawn is-swieq fil-mira, u appoġġ tal-PI lill-SMEs tal-UE matul event ta’ tlaqqigħ rilevanti għas-swieq fil-mira. Il-helpdesks jikkooperaw ukoll mal-helpdesks tal-PI ffinanzjati minn programmi oħrajn tal-UE 22 . Il-helpdesks tal-PI għall-SMEs taċ-Ċina, ix-Xlokk tal-Asja u l-Amerka Latina wieġbu total ta’ 3 962 mistoqsija fuq il-linja telefonika għall-għajnuna u organizzaw 440 sessjoni ta’ taħriġ jew webinars bi ftit aktar minn 6 500 parteċipant. Il-Helpdesk tal-PI għall-SMEs tal-Indja offra servizzi simili u kien immexxi b’kuntratt separat.

Ic-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun

Iċ-Ċentru għall-Kooperazzjoni Industrijali UE-Ġappun irawwem il-kooperazzjoni industrijali, kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u l-Ġappun u jikkontribwixxi għad-diplomazija ekonomika tal-UE fir-rigward ta’ dak il-pajjiż. Il-“Helpdesk tal-FSE” huwa servizz importanti pprovdut minn dan iċ-ċentru li jgħin lill-kumpaniji tal-UE jisfruttaw il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għal Sħubija Ekonomika (FSE) 23 . Fil-perjodu ta’ sentejn appoġġat mill-baġit tal-COSME 2020, iċ-ċentru organizza firxa wiesgħa ta’ webinars inklużi 27 webinar tal-FSE b’total ta’ 1 478 parteċipant, 76 webinar dwar il-Ġappun u l-esportazzjoni lejn il-Ġappun (b’total ta’ 2 857 parteċipant), 11-il webinar dwar il-manifattura mingħajr ħela (b’502 parteċipanti), u webinars dwar suġġetti ewlenin tal-politika tal-UE. Barra minn hekk, kompla jmexxi l-inizjattiva ewlenija Vulcanus fil-programm ta’ skambju tal-Ġappun u helpdesk għat-trasferiment tat-teknoloġija, ipprovda analiżi tal-politika u pproduċa 33 rapport tas-suq matul dan il-perjodu. Ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs ikkummenta b’mod pożittiv dwar is-servizzi taċ-ċentru tal-UE u l-Ġappun, b’referenza speċifika għall-kontinwità u l-addizzjonalità tas-servizzi tiegħu, il-livell għoli ta’ sodisfazzjon tal-klijenti u l-kooperazzjoni tajba mal-EEN 24 .

Akkwist

Kien hemm diversi miżuri biex tingħata spinta lill-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tal-akkwist u jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-SMEs ħalli jinvolvu ruħhom fil-forniment ta’ oġġetti, servizzi u xogħlijiet innovattivi, sostenibbli u ċirkolari lis-settur pubbliku. Il-Pjattaforma tal-Komunità tax-Xerrejja Pubbliċi 25 appoġġata mill-baġit tal-2020 bdiet topera f’April 2023. Din tappoġġa l-kollaborazzjoni ta’ 10 gruppi ta’ “xerrejja kbar” biex jibnu intelliġenza konġunta dwar ħtiġijiet speċifiċi ta’ akkwist (inkluż l-intelliġenza artifiċjali u l-pannelli solari). L-iskema ta’ Kofinanzjament tal-Akkwist Pubbliku tal-Innovazzjoni (PPI) qiegħda tgħin lill-awtoritajiet kbar tal-akkwist jiksbu esperjenza siewja fl-akkwist tal-innovazzjoni prekummerċjali permezz ta’ żewġ proġetti li għaddejjin. Dawn huma l-awtoritajiet ta’ gwida permezz tal-fażijiet differenti għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċeduri tal-PPI, u għal attivitajiet potenzjali ta’ replikazzjoni. Wieħed minn dawn il-proġetti jiffoka fuq is-settur tal-kura tas-saħħa.

2.3 Objettiv speċifiku C: titjib fil-kundizzjonijiet qafas u l-kompetittività

Ir-Regolament dwar il-COSME jispeċifika li ammont indikattiv ta’ 11 % tal-baġit totali għall-2014-2020 jenħtieġ li jiġi ddedikat għat-titjib fil-kundizzjonijiet qafas u tal-kompetittività. Fl-2020, ġew allokati EUR 47,9 miljun għal dan l-objettiv li jammonta għal 10,9 % tal-baġit totali tal-COSME.

Raggruppamenti

Ġew appoġġati erba’ miżuri ewlenin għar-raggruppamenti skont il-baġit tal-2020: il-Pjattaforma Ewropea ta’ Kooperazzjoni tar-Raggruppamenti li tipprovdi firxa ta’ servizzi u għodod biex ir-raggruppamenti jiġu appoġġati bil-bini tal-kapaċitajiet u bin-networking, żewġ skemi biex tiġi appoġġata l-internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti, li waħda minnhom kienet iddedikata għas-settur tad-difiża u s-sigurtà 26 , u l-programm Ewropew ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti li pprovda servizzi ta’ bini tal-kapaċitajiet u skema għal skambji għal żmien qasir bejn ir-raggruppamenti. Fil-qafas tal-iskema “Clusters Go International”, ingħataw 12-il għotja lil konsorzji li jkopru 64 raggruppament u organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għan-negozji minn 17-il pajjiż tal-UE/COSME. Xi wħud minn dawn jiffokaw fuq l-għanijiet klimatiċi (ara l-Anness 4 ta’ hawn taħt).

Peress li l-proġetti ta’ raggruppamenti ġeneralment kienu jdumu bejn tlieta u erba’ snin, bosta kienu għadhom għaddejjin meta faqqgħet l-aggressjoni Russa fl-Ukrajna. Għadd minn dawn il-proġetti kienu qed jipprovdu appoġġ lill-imprendituri tal-Ukrajna. Pereżempju, il-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti (ECCP) stabbiliet il-Forum Raggruppamenti tal-UE li jappoġġaw lill-Ukrajna biex jaqbel mal-offerta ta’ għajnuna miġbura, ivverifikata jew ivvalidata permezz ta’ raggruppamenti Ewropej ma’ talbiet mis-sħab tal-Ukrajna. L-ECCP wettqet ukoll stħarriġ biex tiġbor sinjali ta’ ktajjen tal-provvista li ġew imfixkla fil-prattika. Barra minn hekk, fil-qafas tal-proġett ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti BRIGHT, saret delegazzjoni ta’ sitt rappreżentanti tal-Alleanza tar-Raggruppamenti tal-Ukrajna (li kienu kollha nisa minħabba l-gwerra) fi ClusterXchange ta’ 5 ijiem.

Turiżmu, industriji tal-moda u s-settur tal-istil tal-ħajja

Il-proġetti li għaddejjin fis-settur tat-turiżmu appoġġati mill-baġit tal-2020 qegħdin jgħinu lill-SMEs jagħtu spinta lill-użu tagħhom tad-diġitalizzazzjoni, tal-innovazzjoni, tat-teknoloġiji l-ġodda u tat-turiżmu intelliġenti billi jsaħħu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tagħhom u b’mod partikolari l-konnessjonijiet tagħhom ma’ ekosistemi ta’ innovazzjoni tranżnazzjonali. Dawn il-proġetti jinkludu appoġġ finanzjarju dirett lill-SMEs għat-taħriġ u jgħinuhom jadattaw il-proċessi tan-negozju tagħhom. Hemm disa’ proġetti għaddejjin ma’ 73 organizzazzjoni sħab f’25 pajjiż 27 . Xi wħud minn dawn il-proġetti jappoġġaw ukoll l-għanijiet tas-sostenibbiltà u klimatiċi.

Il-proġett WORTH iffinanzjat mill-baġit tal-COSME 2020 għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni u l-kompetittività tal-SMEs fl-industriji tal-moda u fis-settur tal-istil ta’ ħajja u jassistihom fit-tranżizzjoni tagħhom lejn in-newtralità klimatika u t-tmexxija diġitali 28 . Dan jappoġġa sħubijiet tranżnazzjonali bejn id-disinjaturi, l-SMEs, il-manifatturi u l-fornituri tat-teknoloġija biex jiżviluppaw ideat kummerċjali innovattivi, sostenibbli u orjentati lejn id-disinn. Is-sħubijiet jibbenefikaw minn programm ta’ inkubazzjoni, appoġġ finanzjarju ta’ partijiet terzi (EUR 10 000-20 000), coaching, parir legali dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u appoġġ għan-networking. Bi tweġiba għall-ewwel sejħa għal sħubijiet (finanzjament ta’ partijiet terzi) li jiffukaw fuq il-Bahaus Ewropew, intgħażlu 65 sħubija. Il-programm ta’ inkubazzjoni ta’ 10 xhur għal dawn is-sħubijiet kien jinkludi 975 siegħa ta’ mentoraġġ imfassal apposta, disa’ workshops (li ħamsa minnhom kienu online) u 52 modulu u seminars ta’ coaching bażiku online. Il-proċeduri tal-għażla għat-tieni sejħa għal sħubijiet għadhom għaddejjin.

Appoġġ għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-pajjiż dwar l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar u l-prinċipji tal-Istrateġija dwar l-SMEs – ftehim amministrattiv mal-JRC u l-Ewrobarometru

Ġie konkluż arranġament amministrattiv maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni biex jipprovdi appoġġ xjentifiku għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Istati Membri tal-UE fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar (SBA) u tal-Istrateġija dwar l-SMEs. Il-JRC identifika sett ta’ indikaturi bbażati fuq 10 dimensjonijiet iddefiniti flimkien mad-DĠ GROW u wettaq il-kontrolli tal-kwalità tad-data relatati. Il-proġett tnieda fl-2020 u r-riżultati ntużaw għall-iskedi tal-fatti tal-pajjiżi tar-rieżami tal-prestazzjoni tal-SMEs (SPR) u għar-rapport annwali ppubblikat f’Lulju 2021 29 . Dawn l-iskedi ta’ fatti u r-rapporti jintużaw fuq bażi permanenti biex jiggwidaw it-tfassil tal-politika tal-SMEs.

