IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 24.5.2023
COM(2023) 600 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK TAL-INVESTIMENT EWROPEW
Is-Semestru Ewropew 2023 - Il-Pakkett tar-Rebbiegħa
{SWD(2023) 628 final} - {SWD(2023) 629 final} - {SWD(2023) 630 final} - {SWD(2023) 631 final} - {SWD(2023) 632 final} - {SWD(2023) 633 final} - {SWD(2023) 634 final} - {SWD(2023) 635 final} - {SWD(2023) 636 final} - {SWD(2023) 637 final} - {SWD(2023) 638 final} - {SWD(2023) 639 final} - {SWD(2023) 640 final} - {SWD(2023) 641 final} - {SWD(2023) 642 final} - {SWD(2023) 643 final} - {SWD(2023) 644 final}
1. INTRODUZZJONI
L-ekonomija tal-UE kompliet turi reżiljenza notevoli f’ambjent diffiċli kkaratterizzat mill-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja. L-UE rnexxielha tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi, trażżan l-impatt negattiv fuq l-attività ekonomika u bdiet l-2023 fuq bażi aħjar milli mistenni. Bis-saħħa tat-tnaqqis fir-ritmu lejn l-aħħar tal-2022, matul l-2023 it-tkabbir tal-PDG mistenni jmur għall-aħjar bis-saħħa tat-tnaqqis kbir tal-prezzijiet tal-gass bl-ingrossa u l-issoktar tar-reżiljenza fis-suq tax-xogħol. Madankollu, l-inflazzjoni għolja għadha taffettwa l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, speċjalment fost il-gruppi vulnerabbli, u dan iwassal għal riskji ogħla ta’ faqar u ta’ piż fuq il-kompetittività Ewropea, b’mod partikolari billi l-prezzijiet tal-enerġija għadhom ferm ogħla milli fil-bqija tad-dinja. Barra minn hekk, l-ambjent estern ikkaratterizzat minn żieda fil-protezzjoniżmu u l-kompetizzjoni ġeostrateġika jkompli jenfasizza l-ħtieġa ta’ salvargwardji fuq il-kompetittività u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-ekonomija tal-UE. L-implimentazzjoni kostanti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF) qed twassal għal riformi u investimenti maġġuri f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. L-introduzzjoni tal-RRF qed tappoġġa l-espansjoni ekonomika u se tagħti spinta lir-reżiljenza tal-Istati Membri.
Is-sostenn tal-momentum tar-riformi u tal-investimenti se jkun kruċjali biex jiġu żgurati l-prosperità, il-kompetittività, il-ġustizzja u r-reżiljenza fit-tul tal-UE. Is-Semestru Ewropew, li huwa appoġġat mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u minn fondi oħra tal-UE, bħall-Politika ta’ Koeżjoni u l-programm InvestEU, jinsab fiċ-ċentru tal-istrateġija tal-UE dwar l-ekonomika u l-impjiegi valuda għall-futur kif indikat fil-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u fl-istrateġija tal-kompetittività fit-tul. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jagħmlu progress fid-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom, jindirizzaw in-nuqqasijiet u n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ħiliet, jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni, lir-riċerka u lill-innovazzjoni, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u regolatorji, iħaffu u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u tal-għoti ta’ permessi, jipprovdu kundizzjonijiet qafas adegwati għall-investimenti fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali u jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom. Is-Semestru Ewropew ikompli jipprovdi l-qafas ta’ koordinazzjoni tal-politika għal dak l-għan, billi jiggwida u jsegwi l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni b’mod komplementari u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-miri ewlenin tal-UE 2030 għall-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar. Ir-rapporti tal-pajjiżi tal-2023, li ġew ippubblikati llum mill-Kummissjoni, iqisu l-isfidi, inklużi dawk relatati mat-tranżizzjoni doppja, ir-reżiljenza soċjali u ekonomika u l-kompetittività, f’kull Stat Membru, u jiddeskrivu sa liema punt dawn l-isfidi qed jiġu indirizzati fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (recovery and resilience plans, RRPs) tagħhom. Ir-reviżjonijiet li għaddejjin tal-RRPs u l-inklużjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU b’finanzjament addizzjonali fil-forma ta’ għotjiet u self jipprovdu opportunità ulterjuri biex jingħata kontribut għar-rispons għal dawn l-isfidi, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku u l-Pjan REPowerEU.
Filwaqt li jibnu fuq l-analiżi tar-rapporti tal-pajjiżi, il-proposti tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (country-specific recommendations, CSRs) tal-2023, jipprovdu gwida lill-Istati Membri dwar l-indirizzar tal-isfidi ekonomiċi u soċjali ewlenin li mhumiex indirizzati kompletament jew mhumiex indirizzati għalkollox mill-RRPs. L-erba’ dimensjonijiet tas-sostenibbiltà kompetittiva tal-UE - is-sostenibbiltà ambjentali, il-produttività, il-ġustizzja u l-istabbiltà makroekonomika - għadhom fil-qalba ta’ din il-gwida. Ir-rakkomandazzjonijiet proposti jenfasizzaw il-ħtieġa li matul l-2023 u l-2024 tiġi żgurata politika fiskali prudenti, b’mod partikolari bl-eliminazzjoni gradwali tal-miżuri ta’ appoġġ għall-enerġija inqas immirati li huma fis-seħħ bħalissa u t-tnaqqis tad-dejn fit-terminu medju. Ir-rakkomandazzjonijiet jappellaw ukoll lill-Istati Membri biex ikomplu, jew f’diversi każijiet jaċċelleraw, l-implimentazzjoni tal-RRPs tagħhom fid-dawl tal-iskadenza tal-2026 u biex jipproċedu bl-implimentazzjoni mgħaġġla tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-RRPs, inkluż billi jiżguraw kapaċitajiet amministrattivi adegwati. Il-proposti għar-rakkomandazzjonijiet jiddeskrivu wkoll ir-riformi relatati mal-enerġija u l-isfidi tal-investiment, inkluż it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol li l-Istati Membri huma mitluba jindirizzaw skont ir-REPowerEU u l-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Ir-rapporti tal-pajjiżi u r-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-2022 tal-Eurostat jipprovdu wkoll rapportar aġġornat u konsistenti dwar il-progress lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (Sustainable Development Goals, SDGs) madwar l-Istati Membri. Fil-livell tal-UE, f’dawn l-aħħar snin, ġie osservat progress fuq diversi SDGs, fejn il-progress huwa partikolarment b’saħħtu fl-iżgurar ta’ xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku (SDG 8) u t-tnaqqis tal-faqar (SDG 1). Inkiseb ukoll progress sinifikanti dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi (SDG 5).. Ir-rapporti tal-pajjiżi jinkludu wkoll it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, li tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-impjiegi, l-ugwaljanza, il-ħiliet u l-isfidi soċjali relatati mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Unjoni għall-Ugwaljanza.
Id-djalogu kostruttiv mal-Istati Membri kif ukoll id-djalogu interistituzzjonali msaħħaħ fil-livell tal-UE se jkomplu matul il-proċess tas-Semestru Ewropew. Id-djalogu ta’ politika mill-qrib dwar l-RRPs ippermetta lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu u japprofondixxu l-kooperazzjoni tagħhom dwar il-politiki ekonomiċi u soċjali. Dan jiżgura sjieda ġenerali u mistenni li jkompli matul l-implimentazzjoni tal-RRP li għaddejja u l-emendi tagħhom mistennija fl-2023, inkluż fil-kuntest tar-REPowerEU. Is-suġġetti koperti fir-rapporti tal-pajjiżi u s-CSRs joffru opportunità oħra biex jitwessa’ d-djalogu. Il-Kummissjoni se tkompli wkoll id-djalogu mill-qrib tagħha mal-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi ewlenin, u se tkompli tinvolvi ruħha magħha f’kull stadju ewlieni taċ-ċiklu ta’ koordinazzjoni annwali tas-Semestru Ewroepw.
It-twettiq b’suċċess tal-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew u tal-RRF tirrikjedi l-involviment permanenti u strutturat tas-sħab soċjali u partijiet ikkonċernati oħra u s-sensibilizzazzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali. L-iskambju regolari dwar l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea jsir permezz tad-djalogu makroekonomiku biannwali fil-livell politiku u tekniku bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u s-sħab soċjali Ewropej. Barra minn hekk, l-involviment attiv tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati fil-livell tal-UE, u fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali kif xieraq, permezz ta’ laqgħat regolari ddedikati (pereż. l-avvenimenti annwali tal-partijiet ikkonċernati tal-RRF) matul l-istadji kollha tas-Semestru Ewropew u tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-RRF, jgħin fl-identifikatikazzjoni konġunta tal-isfidi, itejjeb is-soluzzjonijiet ta’ politika jittejbu u jiżgura sjieda u trasparenza usa’ tal-aġenda tal-politika ekonomika u soċjali. L-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u informazzjoni jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jżidu t-trasparenza dwar l-appoġġ ipprovdut permezz tal-RRF.
Il-Kummissjoni ppreżentat proposti leġiżlattivi għal qafas ta’ governanza ekonomika riformat fis-26 ta’ April 2023. L-objettiv ewlieni tal-proposti tiegħu huwa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku u jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli, inklużiv u reżiljenti fl-Istati Membri kollha permezz ta’ riformi u investiment. Il-pjanijiet fiskali u strutturali fuq terminu medju li se jitfasslu u jissawru mill-Istati Membri jiffurmaw il-pedament tal-proposti. Skont il-proposti tal-Kummissjoni, fil-pjanijiet tagħhom l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri tan-nefqa tagħhom, miżuri biex jindirizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi u r-riformi u l-investimenti prijoritarji fuq perjodu ta’ mill-inqas 4 snin. Il-proċess il-ġdid ta’ sorveljanza fiskali jibqa’ integrat fis-Semestru Ewropew, li għalhekk ikompli jkun il-qafas ċentrali għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u tal-impjiegi filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-pjanijiet fiskali u strutturali fuq terminu medju u l-investimenti u r-riformi inklużi fl-RRPs u l-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni. L-ilħuq rapidu ta’ ftehim mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill dwar il-proposti leġiżlattivi huwa prijorità urġenti, u l-Kummissjoni tappoġġa d-determinazzjoni tal-Kunsill li jikkonkludi l-ħidma leġiżlattiva dwar il-qafas ta’ governanza ekonomika fl-2023.
2. IL-PROSPETTI EKONOMIĊI U TAL-IMPJIEGI
Il-prestazzjoni aħjar milli mistenni tal-ekonomija tal-UE fil-bidu tal-2023 u t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-enerġija jżidu l-prospetti ta’ tkabbir għal din is-sena u għal dik li jmiss. Barra minn hekk, l-isforzi komuni għad-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija, għall-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass u t-tnaqqis tad-domanda għall-gass, flimkien ma’ temp moderat, taffew l-impatt soċjoekonomiku ta’ dawk it-tensjonijiet. Meta wieħed iħares ’il quddiem, il-prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi, it-tiswija tal-ktajjen tal-provvista u l-qawwa tas-suq tax-xogħol mistennija jappoġġaw l-ekonomija tal-UE. Għalkemm ir-riskju tal-iskarsezza tal-gass naqas b’mod sinifikanti, għad hemm inċertezza dwar il-prezzijiet tal-gass għax-xitwa li ġejja u għal warajha. B’mod ġenerali, huwa previst li l-attività ekonomika se tespandi b’pass kemxejn aktar b’saħħtu milli kien mistenni qabel. Il-PDG tal-UE reali mistenni jiżdied b’1,0 % fl-2023 u b’1,7 % fl-2024.
L-inflazzjoni hija pprojettata li tkompli tonqos, iżda l-pressjonijiet ewlenin tal-prezzijiet huma aktar persistenti, u qed iħallu impatt fuq in-negozji u jnaqqsu l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi. F’Ottubru 2022 l-inflazzjoni nominali fl-UE laħqet l-ogħla livell tagħha bi 11,5 % u d-diverġenzi fl-inflazzjoni madwar l-UE u l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro laħqu l-ogħla livelli storiċi. Madankollu, il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet kibru progressivament hekk kif l-atturi ekonomiċi domestiċi adattaw għal prezzijiet ogħla tal-input. B’riżultat ta’ dan, l-inflazzjoni ewlenija, li teskludi l-prezz tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, uriet li hija aktar persistenti, għalkemm mistennija li tilħaq l-ogħla livell tagħha fl-ewwel trimestru tal-2023 u li tonqos gradwalment matul it-trimestri li ġejjin. Bl-istess mod, il-prezzijiet tal-ikel aċċelleraw fl-ewwel trimestru tal-2023 iżda mistennija jilħqu l-ogħla livell tagħhom fl-2023, f’konformità ma’ moderazzjoni fil-prezzijiet tal-prodotti agrikoli. B’reazzjoni għall-inflazzjoni għolja, il-kundizzjonijiet monetarji qed jissikkaw u din ix-xejra mistennija tkompli. B’riżultat ta’ dan, il-kostijiet tal-finanzjament tal-banek żdiedu u l-istandards tas-self issikkaw, u b’hekk naqqsu r-ritmu tal-fluss tal-kreditu tal-ekonomija. Filwaqt li fl-2023 l-inflazzjoni mistennija tkompli tonqos, se tibqa’ ferm ogħla mill-mira u se jibqa’ jkollha effett fuq il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, speċjalment fost il-gruppi b’introjtu baxx u medju baxx u n-negozji.