L-edizzjoni tal-2022 tal-Ewrobarometru Flash dwar l-SMEs iffinanzjata mill-baġit tal-COSME 2020 iffokat fuq l-effiċjenza fir-riżorsi u s-swieq ekoloġiċi. Għal aktar informazzjoni ara l-punt 4 ta’ hawn taħt.

Rappreżentanti tal-SMEs, assemblea tal-SMEs u masterclass online fis-Summit Web ta’ Liżbona

Fl-2020 ġew ipprovduti servizzi biex jiġu organizzati: (i) erba’ laqgħat tan-Network tar-Rappreżentanti tal-SMEs 30 (rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri); (ii) l-Assemblea tal-SMEs tal-2020 (avveniment virtwali tal-partijiet ikkonċernati b’984 delegat online); u (iii) masterclass online f’Diċembru 2020 fis-Summit Web f’Lisbona, b’aktar minn 200 parteċipant 31 . Dawn l-avvenimenti pprovdew gwida u pariri siewja biex jappoġġaw it-tfassil tal-politika għall-SMEs, inkluż appoġġ lin-Network ta’ Rappreżentanti tal-SMEs fit-tħejjija tar-rapport annwali u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu għall-azzjoni għall-2020 32 .

L-UE miftuħa għan-negozju – boxxla ġdida għall-SMEs 33

F’Mejju 2021 saru avveniment ta’ ftuħ u għeluq u sitt webinars iffinanzjati mill-baġit tal-COSME 2020 biex jipprovdu informazzjoni prattika lin-negozji u lill-partijiet ikkonċernati dwar il-programmi tal-UE u għodod ta’ appoġġ għal oqsma bħall-proprjetà intellettwali, l-aċċess għall-finanzjament, il-kummerċ internazzjonali u s-suq uniku. L-għadd ta’ parteċipanti f’kull webinar varja minn 206 sa 370, li jaqbeż il-mira kumplessiva ta’ 650, u reazzjonijiet pożittivi ġew espressi minn 80 % tar-rispondenti għall-istħarriġ ta’ wara l-avveniment 34 .

2.4 Objettiv speċifiku D: promozzjoni tal-intraprenditorija u tal-kultura intraprenditorjali

Ir-Regolament dwar il-COSME jipprevedi li ammont indikattiv ta’ 2,5 % tal-baġit totali għall-2014-2020 jenħtieġ li jiġi ddedikat għall-promozzjoni tal-intraprenditorija u tal-kultura intraprenditorjali. Intefqu EUR 3,6 miljun fuq din il-mira fl-2020 35   36 li tammonta għal 0,8 % tal-baġit totali tal-COSME.

Tisħiħ tal-kompetenzi Diġitali u Intraprenditorjali fil-Bniet u fin-Nisa (ESTEAM) 37

Dan il-proġett appoġġat mill-baġit tal-COSME 2020 għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetenzi diġitali u intraprenditorjali tal-bniet u tan-nisa, u li jsaħħaħ il-fiduċja tagħhom. Dan se jkompli sal-aħħar tal-2024. F’Mejju 2022, sar avveniment għall-bniet b’203 parteċipanti u 15-il sessjoni ta’ ħidma lokali, b’enfasi fuq is-soluzzjoni tal-problemi, studju tal-każ u eżerċizzju ta’ pitching. L-ewwel Festival ta’ ESTEAM tan-nisa sar f’Ġunju 2022 b’sessjoni plenarja u workshops biex tingħata spinta lill-ħiliet intraprenditorjali u diġitali. Is-servizzi ta’ mentoraġġ ġew ipprovduti sa tmiem l-2022.

Missjonijiet Ewropej tal-Ekonomija Soċjali

Il-Missjonijiet Ewropej tal-Ekonomija Soċjali bnew fuq l-esperjenzi ta’ inizjattiva pilota ta’ suċċess li saret fl-2018. Dan il-proġett ta’ segwitu ffinanzjat mill-baġit tal-COSME 2020 organizza sensiela ta’ workshops li jinvolvu firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati tal-ekonomija soċjali biex tiġi żviluppata kollaborazzjoni interreġjonali billi jiġu kondiviżi u replikati l-aħjar prattiki u t-tagħlim interreġjonali. Kien hemm 88 organizzazzjoni benefiċjarja minn 27 pajjiż tal-UE/COSME. Ġew organizzati aktar minn 60 sessjoni ta’ ħidma tal-missjoni tal-ekonomija soċjali b’madwar 2 500 parteċipant, u ġew irrapportati 350 prattika tajba. Il-proġetti pprovdew ukoll sett ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-ekonomija soċjali reġjonali/lokali u ħolqu opportunitajiet u inċentivi għal sħubijiet futuri.

3.Miżuri ta’ appoġġ u nefqa amministrattiva

Il-miżuri ta’ appoġġ tal-COSME kienu ffinanzjati mil-linja baġitarja 02 02 01. Fl-2020, ġew allokati EUR 6,2 miljun għal miżuri ta’ appoġġ.

Ġew organizzati konferenzi u laqgħat mal-partijiet ikkonċernati biex jiġu diskussi l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw setturi industrijali differenti. Miżuri ta’ appoġġ oħrajn kienu jinkludu ħidma analitika bħal studji biex jappoġġaw it-tfassil tal-politika u għodod ta’ informazzjoni li jipprovdu appoġġ prattiku għall-SMEs.

L-istudju dwar il-protezzjoni legali tas-sigrieti kummerċjali fil-kuntest tal-ekonomija tad-data 38 jipprovdi appoġġ siewi għat-tfassil tal-politika dwar kif il-protezzjoni legali tas-sigrieti kummerċjali tista’ tgħin biex jinħoloq ambjent sikur għall-kondiviżjoni tad-data bejn in-negozji, speċjalment f’setturi strateġiċi għall-ekonomija Ewropea tad-data. Dan jinkludi 13-il studju tal-każ b’eżempji siewja ta’ kif in-negozji jimmaniġġaw is-sigrieti kummerċjali tagħhom. Bosta indikaturi għal dan l-istudju ntlaħqu iżda kien hemm xi diffikultajiet fl-istadji intermedji (l-għadd ta’ tweġibiet għall-kwestjonarji kien taħt il-mira minħabba s-sensittività tad-data, u kien hemm bżonn ta’ xi skedar mill-ġdid minħabba kwistjonijiet relatati mal-COVID-19).

Studju dwar il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja

Peress li n-negozji li qed jespandu u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja ma jaqgħux taħt id-definizzjoni tal-SMEs mill-KE 39 , ta’ spiss jiġu esklużi mill-iskemi ta’ sostenn għall-SMEs. L-objettiv ta’ dan l-istudju kien li tinġabar informazzjoni dwar il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja (statistika, u informazzjoni dwar l-ispeċifiċitajiet tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja u l-ostakli li jiltaqgħu magħhom meta jagħmlu n-negozju u jespandu) u li tiġi vvalutata l-ħtieġa potenzjali ta’ politika ddedikata biex tappoġġa lil dawn il-kumpaniji u tkompli tiġi sfruttata l-kapaċità tagħhom li joħolqu l-impjiegi. Ir-rapport finali ġie ppubblikat f’Novembru 2022 40 u tqassam lill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Fl-2020, in-nefqa amministrattiva kienet tirrappreżenta 3 % tal-baġit. Din kopriet laqgħat ta’ esperti, miżuri ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni (tad-DĠ GROW) ta’ EUR 3,3 miljun relatati man-networks tal-IT u assistenza teknika u amministrattiva oħra. Il-kontribuzzjoni tal-baġit mill-programm għall-funzjonament tal-aġenzija eżekuttiva tal-EASME kienet ta’ EUR 9,9 miljun.

4.Kontribut għall-għanijiet klimatiċi, l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli u l-għanijiet dwar il-ġeneru

Eżempju qasir ta’ kif il-programm COSME jikkontribwixxi għal dawn l-għanijiet huwa pprovdut hawn taħt, b’eżempji ta’ azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kull għan. Informazzjoni ulterjuri dwar il-kontribut tal-programm għal dawn l-objettivi ta’ integrazzjoni hija pprovduta fl-Anness 4.

Il-kontribut tal-programm COSME għall-objettiv tal-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima, li ġie stabbilit għall-programmi kollha tal-Kummissjoni (b’mod kumplessiv 20 % tal-baġit tal-UE 2014-2020), ġie stmat għal EUR 25,6 miljun (6 % tal-allokazzjoni finanzjarja fl-2020). Ma hemm l-ebda traċċar tal-kontribut preċiż tal-biċċa l-kbira tal-miżuri tal-COSME għall-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima 41 , iżda bosta proġetti u miżuri jagħtu xi attenzjoni lil dan l-għan. Eżempji ta’ min isemmi jinkludu l-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir, in-Network Enterprise Europe, diversi azzjonijiet ta’ appoġġ għar-raggruppamenti inkluż l-internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti, u s-Sħubija WORTH għat-tisħiħ tal-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-SMEs fl-industriji tal-istil ta’ ħajja.

Kien hemm ukoll Ewrobarometru Flash iddedikat speċifikament għall-effiċjenza fir-riżorsi tal-SMEs u għas-swieq ekoloġiċi, u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kompetittività tal-Industrija newtrali għall-Klima (CIndECS) Ewropea żviluppata fil-qafas tal-ftehim amministrattiv mal-JRC qiegħda titlesta. Dan ix-xogħol diġà kkontribwixxa għal għadd ta’ inizjattivi ta’ politika ewlenin, inklużi r-rapporti ta’ appoġġ tal-Osservatorju tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nadifa u l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Aktar informazzjoni tingħata fl-Anness 4 ta’ hawn taħt.

Bosta miżuri tal-COSME jikkontribwixxu għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. B’mod partikolari, in-Network Enterprise Europe (EEN) u l-Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali jikkontribwixxu għall-SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku sostenibbli). L-SDG 9 (industrija inklużiva u sostenibbli, innovazzjoni u infrastruttura reżiljenti) huwa indirizzat mill-EEN, mill-proġetti ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti, u mill-miżuri ta’ appoġġ għat-turiżmu (ara wkoll id-diġitalizzazzjoni hawn taħt). L-SDG 12 (Xejriet sostenibbli ta’ konsum u ta’ produzzjoni) huwa indirizzat fost affarijiet oħra mill-proġett WORTH għall-industriji tal-istil tal-ħajja.

Hemm ukoll diversi miżuri tal-COSME li jikkontribwixxu għall-għanijiet tad-diġitalizzazzjoni. Dawn jinkludu proġetti li jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fis-settur tat-turiżmu, u l-akkwist pubbliku ta’ proġetti ta’ innovazzjoni biex jgħinu lill-awtoritajiet jixtru innovazzjoni prekompetittiva f’oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, u proġetti ta’ raggruppamenti biex jistimulaw l-arrikkiment reċiproku u l-iskambji ta’ esperjenza relatati mat-teknoloġiji diġitali għall-industriji agroalimentari, awtomobilistiċi, tat-tessuti u tal-mediċina ta’ preċiżjoni.

Filwaqt li l-ebda objettiv jew mira dwar il-ġeneru ma hija speċifikament inkluża fir-Regolament dwar il-COSME, il-miżuri appoġġati fil-qafas tal-programm jirrispettaw il-prinċipji tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jqisu d-dimensjoni tal-ġeneru. Il-proġett ESTEAM imsemmi fil-punt 2.4 hawn fuq għandu l-għan li jagħti spinta lid-diġitalizzazzjoni u lill-kapaċitajiet tal-intraprenditorija u lill-fiduċja tal-imprendituri bniet u nisa. Hemm ukoll xi data disponibbli dwar benefiċjarji nisa tal-istrumenti finanzjarji u koordinaturi tal-proġetti femminili.

5.Konklużjonijiet

Ir-rati ta’ eżekuzzjoni tal-baġit operazzjonali kemm għall-impenji kif ukoll għall-pagamenti kienu ta’ 99 %. Dan ikompli r-rata għolja ta’ eżekuzzjoni tal-impenji u jirrifletti titjib fl-eżekuzzjoni tal-pagamenti operazzjonali meta mqabbel mas-sena preċedenti.

L-aċċess għall-finanzjament kien objettiv ewlieni, li jimplimenta 66 % tal-baġit eżegwit. Fl-2020, il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF) tal-Programm COSME ppermettiet lill-intermedjarji finanzjarji jkomplu jipprovdu appoġġ finanzjarju lill-SMEs li tqiesu aktar riskjużi u li sabuha diffiċli li jiksbu finanzjament b’dejn. B’mod kumplessiv, huwa mistenni li l-COSME LGF se jiġġenera aktar minn EUR 67 biljun f’finanzjament matul il-ħajja tal-programm. Għall-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tal-Programm COSME, iċ-ċifri għall-investiment fl-istadju tat-tkabbir u tal-espansjoni tal-SMEs kienu fit-triq it-tajba biex jintlaħqu l-miri oriġinali fit-tul. L-implimentazzjoni tal-miri qieset l-isfidi speċifiċi involuti fit-tmexxija ta’ din il-faċilità.

Il-programm ta’ ħidma tal-2020 kompla l-progress lejn l-implimentazzjoni ta’ waħda mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm: li ssir enfasi fuq azzjonijiet strateġiċi akbar filwaqt li tinżamm xi flessibbiltà biex jiġu ttestjati ideat ġodda. Inizjattivi ewlenin bħall-EEN, l-EYE u l-istrumenti finanzjarji ammontaw għal 75 % tal-impenji għall-baġit tal-COSME fl-2020.

Fl-2021, l-EEN (ikkofinanzjat mill-baġit tal-2020) ipprovda servizzi ta’ konsulenza bil-valur miżjud 42 lil 37 925 SME biex jagħti spinta lill-kompetittività internazzjonali u s-sostenibbiltà tagħhom. Is-servizzi diġitali tan-network laħqu aktar minn 20 miljun SME. In-network ipprovda wkoll appoġġ siewi lill-SMEs matul il-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li fejn meħtieġ adatta s-servizzi u l-mudelli ta’ għoti ta’ servizzi tiegħu.

Bosta azzjonijiet oħrajn fil-programm spikkaw fil-prestazzjoni tajba u l-kwalità tas-servizz tagħhom. Pereżempju, iċ-Ċentru UE-Ġappun ipprovda firxa wiesgħa ta’ servizzi biex jgħin lill-SMEs jagħmlu negozju mal-Ġappun, u fir-rigward tad-diplomazija ekonomika. Il-helpdesks internazzjonali tal-PI għall-SMEs taw pariri siewja, sessjonijiet ta’ taħriġ u avvenimenti dwar kwistjonijiet tal-PI relatati maċ-Ċina, ix-Xlokk tal-Asja, l-Amerka Latina (inkluż 440 sessjoni ta’ taħriġ b’6 569 parteċipant) u l-Indja lill-SMEs.

Azzjonijiet fuq skala iżgħar ipprovdew ukoll appoġġ utli biex jgħinu lill-SMEs fl-innovazzjoni u jtejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tagħhom. Pereżempju, l-ewwel sejħa għal sħubijiet fil-qafas tal-proġett WORTH għall-industriji tal-moda u s-setturi tal-istil tal-ħajja appoġġat 65 sħubija ta’ disinjaturi, SMEs, manifatturi u fornituri tat-teknoloġija permezz ta’ programm ta’ inkubazzjoni ta’ 10 xhur inkluż 975 siegħa ta’ mentoraġġ imfassal apposta. Ġew ippubblikati sejħiet addizzjonali għal sħubijiet biex jitkompla dan l-appoġġ. Kien hemm ukoll għadd ta’ proġetti f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-akkwist biex jinħolqu opportunitajiet ġodda għall-SMEs biex jipprovdu prodotti u servizzi innovattivi lis-settur pubbliku.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, diversi studji ffinanzjati mill-programm, inkluż it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kompetittività tal-Industrija Newtrali għall-Klima (CInECS) Ewropea, l-istudju dwar il-protezzjoni legali tas-sigrieti kummerċjali fil-kuntest tal-ekonomija tad-data, u l-istudju dwar il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja ta sejbiet siewja u analiżi robusta li ntużaw biex jappoġġaw ix-xogħol ta’ politika.

Il-programm COSME wera wkoll l-effettività tiegħu biex jgħin lill-SMEs jindirizzaw sfidi ġodda. Diversi azzjonijiet u proġetti appoġġati mill-baġit tal-2020, inkluż l-EEN, nedew servizzi speċifiċi biex jgħinu lill-SMEs jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-kriżi tal-COVID-19. Bosta proġetti tal-COSME jdumu bejn 3 u 4 snin. Għadd żgħir ta’ proġetti li għadhom għaddejjin iffinanzjati mill-baġit tal-2020 ġew affettwati mill-aggressjoni militari Russa fl-Ukrajna li ilha għaddejja mill-2022. Meta xieraq, l-estensjonijiet għat-tul ta’ dawn il-proġetti ġew approvati b’aġġustamenti għall-attivitajiet biex jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-kriżi. Wieħed mill-eżempji huwa l-proġett P2GREEN-EST li kellu l-għan li jgħin lill-SMEs tal-UE jaċċessaw l-akkwist barra mill-UE mal-Ukrajna bħala s-suq fil-mira magħżul 43 . Aktar reċentement, xi wħud mill-proġetti tal-COSME 2020 għadhom għaddejjin fit-tifqigħa tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna setgħu jadattaw is-servizzi tagħhom biex jgħinu lin-negozji tal-UE jittrattaw sfidi relatati bħal kwistjonijiet tal-katina tal-provvista u joffru xi appoġġ lin-negozji tal-Ukrajna (ara l-punt 2.3 hawn fuq).

Ir-rabtiet ma’ programmi u fondi oħrajn tal-UE ġew ottimizzati. Pereżempju, il-COSME LGF irċieva EUR 714-il miljun addizzjonali bis-saħħa ta’ garanzija ta’ 1 biljun lill-FEI mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Dan intuża biex jappoġġa lill-SMEs li qegħdin jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ likwidità minħabba l-kriżi tal-COVID-19. In-Network EEN żviluppa sinerġiji ma’ Orizzont 2020, mal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u ma’ firxa wiesgħa ta’ programmi u skemi ta’ appoġġ tal-UE. Kien hemm ukoll diversi eżempji ta’ kooperazzjoni ma’ proġetti tal-COSME li għadhom għaddejjin jew li kienu saru qabel. Dan kien partikolarment il-każ għall-EEN, WORTH u għal bosta azzjonijiet ta’ akkwist.

Fir-rigward tal-miżuri tal-COSME li ilhom għaddejjin mill-2020, il-monitoraġġ se jkompli, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri skedati mill-ġdid minħabba l-COVID u lill-każijiet fejn ġew identifikati kwistjonijiet speċifiċi. Il-monitoraġġ regolari żgura wkoll li l-baġit ġie riallokat għall-aktar attivitajiet ta’ suċċess u dawk b’wisq abbonamenti. Pereżempju, ġew allokati EUR 815 107 tal-ammonti li kien fadal mill-programm ta’ ħidma tal-2020 għal proġetti tal-lista ta’ riżerva għas-sejħa tat-turiżmu biex tingħata spinta lill-użu tad-diġitalizzazzjoni, tal-innovazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda fis-settur. Eżempju ieħor huwa t-trasferiment mill-COSME EFG għall-COSME LGF.

L-esperjenzi minn dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ se jikkontribwixxu wkoll għat-tfassil ta’ miżuri għas-snin futuri, b’mod partikolari l-ħidma biex tiġi żgurata kontinwità aħjar tal-azzjonijiet ewlenin 44 u l-ħidma kontinwa biex jitħejja l-programm ta’ ħidma tal-Pilastru tal-SMEs tal-2024.