Is-suq tax-xogħol għadu ristrett u ż-żieda fil-pagi mistennija tissaħħaħ. Ir-rata ta’ impjieg, li laħqet l-74,8 % fl-aħħar trimestru tal-2022, qorbot lejn il-livell storiku tagħha. L-istaġnar fis-suq tax-xogħol u l-qgħad niżlu għal livelli baxxi rekord. Ir-rata tal-postijiet tax-xogħol battala fl-ekonomija ġenerali hija ogħla mill-medja tagħha tal-2010-2019, minkejja tnaqqis żgħir fit-tieni nofs tal-2022,u n-nuqqas ta’ ħaddiema qed iżommu l-produzzjoni ta’ għadd dejjem jikber ta’ kumpaniji. Rigward il-pagi, fl-2022 il-kumpens nominali għal kull impjegat żdied b’4,9 % fl-UE meta mqabbel mal-2021. Madankollu, dan il-pass għadu ferm taħt l-inflazzjoni, b’varjazzjonijiet kbar ħafna fost l-industriji u bejn l-Istati Membri. B’riżultat ta’ dan, fl-2022 il-pagi reali naqsu b’4 % fl-UE u dan wassal għal erożjoni sostanzjali tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema. Iż-żidiet reċenti fil-pagi minimi statutorji f’għadd ta’ Stati Membri, flimkien ma’ żidiet wara negozjati tal-pagi, jgħinu biex jittaffa t-telf fil-kapaċità tal-akkwist esperjenzat fl-2022. Fl-2024 is-suq tax-xogħol mistenni jibqa’ b’saħħtu u t-tkabbir fil-pagi huwa mistenni jirkupra u jaqbeż l-inflazzjoni.
Is-settur finanzjarju tal-UE wera li huwa reżiljenti fid-dawl tal-isfidi emerġenti. Is-sistema finanzjarja tal-UE saret aktar reżiljenti permezz ta’ regolamentazzjoni b’saħħitha, b’mod partikolari bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali għall-banek kollha, superviżjoni effettiva u qafas solidu għall-ġestjoni tal-kriżijiet, introdotti b’reazzjoni għall-kriżi finanzjarja globali, u l-progress fit-tlestija tal-Unjoni Bankarja u l-progress tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. L-impatt tat-taqlib riċenti fis-suq fl-Istati Uniti u fl-Iżvizzera minn Marzu 2023 lil hawn ma ttiħidx barra mill-UE. Madankollu, dan l-episodju enfasizza l-interkonnettività tas-swieq finanzjarji globali u l-fraġilità tas-sentiment tal-investituri. Barra minn hekk jenfasizza r-rwol kruċjali tar-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-ġestjoni tar-riskju tas-settur bankarju f’ambjent makrofinanzjarju diffiċli. L-inċertezzi ġeopolitiċi persistenti, il-pressjoni fit-tul tal-inflazzjoni u t-trasferiment gradwali ta’ politika monetarja aktar stretta tefgħu pressjoni fuq is-sistema finanzjarja. Ir-riskji għadhom għoljin minħabba l-livell għoli ħafna ta’ dejn f’xi partijiet tal-ekonomija u madwar id-dinja.
3. IL-BINI TA’ EKONOMIJA TAL-UE B’SAĦĦITHA U LI TIBQA’ VALIDA FIL-FUTUR - OBJETTIVI EWLENIN GĦAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PAJJIŻI 2023
Il-politika ekonomika għandha tkompli tindirizza r-riskji marbuta mal-inflazzjoni għolja, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi u l-kumpaniji vulnerabbli u tindirizza l-isfidi fit-tul. Minkejja t-tnaqqis fl-inflazzjoni tal-enerġija, il-pressjonijiet fuq il-prezzijiet mhux se jgħibu mil-lum għal għada. Il-ġlieda kontra l-inflazzjoni se tibqa’ l-prijorità politika ewlenija għaż-żmien li ġej. Dan jitlob li l-politiki monetarji u fiskali jkunu konsistenti. F’dak il-kuntest, il-miżuri fiskali li ttieħdu b’reazzjoni għax-xokk fil-prezz tal-enerġija għandhom jitneħħew fl-2023. Jekk il-prezzijiet tal-enerġija jerġgħu jibdew jiżdiedu u l-appoġġ ma jkunx jista’ jitwaqqaf kompletament aktar se jkunu kruċjali l-politiki mmirati li jappoġġaw lill-unitajiet domestiċi u lill-kumpaniji vulnerabbli milli politiki ta’ appoġġ wiesgħa u inqas effettivi. Iż-żidiet moderati fil-pagi sal-lum ma wasslux għal żidiet fl-inflazzjoni tal-prezzijiet, filwaqt li l-profittabbiltà korporattiva żdiedet. Madankollu, il-pagi nominali mistennija jkomplu jiżdiedu u l-interazzjoni mal-iżviluppi fil-prezzijiet għandha tiġi segwita mill-qrib. L-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ bħalissa poġġa l-enfasi fuq il-ħtieġa li jsir monitoraġġ tar-riskji makrofinanzjarji, isir aktar progress fir-rigward tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja. Lil hinn mill-prijoritajiet fuq żmien qasir, il-politika fil-livell tal-Istati Membri u tal-UE jeħtieġ li tkompli tindirizza l-isfidi fit-tul, inkluża l-ħtieġa li jissaħħu l-kompetittività, il-produttività, il-ħiliet u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi demografiċi u li jsir progress rapidu fit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, f’konformità mal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija essenzjali biex it-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali titħaffef u filwaqt li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE għall-isfidi tal-ġejjieni, filwaqt li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jenħtieġ li l-implimentazzjoni tagħha tibqa’ għaddejja mingħajr dewmien. Fit-tieni sena tal-implimentazzjoni tagħha l-RRF qed tirċievi livell ta’ appoġġ pubbliku għoli miċ-ċittadini Ewropej, tat appoġġ finanzjarju konsiderevoli u għenet lill-irkupru ekonomiku tal-UE wara l-COVID u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE. L-RRPs kollha ilhom fis-seħħ minn tmiem l-2022 u jirriflettu s-CSRs rilevanti kollha jew subsett sinifikanti minnhom. Diversi Stati Membri ngħataw għajnuna mill-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom. Sal-lum il-Kummissjoni pproċessat 24 talba għal pagament mill-RRF, u sal-lum żborżat total ta’ aktar minn EUR 152 biljun taħt l-RRF għall-implimentazzjoni b’suċċess tar-riformi u l-investimenti. Bl-inklużjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU, l-RRF uriet ukoll il-flessibbiltà tagħha biex tindirizza sfidi emerġenti ġodda marbuta b’mod partikolari mas-sigurtà tal-enerġija tal-UE u t-tranżizzjoni industrijali lejn ekonomija żero netti. Sabiex dawn il-benefiċċji jinkisbu bis-sħiħ, l-RRPs jeħtieġ li jiġu implimentati malajr, inkluż billi jiġu indirizzati r-riskji ta’ dewmien f’għadd ta’ każijiet. Filwaqt li sa tmiem l-2022 l-implimentazzjoni tal-RRPs kienet ġeneralment fit-triq it-tajba, xi Stati Membri qed jiffaċċjaw sfidi fl-amministrazzjoni tal-fondi, parzjalment minħabba kapaċità amministrattiva limitata jew ostakli għall-investiment. Il-proċess ta’ reviżjoni tal-RRPs li jinsab għaddej jirrappreżenta opportunità biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u tiżdied il-kapaċità ta’ assorbiment tal-fondi tal-RRF. Madankollu, fl-istess ħin, huwa mistenni li r-reviżjonijiet tal-pjanijiet se jkollhom impatt ukoll fuq l-iskeda tal-iżborż tal-fondi tal-RRF fl-2023 u wara. Sabiex tiġi żgurata prevedibbiltà suffiċjenti fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ self tal-UE u fl-istess ħin li l-awtorità baġitarja tingħata viżibbiltà adegwata f’termini tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament fix-xhur li ġejjin bħala parti mill-proċedura tal-Abbozz tal-Baġit 2024, huwa importanti li d-dewmien mistenni fl-ippjanar ta’ pagamenti futuri jiġi kkunsidrat kif xieraq. Fl-istess ħin, il-proċess ta’ reviżjoni b’suċċess tal-pjanijiet se jippermetti lill-Istati Membri jerġgħu jaqbdu t-triq it-tajba fl-2024 u jlaħħqu mal-iskeda tal-iżborż. Fl-istess waqt, minbarra li sa mill-bidu tal-pandemija ġew żborżati aktar minn EUR 186 biljun lill-Istati Membri mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020, il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 se jimmobilizzaw madwar EUR 505 biljun għall-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE. Dawn il-programmi jeħtieġ ukoll li jiġu implimentati malajr, inkluż billi jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ kapaċità ta’ assorbiment.
Ir-rapporti tal-pajjiżi ta’ din is-sena jidentifikaw azzjoni politika meħtieġa fil-livell tal-Istati Membri biex jingħelbu l-isfidi ekonomiċi u soċjali immedjati, filwaqt li jiżdiedu l-kompetittività u l-produttività fit-tul ukoll. Ir-rapporti tal-pajjiżi jipprovdu analiżi olistika tar-reżiljenza, l-iżviluppi u l-isfidi ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri, filwaqt li jqisu d-dimensjoni reġjonali. Dawn jinkludu valutazzjoni tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali, u dwar il-kisba tal-miri ewlenin u nazzjonali tal-UE tal-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar kif ukoll l-SDGs. Barra minn hekk, jagħtu attenzjoni partikolari lill-kompetittività u l-produttività fit-tul, filwaqt li jipprovdu analiżi aġġornata u aktar dettaljata dwar is-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija, it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u s-sostenibbiltà ambjentali. Ir-rapporti tal-pajjiżi jidentifikaw sfidi li huma indirizzati fuq bażi parzjali biss jew li mhuniex indirizzati fl-RRPs kif ukoll kull sfida emerġenti. Jagħtu wkoll ħarsa mill-qrib lejn il-progress fl-implimentazzjoni tal-RRP billi jipprovdu eżempji ta’ stadji importanti u miri li jintlaħqu, filwaqt li jenfasizzaw każijiet fejn jenħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji u d-dewmien fl-implimentazzjoni.
F’konformità mal-analiżi tar-rapport tal-pajjiż, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-CSRs tirrifletti l-isfidi identifikati u l-istatus ta’ implimentazzjoni tal-RRPs. Ir-rakkomandazzjonijiet huma maqsuma f’erba’ sottopartijiet:
1.rakkomandazzjoni dwar il-politika fiskali, inklużi riformi fiskali u strutturali fejn rilevanti;
2.rakkomandazzjoni biex titkompla jew titħaffef l-implimentazzjoni tal-RRP, inklużi r-reviżjonijiet tiegħu u l-integrazzjoni tal-kapitoli tar-REPowerEU, filwaqt li jitqiesu r-riskji potenzjali ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-pajjiż, u biex l-programmi tal-politika ta’ koeżjoni li ġew adottati jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli;
3.rakkomandazzjoni aġġornata dwar it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa f’konformità mal-objettivi tar-REPowerEU;
4.fejn rilevanti, rakkomandazzjoni addizzjonali dwar sfidi strutturali pendenti u/jew emerġenti ġodda jew sfidi relatati mal-impjiegi.
Ir-rakkomandazzjoni aġġornata u aktar granulari dwar l-isfidi ta’ riforma u investiment relatati mal-enerġija tikkontribwixxi għall-finalizzazzjoni li għaddejja tal-kapitoli tar-REPowerEU u tiggwida lill-Istati Membri fir-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima. Il-Kapitoli tar-REPowerEU li huma parti mill-RRPs, bil-finanzjament addizzjonali li jakkumpanjahom, jenħtieġ li jindirizzaw kif xieraq l-isfidi identifikati mis-CSRs b’rilevanza għar-REPowerEU. Is-CSRs se jipprovdu lill-Istati Membri bi gwida biex jindirizzaw l-isfidi ewlenin li jew indirizzati mill-RRP fuq bażi parzjali biss jew ma ġewx indirizzati għalkollox u se jgħinu fl-implimentazzjoni tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku fil-livell nazzjonali u reġjonali.
4. IT-TISĦIĦ TAL-KOMPETITTIVITÀ U TAL-PRODUTTIVITÀ B’MOD SOĊJALMENT INKLUŻIV - ĦARSA ĠENERALI LEJN L-ISFIDI KOMUNI LI ĠEW IDENTIFIKATI
Lil hinn mill-implimentazzjoni f’waqtha tar-riformi u l-investimenti koperti fl-RRPs, l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ sfidi pendenti jew emerġenti komuni u speċifiċi għall-pajjiż.
4.1 Stabbiltà makroekonomika
L-impatt tal-inflazzjoni għolja jwassal għal vulnerabbiltà ġdida f’kuntest fejn id-dejn pubbliku jeħtieġ li jonqos. L-azzjoni ta’ politika kkoordinata fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali għenet biex jittaffa l-impatt tal-COVID-19 kif ukoll iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħha, speċjalment fuq ditti u unitajiet domestiċi vulnerabbli. Madankollu, dawn il-kriżijiet wasslu għal dejn pubbliku ogħla f’diversi Stati Membri. Aktar reċentement, il-miżuri ta’ politika fiskali stabbiliti fl-2022 biex jindirizzaw il-kriżi tal-enerġija kellhom kostijiet fiskali mdaqqsa. Skont it-Tbassir Ekonomiku tar-Rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni, il-kost nett ta’ dawn il-miżuri jammonta għal 1,2 % tal-PDG annwali tal-UE fl-2022 u ammont simili fl-2023. Il-politika fiskali jenħtieġ li tkun prudenti sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tad-dejn, u b’hekk tappoġġa tkun ukoll ta’ appoġġ għall-politika monetarja. B’mod parallel, id-diverġenzi persistenti fir-rati tal-inflazzjoni u l-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji żiedu l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi.