B’mod kumplessiv, il-programm COSME 2020 jinsab fit-triq it-tajba biex jilħaq l-objettivi tiegħu. Bosta miżuri diġà laħqu l-miri tagħhom u dawk il-proġetti li kienu affettwati mill-kriżi tal-COVID reġgħu qabdu t-triq it-tajba. Il-miżuri appoġġati mill-programm ikomplu jrawmu l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi, filwaqt li bosta proġetti tul il-programm, b’mod partikolari l-EEN u l-miżuri ta’ appoġġ għar-raggruppamenti, urew il-kapaċità tagħhom li jindirizzaw il-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu tal-SMEs u jirrispondu b’mod flessibbli għal sfidi ġodda.

Anness 1 – Implimentazzjoni tal-Baġit tal-COSME 2020

(iċ-ċifri kollha huma f’euro)

Impenji

Pagamenti

is-sorsi kollha tal-fondi

is-sorsi kollha tal-fondi

Linja baġitarja

Baġit inizjali

Baġit implimentat

Eżekuzzjoni

Krediti disponibbli għall-pagamenti

Pagament eżegwit

Eżekuzzjoni

%

%

02 02 02

Aċċess għall-finanzjament

290 041 750

290 041 750

100 %

333 931 327

328 837 656

98 %

02 02 01

Aċċess għas-swieq, l-ambjent tan-negozju u l-intraprenditorija

implimentati minn GROW

10 049 697

10 026 133

100 %

8 901 623

8 878 059

100 %

delegati lill-EASME

126 489 262

123 066 819

97 %

132 390 902

132 390 902

100 %

total

136 538 959

133 092 952

97 %

141 292 525

141 268 961

100 %

02 01 04 01

Baġit amministrattiv

3 619 046

3 333 968

92 %

3 619 046

1 033 829

29 %

02 01 06 01

EASME – baġit (operattiv) amministrattiv

10 330 544

9 916 195

96 %

10 330 544

9 916 195

96 %

Baġit totali

440 530 299

436 384 865

99 %

489 173 442

481 056 641

98 %

Anness 2 – Informazzjoni dwar il-pajjiż

1.Strumenti finanzjarji

Il-graffs ta’ hawn taħt jirrappreżentaw diżaggregazzjoni ġeografika tal-appoġġ finanzjarju riċevut mill-SMEs f’pajjiżi differenti. L-informazzjoni dwar il-pajjiż hija riżultat kumulattiv ibbażat fuq l-impenji kollha tal-2014-2020. Fil-każ ta’ strumenti finanzjarji, minħabba t-tfassil tal-implimentazzjoni tagħhom, l-impenji annwali jikkontribwixxu għar-riżultati kumplessivi, li huma bbażati fuq baġits impenjati anke fis-snin preċedenti.

Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir

Fi tmiem l-2021, saru investimenti totali ta’ EUR 2,6 biljun mill-baġit tal-2014-2020 tal-COSME fi 28 pajjiż (25 % ta’ dan l-ammont ġie investit fil-Ġermanja, 19 % fi Franza u 15 % fir-Renju Unit).



Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self

Diversifikazzjoni ġeografika

Sa tmiem l-2021, l-LGF kienet ipprovdiet garanziji u kontrogaranziji lill-intermedjarji finanzjarji fi 33 pajjiż (26 Stat Membru u seba’ pajjiżi li jipparteċipaw fil-COSME). Dan appoġġa d-distribuzzjoni ta’ finanzjament ta’ EUR 50 biljun lil aktar minn 800 000 SME.

* Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.
Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi għall-objettivi speċifiċi 2-4 (l-aċċess għas-swieq, it-titjib fil-kundizzjonijiet qafas u l-kompetittività, u l-intraprenditorija)

Il-proġetti tal-COSME ntgħażlu bl-użu tal-kriterji stabbiliti fis-sejħiet, b’mod partikolari r-rilevanza, il-kwalità u l-impatt tal-proposti. Titqies ukoll id-dimensjoni Ewropea. Madankollu, il-proġetti ma ntgħażlux purament abbażi ta’ kriterji ġeografiċi.

In-Network EEN kif iffinanzjat mill-baġit tal-2020 kopra l-Istati Membri kollha tal-UE u pprovda servizzi lill-SMEs fir-reġjuni kollha tal-UE. Kien hemm ukoll membri tal-EEN fl-Iżlanda u f’pajjiżi assoċjati li kienu qegħdin jipparteċipaw fil-programm. Għalkemm ir-Renju Unit formalment ħareġ mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020, kompla jipparteċipa fl-EEN sa tmiem il-programm, iżda ma għadux jipparteċipa fi strutturi ta’ governanza.

Bosta mill-azzjonijiet akbar l-oħrajn kellhom ukoll firxa tajba ta’ benefiċjarji madwar l-Istati Membri differenti tal-UE u pajjiżi parteċipanti oħrajn, kif muri hawn taħt.

Għadd ta’ benefiċjarji skont il-pajjiż għal erba’ azzjonijiet akbar tal-COSME

Pajjiż

Raggruppamenti ta’ Eċċellenza

Turiżmu: TOURINN*

Missjonijiet Ewropej tal-Ekonomija Soċjali

Internazzjonalizzazzjoni tar-Raggruppamenti (is-setturi kollha inklużi difiża)

Total għal dawn l-erba’ azzjonijiet

L-Albanija

0

1

0

0

1

L-Awstrija

0

0

1

0

1

Il-Belġju

0

3

7

4

14

Il-Bulgarija

2

2

1

2

7

Ċipru

0

1

0

2

3

Iċ-Ċekja

3

1

1

0

5

Il-Ġermanja

5

3

2

2

12

Id-Danimarka

3

1

1

3

8

L-Estonja

2

0

1

1

4

Il-Greċja

1

2

3

0

6

Spanja

14

14

13

16

57

Il-Finlandja

2

2

2

0

6

Franza

7

2

5

14

28

Il-Kroazja

0

5

3

0

8

L-Ungerija

3

1

3

1

8

L-Iżlanda

0

1

0

0

1

L-Irlanda

0

0

5

0

5

L-Italja

7

11

12

12

42

Il-Latvja

1

0

1

0

2

Il-Litwanja

6

0

0

0

6

Il-Lussemburgu

0

0

0

0

0

Malta

0

1

1

0

2

Il-Montenegro

0

1

0

0

1

In-Netherlands

2

1

5

2

10

Il-Polonja

4

1

3

3

11

Il-Portugall

5

6

7

5

23

Ir-Rumanija

4

2

1

2

9

Is-Serbja

1

4

1

1

7

L-Iżvezja

2

0

2

1

5

Is-Slovakkja

0

1

0

1

2

Is-Slovenja

0

5

3

3

11

It-Turkija

1

0

3

0

4

Ir-Renju Unit

1

1

1

0

3

Total

76

73

88

75

312

Għall-ewwel tliet sejħiet f’din it-tabella (l-Eċċellenza tar-Raggruppamenti, it-TOURINN* - Tisħiħ tal-użu tad-diġitalizzazzjoni, tal-innovazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda fit-turiżmu permezz tal-kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-bini tal-kapaċitajiet, u l-Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali Ewropea) hemm benefiċjarji minn kważi l-Istati Membri kollha u xi parteċipazzjoni mill-Iżlanda u mill-pajjiżi assoċjati. Il-proġetti ta’ internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti jkopru l-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE:

·Eċċellenza tar-Raggruppamenti: 76 organizzazzjoni sieħba minn 22 Stat Membru tal-UE u pajjiżi oħrajn li jipparteċipaw fil-programm;

·It-tisħiħ tal-użu tad-diġitalizzazzjoni, tal-innovazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda fis-settur tat-turiżmu (TOURINN): 73 organizzazzjoni sieħba f’25 pajjiż;

·Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali Ewropea: 88 organizzazzjoni benefiċjarja minn 27 Stat Membru tal-UE;

·Internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti (inkluża wkoll l-Azzjoni ta’ internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti għall-SMEs fis-settur tad-difiża): 75 benefiċjarju fi 18-il Stat Membru.

Għall-erbgħa kollha minn dawn l-iskemi kien hemm livelli notevolment ogħla ta’ parteċipazzjoni minn Spanja, mill-Italja u sa ċertu punt minn Franza u mill-Ġermanja. Madankollu, dan jista’ ma jkunx neċessarjament ix-xejra għall-miżuri kollha tal-COSME u/jew għas-snin kollha tal-programm. Ikun utli li dan jiġi esplorat aktar fl-evalwazzjoni finali kontinwa tal-programm.



Anness 3 – Eżempji ta’ proġetti u stejjer ta’ suċċess

Kaxxa tat-test 1. Eżempju ta’ proġett tal-COSME EFG - Finnsiirto - il-Finlandja - Makkinarju

Finnsiirto, ibbażata f’Lieto, fil-Lvant ta’ Turku fil-Finlandja ta’ Lbiċ, topera fil-qasam tal-bejgħ u l-loġistika tal-forklifts professjonali. Hija tagħmel sforzi kontinwi biex tinnova u tagħmel bidliet żgħar biex tiddistingwi ruħha mill-kompetituri tagħha, billi tiffoka fuq bidliet li l-klijenti tagħha jixtiequ jaraw “Dejjem nippruvaw naħsbu xi nkunu nixtiequ kieku konna klijenti,” spjega Kalle Dahlman, id-Direttur Kummerċjali ta’ Finnsiirto. Għall-bidu kienet tbigħ forklifts importati użati. Maż-żmien, bdiet tiffoka fuq il-kiri u ż-żamma tal-flotot, minflok ma tbigħ vetturi individwali, u bdiet tikber malajr ħafna.

Hija bdiet tfittex investitur biex jiffinanzja dan it-tkabbir rapidu u ltaqgħet ma’ Folmer, kumpanija tal-ekwità privata appoġġata mill-FEI. “Wara l-ewwel laqgħa, kien ċar għalina li ż-żewġ naħat kienu lesti u li kienu jafdaw lil xulxin.” L-investiment minn Folmer ippermetta lil Finnsiirto tagħti spinta sinifikanti lill-volumi, issaħħaħ il-persunal, iżżid l-istokk u tibni kwartieri ġenerali ġodda. “Poġġietna f’pożizzjoni ħafna aktar b’saħħitha,” ikkonkluda Kalle. Minn dak iż-żmien, il-kumpanija kompliet tikber, u espandiet in-negozju fil-pajjiżi Baltiċi b’uffiċċju tal-bejgħ f’Tallinn u xtrat żewġ kumpaniji oħrajn, Simeri u Suomen Telakone, u t-tlieta flimkien jiffurmaw waħda mill-akbar kumpaniji tal-makkinarju fil-Finlandja.