Il-koordinazzjoni b’saħħitha tal-politika fiskali tal-UE u taż-Żona tal-Euro se tkun strumentali biex tiġi żgurata taħlita konsistenti ta’ politika fiskali u monetarja u se tiffaċilita l-kompitu tal-politika monetarja. Fl-2023 u l-2024 il-politiki fiskali jenħtieġ li jkunu prudenti sabiex tiġi żgurata enfasi fuq is-sostenibbiltà tad-dejn fuq terminu medju filwaqt li jiżdied it-tkabbir potenzjali u tiġi żgurata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali b’mod sostenibbli u reżiljenti. Skont xi tkun id-diffikultà tagħhom marbuta mad-dejn, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu d-dejn f’livelli prudenti jew jiżguraw tnaqqis tad-dejn plawżibbli u kontinwu fuq terminu medju. L-aġġustament fiskali għall-2024 jenħtieġ li jkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni attwali skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jħabirku biex iżommu jew iġibu d-defiċit tagħhom taħt il-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PDG. Kif inhu deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-gwida tal-politika fiskali għall-2024 tat-8 ta’ Marzu 2023, il-komponent fiskali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż proposti jinkorpora dawk l-elementi tal-proposti leġiżlattivi tas-26 ta’ April 2023 li huma konsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti.
Il-miżuri fiskali li ttieħdu b’reazzjoni għax-xokk fil-prezz tal-enerġija għandhom jitneħħew. It-tnaqqis kontinwu fil-prezzijiet tal-komoditajiet tal-enerġija qed irażżan l-inflazzjoni ewlenija mill-ogħla livell tagħha f’Ottubru 2022, għalkemm l-inflazzjoni ewlenija għadha għolja u tinsab fuq xejra li tiżdied. F’dan l-isfond, appoġġ fiskali fit-tul mhux immirat għall-unitajiet domestiċi u d-ditti jsaħħaħ il-pressjonijiet inflazzjonarji. Dan iżid il-probabbiltà li l-banek ċentrali jżidu l-issikkar tal-politika monetarja, u jitfa’ pressjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja. Jekk xi żidiet ġodda fil-prezzijiet tal-enerġija jkunu jeħtieġu miżuri ta’ appoġġ, dawn jenħtieġ li jkunu ffukati fuq il-protezzjoni ta’ unitajiet domestiċi u ditti vulnerabbli, fiskalment affordabbli u jenħtieġ li jżommu l-inċentivi għall-iffrankar tal-enerġija. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jtejbu l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, ikomplu jipproteġu l-investiment iffinanzjat fil-livell nazzjonali u jiżguraw l-użu effettiv tal-RRF u ta’ fondi oħra tal-UE, bħall-programm InvestEU, b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-UE. Fid-dawl tal-għargħar devastanti li laqat lill-Italja f’Mejju 2023, il-kost tal-appoġġ dirett ta’ emerġenza relatat ma’ dak l-għargħar se jitqies f’valutazzjonijiet sussegwenti tal-konformità u fil-prinċipju se jitqies bħala miżuri ta’ darba u temporanji.
Kif diġà indikat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2023 dwar il-gwida tal-politika fiskali għall-2024, billi bħalissa l-inċertezza dwar il-prospettiva makroekonomika għadha għolja, il-Kummissjoni tqis li deċiżjoni dwar jekk l-Istati Membri għandhomx jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv ma għandhiex tittieħed din ir-rebbiegħa. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex jiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv ibbażati fuq id-defiċit fir-rebbiegħa tal-2024 fuq il-bażi tad-data tal-eżitu għall-2023, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali eżistenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu dan meta jkunu qed jeżegwixxu l-baġits tagħhom għall-2023 u meta jkunu qed iħejju l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tagħhom għall-2024 din il-ħarifa.
Taħlita tat-taxxa bbilanċjata, għodod effettivi għall-ġlieda kontra strateġiji ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa u konformità mtejba tat-taxxa jikkontribwixxu għat-trattament ġust tal-kontribwenti u għal finanzjament effiċjenti tas-servizzi pubbliċi. It-trasferiment ta’ parti mill-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal tipi oħra ta’ taxxi, inkluża t-tassazzjoni ambjentali u fuq il-proprjetà immobbli, filwaqt li jitqies kif xieraq l-impatt distributtiv ta’ tali bidla, jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u jagħti spinta lit-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Strateġiji ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa minn ditti jew individwi fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom effetti konsegwenzjali negattivi fuq il-bqija tal-UE. Għalhekk, dan jitlob azzjoni deċiżiva u kkoordinata. Fost il-passi kruċjali kien hemm l-adozzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar il-Livell Minimu ta’ Tassazzjoni (Pilastru 2) dwar rata tat-taxxa effettiva minima ta’ 15 %, li għandha tiġi implimentata sa tmiem l-2023. Bl-istess mod, il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni kontinwi tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa jenħtieġ li jkomplu jnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u jagħtu spinta lid-dħul mit-taxxa.
L-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji żied il-vulnerabbiltajiet u r-riskji f’xi Stati Membri, u l-inflazzjoni diverġenti madwar l-UE tista’ twassal għal pressjonijiet kompetittivi. Ir-rata għolja tal-PDG nominali għoli, li hija xprunata mill-inflazzjoni, tgħin biex jitnaqqsu l-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat fuq medda qasira ta’ żmien, filwaqt li rati tal-imgħax ogħla jikkontribwixxu għall-kost tas-servizzjar tad-djun fuq bażi gradwali biss. Madankollu, l-issikkar tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament iżid ir-riskji assoċjati ma’ livelli għoljin ta’ dejn. Fl-2022 il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’mod qawwi f’diversi Stati Membri, iżda ż-żidiet bdew jimmoderaw hekk kif id-dħul beda jiġi taħt pressjoni u r-rati tal-imgħax bdew jiżdiedu. Fl-istess waqt, id-diverġenza fir-rati tal-inflazzjoni, flimkien ma’ żidiet fil-marġni tal-profitt u fil-kostijiet lavorattivi, tista’ twassal għal telf fil-kompetittività tal-kostijiet f’xi industriji u reġjuni. Id-defiċits fil-kont kurrenti kibru f’uħud mill-Istati Membri u dan jirrifletti prezzijiet ferm ogħla tal-importazzjoni tal-enerġija iżda wkoll, f’xi każijiet, domanda domestika qawwija.
Iż-żidiet reċenti fir-rati tal-imgħax qajmu tħassib dwar oqsma ta’ vulnerabbiltà fis-settur finanzjarju, u wrew li-ħtieġa ta’ monitoraġġ bir-reqqa. Il-progress li sar mill-UE fit-tisħiħ tas-superviżjoni bankarja u t-tlestija tal-Unjoni Bankarja huma passi importanti biex tiġi żgurata l-istabbiltà makrofinanzjarja. Barra minn hekk, is-self li ma jrendix qed jonqos u qed ikompli jiġi indirizzat, filwaqt li ż-żieda fir-rati tal-imgħax qed ittejjeb il-profittabbiltà tas-settur bankarju. Madankollu, ir-rati tas-self ipotekarju li qed jiżdiedu u d-deterjorament fil-kapaċità tas-servizz tad-dejn minħabba tnaqqis fl-introjtu reali tal-unitajiet domestiċi qed iwasslu għal żidiet fil-prezzijiet tad-djar f’xi pajjiżi. Is-settur tal-proprjetà immobbli kummerċjali f’ċerti pajjiżi ra tnaqqis simili fost żidiet fil-kostijiet ta’ finanzjament u l-indebboliment tar-rati ta’ okkupanza. F’dan l-isfond, il-monitoraġġ tal-kwalità tal-assi, l-involviment ma’ debituri f’diffikultà b’mod f’waqtu u proattiv (b’mod partikolari dawk vijabbli), it-titjib ulterjuri tal-effiċjenza tal-oqfsa ta’ insolvenza u l-iżvilupp ulterjuri tas-swieq sekondarji għal self li ma jrendix jibqgħu importanti. B’mod aktar ġenerali, l-isfidi relatati mad-diġitalizzazzjoni għadhom jeżistu u saħansitra intensifikaw f’xi oqsma, kif muri minn inċidenti ċibernetiċi fuq skala kbira aktar frekwenti. Ir-riskji relatati mal-intermedjazzjoni finanzjarja mhux bankarja u dawk li jistgħu jitfaċċaw bl-użu akbar ta’ finanzjament deċentralizzat jeħtieġ li jiġu mmonitorjati u indirizzati kif xieraq. Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u Ewropej kif ukoll mal-BĊE u l-korpi regolatorji internazzjonali hija ta’ importanza kbira għal dawn il-kwistjonijiet kollha.
Il-Kummissjoni identifikat vulnerabbiltajiet relatati ma’ żbilanċi makroekonomiċi jew żbilanċi eċċessivi fi 11-il Stat Membru fil-kuntest tal-proċedura ta’ żbilanċ makroekonomiku. Fir-rigward ta’ sitt Stati Membri, jidher li l-vulnerabbiltajiet reċenti ġew mrażżna fil-preżent u huma temporanji. Il-Kaxxa 2 tiġbor fil-qosor is-sejbiet rigward l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri bħalissa; L-Appendiċi 4 jagħti aktar dettalji.
Kaxxa 1: Aġġornament dwar is-sorveljanza taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir
Bħala parti mill-pakkett tas-Semestru Ewropew tar-rebbiegħa 2023, il-Kummissjoni adottat rapport skont l-Artikolu 126(3) TFUE għal 16-il Stat Membru. Dawn jikkonsistu mill-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja. Għal dawn l-Istati Membri kollha minbarra l-Finlandja, ir-rapport jivvaluta l-konformità tagħhom mal-kriterju tad-defiċit. Fil-każ tal-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, ir-rapport tħejja minħabba defiċit ippjanat fl-2023 li jaqbeż it-3 % tal-valur ta’ referenza tal-PDG skont it-Trattat, filwaqt li fl-2022 l-Istati Membri l-oħra kellhom defiċit tal-gvern estiż li jaqbeż it-3 % tal-PDG. Barra minn hekk, għal Franza, għall-Italja, għall-Finlandja, ir-rapport jevalwa l-konformità mal-kriterju tad-dejn fl-2022 fuq il-bażi tad-data tar-riżultat.
Kif diġà indikat fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta’ Marzu 2023 dwar il-gwida tal-politika fiskali għall-2024, il-Kummissjoni mhijiex qiegħda tipproponi li tiftaħ proċeduri ġodda ta’ defiċit eċċessiv fir-rebbiegħa tal-2023. Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, flimkien mal-impatt makroekonomiku u fiskali li fadal mill-pandemija tal-COVID-19, joħolqu inċertezza, inkluż għat-tfassil ta’ perkors dettaljat tal-politika fiskali. Fir-rigward tal-Istati Membri bi proporzjon ta’ dejn ’il fuq mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG, il-Kummissjoni tikkunsidra, fil-valutazzjoni tagħha tal-fatturi rilevanti kollha, li l-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis tad-dejn timplika sforz fiskali kkonċentrat fil-bidu li jkun wisq impenjattiv u li jissogra jipperikola t-tkabbir. Għaldaqstant, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-konformità mal-valur referenzjali tat-tnaqqis tad-dejn mhijiex ġustifikata taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi eċċezzjonali ta’ bħalissa.
Ir-Rumanija hija l-uniku Stat Membru taħt proċedura ta’ defiċit eċċessiv, fuq il-bażi tal-iżviluppi ta’ qabel il-pandemija. Fit-3 ta’ April 2020 il-Kunsill iddeċieda li kien jeżisti defiċit eċċessiv fir-Rumanija bbażat fuq defiċit eċċessiv ippjanat fl-2019. Fir-rakkomandazzjoni riveduta tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill talab lir-Rumanija biex ittemm is-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2024. Fl-2022 id-defiċit tal-gvern estiż tar-Rumanija kien konformi mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Fl-istess ħin, l-aġġustament fil-bilanċ strutturali kien taħt il-livell rakkomandat mill-Kunsill, filwaqt li r-rata ta’ tkabbir nominali tan-nefqa primarja netta tal-gvern kienet ogħla minn dik rakkomandata. Il-proċedura tinżamm sospiża.
Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri. Fil-ħarifa l-Kummissjoni se tadotta opinjonijiet dwar l-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji tal-Istati Membri taż-Żna tal-Euro, biex tiżgura li l-baġits tal-2024 ikunu konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma wkoll parti mill-pakkett tas-Semestru Ewropew tar-rebbiegħa 2023 u se jiġu adottati mill-Kunsill aktar tard fl-2023. Fir-rebbiegħa 2024 il-Kummissjoni se tipproponi lill-Kunsill biex jiftaħ proċeduri ta’ defiċit eċċessiv ibbażati fuq id-defiċit fuq il-bażi tad-data tal-eżitu għall-2023, f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali eżistenti.