Aktar informazzjoni – Studju tal-każ ta’ Folmer: Finnsiirto (il-Finlandja), Makkinarju – COSME EGF / EFSI (eif.org)

Kaxxa tat-test 2. Eżempju ta’ proġett ta’ COSME LGF - GardenLiving - il-Finlandja - l-ortikultura u d-disinn ekoloġiku intern

GardenLiving, hija negozju innovattiv tal-ortikultura Finlandiż li jbigħ prodotti tal-ġonna u jipprovdi servizzi bħall-arkitettura tal-pajsaġġ, id-disinn ekoloġiku intern, u l-manutenzjoni u t-tiġdid tal-ġonna. Ix-showrooms tagħha joffru spazju attraenti u innovattiv biex il-klijenti jixtru pjanti u materjali tal-ġonna u jikkonsultaw esperti għal pariri. Eva Wuite, il-fundatriċi u l-maniġer ta’ GardenLiving, li hija nofsha Olandiża, nofsha Finlandiża, tispira ruħha min-natura Finlandiża u mix-xejriet fin-Netherlands. Meta faqqgħet il-COVID-19, kullimkien kien f’lockdown u l-ordnijiet kollha għall-oġġetti tal-ġnien waqfu minnufih. Iżda l-kontijiet kellhom jitħallsu – peress li kienu diġà xtraw l-istokks tagħhom għall-istaġun kollu (April-Ottubru).

GardenLiving irnexxielha tikseb self garantit mill-UE permezz ta’ Finnvera, appoġġat mill-FEI: “Neħtieġu dan is-self addizzjonali biex ikopri dan il-perjodu diffiċli. Dan għen biex titnaqqas id-diskrepanza u ppermettielna wkoll li nespandu s-servizzi u l-pjan tagħna għall-kummerċ elettroniku hekk kif it-tieni mewġa intensifikat. Il-fluss tal-flus tana aktar żmien biex nirreaġġixxu.” Eva hija kunfidenti li n-negozju għandu ħafna potenzjal li jimxi ’l quddiem. “Jekk hemm xi ħaġa li nista’ ngħidilkom fiċ-ċert, huwa li l-elementi ekoloġiċi jġegħluk tħossok tajjeb,” tikkonkludi.

Aktar informazzjoni:  Dar | GardenLiving



Kaxxa tat-test 3. Storja ta’ suċċess tal-EEN - W•SENSE - l-Italja - networking taħt l-ilma mingħajr kejbils

Fl-2017, W•SENSE, spin-off tal-Università ta’ Sapienza ta’ Ruma, żviluppat soluzzjoni biex tiggarantixxi l-interoperabbiltà ta’ networking taħt wiċċ l-ilma mingħajr kejbils. Minħabba l-oriġinalità ta’ din it-teknoloġija avvanzata u d-domanda għolja, W•SENSE malajr bdiet tikber. F’daqqa waħda kellha bżonn żieda kbira fil-kapital operatorju biex timplimenta l-kuntratti tagħha. Minkejja t-teknoloġija avvanzata tagħha u d-domanda għolja, hija ma ngħatatx self minn ħames banek differenti.

W•SENSE kkuntattjat lill-fergħa lokali tan-Network Enterprise Europe (EEN) fl-Unioncamere Lazio u bbenefikat mis-servizzi ta’ konsulenza ta’ espansjoni tal-EEN. Fost affarijiet oħrajn, l-EEN għen lil W•SENSE tħejji pjan ta’ direzzjoni tan-negozju robust u tikseb self bankarju ta’ EUR 500 000 mingħand wieħed mill-intermedjarji għal skema ta’ garanzija tas-self appoġġata mill-UE. W•SENSE attendiet ukoll avvenimenti tal-EEN biex tagħti spinta lill-konnessjonijiet internazzjonali tagħha.

L-appoġġ tal-EEN ippermetta lil W•SENSE żżid il-fatturat tagħha u ħolqot opportunitajiet ta’ impjiegi fl-Italja u madwar l-Ewropa. “Il-kumpanija tagħna rduppjat id-daqs tagħha għal 23 persuna li jinsabu fi tliet pajjiżi Ewropej,” qalet Chiara Petrioli, is-CEO ta’ W•SENSE. Issa għandha uffiċċji fl-Italja, fin-Norveġja u fir-Renju Unit u rebħet kuntratti pluriennali ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin fl-akkwakultura, fid-difiża, fl-enerġija u fl-ambjent. “Bħala kumpanija qegħdin nikbru malajr, b’rata ta’ tkabbir annwali kompost mistennija ta’ madwar 70 % fil-5 snin li ġejjin,” qalet Petrioli. “Aħna ningħataw appoġġ kostanti min-Network.”

Eżempji oħrajn ta’ proġetti, b’mod partikolari r-raggruppamenti u l-proġetti tat-turiżmu li jappoġġaw il-miri tad-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà, huma msemmija fil-qosor fl-Anness 4 ta’ hawn taħt.



Anness 4 Kontribut għall-għanijiet tal-klima, tas-sostenibbiltà, tad-diġitalizzazzjoni u tal-ġeneru

1.Klima

Ġew irrapportati kontribuzzjonijiet għall-objettivi tal-integrazzjoni klimatika għal ħafna azzjonijiet. Hawn taħt qed jingħataw xi eżempji:

L-EEN jgħin lill-SMEs jindirizzaw l-isfidi relatati mal-klima b’diversi modi. Pereżempju, jgħinhom jużaw l-innovazzjoni biex isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, billi jnaqqsu l-iskart u jimminimizzaw il-konsum tal-enerġija li jippermettilhom inaqqsu l-impronta tas-CO2 tagħhom. In-network għandu wkoll gruppi settorjali u tematiċi li jiffukaw fuq il-kostruzzjoni sostenibbli, l-enerġija intelliġenti, l-ambjent u l-ekonomija ċirkolari. Aktar minn 200 konsulent espert tan-negozju tal-EEN jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet relatati mal-klima, bħall-ekonomija ċirkolari, l-enerġija intelliġenti, il-kostruzzjoni sostenibbli u t-teknoloġiji ekoloġiċi 45 .

Il-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir tal-Programm COSME investiet EUR 6,7 miljun f’fond ta’ kapital ta’ riskju li jiffoka l-attivitajiet tiegħu fuq teknoloġiji nodfa.

https://www.eif.org/what_we_do/equity/single_eu_equity_instrument/cosme_efg/intermediaries.pdf .

Għall-perjodu kollu ta’ programmazzjoni, il-COSME EFG iffaċilita l-investiment ta’ aktar minn EUR 62 miljun f’SMEs li joperaw fis-settur tal-enerġija u tal-ambjent. L-investimenti f’dan is-settur komplew jiżdiedu wara l-perjodu ta’ programmazzjoni.

https://www.eif.org/what_we_do/equity/single_eu_equity_instrument/cosme_efg/cosme-efg-implementation-update.pdf .

L-edizzjoni tal-2022 tal-Ewrobarometru Flash dwar l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-effiċjenza fir-riżorsi u s-swieq ekoloġiċi ffinanzjati mill-baġit tal-2020 tħares lejn il-prestazzjoni u l-azzjonijiet tal-SMEs biex isiru aktar effiċjenti fir-riżorsi, l-ostakli li jiltaqgħu magħhom u l-potenzjal ta’ miżuri ta’ politika biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika tal-SMEs. L-Ewrobarometru qiegħed jintuża għat-tfassil tal-politika biex jappoġġa lill-SMEs bit-tranżizzjoni ekoloġika, f’konformità mal-Istrateġija Industrijali aġġornata tal-UE (inkluż għall-mogħdijiet ta’ tranżizzjoni). Ir-rapport finali ġie ppubblikat f’Marzu 2022: SMEs, resource efficiency and green markets – March 2022 – Eurobarometer survey (europa.eu) .

Skont l-iskema Clusters Go International, 6 mit-12-il proġett jittrattaw suġġetti relatati mat-tibdil fil-klima. Għal tlieta mill-proġetti, huwa stmat li total ta’ EUR 1,6 miljun jintefaq fuq l-għanijiet klimatiċi (40 % tal-baġit totali għal dawn il-proġetti):

·ESECA: proġett għall-SMEs Ewropej fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-grilji intelliġenti biex jgħinuhom jiżviluppaw strateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni konġunta b’għanijiet komuni lejn l-Afrika sub-Saħarjana;

·ICBuild: proġett li jagħti spinta lill-internazzjonalizzazzjoni għaċ-ċirkolarità fl-ambjent tal-bini;

·EU Water4i SD: l-inizjattiva Ewropea dwar l-Ilma intelliġenti għat-trawwim tal-Iżvilupp Sostenibbli Internazzjonali.

Barra minn hekk, il-proġetti li ġejjin jittrattaw ukoll suġġetti relatati mat-tibdil fil-klima:

·REC-N-COMP: Il-komposti bbażati fuq materjali riċiklati Ewropej u t-teknoloġiji tal-ipproċessar ta’ prodotti tat-tmiem tal-ħajja jsiru internazzjonali ;

·H2Global: il-proġett iffoka fuq il-pożizzjonament tal-Ewropa bħala mexxej teknoloġiku u industrijali globali fl-ekonomija ekoloġika tal-idroġenu;

·AEWEN: proġett biex jinħoloq network Afrikan-UE għall-ilma u l-enerġija.

Informazzjoni ulterjuri dwar dawn il-proġetti kollha hija disponibbli fuq il-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti 46 .

Il-pjattaforma diġitali għan-Network tax-Xerrejja Pubbliċi appoġġata mill-baġit tal-2020 bdiet topera f’April 2023. Din tappoġġa l-kollaborazzjoni minn 10 gruppi ta’ “xerrejja kbar” biex tinbena intelliġenza konġunta dwar ħtiġijiet speċifiċi ta’ akkwist (inklużi pannelli solari). Huwa stmat li 40 % (EUR 400 000) tal-baġit tal-proġett (EUR 1 000 000) huwa ddedikat għall-azzjoni klimatika.