Kaxxa 2: Żbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri
Il-Kummissjoni vvalutat l-eżistenza ta’ żbilanċi makroekonomiċi għall-17-il Stat Membru li ntgħażlu biex isirulhom rieżamijiet fil-fond fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija 2023. Minnhom, 10 Stati Membri kienu ġew identifikati bi żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi fl-aħħar ċiklu annwali ta’ sorveljanza taħt il-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku. Is-7 l-oħra tqiesu li juru riskji ta’ żbilanċi emerġenti ġodda. Bħala parti miċ-ċiklu ta’ sorveljanza ta’ din is-sena, u biex tinforma l-identifikazzjoni tal-iżbilanċi u l-iżbilanċi eċċessivi fir-rieżamijiet fil-fond ta’ din is-sena, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt ta’ xokkijiet komuni fuq l-ekonomiji ta’ Stati Membri partikolari u ppubblikat tliet noti tematiċi - dwar l-inflazzjoni, il-prezzijiet tad-djar u s-sostenibbiltà esterna.
Il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi hija kkaratterizzata minn inċertezza fid-dawl ta’ inflazzjoni għolja. Jekk id-dinamika inflazzjonarja diverġenti tissokta, il-kompetittività tal-kostijiet tista’ tiġi mminata fl-Istati Membri b’inflazzjoni għolja, li tista’ tirriżulta f’aktar vulnerabbiltajiet. Fl-istess ħin, inflazzjoni għolja ġġib magħha r-riskju ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti. L-inflazzjoni għandha wkoll konsegwenzi distributtivi negattivi. Dan it-tnaqqis jista’ jitnaqqas jekk nirritornaw lejn xejriet ta’ inflazzjoni baxxi u konverġenti madwar l-UE. Bl-istess mod, iż-żieda qawwija fil-prezzijiet tad-djar mill-2020, flimkien maż-żieda qawwija fil-kostijiet ta’ finanzjament u l-pressjoni fuq id-dħul reali tal-unitajiet domestiċi, iżidu l-prospett ta’ korrezzjonijiet tal-prezzijiet, b’mod partikolari fi Stati Membri bi swieq immobiljari aktar sopravalutati.
L-iżbilanċi li ilhom jeżistu relatati mad-djun pubbliċi u privati reġgħu bdew jonqsu bl-għajnuna tat-tkabbir ekonomiku nominali, b’mod partikolari l-inflazzjoni għolja. Il-proporzjonijiet tas-settur privat u tad-dejn pubbliku qed jonqsu, billi t-tkabbir nominali tal-PDG kellu effett qawwi ta’ denominatur. L-issikkar tal-kundizzjonijiet ta’ finanzjament iżid ir-riskju, b’mod partikolari f’pajjiżi u setturi fejn ir-rati tal-imgħax varjabbli huma prevalenti jew fejn il-ħtiġijiet ta’ (ri)finanzjament huma ogħla; il-volatilità tar-rata tal-kambju tista’ tkun ta’ piż fuq is-servizzjar tad-dejn fil-każ ta’ djun li jinżammu f’muniti barranin. Fuq in-naħa esterna, it-tkabbir nominali għoli tal-PDG inaqqas il-valur tal-pożizzjonijiet esterni tal-pajjiżi f’termini ta’ PDG, filwaqt li t-tnaqqis qawwi fil-bilanċi kummerċjali wassal għal tnaqqis ġenerali fil-kontijiet kurrenti, anki għall-pajjiżi kredituri netti. Madankollu, it-tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-enerġija mill-ogħla livelli tagħhom f’nofs l-2022 mistenni jsaħħaħ il-kontijiet kurrenti fl-2023, id-defiċits u s-surpluses bl-istess mod, u xi Stati Membri għadhom jirreġistraw defiċits u bilanċi favorevoli sinifikanti fil-kont kurrenti. Is-settur bankarju rnexxielu jegħleb il-pandemija sew, u s-self li ma jrendix kompla jonqos, b’mod partikolari f’pajjiżi fejn kien l-ogħla.
Il-Kummissjoni ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet fl-ambitu tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku. Il-vulnerabbiltajiet f’Ċipru qed jonqsu li wassal għal titjib fil-klassifikazzjoni tal-iżbilanċi tal-pajjiż. Min-naħa l-oħra, fl-Ungerija, il-vulnerabbiltajiet żdiedu sal-punt li jwassal għal sejba ġdida ta’ żbilanċi. Uħud mill-Istati Membri li kienu soġġetti għal rieżami fil-fond għall-ewwel darba f’dawn l-aħħar snin ma nstabux li qed jesperjenzaw żbilanċi f’dan l-istadju. L-iżviluppi huma ġeneralment favorevoli fil-bqija tal-Istati Membri li ġew analizzati iżda għad fadal diffikultajiet rilevanti. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont is-Semestru Ewropew u l-aġenda ta’ politika inkorporata fl-RRPs għandha tappoġġa tnaqqis ulterjuri fil-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi.
- Ċipru qed jesperjenza żbilanċi wara li kellu żbilanċi eċċessivi sal-2022 billi l-vulnerabbiltajiet relatati mad-dejn privat, id-dejn tal-gvern u l-dejn estern naqsu b’mod ġenerali iżda għadhom ta’ tħassib.
- Issa l-Ungerija nstabet li qed tesperjenza żbilanċi. Ir-riskji jxaqilbu ’l isfel, u l-iżbilanċi jistgħu jsiru eċċessivi fil-futur jekk ma titteħidx azzjoni politika b’mod urġenti.
- Il-Ġermanja, Spanja, Franza, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija u l-Iżvezja qed ikomplu jesperjenzaw żbilanċi.
- Ir-riskji fir-Rumanija jxaqilbu ’l isfel, u l-iżbilanċi jistgħu jsiru eċċessivi fil-futur jekk ma titteħidx azzjoni politika b’mod urġenti. Min-naħa l-oħra, il-vulnerabbiltajiet qed jonqsu fil-Ġermanja, fi Spanja u fil-Portugall sal-punt li l-issuktar ta’ dawn ix-xejriet is-sena d-dieħla tipprovdi bażi għal deċiżjoni ta’ ebda żbilanċ.
- Il-Greċja u l-Italja għadhom jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi, iżda l-vulnerabbiltajiet tagħhom jidhru li qed jonqsu, inkluż minħabba l-progress fil-politika.
- Iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u s-Slovakkja ma jinstabx li qed jesperjenzaw żbilanċi billi l-vulnerabbiltajiet jidhru li huma ġeneralment ikkontrollati fil-preżent.
L-Appendiċi 4 jagħti dettalji dwar l-aspetti speċifiċi għall-pajjiżi għas-17-il Stat Membru kkonċernati.
4.2 Enerġija u sostenibbiltà ambjentali
Minkejja l-kisbiet dwar is-sigurtà tal-provvista f’dawn l-aħħar xhur, it-tħejjija għax-xitwa li jmiss ma tagħtix lok għal kunfidenza żejda. Matul l-aħħar sena, l-UE għamlet progress notevoli fl-iffrankar tal-enerġija, fid-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija tagħha u fl-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura eżistenti. Il-konsum tal-gass naturali tal-UE naqas bi 17,7 % minn Awwissu 2022 sa Marzu 2023 meta mqabbel mal-konsum medju tal-gass għall-istess xhur bejn l-2017 u l-2022. F’Jannar 2023 is-sehem tal-importazzjonijiet tal-pipelines Russi fl-importazzjonijiet totali tal-gass tal-UE naqas għal 7 % minn madwar 50 % fl-imgħoddi.. Dan jirriżulta minn taħlita ta’ miżuri meħuda mill-UE u l-gvernijiet nazzjonali, bidliet strutturali fid-domanda, wkoll prezzijiet għoljin ukoll. Il-gass naturali likwifikat li jinġarr bil-baħar (liquified natural gas, LNG) kellu rwol importanti fis-sostituzzjoni tal-volumi tal-gass Russu u kien hemm żieda qawwija minn 81 bcm fl-2021 għal madwar 135 bcm fl-2022. Proġetti ġodda tal-LNG għandhom ikomplu jżidu l-kapaċità tal-importazzjoni tal-LNG tal-UE filwaqt li jevitaw intrappolament mhux meħtieġ fil-futur. Madankollu, waqfien totali potenzjali tal-provvista tal-gass mir-Russja, inċidenti infrastrutturali, nixfiet u manutenzjoni mhux ippjanata tal-impjanti tal-enerġija jistgħu joħolqu tħassib għas-sigurtà tal-provvista tal-UE, li titlob viġilanza kontinwa. L-isforz ta’ diversifikazzjoni permezz tal-LNG se jissaħħaħ fl-2023 bl-ewwel xiri konġunt tal-gass u l-intensifikazzjoni tal-komunikazzjoni ma’ fornituri alternattivi tal-gass. Barra minn hekk, il-miżuri fil-kapitoli tar-REPowerEU tal-RRPs tal-Istati Membri flimkien mal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, id-dħul mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, l-appoġġ finanzjarju mill-Fondi għall-Innovazzjoni u l-Modernizzazzjoni u l-programm InvestEU mistennija jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-enerġija billi jagħtu spinta lill-enerġija nadifa flimkien mal-effiċjenza enerġetika u jinċentivaw it-tnaqqis fid-domanda għall-enerġija, kif ukoll jindirizzaw il-faqar enerġetiku, jindirizzaw il-konġestjonijiet interni u transfruntiera fit-trażmissjoni u d-distribuzzjoni. Barra minn hekk, ir-razzjonalizzazzjoni tal-investimenti, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u t-tneħħija tal-ostakli li jippermettu l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tagħhom fil-grilja għadhom ta’ importanza kruċjali. Jenħtieġ li jsiru sforzi wkoll favur l-appoġġ tal-ħżin tal-elettriku u r-reżiljenza tal-grilja biex tiġi indirizzata ż-żieda fil-varjabbiltà tal-provvista u tad-domanda.
Bl-approvazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, l-enfasi issa għandha ddur fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-klima u l-enerġija. Il-pakkett isib bilanċ bejn l-ipprezzar, il-miri, l-istandards u l-miżuri ta’ appoġġ biex tintlaħaq il-mira klimatika għall-2030 stabbilita fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Il-miri klimatiċi u enerġetiċi ogħla għall-2030 u d-deċiżjoni tal-UE li tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili Russi jimplikaw li t-tranżizzjoni ekoloġika jenħtieġ li tkompli taċċellera. L-isfida li ġejja tinvolvi l-implimentazzjoni soda tal-miżuri ppjanati u/jew miftiehma. Fl-istess waqt, id-definizzjoni ta’ miżuri ġodda ta’ politika dwar il-klima u l-enerġija hija meħtieġa biex tintlaħaq l-ambizzjoni ogħla tal-2030. L-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali tal-Istati Membri dwar l-enerġija u l-klima se jwassal għal dan. Il-pjanijiet, li jenħtieġ li jqisu l-aħħar CSRs, jipprovdu prevedibbiltà tal-investiment fuq terminu qasir, medju u twil u huma kruċjali għall-mobilizzazzjoni tal-investimenti fuq skala kbira meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-2030 u l-2050. Jeħtieġ li jsiru aktar sforzi fil-biċċa l-kbira tal-oqsma bħall-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, is-sistemi tal-ikel, inkluża l-preservazzjoni tal-ħamrija u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità, u setturi oħra tal-użu tal-art. B’mod parallel, l-Istati Membri jeħtieġ li jwettqu l-objettivi l-oħra tal-politika ambjentali li nqablu fil-livell tal-UE, inkluż il-kisba ta’ tniġġis żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija. Id-diskrepanza annwali fl-investiment biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tal-UE lil hinn mill-klima u l-enerġija hija stmata li tilħaq il-EUR 110 biljun. L-ippjanar baġitarju għandu jqis l-obbligazzjonijiet kontinġenti marbuta mar-riskji relatati mal-klima u l-prattiki ta’ bbaġitjar ekoloġiku għandhom jiġu żviluppati aktar biex l-investiment pubbliku, il-konsum u t-tassazzjoni jiġu diretti mill-ġdid lejn prijoritajiet ekoloġiċi.
It-tisħiħ tat-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekosistemi industrijali se jnaqqas id-dipendenza ġenerali tal-UE fuq il-fjuwils fossili u jżid ir-reżiljenza tagħna għax-xokkijiet fil-provvista tal-enerġija. Ħafna kumpaniji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (small and medium-sized enterprises, SMEs) u dawk f’industriji intensivi fl-enerġija, intlaqtu b’mod gravi miż-żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija, anki wara li tqies l-appoġġ tal-gvern. Il-politiki jenħtieġ li jkomplu jiffukaw fuq il-promozzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika f’oqsma bħall-effiċjenza enerġetika tal-proċessi industrijali u tal-manifattura u tal-bini, id-dekarbonizzazzjoni tal-industrija u l-ekonomija ċirkolari. Is-sinerġiji mat-tranżizzjoni diġitali jenħtieġ li jiġu massimizzati. L-Istati Membri, permezz tal-RRPs tagħhom, jenħtieġ li jkomplu jinvestu fl-idroġenu rinnovabbli jew ħieles mill-fjuwils fossili fl-applikazzjonijiet diffiċli sabiex jitrażżnu fl-industrija u f’ċerti setturi tat-trasport, bħat-trasport bit-triq, it-trasport marittimu u l-avjazzjoni. Barra minn hekk, it-tnaqqis ulterjuri tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent u l-integrazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas jgħinu fl-internalizzazzjoni tal-kostijiet tad-degradazzjoni tan-natura u jinkoraġġixxu l-effiċjenza fir-riżorsi u l-produttività. Sabiex jiġi żgurat li l-ebda persuna u l-ebda reġjun ma jitħallew jaqgħu lura, jenħtieġ li jitqiesu l-impatti distributtivi, territorjali u soċjali. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jenħtieġ li jintuża tajjeb biex jikkontribwixxi għal tranżizzjoni ġusta għat-territorji l-aktar milquta, inkluż billi jappoġġa miżuri ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet.
L-azzjoni tal-Istati Membri biex iqassru u jissimplifikaw il-proċeduri tal-permessi hija kritika biex jiġu aċċellerati l-manifattura u l-użu tal-enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet żero netti oħra. Fost l-ostakli kbar fl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jistgħu jissemmew il-proċeduri twal u kumplessi għall-għoti ta’ permessi fil-livell nazzjonali. Fl-2022, fuq il-bażi tar-rappurtar min-negozji, it-Taskforce għall-Infurzar fis-Suq Uniku rrevediet madwar 170 ostaklu relatat mal-proċess biex tippermetti sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istati Membri kollha u qablet li tneħħi aktar minn 80 minnhom. Eżempji notevoli jinkludu proċeduri twal, awtoritajiet li jagħtu l-permessi b’nuqqas ta’ persunal, teħid ta’ deċiżjonijiet frammentat u nuqqas ta’ koordinazzjoni, li jwasslu għal deċiżjonijiet inkonsistenti u twaqqit fir-reġjuni kollha.
L-espansjoni u t-titjib aktar rapidi tal-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku, inklużi l-interkonnetturi transfruntiera, huma kundizzjoni ewlenija għall-integrazzjoni ta’ sehem ferm ogħla ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-elettrifikazzjoni ulterjuri tad-domanda. L-Istati Membri jenħtieġ li jiffukaw fuq faċilitajiet ġodda ta’ ħżin tal-enerġija fuq perjodu ta’ żmien twil u qasir biex jiżguraw il-flessibbiltà u s-sigurtà tal-provvista f’sistemi tal-enerġija b’sehem għoli ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli varjabbli. L-ambizzjoni tal-Istati Membri li jużaw l-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta (111 GW sal-2030) tenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżviluppaw grilji kruċjali lil hinn mill-kosta u jsaħħu l-grilja fuq l-art kif meħtieġ u mill-aktar fis possibbli.
It-tranżizzjoni ekoloġika se tiġi aċċellerata permezz tat-tisħiħ u l-innovazzjoni tal-kapaċità tal-manifattura fil-ktajjen tal-valur. Biex issaħħaħ ir-reżiljenza u l-kompetittività tat-teknoloġiji żero netti fl-UE u tagħmel is-sistema tal-enerġija tal-UE aktar sikura u sostenibbli, f’Marzu 2023 il-Kummissjoni pproponiet l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jeħtieġ li jkomplu jisfruttaw it-talent, l-assi intellettwali u l-kapaċitajiet industrijali tagħhom u jkomplu jħeġġu lill-investituri privati biex jipparteċipaw f’negozji ġodda bbażati fl-UE u jżidu l-innovazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiffukaw ukoll fuq li jegħlbu l-isfidi relatati man-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa f’diversi segmenti tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa. It-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur tal-enerġija nadifa huwa kruċjali biex jitwettaq il-pjan REPowerEU u l-ambizzjoni fit-tul tal-UE.
Il-manifattura tat-teknoloġija nadifa jeħtieġ li tiżgura aċċess għal materja prima kritika, inkluż permezz tad-diversifikazzjoni, ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni. L-ilħuq tal-objettivi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE jirrikjedi aċċess għal sorsi siguri, sostenibbli u diversifikati ta’ materja prima kritika, it-tnaqqis tad-dipendenza tagħna fuq fornituri uniċi u l-bini ta’ ktajjen tal-provvista siguri u sostenibbli għall-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-raffinar u għar-riċiklaġġ. F’dan il-kuntest, il-kapitalizzazzjoni u l-espansjoni tal-kooperazzjoni mas-sħab kummerċjali tal-UE, inkluż permezz tal-involviment fi sħubijiet strateġiċi ta’ benefiċċju reċiproku ma’ swieq emerġenti u ekonomiji li qed jiżviluppaw, se jkunu kruċjali. Is-soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari u l-mudelli tan-negozju jimplikaw ukoll opportunitajiet sinifikanti biex tittieħed azzjoni dwar objettivi ta’ awtonomija strateġika filwaqt li jiġi rispettat l-ambjent. It-tfassil għar-riċiklabbiltà, ir-riċiklaġġ u l-avvanz tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari huma prijoritajiet tal-Att dwar il-Materja Prima Kritika. Dan jenħtieġ li jiġi kkomplementat mill-Istati Membri, pereżempju fir-rigward tal-kalamiti permanenti u l-użu mill-ġdid tal-iskart tal-estrazzjoni. Jenħtieġ li jiġu żviluppati strateġiji koerenti li mhux biss ineħħu l-ostakli iżda li jippromwovu l-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ tal-materjali madwar l-Ewropa wkoll. B’mod aktar ġenerali, it-tranżizzjoni tal-industriji tal-UE għaċ-ċirkolarità għad trid timmaterjalizza, billi bejn l-2012 u l-2021 il-produttività tar-riżorsi ma tantx żdiedet.
4.3 Il-Produttività
Suq uniku li jiffunzjona tajjeb inaqqas il-lakuni fil-produttività u fil-kompetittività bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE. Minn mindu nħoloq tletin sena ilu s-suq uniku saħħaħ il-prosperità tal-Ewropa. In-negozji tal-UE jibbenefikaw minn 'suq domestiku' ta’ aktar minn 450 miljun konsumatur għall-prodotti tagħhom, aċċess aktar faċli għal firxa wiesgħa ta’ fornituri u kostijiet unitarji aktar baxxi, filwaqt li ċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn aktar innovazzjoni, prezzijiet aktar baxxi u standards ogħla ta’ sikurezza u protezzjoni ambjentali minħabba l-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji tal-UE. Barra minn hekk, iħares lill-UE minn xokkijiet kbar fid-domanda jew fil-provvista u jista’ jgħin biex jitrażżnu l-pressjonijiet fuq il-prezzijiet fi żminijiet ta’ inflazzjoni għolja. Fuq terminu medju sa twil, dan jista’ jgħin biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista u jappoġġa l-kapaċitajiet ta’ espansjoni għat-tranżizzjoni doppja u r-reżiljenza u s-sigurtà tal-UE. Għalkemm is-suq uniku huwa fundamentali għall-attraenza globali tal-UE, f’dawn l-aħħar deċennji t-tkabbir medju tal-produttività naqas u kien aktar dgħajjef milli f’ekonomiji ewlenin oħra, u b’hekk xekkel il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE
. F’diversi Stati Membri u reġjuni tal-UE, il-produttività qed tistaġna, u dan jirriżulta f’disparitajiet dejjem akbar b’mod partikolari fl-Istati Membri tal-UE. Hemm ukoll disparitajiet reġjonali sinifikanti fl-aċċess għall-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-mobbiltà, li jkomplu jiġu aċċentwati f’żoni rurali u ultraperiferiċi u f’żoni estremament remoti bħar-reġjuni ultraperiferiċi fejn l-aċċess għal servizzi essenzjali u ta’ appoġġ soċjali għadu ġeneralment ta’ sfida. L-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u tal-RRPs sal-2026 se tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-titjib tal-kompetittività tal-UE u għat-tisħiħ tal-koeżjoni tal-UE. Lil hinn mill-miżuri ta’ investiment, inkluż fil-programm InvestEU, l-RRPs jinkludu riformi mmirati lejn is-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju fil-livell nazzjonali u reġjonali, it-tħaffif tal-aċċess għall-finanzi u t-titjib tat-tkabbir u r-reżiljenza tal-SMEs permezz tat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-impjegati jew it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ riċerka u żvilupp tagħhom.
Suq uniku ġenwin għas-servizzi jwassal ukoll gwadanji sostanzjali fil-produttività. Is-swieq tas-servizzi tal-UE jħabbtu wiċċhom diversi sfidi, inkluża pressjoni kompetittiva baxxa, livelli ta’ produttività aktar baxxi u rati ta’ tkabbir aktar baxxi mill-manifattura, integrazzjoni baxxa tas-servizzi transfruntiera u mobbiltà professjonali batuta. It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet regolatorji fil-livell nazzjonali jżid il-kompetizzjoni u jiffaċilita l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u jżid l-offerta tas-servizzi fejn l-aktar ikun meħtieġ. Dan isaħħaħ il-kompetittività tal-industriji tal-manifattura li jiksbu ħafna servizzi professjonali u joffru dejjem aktar il-prodotti tagħhom flimkien mas-servizzi. Madankollu, il-progress fit-tnaqqis tal-ostakli regolatorji kien kajman u f’xi każijiet ir-riformi treġġgħu lura u għad hemm livell għoli ta’ restrizzjonijiet
. Pereżempju, l-ostakli regolatorji huma partikolarment prevalenti f’servizzi kummerċjali ewlenin (legali, ta’ kontabbiltà u għall-periti) f’ħafna Stati Membri. Is-settur tal-kostruzzjoni, li huwa kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika, ta’ sikwit jintlaqat minn rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u kwalifiki li huma ta’ piż bla bżonn. Ir-responsabbiltajiet u l-attivitajiet frammentati riżervati għal diversi professjonijiet u speċjalizzazzjonijiet (b’mod partikolari l-periti u l-inġiniera ċivili) iħallu impatt ulterjuri fuq il-moviment liberu tal-professjonisti. Meta mqabbel mal-2018, fl-2022 is-servizzi bl-imnut, il-livell ta’ restrizzjonijiet baqa’ l-istess jew saħansitra ogħla għal ħafna Stati Membri
.
It-tneħħija tal-ostakli regolatorji, filwaqt li jiġu żgurati l-governanza tajba u r-rispett għall-istat tad-dritt, iżidu r-reżiljenza istituzzjonali u jtejbu l-ambjent tan-negozju. Illum, 60 % tal-ostakli li qed iħabbtu wiċċhom magħhom u jiġu rrapportati min-negozji tal-UE huma tal-istess tip bħal dawk irrapportati 20 sena ilu. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn huma relatati mar-regolamentazzjoni nazzjonali u l-prattiki amministrattivi u jistgħu jiġu indirizzati direttament mill-Istati Membri. Il-benefiċċji tat-tneħħija tal-ostakli fil-livell tal-Istati Membri għas-Suq Uniku għall-oġġetti u s-servizzi fiha nnifisha tista’ żżid EUR 713-il biljun fl-ekonomija kollha kemm hi sa tmiem l-2029
. Ir-riformi taħt l-RFF jappoġġaw l-indirizzar tal-ostakli leġiżlattivi u amministrattivi u l-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex ikomplu jsaħħu r-riformi f’dan il-qasam bħala parti mir-reviżjonijiet li għaddejjin tagħhom. Dan jikkomplementa l-ħidma tat-Taskforce għall-Infurzar tas-Suq Uniku, kif issemma hawn fuq. L-użu tas-SOLVIT biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-suq uniku qed jiżdied ukoll, speċjalment fost il-partijiet ikkonċernati tan-negozju. Il-governanza tajba u r-rispett għall-istat tad-dritt, b’mod partikolari sistemi ġudizzjarji indipendenti, ta’ kwalità u effiċjenti, sistemi tat-taxxa li jiffunzjonaw u effettivi, kif ukoll l-insolvenza effettiva u oqfsa robusti kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi huma determinanti ewlenin ta’ ekonomija li taħdem għan-nies u li tgħin it-titjib tal-ambjent tan-negozju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tagħmel sforz ġdid biex tirrazzjonalizza u tissimplifika r-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet, bil-għan li tnaqqas dawk il-piżijiet b’25 %, mingħajr ma timmina l-objettivi ta’ politika relatati.
Swieq kapitali li jiffunzjonaw tajjeb huma kruċjali għall-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u għall-appoġġ tar-reżiljenza makroekonomika tal-UE u l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE. Il-finanzjament pubbliku, flimkien mal-aċċellerazzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, jistgħu jilliberaw l-ammonti sinifikanti ta’ finanzjament privat meħtieġ għat-tranżizzjoni doppja. Filwaqt li sar progress minn meta tnediet l-inizjattiva tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali fl-2015, is-swieq kapitali tal-UE għadhom frammentati u sottożviluppati, u dan juri l-ħtieġa għal aktar azzjoni konkreta. Fi klima ta’ rati tal-imgħax li qed jiżdiedu, ħafna negozji, b’mod partikolari l-SMEs, għandhom diffikultajiet biex jaċċessaw il-finanzjament. Aggravati mill-prezzijiet għoljin tal-enerġija, il-ħlasijiet tard jikkostitwixxu wkoll ostaklu għar-reżiljenza tan-negozji, b’mod partikolari għall-SMEs. Dan jitlob li jiżdiedu l-isforzi kollettivi biex isir progress, bl-involviment ta’ dawk li jfasslu l-politika u l-parteċipanti fis-suq madwar l-UE. Aktar kisbiet fil-produttività u l-kompetittività tal-UE se jiġu minn sistemi ta’ pagament aktar innovattivi u sikuri u minn qafas ta’ finanzjament miftuħ li se jippermettilna naħsdu l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni.