L-istudju dwar il-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja kopra wkoll is-sostenibbiltà ambjentali, inkluża l-azzjoni meħuda minn kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja biex tiżdied is-sostenibbiltà ambjentali tagħhom (it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, ir-riċiklaġġ, eċċ.) u l-isfidi ewlenin li jiffaċċjaw f’dan il-qasam.

2.Kontribut għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli

Bosta proġetti tal-COSME jikkontribwixxu għal diversi Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Pereżempju:

L-għodda “Inizjattivi għal Ambjent Mibni” ġiet żviluppata biex tappoġġa t-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà fis-settur tal-kostruzzjoni u ambjent mibni inklużiv. Din tintuża biex jiġu vvalutati u mmonitorjati r-riformi nazzjonali u l-programmi ta’ investiment pubbliku relatati mal-kostruzzjoni mwettqa mill-pajjiżi tal-EU-27 fl-ambitu tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan il-proġett jikkontribwixxi għall-SDG 1 (akkomodazzjoni affordabbli), l-SDG 3 (ambjent mibni ta’ kwalità), l-SDG 5 (żvilupp tal-ħiliet), l-SDG 7 (rabta mal-mewġa ta’ rinnovazzjoni u inizjattivi oħra), l-SDGs 8 u 9 (kompetittività, innovazzjoni, produttività u sostenibbiltà tal-industrija tal-kostruzzjoni tal-UE), l-SDGs 11 u 15 (l-ambjent mibni), l-SDG 13 (effiċjenza enerġetika) u SDG 16 (riformi istituzzjonali).

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kompetittività tal-Industrija Newtrali għall-Klima (CIndECS) Ewropea deskritta fit-taqsima ta’ hawn taħt dwar l-SDG 13 tikkontribwixxi wkoll għall-SDG 7 (enerġija affordabbli u nadifa) billi tivvaluta soluzzjonijiet ta’ enerġija nadifa, u l-SDG 9 (l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura) billi tiffoka fuq it-titjib tar-reżiljenza tal-infrastruttura, il-valutazzjoni ta’ soluzzjonijiet emerġenti newtrali għall-klima għal ekosistemi industrijali differenti u tiffoka fuq soluzzjonijiet emerġenti u innovattivi.

SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku sostenibbli)

Il-miżuri rilevanti jinkludu s-servizzi tan-Network Enterprise Europe biex jgħinu lill-SMEs jiksbu tkabbir sostenibbli, l-azzjonijiet differenti biex jappoġġaw ir-raggruppamenti u l-Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali Ewropea (qasam ta’ prijorità wieħed minn dawn il-missjonijiet kien il-miżuri lokali jew reġjonali li jindirizzaw il-qgħad).

SDG 9 (industrija inklużiva u sostenibbli, innovazzjoni u infrastruttura reżiljenti)

In-Network Enterprise Europe appoġġa lill-SMEs fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mudelli ta’ negozju ċirkolari u fl-użu ta’ teknoloġiji aktar ekoloġiċi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija. In-network kien avvanzat sew fit-triq tiegħu lejn l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ sostenibbiltà komprensivi bi tħejjija għan-network il-ġdid mill-2022 47 .

L-SDG 9 ġie appoġġat ukoll permezz ta’ diversi miżuri għar-raggruppamenti. Pereżempju, il-proġett EVOLUTE fil-programm Ewropew ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti qiegħed jgħin lir-raggruppamenti fl-industrija tal-karozzi u tal-makkinarju tal-art jagħtu spinta lill-prestazzjoni tagħhom billi jsaħħu l-ħiliet u japprofondixxu l-għarfien ta’ sitt raggruppamenti fl-Ewropa. Dan il-proġett jappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-iskema ClusterXChange biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni internazzjonali, settorjali u transsettorjali bejn ir-raggruppamenti, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet il-kbar. Dan jgħin lill-kumpaniji u lill-impjegati jħejju għal sfidi futuri u jgħin biex titrawwem l-innovazzjoni għal prodotti u servizzi ta’ klassi dinjija.

Il-proġetti għall-Alleanzi Strateġiċi għall-Adozzjoni ta’ Teknoloġiji Avvanzati mill-SMEs għall-irkupru ekonomiku ffukaw ukoll fuq l-għajnuna lill-SMEs biex jimplimentaw l-innovazzjoni teknoloġika. Il-proġett “ReStartSMEs” appoġġat f’din is-sejħa għen lill-SMEs tal-manifattura jadattaw għall-ktajjen tal-valur u d-domanda ġdida kkawżata mill-COVID-19.

SDG 12 (xejriet sostenibbli ta’ konsum u ta’ produzzjoni)

Il-proġett WORTH biex jagħti spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni tal-SMEs fl-industriji tal-istil tal-ħajja jikkontribwixxi għall-SDG 12. It-tieni sejħa għal proposti għal sħubijiet tal-SMEs iffokat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali inkluż: l-ekonomija ċirkolari, l-użu effiċjenti tal-enerġija u r-riżorsi, it-tranżizzjoni lejn produzzjoni u konsum aktar sostenibbli; l-innovazzjoni soċjali u l-inklużjoni soċjali ; u t-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju. Pereżempju, il-kunċett tal-kapsula ta’ Framiore għandu l-għan li jgħolli l-valur tul il-ħajja tal-ħwejjeġ tan-nisa, billi joffri ħwejjeġ ta’ kwalità għolja li jibqgħu moda, flimkien ma’ karatteristiċi biex il-ħwejjeġ jiġu personalizzati u adattati, u programm ta’ tiswija u kummerċ 48 .

Xi wħud mill-proġetti tat-turiżmu li għaddejjin jappoġġaw ukoll l-għanijiet tas-sostenibbiltà u klimatiċi, inkluż pereżempju l-proġett TourINN-act 49 .

Il-proġetti ta’ internazzjonalizzazzjoni tar-raggruppamenti jkopru wkoll xejriet ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli f’diversi setturi, inkluż il-konsum tal-enerġija u tal-ilma, soluzzjonijiet intelliġenti fl-użu tal-ilma, u enerġija rinnovabbli u grilji intelliġenti).

SDG 13 (azzjoni klimatika)

Miżura rilevanti hija l-iżvilupp ta’ Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kompetittività tal-Industrija Newtrali għall-Klima (CIndECS) Ewropea biex tiġi vvalutata l-pożizzjoni kompetittiva tal-UE dwar 28 soluzzjoni newtrali għall-klima. Din il-ħidma tidentifika l-punti b’saħħithom u n-nuqqasijiet għal kull soluzzjoni meta mqabbla ma’ 10 kriterji speċifiċi. Ir-riżultati se jipprovdu appoġġ lil dawk li jfasslu l-politika kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE biex jiżviluppaw azzjonijiet ta’ appoġġ aktar immirati. Il-finanzjament totali tal-UE għal din l-azzjoni (EUR 430 000) huwa ddedikat kompletament għall-għanijiet klimatiċi. Ir-riżultati tal-proġett diġà kkontribwew u huma msemmija fid-dokumenti ta’ politika li ġejjin:

·L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (COM(2023) 161, SWD(2023) 68 final) Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment u disponibbiltajiet ta’ finanzjament biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE tal-manifattura tat-teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti, p. 55, 74, 76, 103;

·L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti (COM(2023) 161, SWD(2023)68, p. 10);

·L-edizzjonijiet tal-2021 u l-2022 tar-Rapport ta’ progress dwar il-kompetittività tat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa (COM(2021)952 final) - u d-dokumenti ta’ sostenn - u (COM(2022)643 final

·Is-CIndECS inkludiet ukoll bosta rapporti tal- Osservatorju tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nadifa ( https://setis.ec.europa.eu/publications/clean-energy-technology-observatory-ceto/ceto-reports-2022_en ). Ir-rapport huwa mistenni f’Settembru 2023.

L-EEN, il-WORTH u l-Inizjattivi għal Ambjent Mibni jikkontribwixxu wkoll għall-SDG 13 (ara wkoll l-intestatura dwar l-azzjoni klimatika hawn fuq).

Id-dimensjoni soċjali tal-SDGs

Xi azzjonijiet u proġetti tal-COSME jinkludu dimensjoni soċjali (miżuri tal-ekonomija soċjali, u miżuri għall-imprendituri nisa u gruppi speċifiċi oħrajn ta’ imprendituri). Proġetti u azzjonijiet oħrajn tal-COSME għandhom dimensjoni soċjali inkorporata fl-objettivi usa’ tagħhom ta’ sostenibbiltà u kompetittività (eż. xi wħud mill-proġetti tat-turiżmu u l-proġett WORTH imsemmi hawn fuq). L-ewwel sejħa għall-proposti għas-sħubijiet tal-SMEs għal WORTH ġiet allinjata mal-Bahaus Ewropew il-Ġdid. Din ikkontribwiet għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli billi żiedet is-sensibilizzazzjoni u/jew l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet li jikkontribwixxu għal ambjenti ta’ għajxien aktar sabiħ, sostenibbli u inklużivi. Diversi proġetti ta’ raggruppamenti jiffukaw fuq l-għanijiet soċjali, dawn jinkludu l-proġett EXCELIVING fil-qafas tal-iskema ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti, li jiffoka fuq ambjent ta’ għajxien intelliġenti, favorevoli għas-saħħa, adatt għall-età u sostenibbli. Il-proġett jgħin lil raggruppamenti attivi f’dawn l-oqsma biex jirrieżaminaw l-istrateġija tagħhom u jiżviluppaw servizzi ġodda u qed jipprovdi studji, żjarat, webinars u attivitajiet ta’ tlaqqigħ li jiffukaw fuq dawn l-oqsma.

3.Kontribut għall-għanijiet diġitali

Diversi azzjonijiet jappoġġaw id-diġitalizzazzjoni flimkien ma’ għanijiet oħrajn. Dawn jinkludu l-azzjonijiet tar-raggruppamenti u s-sejħa għad-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda fit-turiżmu permezz ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali u l-bini tal-kapaċitajiet.