Id-diġitalizzazzjoni għandha rwol importanti fiż-żieda tal-kompetittività u teħtieġ forza tax-xogħol b’ħiliet diġitali aktar b’saħħithom, inkluż għall-SMEs, u diġitalizzazzjoni ulterjuri tas-servizzi pubbliċi. Popolazzjoni b’ħiliet diġitali żżid il-progress teknoloġiku u tixpruna l-produttività. Id-diġitalizzazzjoni tal-SMEs hija indispensabbli biex jiżdiedu l-potenzjal tal-innovazzjoni u l-kompetittività tagħhom. Dan jista’ jissaħħaħ permezz ta’ azzjoni komprensiva, kif issuġġerit miż-żewġ proposti reċenti għal rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali proposti, li t-triq għalihom tħejjiet permezz tad-djalogu strutturat dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali. It-trasformazzjoni diġitali tal-gvernijiet, li tinkludi t-twessigħ tal-firxa tas-servizzi pubbliċi disponibbli online u d-disponibbiltà ta’ data miftuħa, ittejjeb l-effiċjenza tan-negozju. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni diġitali ssaħħaħ it-tranżizzjoni ekoloġika, billi t-teknoloġiji diġitali bħad-data u s-servizzi spazjali għandhom rwol sinifikanti fl-azzjoni klimatika. Il-programm ta’ politika dwar id-Deċennju Diġitali joffri pjan direzzjonali biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ trasformazzjoni diġitali tal-UE, li jwitti t-triq għal Ewropa aktar kompetittiva.
Is-swieq tal-akkwist pubbliku jiddependu fuq il-kompetizzjoni miftuħa biex jagħtu l-aħjar valur għall-flus tas-settur pubbliku. F’dawn l-aħħar snin l-għadd ta’ offerti pubbliċi b’offerta waħda biss żdied. Fl-2022 dan laħaq l-ogħla sehem fil-livell tal-UE (37 %) mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku fl-2014
. L-isforzi tal-Istati Membri biex inaqqsu dan is-sehem huma bżonnjużi biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi. L-akkwist pubbliku jista’ jistimula l-ktajjen tal-provvista permezz tad-diversifikazzjoni tad-domanda. Meta jintuża strateġikament b’enfasi li ma ddurx biss fuq il-prezz, dan jista’ jtejjeb ukoll il-kwalità, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà. Permezz tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jenħtieġ li jkun aktar faċli biex SMEs innovattivi u sostenibbli, jew konsorzji inklużi SMEs, jipparteċipaw fl-akkwist. Fejn possibbli, l-offerti għandhom jitfasslu b’tali mod li l-SMEs ikunu jistgħu jipparteċipaw.
L-innovazzjoni hija waħda mill-muturi ewlenin ta’ tkabbir aktar b’saħħtu fil-produttività, iżda qed tiffaċċja diversi ostakli. In-nuqqas ta’ persunal b’ħiliet għolja fix-xjenza, fit-teknoloġija, fl-inġinerija u fil-matematika (science, technology, engineering and mathematics, STEM) sar sfida komuni għall-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u dan idgħajjef il-potenzjal tat-tkabbir tad-ditti, inkluż f’setturi ta’ innovazzjoni għolja u ta’ teknoloġija għolja. L-innovazzjoni hija kkonċentrata ħafna f’xi Stati Membri u reġjuni tal-UE, b’mod partikolari fir-reġjuni kapitali u reġjuni metropolitani oħra, u għadha ħafna ogħla fit-Tramuntana u l-Punent tal-Ewropa. Is-saħħa tal-prestazzjoni tal-innovazzjoni qed tinżamm lura minn sensiela ta’ nuqqasijiet bħal investiment pubbliku insuffiċjenti u/jew irregolari fir-RuŻ, konessejonijiet dgħajfa bejn l-akkademja u n-negozju fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jew appoġġ pubbliku ineffettiv għall-innovazzjoni tan-negozju. Pereżempju, ċerti innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jintlaqtu minn nuqqas ta’ impriżi li qed jespandu, diffikultajiet fl-aċċess għall-kapital, piżijiet regolatorji u ostakli fis-suq uniku. Bosta miżuri qed jiġu implimentati fl-RRPs. L-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni u inizjattivi oħra bħall-Widien tal-Innovazzjoni Reġjonali se jgħinu wkoll biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati.
4.4 L-Ekwità
Filwaqt li sal-lum is-suq tax-xogħol tal-UE wera li huwa reżiljenti, inflazzjoni għolja u inċertezza jistgħu jaffettwaw il-prospetti tas-suq tax-xogħol u qed jaffettwaw lill-unitajiet domestiċi. Is-suq tax-xogħol fl-UE kiseb rata rekord ta’ impjieg ta’ [74,8 %] fir- [raba’ trimestru] tal-2022, li jimmarka progress sostanzjali lejn il-mira tar-rata ta’ impjieg tal-2030 ta’ mill-anqas 78 %. In-nuqqas ta’ ħaddiema u ħiliet għadu għoli u ogħla mil-livelli tal-2019, iżda beda jonqos fit-tieni nofs tal-2022 hekk kif issuktat il-prestazzjoni ġeneralment pożittiva tas-suq tax-xogħol. Madankollu, it-tnaqqis fl-attività ekonomika mistenni li jissarraf fi żviluppi aktar dgħajfa fis-suq tax-xogħol fl-2023 u l-2024, filwaqt li f’xi reġjuni d-disparitajiet reġjonali fis-suq tax-xogħol għadhom għoljin b’rati ta’ impjieg baxxi sa 50 %. Fl-istess ħin, għad hemm diskrepanzi mdaqqsa fl-impjiegi għal xi gruppi tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ. Il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u medju inferjuri, b’mod partikolari, intlaqtet miż-żidiet kbar fil-prezzijiet, speċjalment fl-ikel, fl-enerġija u fit-trasport. Dawn l-oġġetti jirrappreżentaw ishma ogħla fil-basktijiet tal-konsum tagħhom, u jitolbu miżuri ta’ politika soċjali mmirati tajjeb. F’dan il-kuntest, politiki dwar il-pagi reattivi, u negozjar kollettiv effettiv huma kruċjali għall-promozzjoni ta’ żviluppi adegwati fil-pagi reali, speċjalment għall-ħaddiema b’introjtu baxx. F’dan ir-rigward, l-aġġornamenti regolari tal-pagi minimi għandhom rwol importanti. L-adozzjoni tad-direttiva tal-UE dwar il-pagi minimi
toħloq momentum pożittiv għal dawk il-miżuri li jiżguraw pagi minimi adegwati.
Sabiex jittaffa t-telf fil-kapaċità tal-akkwist u tiġi evitata żieda fir-riskji tal-faqar, is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali jeħtieġ li jiġu salvagwardjati u msaħħa, inklużi l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tagħhom. Biex jiġi evitat li l-persuni jaqgħu fil-faqar jew l-esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar enerġetiku, u biex l-inugwaljanzi eżistenti ma jiġux aggravati, irid isir monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni soċjali u huma meħtieġa reazzjonijiet politiċi fil-pront. Fil-kuntest taż-żieda fl-għoli tal-ħajja, it-tnaqqis tad-differenzi fl-aċċess għal protezzjoni soċjali u sistemi ta’ inklużjoni soċjali adegwati u sostenibbli għandu rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-impatt ta’ inflazzjoni għolja fuq persuni vulnerabbli, flimkien ma’ żviluppi fil-pagi li jtaffu t-telf fil-kapaċità tal-akkwist b’mod partikolari għal dawk bi dħul baxx. Huwa importanti li l-mekkaniżmi strutturali jew ad hoc għall-aġġustament tal-benefiċċji soċjali b’reazzjoni għal inflazzjoni għolja biex tinżamm l-adegwatezza tagħhom, filwaqt li jiġi żgurat li l-kostijiet rispettivi jibqgħu fiskalment sostenibbli. Fl-istess ħin, is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u s-sistemi ta’ inklużjoni jeħtieġ li jħarsu l-inċentivi tax-xogħol u jippromwovu b’mod attiv il-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta’ servizzi integrati ta’ kwalità. It-tixjiħ tal-popolazzjoni, il-piż tal-mard kroniku, id-domandi ġodda tas-saħħa u t-teknoloġiji l-ġodda se jirrikjedu wkoll il-ħolqien ta’ aktar impjiegi fis-setturi tas-saħħa u dawk soċjali, u dan b’settijiet ta’ ħiliet li qed jinbidlu, Irid jittejjeb l-aċċess għal kura tas-saħħa u kura fit-tul affordabbli, ta’ kwalità u sostenibbli. Is-servizzi elettroniċi tas-saħħa jkomplu jittrasformaw il-mod kif in-nies jaċċessaw u jirċievu l-kura tas-saħħa, u dan jirrikjedi livell dejjem akbar ta’ ħiliet diġitali kif ukoll versatilità ogħla mill-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa.
Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali biex jiġu indirizzati u evitati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ħiliet. L-akbar nuqqas ta’ ħaddiema bħalissa jinsab fil-kura tas-saħħa u l-kura fit-tul, fl-ospitalità, fil-kostruzzjoni, fl-ICT u f’okkupazzjonijiet relatati, u f’setturi ewlenin għat-tranżizzjoni ekoloġika bħas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew l-effiċjenza enerġetika. Lil hinn mill-iżviluppi ċikliċi, in-nuqqas ta’ ħiliet jirrifletti l-bidliet strutturali fl-ekonomija tal-UE, inkluż it-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li għaddejjin bħalissa, li jwassal għal tibdil fir-rekwiżiti tal-ħiliet. Fl-istess ħin jesponu d-dgħufijiet eżistenti fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ. Għalkemm qed imur għall-aħjar, is-sehem ta’ żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ għadu għoli f’xi Stati Membri. Fl-2018, wieħed minn kull ħames persuni ta’ 15-il sena ma kellux ħiliet bażiċi, u ż-żgħażagħ minn sfondi żvantaġġati kienu kważi sitt darbiet aktar probabbli li ma jiksbux livell akkademiku. F’dawn l-aħħar ftit snin, il-pressjoni fuq is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ żdiedet hekk kif kellhom ilaħħqu mal-impatt tal-pandemija, in-nuqqas ta’ infrastruttura diġitali xierqa u n-nuqqas dejjem jikber ta’ għalliema fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, b’mod partikolari fis-suġġetti l-aktar rilevanti għat-tranżizzjoni doppja. Filwaqt li l-kisba tal-edukazzjoni terzjarja qed tiżdied, is-sehem tal-gradwati STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) ma jilħaqx id-domanda tas-suq tax-xogħol fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. It-tisħiħ tal-kwalità, l-inklużività u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha madwar l-Unjoni huwa kruċjali għal swieq tax-xogħol b’saħħithom u tranżizzjoni ġusta. Bl-istess mod, iż-żieda fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol tan-nisa, taż-żgħażagħ u tal-gruppi sottorappreżentati u vulnerabbli, bħall-persuni b’diżabilità, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni u r-Rom, tibqa’ opportunità kbira għal tkabbir inklużiv u ekwu.
B’mod partikolari, l-iżvilupp u l-akkwist ta’ ħiliet u kompetenzi rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika qed isiru aktar urġenti. Qed isir dejjem aktar importanti li jiġi żgurat li l-ħaddiema kollha, b’mod partikolari dawk f’setturi aktar affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kisbiet fl-impjiegi ta’ ekonomija żero netti. Il-profili vokazzjonali u tekniċi se jiġu mfittxija b’mod partikolari fid-dawl tat-tranżizzjoni aċċellerata tal-enerġija u t-trasformazzjoni teknoloġika fil-kuntest tal-Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku tal-UE. L-Istati Membri jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema sinifikanti u li qed jikber, filwaqt li l-provvista baxxa ta’ taħriġ f’setturi ewlenin tista’ toħloq ostakli fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet netti. L-isfida hija saħansitra aktar b’saħħitha f’xi reġjuni periferiċi jew staġnati ekonomikament. F’dan il-kuntest, huwa kruċjali li l-Istati Membri jappoġġaw l-antiċipazzjoni, l-akkwist u l-għoti ta’ ħiliet għall-ekonomija ekoloġika, kif enfasizzat fis-CSRs lill-Istati Membri kollha u f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jinħolqu opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Il-promozzjoni tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid għall-ħaddiema tas-settur pubbliku fil-livelli kollha (inkluża l-amministrazzjoni lokali) taċċellera wkoll l-investimenti u r-riformi meħtieġa għat-tranżizzjoni ekoloġika.
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew Plus, jokkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha. Il-miżuri appoġġati jinkludu t-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, ir-riformi tal-kurrikulu, l-immodernizzar tal-edukazzjoni għolja, l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni mis-sistema edukattiva għas-suq tax-xogħol, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid - b’mod partikolari għall-ħiliet rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika - kif ukoll ir-riforma u l-immodernizzar tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol. Bl-appoġġ tar-rikwalifikazzjoni aċċellerata tal-forza tax-xogħol lejn ħiliet rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika, il-kapitoli ddedikati tar-REPowerEU li għandhom jiġu inklużi fl-RRPs eżistenti se jiżguraw finanzjament addizzjonali għar-riformi u l-investimenti f’dan il-qasam. Flimkien ma’ dawn l-investimenti miżjuda, inkluż taħt il-programm InvestEU, il-politika ambizzjuża u sostenibbli dwar il-migrazzjoni legali proposta mill-Kummissjoni fil-pakkett tagħha dwar il-Ħiliet u t-Talent tista’ tgħin ukoll biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħaddiema u ħiliet u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-forza tax-xogħol Ewropea. Is-Sena Ewropea tal-Ħiliet 2023 se tipprovdi impetu ġdid biex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati u jiġi mobilizzat il-finanzjament pubbliku u privat sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema fuq terminu medju sa twil b’mod partikolari fil-ħiliet diġitali u ekoloġiċi.
Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kważi 4 miljun persuna spostata ntlaqgħu fl-UE skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja. L-inklużjoni fis-suq tax-xogħol hija fundamentali biex in-nies spostati jkunu indipendenti finanzjarjament biex jappoġġaw lill-familji tagħhom u biex jikkontribwixxu fil-komunità li tilqagħhom. Skont l-istimi disponibbli, bejn 600 000 u 1 miljun benefiċjarju ta’ protezzjoni temporanja sabu impjieg madwar l-UE, filwaqt li aktar minn 350 000 irreġistraw bħala persuni li qed ifittxu impjieg. L-ostakli lingwistiċi huma ostaklu kbir biex dawn in-nies jibdew jaħdmu, u dan juri l-importanza tat-taħriġ lingwistiku. Il-validazzjoni rapida tal-ħiliet u r-rikonoxximent tal-kwalifiki, inkluż f’setturi li hemm domanda għalihom bħall-kura tas-saħħa, huma importanti wkoll biex jiġi żgurat li n-nies ikunu jistgħu jaċċessaw xogħol li jaqbel mal-ħiliet u l-esperjenza tagħhom. Bosta Stati Membri diġà ħadu passi importanti biex jiffaċilitaw dan il-proċess, f’konformità mal-gwida tal-Kummissjoni, fost l-oħrajn permezz tal-użu wkoll tal-flessibbiltajiet ta’ finanzjament ipprovduti mill-CARE (Cohesion Action for Refugees in Europe, Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa). Billi ħafna benefiċjarji ta’ protezzjoni temporanja huma nisa bit-tfal, id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal hija prekundizzjoni partikolarment kritika għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.
L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tkompli tiggwida l-konverġenza soċjali ’l fuq fl-UE. Sentejn wara s-Summit Soċjali ta’ Porto u l-impenji li saru dwar il-miri ewlenin tal-2030 dwar l-impjiegi, il-ħiliet u t-tnaqqis tal-faqar, l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti meħtieġa biex isir progress lejn il-miri nazzjonali għadha prijorità għall-Istati Membri. Dan huwa essenzjali għall-appoġġ tal-konverġenza soċjali ’l fuq u l-koeżjoni soċjali fl-UE. Bħala parti mill-Pakkett tar-Rebbiegħa, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-Linji Gwida dwar l-Impjiegi jiġu riportati għaċ-ċiklu annwali li jmiss. Dan isegwi bidla kbira fl-2022 biex jiġu riflessi aħjar l-ambjent ta’ wara l-COVID u l-aktar inizjattivi ta’ politika reċenti, kif ukoll diskussjonijiet dejjem jikbru dwar l-importanza li jiġi żgurat benesseri sostenibbli u inklużiv.
5. Konklużjoni
Fid-dawl tar-realtà ġeopolitika attwali u tal-isfidi ekonomiċi u soċjali kumplessi, l-UE qed tħabrek biex tibni ekonomija robusta u valida għall-futur li tiżgura prosperità u kompetittività fit-tul għal kulħadd. Dan jitlob approċċ integrat fl-oqsma kollha ta’ politika biex jiżdiedu l-produttività, ir-reżiljenza, il-ġustizzja u t-tkabbir sostenibbli tul il-bażi ekonomika kollha. Is-Semestru Ewropew jipprovdi l-qafas ta’ koordinazzjoni tal-politika t-tajjeb għal dak l-għan, filwaqt li jinkorpora wkoll l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni. Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-RRP miexja sew f’xi Stati Membri, f’oħrajn hemm ir-riskju ta’ dewmien fir-rigward tal-kalendarji indikattivi ta’ implimentazzjoni li ġew maqbula fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill. Filwaqt li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni 2014-2020 se tintemm fl-2023, il-programmi 2021-2027 li ġew adottati dan l-aħħar joffru opportunità biex tingħata spinta lill-investiment f’komplementarjetà sħiħa mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Sabiex jiġi żgurat progress dejjiemi, l-Istati Membri għandhom ikomplu jiffukaw fuq l-implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tal-RRPs sal-2026 u jipproċedu malajr biex jimplimentaw il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni maqbula reċentement. Ir-reviżjonijiet previsti tal-RRPs, inklużi l-kapitoli tar-REPowerEU b’finanzjament addizzjonali flimkien mal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni, huma opportunità biex jiġu indirizzati l-isfidi persistenti identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inkluż fil-qasam tal-klima u l-enerġija.
Ir-rapporti tal-pajjiżi tal-2023 jipprovdu stampa tal-iżviluppi u l-isfidi ekonomiċi, soċjali u dawk marbuta mas-suq tax-xogħol li qed jiġu ffaċċjati bħalissa mill-Istati Membri. L-analiżi tal-isfidi tirfed is-CSRs 2023. Is-Semestru Ewropew ta’ din is-sena jagħti attenzjoni partikolari lis-suġġett tal-kompetittività u l-produttività fit-tul, filwaqt li jipprovdi wkoll analiżi aġġornata u aktar dettaljata tas-sigurtà u l-affordabbiltà tal-enerġija. Il-Kummissjoni tappella għal azzjoni ambizzjuża mill-Istati Membri biex jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet li ġew esposti minn kriżijiet reċenti u li ġew identifikati fir-rapporti tal-pajjiżi fil-livell nazzjonali u reġjonali. Dan jinkludi t-tisħiħ tar-reżiljenza u tal-produttività, l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament, il-provvista ta’ enerġija affordabbli, it-tnaqqis tad-dipendenzi strateġiċi, l-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-iżgurar tal-ħiliet għall-futur, l-appoġġ għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u li l-bażi ekonomika, xjentifika, industrijali u teknoloġika ssir adatta għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali filwaqt li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura.
Il-Kummissjoni tappella lill-Kunsill Ewropew biex jappoġġa u lill-Kunsill biex jadotta l-proposti tal-Kummissjoni għas-CSRs 2023. Tappella wkoll lill-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet b’mod sħiħ u f’waqtu, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali tagħhom, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra.
APPENDIĊI 1 - ĦARSA ĠENERALI LEJN L-OQSMA TEMATIĊI KOPERTI FI-RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PAJJIŻI
|
Kategorija Ġenerali
|
It-tranżizzjoni ekoloġika
|
It-tranżizzjoni diġitali, il-produttività u s-suq uniku
|
L-Impjiegi, il-politiki soċjali u l-ekwità
|
Stabbiltà makroekonomika
|
Ir-reżiljenza istituzzjonali
|
|
Oqsma ta’ politika
|
L-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli
|
L-effiċjenza tal-enerġija
|
L-adattament għat-tibdil fil-klima
|
Il-ġestjoni ambjentali u tar-riżorsi
|
It-trasport
|
Il-konnettività diġitali, l-infrastruttura u l-funzjonament tas-suq
|
Id-diġitalizzazzjoni tan-negozji
|
Id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika
|
L-ambjent tan-negozju (inklużi l-politiki tal-SMEs)
|
Is-suq uniku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat
|
L-intrapriżi li huma proprjetà tal-Istat
|
L-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet
|
Ir-riċerka u l-innovazzjoni
|
Is-suq tax-xogħol
|
Il-politiki attivi tas-suq tax-xogħol
|
L-opportunitajiet indaqs
|
L-iffissar tal-pagi u l-pagi
|
Il-Ħiliet, l-ETV kontinwu u t-tagħlim għall-adulti
|
L-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal
|
L-edukazzjoni (ġenerali, ETV inizjali u edukazzjoni għolja)
|
Is-sistemi tal-pensjonijiet u t-tixjiħ attiv
|
Il-faqar, l-inklużjoni soċjali u l-protezzjoni soċjali
|
L-iżvilupp reġjonali u s-servizzi pubbliċi lokali
|
Il-kura tas-saħħa
|
Il-kura fit-tul
|
Il-qafas baġitarju u l-governanza fiskali
|
Il-politika tat-tassazzjoni
|
L-amministrazzjoni tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa
|
Is-servizzi finanzjarji u l-istabbiltà finanzjarja
|
L-aċċess għall-finanzi u l-finanzjament tat-tkabbir
|
Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus
|
L-akkomodazzjoni
|
Id-dejn tas-settur privat u l-qafas tal-insolvenza
|
L-amministrazzjoni pubblika
|
Il-Korruzzjoni
|
Il-kwalità tat-Tfassil tal-Liġi
|
Is-Sistema Ġudizzjarja
|
|
01 BE
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
02 BG
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
03 CZ
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
04 DK
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
05 DE
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
06 EE
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
07 IE
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
08 EL
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
09 ES
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
10 FR
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
11 HR
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
12 IT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
13 CY
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
14 LV
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
15 LT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
16 LU
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
17 HU
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
18 MT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
19 NL
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
20 AT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
21 PL
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
22 PT
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
23 RO
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
24 SI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
25 SK
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
26 FI
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
27 SE
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
APPENDIĊI 2 - PROGRESS FL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PAJJIŻI
Is-Semestru Ewropew 2023 jieħu kont tal-azzjoni ta’ politika tal-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-isfidi strutturali identifikati fis-CSRs adottati mill-2019. Wara l-istabbiliment tal-RRF bħala għodda ċentrali biex jitwettqu l-prijoritajiet ta’ politika tal-UE u dawk nazzjonali, il-valutazzjoni tas-CSR tal-2023 tqis l-azzjoni ta’ politika meħuda mill-Istati Membri sal-lum
, kif ukoll l-impenji meħuda fil-pjanijiet għall-RRPs, skont il-grad ta’ implimentazzjoni tagħhom. Għaldaqstant, il-valutazzjoni tirrifletti l-istadji, li għadhom relattivament bikrin, ta’ bħalissa fl-implimentazzjoni tal-RRPs, aktar milli l-livell ta’ progress li jista’ jinkiseb jekk wieħed jassumi implimentazzjoni sħiħa tal-pjanijiet sal-2026
.
|
Grafika 1: Il-livell attwali ta’ implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2020
|
Grafika 2: Implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2022: valutazzjoni annwali f’kull sena konsekuttiva fil-konfront tal-implimentazzjoni sa issa
|
|
Nota: Il-valutazzjoni pluriennali fil-Grafika 1 tħares lejn l-implimentazzjoni tas-CSRs tal-2019-2020 miż-żmien li fih ir-CSR ġew adottati l-ewwel darba sal-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Fil-Grafika 2, il-valutazzjoni annwali turi l-progress li ġie rreġistrat fl-ewwel sena wara l-adozzjoni tas-CSRs filwaqt li l-valutazzjoni pluriennali turi l-valutazzjoni ta’ din is-sena tas-CSRs li għaddew. Ta’ min jinnota li s-CSRs tal-2021 huma relatati biss mal-politika fiskali.
|
Minn perspettiva pluriennali, tal-anqas inkiseb xi progress fir-rigward ta’ 68 % tas-CSRs tal-2019-2020 (ara l-Grafika 1). Meta mqabbel mal-valutazzjoni tas-sena l-oħra, inkiseb progress addizzjonali kemm fir-rigward tas-CSRs tal-2019 ta’ natura struttrali u tas-CSRs tal-2020 orjentati aktar lejn il-kriżi. Il-perċentwal ta’ dawn is-CSRs li tal-anqas għamlu xi progress fl-implimentazzjoni għalhekk żdied b’mod kostanti minn 59 % fl-2021, għal 63 % fl-2022, u issa laħaq it-68 %. Dan juri b’mod ċar l-inċentivi tal-RRF mill-2021, u l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni mistenni jkompli jsaħħaħ l-implimentazzjoni tas-CSR fis-snin li ġejjin. F'dawn l-aħħar snin l-akbar progress tal-Istati Membri sar fl-aċċess għall-finanzi u s-servizzi finanzjarji, segwiti mill-funzjonament tas-suq tax-xogħol, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ambjent tan-negozju. Fl-istess ħin il-progress kien inqas viżibbli fl-oqsma tas-suq uniku, il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat, l-akkomodazzjoni, il-kura fit-tul u s-sistemi tal-pensjonijiet.
Il-progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet adottati fl-2022 kien sostanzjali wkoll. L-Istati Membri għamlu almenu “xi progress” fi kważi 52 % tar-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom f’Lulju 2022 (Grafika 2). Meta jitqiesu dawk l-oqsma li fihom għadd sinifikanti ta’ Stati Membri rċevew rakkomandazzjoni fl-2022, il-biċċa l-kbira tal-progress ġenerali nkiseb fil-qafas baġitarju u l-governanza fiskali, segwiti mit-trasport, l-ambjent tan-negozju u l-effiċjenza enerġetika. B’kuntrast ma’ dan, sar inqas progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-politika tat-tassazzjoni.
Ir-riżultati tal-valutazzjoni tas-CSR tal-2023, flimkien ma’ dawk tas-snin li għaddew se jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
APPENDIĊI 3 - IL-PROGRESS MADWAR L-UE TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-SDGs
Nota: Iċ-ċifra ta’ hawn fuq turi l-pass li bih l-UE għamlet progress lejn kull wieħed mis-17-il għan matul l-aktar perjodu reċenti ta’ ħames snin skont l-indikaturi magħżula. Il-metodu għall-valutazzjoni tat-tendenzi tal-indikaturi u l-aggregazzjoni tagħhom fil-livell tal-objettivi, kif ukoll analiżijiet aktar dettaljati huma disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat:
Ħarsa ġenerali - Indikaturi tal-iżvilupp sostenibbli - Eurostat (europa.eu)
.