F’dawn is-sejħiet kien hemm xi proġetti individwali ddedikati b’mod aktar speċifiku għad-diġitalizzazzjoni. Pereżempju, il-proġett tal-UE dwar it-turiżmu DigiTOUR jappoġġa lill-SMEs Ewropej tat-turiżmu li għadhom lura fit-tranżizzjoni diġitali tagħhom u jsaħħaħ il-kooperazzjoni fl-ekosistema tat-turiżmu biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet, prodotti, servizzi, ħiliet ġodda u mudelli ġodda ta’ negozju ġodda, innovattivi u intelliġenti permezz tal-użu ta’ intelliġenza artifiċjali, internet tal-oġġetti, ir-realtà virtwali, ir-realtà awmentata u l-big data. L-ammont massimu tal-għotja għal dan il-proġett huwa ta’ EUR 999 963. Il-proġett jinvolvi disa’ organizzazzjonijiet sħab minn ħames pajjiżi (il-Kroazja, il-Ġermanja, l-Italja, is-Serbja u s-Slovenja).

Eżempju ieħor huwa l-proġett tat-turiżmu EURO_EMOTUR. Il-proġett jagħti attenzjoni speċjali lit-tekniki ta’ newrokummerċjalizzazzjoni biex tingħata spinta lir-reputazzjoni diġitali tal-SMEs u biex jiżdiedu l-prestazzjoni tagħhom u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni kemm fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fit-tul. Il-proġett li għaddej, li għandu ammont massimu ta’ għotja tal-UE ta’ EUR 563 236, għandu sitt sħab f’ħames pajjiżi (il-Belġju, il-Finlandja, l-Italja, Spanja u r-Renju Unit).

Skont l-inizjattiva tan-Network tax-Xerrejja Pubbliċi (kuntratt ta’ servizz), wieħed mill-10 gruppi ta’ “xerrejja kbar” appoġġati mill-pjattaforma diġitali jittratta l-intelliġenza artifiċjali. Din il-pjattaforma tgħin lill-akkwirenti pubbliċi jibnu intelliġenza konġunta dwar ħtiġijiet speċifiċi ta’ akkwist f’dan il-qasam u jaħdmu fuq dikjarazzjonijiet konġunti ta’ domanda.

Il-proġett ta’ eċċellenza tar-Raggruppamenti EPIX għandu l-għan li jagħti spinta lill-eċċellenza tar-raggruppamenti li jittrattaw l-ibliet intelliġenti. Proġett ieħor ta’ Eċċellenza tar-Raggruppamenti, MEDIC NEST, qiegħed jaħdem biex joħloq meta-raggruppament Ewropew fil-qasam tal-mediċina ta’ preċiżjoni. Il-proġett jinkludi skema ta’ ClustersExchange biex tistimula l-fertilizzazzjoni inkroċjata u l-iskambji ta’ esperjenza relatata mat-teknoloġiji diġitali. Hemm ukoll raggruppamenti ta’ proġetti li jiffukaw fuq id-diġitalizzazzjoni f’setturi bħall-agroalimentari (il-proġett AgriFoodX5.0), il-moda (il-proġett CLOTH) u l-makkinarju awtomobilistiku u tal-art (il-proġett EVOLUTE) 50 . 

4.Kontribut għall-għanijiet tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri

Filwaqt li l-ebda objettiv/mira speċifika għall-ġeneru ma hija prevista fil-bażi ġuridika tal-COSME, din id-dimensjoni titqies fl-azzjonijiet kollha.

Għall-EFG u l-LGF, id-dimensjoni tal-ġeneru hija traċċata fl-analiżi biennali mill-Fond Ewropew tal-Investiment. L-aħħar analiżi mill-2020 turi li mill-2019:

·kważi tnejn minn kull 10 SMEs li jirċievu appoġġ ta’ ekwità permezz tal-COSME EFG għandhom mill-inqas mara waħda f’pożizzjoni eżekuttiva;

·kważi 4 minn kull 10 SMEs li rċevew appoġġ finanzjarju ta’ dejn permezz tal-COSME LGF għandhom CEO, maniġer ġenerali jew direttur tal-kumpanija mara.

Kien hemm azzjoni waħda tal-COSME ddedikata bis-sħiħ għat-tisħiħ tal-kompetenzi diġitali u intraprenditorjali fil-bniet u fin-nisa (ESTEAM). Informazzjoni ulterjuri tingħata fil-punt 2.4 ta’ hawn fuq.

57 % tal-koordinaturi tal-EEN huma nisa, filwaqt li 43 % huma rġiel. L-EEN għandu wkoll grupp iddedikat li jappoġġa lill-imprendituri nisa u jipprovdi servizzi ta’ sħubija u ta’ konsulenza mfassla speċifikament għall-ħtiġijiet tagħhom.

Il-programm COSME ħoloq ukoll opportunitajiet għan-negozji f’setturi bħall-moda u l-ekonomija soċjali li huma magħrufa li jattiraw perċentwal għoli ta’ imprendituri nisa.

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (COSME) (2014 - 2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE, ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(2)

“Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” ġiet approvata mill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2010. Ara: https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/6a915e39-0aab-491c-8881-147ec91fe88a  

(3)

Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF) tal-Programm COSME ġiet miżjuda għadd ta’ drabi mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS). Dan kien minħabba li r-riżorsi disponibbli fil-qafas tal-Programm tal-COSME LGF ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda tas-suq għall-finanzjament tal-SMEs (jiġifieri l-applikazzjonijiet totali li rċevew l-intermedjarji finanzjarji mill-Fond Ewropew tal-Investiment). Ir-riżorsi tal-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tal-Programm COSME jintużaw għall-investimenti biss wara l-assorbiment tal-kapaċità ta’ investiment disponibbli tat-Tieqa ta’ Espansjoni u Tkabbir fil-qafas tal-Istrument tal-Ekwità tal-FEIS.

(4)

Il-Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self (LGF) tal-Programm COSME hija parti mill-istrument finanzjarju uniku tad-dejn tal-UE għat-tkabbir u r-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-intrapriżi tal-UE, flimkien mal-Faċilità ta’ Garanziji ta’ InnovFin għall-SMEs stabbilita fil-qafas tal-programm Orizzont 2020. Il-Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir (EFG) tal-Programm COSME hija parti mill-istrument finanzjarju uniku tal-ekwità tal-UE għat-tkabbir u r-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) tal-intrapriżi tal-UE, flimkien mal-faċilità ta’ ekwità fi stadju bikri ta’ Orizzont 2020 (il-faċilità “Kapital ta’ Riskju ta’ InnovFin għall-SMEs”).

(5)

  https://data.europa.eu/doi/10.2873/87360

(6)

Ir-Renju Unit ma baqax Stat Membru tal-UE mill-31 ta’ Jannar 2020. Il-benefiċjarji tar-Renju Unit li jipparteċipaw f’azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE tal-2019 jew minn snin preċedenti komplew jipparteċipaw fil-programm sa tmiem dawk l-azzjonijiet, u tħallew jipparteċipaw fil-programm COSME sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (il-31 ta’ Diċembru 2020).

(7)

Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(8)

Dan ir-rapport jipprovdi xi informazzjoni dwar il-pajjiżi għal azzjonijiet li kellhom kopertura ġeografika wiesgħa tal-benefiċjarji. B’mod ġenerali, il-kriterji tal-għażla għall-għotjiet u għall-azzjonijiet ta’ akkwist tal-COSME ffukaw fuq kriterji mhux ġeografiċi bħall-konformità mal-objettivi tal-azzjoni u l-kwalità tal-proposti/tal-offerti. Id-dimensjoni Ewropea kienet importanti wkoll. Il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet tal-COSME ma kellhomx biżżejjed baġit biex jipprovdu kopertura ġeografika wiesgħa tal-pajjiżi eliġibbli. F’dawn il-każijiet, ma hemm l-ebda informazzjoni dwar il-pajjiż f’dan ir-rapport.

(9)

Din l-aġenzija ilha magħrufa bħala l-“Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (EISMEA)” mill-1 ta’ April 2021. Jintuża l-isem preċedenti EASME matul dan ir-rapport.

(10)

Pereżempju, l-edizzjoni tal-2021 tal-Kapitali Ewropea għat-Turiżmu Intelliġenti ġiet ikkanċellata peress li l-ġurija tal-għażla ma setgħetx tiltaqa’ kif kien ippjanat. Diversi avvenimenti fix-Xlokk tal-Asja, inkluż event ta’ tlaqqigħ tar-raggruppamenti f’Singapore, ġew posposti minħabba r-restrizzjonijiet sanitarji/tal-ivvjaġġar partikolarment stretti.

(11)

 Pereżempju, il-Missjonijiet tal-Ekonomija Soċjali Ewropea kisbu riżultati tajbin, iżda l-partijiet ikkonċernati rrapportaw li l-avvenimenti virtwali kienu llimitaw il-kwalità/il-profondità tal-kooperazzjoni.

(12)

C(2020)7044 final: DocsRoom - Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu) .

(13)

C(2020)6322 final: DocsRoom - Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu) .

(14)

 SEC(2013) 493 final: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52013SC0493(01) .

(15)

Minn dawn, 16-il ftehim kienu relatati mal-fondi tal-istadju tat-tkabbir u tal-espansjoni u sebgħa kienu relatati mal-fondi f’diversi stadji flimkien mal-Faċilità ta’ Ekwità ta’ InnovFin għall-istadju bikri stabbilita fil-qafas ta’ Orizzont 2020.

(16)

Il-FEI jagħmel investimenti f’fondi ta’ kapital ta’ riskju intermedjarji ġestiti privatament li jagħmlu investimenti ta’ ekwità fl-SMEs. Peress li l-FEI huwa inkarigat li jagħmel investimenti flimkien ma’ investituri oħrajn li jinvestu wkoll f’tali fondi fuq l-istess livell, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE mill-programm COSME tiskatta d-disponibbiltà ta’ finanzjament ta’ investiment addizzjonali f’dak il-fond ta’ kapital ta’ riskju. Il-finanzjament mobilizzat ta’ 2,6 biljun huwa l-finanzjament kumplessiv disponibbli fil-fondi ta’ riskju li l-FEI investa fihom. It-tielet, dawn l-investimenti kellhom effett multiplikatur, li jistimula investimenti addizzjonali. L-effett multiplikatur huwa stmat abbażi ta’ metodoloġija ta’ kalkolu multiplikatur tal-FEI-FEIS għall-ekwità (eż. EUR 1,9 ta’ investimenti mmobilizzati għal EUR 1 ta’ finanzjament mobilizzat), u b’hekk iċ-ċifra ta’ 4,9 biljun bħala investimenti mobilizzati.

(17)

 Ir-Regolament dwar il-COSME jipprevedi investimenti minn EUR 2,6 biljun għal EUR 3,9 biljun fi 360 sa 540 SME. L-investimenti li jilħqu EUR 2,6 biljun saru f’346 SME sal-2021 u l-COSME EFG huwa ppjanat li jdum sakemm l-operazzjonijiet finali jiġu fit-tmiem, eż. il-31 ta’ Diċembru 2034. L-implimentazzjoni tal-miri qieset l-isfidi speċifiċi tal-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument finanzjarju. Dawn kienu: (i) il-prijorità tal-operazzjonijiet f’pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-programm COSME u l-fatt li d-domanda għall-investiment hija aktar baxxa f’dawn il-pajjiżi, u (ii) ż-żmien meħtieġ biex jiġu ffirmati ftehimiet mal-fondi, li l-ewwel jirrikjedi li jitlestew proċessi kumplessi ta’ diliġenza dovuta u ta’ ġbir ta’ fondi.

(18)

  https://ec.europa.eu/docsroom/documents/43872

(19)

L-Albanija, l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Kosovo, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Moldova, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija u l-Ukrajna. Ir-Renju Unit formalment ħareġ mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020. Kompla jipparteċipa f’azzjonijiet bħall-EEN sa tmiem il-programm, iżda ma għadux jipparteċipa fi strutturi ta’ governanza.

(20)

 Dan l-istħarriġ sar minn April 2021 sal-aħħar ta’ Ġunju 2021 b’2 361 tweġiba.

(21)

 Dawn is-servizzi pprovdew lill-benefiċjarji tal-EIC b’appoġġ speċifiku biex jimplimentaw il-proġett tagħhom u għenu lil kumpaniji partikolarment innovattivi jtejbu l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-innovazzjoni tagħhom.

(22)

 Il-Helpdesk Internazzjonali tal-PI tal-Indja (COSME), il-Helpdesk Ewropew tal-PI (Orizzont 2020), l-Helpdesk tal-PI tal-Afrika (l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea) u l-Kjavi tal-PI (DĠ KUMMERĊ) għal avvenimenti konġunti dwar il-PI. Huma jikkondividu sit web mal-helpdesks Indjani, Ewropej u Afrikani u pparteċipaw bħala fornituri tal-għarfien espert tal-PI f’missjonijiet internazzjonali tal-UE dwar il-Gateway/in-Negozju (iffinanzjati mill-Inizjattiva tal-Politika Barranija) u missjonijiet tal-ekonomija ċirkolari (DĠ AMBJENT).

(23)

 Dan daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019. Ara: https://policy.trade.ec.europa.eu/eu-trade-relationships-country-and-region/countries-and-regions/japan/eu-japan-agreement/eu-japan-agreement-chapter-chapter_en .

(24)

   Ir-Rapport Speċjali 07/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: Strumenti ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs – Għadd kbir ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ, iżda li ma humiex għalkollox koerenti jew ikkoordinati . Dan kopra l-perjodu finanzjarju tal-2014-20.

(25)

Paġna ewlenija | Komunità tax-Xerrejja Pubbliċi (europa.eu)

(26)

Dawn il-proġetti jipprovdu appoġġ għall-kooperazzjoni transfruntiera u transsettorjali bejn ir-raggruppamenti Ewropej biex tiġi żviluppata strateġija ta’ internazzjonalizzazzjoni konġunta u tiġi appoġġata l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs lil hinn mill-Ewropa.

(27)

Il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Greċja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Albanija, il-Montenegro, is-Serbja u r-Renju Unit.

(28)

Inkluż il-moda u t-tessuti, xedd is-saqajn, il-ġilda u l-fer, id-dekorazzjonijiet tal-għamara/tad-dar/id-disinn intern, il-ġojjellerija u l-aċċessorji.

(29)

  https://single-market-economy.ec.europa.eu/smes/sme-strategy/sme-performance-review_en

(30)

Ġunju 2020 (online b’46 parteċipant), Ottubru 2020 (online bi 83 parteċipant), Novembru 2020 (online matul l-Assemblea tal-SMEs b’67 parteċipant), u Diċembru 2020 (online bi 72 parteċipant).

(31)

Il-pjanijiet oriġinali għal konferenza fiżika f’Berlin ġew ittrasformati f’avveniment virtwali minħabba l-lockdown tal-COVID-19.

(32)

 Dan ir-rapport jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-aħħar xejriet fil-prestazzjoni tal-SMEs fl-Ewropa u rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/core/api/front/expertGroupAddtitionalInfo/40291/download ). Dan ġie ppreżentat lill-Kunsill Kompetittività f’Novembru 2020 (ara: Kunsill Kompetittività Suq intern u industrija - Consilium europa.eu ).

(33)

  https://commission.europa.eu/events/eu-open-business-new-compass-smes-2021-05-26_en

(34)

Il-mistoqsijiet “Il-webinar ispirak?”, “Se jagħti bidu għal xi azzjoni min-naħa tiegħek?”, “Laħaq l-aspettattivi tiegħek?”, “Tirrakkomandah lil oħrajn?” 80 % (bħala medja) wieġbu “iva” jew “pjuttost iva”.

(35)

Dan l-ammont kien inqas fl-2020 minħabba s-sejħa tal-Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ li saret fl-2019.

(36)

Barra minn hekk, fl-2020 ingħatat prijorità akbar lill-istrumenti finanzjarji (66 % tal-baġit tal-COSME ġie allokat għal dawn filwaqt li ċ-ċifra fil-mira matul il-ħajja tal-programm kienet ta’ 60 %). L-istrumenti finanzjarji appoġġaw ukoll l-għanijiet tal-intraprenditorija.

(37)

Għal informazzjoni ulterjuri, ara l- paġna web tal-proġett u l-vidjos mill-ewwel żewġ FESTs ta’ ESTEAM ( https://eismea.ec.europa.eu/esteam-fests-and-communities-girls-and-women_en ).

.

(38)

  https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/c0335fd8-33db-11ed-8b77-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-267469968

(39)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju

(40)

  https://www.esri.ie/system/files/publications/BKMNEXT429.pdf

(41)

Bosta miżuri tal-COSME kienu jinkludu xi appoġġ għall-għanijiet relatati mal-klima. Madankollu, peress li dan dejjem kien stabbilit fl-objettiv usa’ tal-kompetittività, ġeneralment ma kien hemm l-ebda baġit distint għall-komponent klimatiku tal-miżuri.

(42)

Dawn l-SMEs irċevew firxa ta’ servizzi mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom f’diversi punti ta’ żmien. Parti ċentrali tal-mudell tal-għoti ta’ servizzi tal-EEN qiegħda tistabbilixxi relazzjoni aktar fit-tul mal-SMEs u tappoġġahom fuq terminu medju biex tgħinhom jindirizzaw il-firxa sħiħa ta’ kwistjonijiet, sfidi u opportunitajiet li qegħdin jiffaċċjaw.

(43)

 Peress li dan il-proġett kien affettwat b’mod sever meta faqqgħet il-gwerra, il-ftehim ta’ għotja ġie ffriżat. Wara li s-sitwazzjoni ġiet evalwata mill-ġdid diversi xhur wara, il-ftehim ta’ għotja ġie emendat biex jinkludi pajjiż fil-mira addizzjonali mhux tal-UE, li jippermetti lill-proġett jerġa’ jibda l-attivitajiet tiegħu.

(44)

Dawn issa huma appoġġati mill-Pilastru tal-SMEs tal-programm tas-suq uniku. B’mod partikolari, in-Network EEN, l-EYE u l-Inizjattivi ta’ Raggruppamenti Konġunti issa huma azzjonijiet pluriennali li jibbenefikaw mill-kofinanzjament sal-2024 biex jipprovdu kontinwità aħjar fuq perjodu medju ta’ żmien għal dawn is-servizzi. Ara wkoll il-paragrafu 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet.

(45)

Dan ir-rapport ta’ monitoraġġ jiffoka fuq is-servizzi tal-EEN kofinanzjati permezz tal-programm COSME. L-EEN ipprovda wkoll sett addizzjonali ta’ servizzi definit speċifikament b’appoġġ għall-programm Orizzont 2020 (servizzi ewlenin ta’ ġestjoni tal-kontijiet għall-istrument tal-SMEs, u servizzi li jgħinu lill-SMEs itejbu l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-innovazzjoni tagħhom).

(46)

  https://profile.clustercollaboration.eu

(47)

Dan wassal għall-ħolqien ta’ Konsulenti dwar is-Sostenibbiltà tal-EEN mill-2022. Mill-bidu tal-2022, il-valutazzjoni tal-klijenti tal-SMEs tal-EEN (il-punt tat-tluq għad-definizzjoni ta’ liema servizzi tal-EEN teħtieġ kull SME) issa tkopri s-sett sħiħ ta’ aspetti ambjentali, soċjali u ekonomiċi. Is-sostenibbiltà hija integrata fis-servizzi kollha tal-EEN, inklużi l-innovazzjoni u l-aċċess għall-finanzi. Dawn is-servizzi ġodda tal-EEN ikopru oqsma differenti bħall-immaniġġar tal-iskart u tal-ilma, l-użu ta’ enerġija nadifa, il-monitoraġġ u r-rapportar tad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema, is-sikurezza u s-saħħa.

(48)

  https://worth-partnership.ec.europa.eu/projects/framiore-capsule-collection_en  

(49)

  https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/opportunities/projects-details/31059643/101038173/COSME  

(50)

 Aktar informazzjoni dwar dawn il-proġetti hija disponibbli fuq: https://clustercollaboration.eu/