Matul l-aħħar perjodu ta’ ħames snin li ġie vvalutat l-UE għamlet progress sinifikanti lejn l-iżgurar ta’ xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku (SDG 8) u t-tnaqqis tal-faqar (SDG 1). Inkiseb ukoll progress sinifikanti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri (SDG 5). Inkiseb progress tajjeb iżda aktar moderat lejn l-għanijiet dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi (SDG 10), l-iżgurar ta’ edukazzjoni ta’ kwalità (SDG 4), it-trawwim tal-paċi u s-sigurtà personali fit-territorju tal-UE u t-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet (SDG 16), is-saħħa u l-benesseri (SDG 3), minkejja l-ostakli kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19, u dwar l-innovazzjoni u l-infrastruttura (SDG 9). Il-progress lejn l-għanijiet li fadal dwar il-qerda tal-ġuħ (SDG 2), ilma nadif u sanità (SDG 6) u enerġija affordabbli u nadifa (SDG 7) - kien anqas sinifikanti.
Mistenni aktar progress fi tliet għanijiet - l-azzjoni klimatika (SDG 13), il-ħajja fuq l-art (SDG 15) u s-sħubijiet globali (SDG 17) - billi l-Istati Membri tal-UE mistennija jimplimentaw il-livell ogħla ta’ ambizzjoni fil-miri ambjentali stabbiliti fil-livell tal-UE. Fir-rigward tal-azzjoni klimatika (SDG 13), għall-2030 l-UE stabbiliet miri klimatiċi ambizzjużi ħafna u mingħajr paragun u, meta mqabbla max-xejriet tal-passat, dawn se jeħtieġu aktar sforzi. L-UE diġà stabbiliet il-miżuri ta’ politika biex twettaq dawn l-isforzi addizzjonali, b’mod partikolari permezz tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, b’reviżjoni tal-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (emissions trading system, ETS), u r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi li jistabbilixxi miri annwali vinkolanti għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-Istati Membri. Fil-qasam tal-enerġija, l-UE stabbiliet ukoll miri aktar ambizzjużi għall-2030. Dan jimplika li fis-snin li ġejjin mistenni li jsir progress viżibbli aktar b’saħħtu fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġiji rinnovabbli fl-UE wkoll.. Fir-rigward tal-ħajja fuq l-art (SDG 15), għalkemm iż-żoni terrestri protetti żdiedu mill-2013, l-UE għadha qed tiffaċċja tnaqqis kostanti fil-popolazzjonijiet komuni tal-għasafar u tal-friefet tal-artijiet bil-ħaxix. Huwa meħtieġa sforzi addizzjonali biex titreġġa’ lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi, u dan huma previsti fl-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, fl-istrateġija tal-UE għall-foresti għall-2030 imnedija din is-sena u fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija, li tistabbilixxi objettiv għall-2030 dwar ir-restawr tal-art u l-ħamrija degradati u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni. Fir-rigward tas-sħubijiet għall-għanijiet (SDG 17), ix-xejra tirrifletti parzjalment l-effetti ċikliċi u b’mod partikolari ż-żieda fid-dejn pubbliku li tirriżulta mill-kriżi tal-COVID-19.
APPENDIĊI 4 - SEJBIET TAR-RIEŻAMIJIET FIL-FOND TAL-IŻBILANĊI MAKROEKONOMIĊI FIL-PAJJIŻI TAL-UE
Ġew identifikati żbilanċi jew żbilanċi eċċessivi fi 11 mis-17-il Stat Membru li għalihom twettaq rieżami fil-fond. Ir-rieżami fil-fond (in-depth review, IDR) iħares lejn il-gravità tal-iżbilanċi, l-evoluzzjoni riċenti u prospettiva tagħhom u r-reazzjonijiet ta’ politika relatati. L-effetti konsegwenzjali rilevanti u l-implikazzjonijiet transfruntieri sistemiċi tal-iżbilanċi huma kkunsidrati wkoll. L-IDRs ġew infurmati mis-sejbiet ta’ tliet noti tematiċi, dwar i) is-sostenibbiltà esterna, ii) id-differenzjali tal-inflazzjoni u l-implikazzjonijiet tagħhom għall-kompetittività, u (iii) id-dinamika tas-suq tad-djar, li ffukat fuq għadd ta’ Stati Membri magħżula għal IDR fiċ-ċiklu attwali.
Is-sitwazzjoni ta’ inflazzjoni għolja hija l-isfond fejn qed jevolvu l-iżbilanċi. L-inflazzjoni persistentement għolja tista’ taffettwa l-kompetittività b’mod negattiv jekk ma tkunx akkumpanjata minn żidiet fil-produttività, u tista’ twassal għall-iżvilupp jew l-aggravar ta’ żbilanċi makroekonomiċi, fil-preżenza ta’ vulnerabbiltajiet oħra. Dan jista’ jseħħ jekk l-inflazzjoni tiġi stabbilita, b’mod partikolari fil-preżenza ta’ spirali ta’ prezzijiet u pagi, possibbilment aggravati minn marġni ta’ profitt miżjuda, li jinfirxu fil-prezzijiet ta’ oġġetti u servizzi negozjabbli. Dan huwa aktar probabbli li jkun il-każ aktar ma jkun għoli l-valur domestiku miżjud fl-esportazzjonijiet. Dan imbagħad jista’ jkollu impatt negattiv fuq il-kompetittività, li possibbilment jirriżulta f’żieda fid-dejn estern. L-inflazzjoni ġġib magħha wkoll sfidi għall-unitajiet domestiċi li l-introjtu tagħhom bħalissa għadu ferm aktar baxx mill-prezzijiet, li jirriżulta f’telf tal-kapaċità tal-akkwist u jkollu konsegwenzi distributtivi negattivi. Fir-rigward ta’ dawk id-ditti li ma jistgħux jgħaddu l-kostijiet miżjuda tagħhom fil-prezzijiet, l-inflazzjoni persistenti xxekkel is-servizzi tad-dejn, u possibbilment tħalli impatt fuq is-settur finanzjarju u tnaqqas ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku permezz ta’ tnaqqis fil-konsum u l-investiment. It-tnaqqis tal-inflazzjoni jeħtieġ sforzi ta’ politika, inkluż billi titnaqqas id-domanda, li min-naħa tagħha tista’ taffettwa t-tkabbir tal-PDG fuq terminu qasir. Dan huwa ta’ tħassib partikolari fejn l-inflazzjoni bażika hija ferm ogħla mill-medji u r-riskji tal-UE jew taż-Żona tal-Euro għadhom preżenti; f’dawk il-każijiet it-tnaqqis tal-inflazzjoni ma jistax jiddependi fuq il-politika monetarja biss.
Id-diverġenza fl-inflazzjoni madwar l-Istati Membri tinsab f’livelli storikament għoljin. Parti mid-diverġenza fl-inflazzjoni hija relatata mal-impatt differenzjat tal-prezzijiet ogħla tal-enerġija u tal-ikel fuq id-diversi pajjiżi, li jirrifletti s-sorsi differenti tagħhom tal-enerġija, id-diversi strutturi ekonomiċi u d-domanda għall-enerġija relatata, kif ukoll is-sehem tal-enerġija u l-ikel fil-konsum. Madankollu, fir-rigward ta’ diversi pajjiżi din hija akkumpanjata minn sorsi oħra ta’ pressjonijiet inflazzjonarji, inklużi żidiet fil-kostijiet ta’ unità lavorattiva u marġnijiet kummerċjali u profitti korporattivi. Barra minn hekk, l-infiq tal-gvern, inklużi miżuri ta’ appoġġ, f’xi każijiet ikkontribwixxa għad-differenzjali tal-inflazzjoni fost il-pajjiżi tal-UE u taż-Żona tal-Euro. F’pajjiżi fejn l-inflazzjoni tirriżulta fil-biċċa l-kbira mit-trasferiment tal-prezzijiet tal-enerġija, in-normalizzazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija jenħtieġ li tkun biżżejjed biex tnaqqas id-differenzjali tal-inflazzjoni, fin-nuqqas ta’ effetti oħra li jimmaterjalizzaw u sakemm il-prezzijiet jaġġustaw fejn meħtieġ. Madankollu, fil-każi meta l-inflazzjoni tirriżulta l-aktar minn pressjonijiet fuq il-prezzijiet domestiċi, relatati mad-dinamika tal-pagi u tal-profitti, jista’ jkun aktar diffiċli li d-dinamiċi tal-inflazzjoni jinħallu malajr, b’mod partikolari jekk dawk id-dinamiċi tal-prezzijiet ikunu aktar dejjiema jew imsejsa fuq fatturi aktar permanenti u b’hekk jistgħu jkunu meħtieġa miżuri strutturali biex iwasslu għal aktar kompetizzjoni f’ċerti swieq.
Id-differenzjali tal-inflazzjoni joħloq tħassib akbar fi ħdan unjoni monetarja u dan jitlob attenzjoni speċjali. F’unjoni monetarja, l-effetti inflazzjonarji diverġenti jagħmlu l-kompitu tal-awtorità monetarja partikolarment diffiċli, billi tista’ tfixkel it-trażmissjoni uniformi ta’ bidliet fil-pożizzjoni monetarja għall-partijiet kollha tal-unjoni. Billi l-allinjament mill-ġdid tal-kostijiet u l-prezzijiet domestiċi permezz ta’ bidliet fir-rata tal-kambju nominali mhuwiex alternattiva vijabbli, id-differenzjali persistenti tal-inflazzjoni jistgħu jsaħħu t-telf tal-kompetittività dejjiemi u l-bidliet strutturali li jistgħu jkunu diffiċli u għaljin biex jingħelbu; dawn jistgħu jeħtieġu ssikkar addizzjonali tal-politika fiskali biex itaffu kwalunkwe domanda eċċessiva, inaqqsu l-akkumulazzjoni ta’ vulnerabbiltajiet u jevitaw il-ħtieġa għal korrezzjonijiet li jagħmlu aktar ħsara fil-futur.
Ir-rata tal-kambju nominali tal-pajjiżi li mhumiex fiż-Żona tal-Euro tista’ tiġi aġġustata biex tpatti għal kwalunkwe pressjoni fuq il-kompetittività, iżda dan ukoll jista’ jkun ta’ riskju. B’mod partikolari, l-iżvalutazzjoni u d-deprezzament jistgħu jwasslu għal aktar pressjonijiet inflazzjonarji hekk kif l-oġġetti u s-servizzi importati jsiru aktar għaljin. Fl-istess ħin, il-kost tad-dejn denominat f’munita barranija jiżdied u jista’ jwassal għal primjum tar-riskju ogħla fuq il-ħruġ ta’ dejn sovran u fuq is-self minn barra l-pajjiż.
Fl-2022 il-proporzjonijiet għoljin tad-dejn privat u tal-gvern komplew jonqsu, xi drabi anki b’pass mgħaġġel, iżda għad hemm vulnerabbiltajiet. Wara l-waqfa fid-diżingranaġġ ikkawżat mill-kriżi tal-COVID-19, il-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG minn dak iż-żmien ’l hawn naqsu bi tkabbir nominali ogħla tal-PDG. Dan jimmarka ritorn għax-xejra li ilha teżisti ta’ tnaqqis fl-ingranaġġ, li matul is-snin rat tnaqqis sinifikanti fil-proporzjonijiet tad-dejn għal ħafna pajjiżi. F’xi każijiet ta’ dejn għoli, il-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG naqsu aktar fl-2022 milli fis-snin preċedenti, minħabba l-effett qawwi tad-denominatur. Madankollu, il-proporzjonijiet tad-dejn għadhom għoljin u, b’mod partikolari għad-dejn tal-gvern, xi drabi għadhom viżibbilment ogħla mil-livelli tagħhom ta’ qabel il-kriżi tal-COVID-19. F’xi każijiet, it-tnaqqis fil-proporzjonijiet tad-dejn tal-gvern kien limitat mill-miżuri ta’ appoġġ promulgati biex jittaffa l-impatt tal-prezzijiet ogħla tal-enerġija.
It-tkabbir nominali kontinwu tal-PDG huwa pprojettat li jappoġġa żieda fid-diżingranaġġ, iżda f’kuntest ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament anqas favorevoli. It-tisħiħ tat-tkabbir potenzjali tal-PDG, b’mod partikolari bl-implimentazzjoni effettiva tal-RRPs, se jkompli jappoġġa tnaqqis fil-proporzjonijiet tad-dejn għall-PDG. Filwaqt li l-inflazzjoni għolja bħalissa żżid il-PDG nominali u tnaqqas id-dejn bħala sehem mill-produzzjoni ekonomika, l-inflazzjoni mistennija tonqos filwaqt li kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti jistgħu jkunu ta’ piż fuq is-servizzjar ta’ djun għoljin. Dan joħloq aktar tħassib fil-każijiet ta’ rati tal-imgħax varjabbli jew li jinbidlu aktar malajr jew fejn il-ħtiġijiet ta’ finanzjament ikunu ogħla; id-dejn u s-self f’muniti barranin jistgħu jaggravaw dan it-tħassib fir-rigward ta’ xi pajjiżi. F’dawk il-każijiet, ma jistgħux jiġu esklużi bidliet fil-perċezzjonijiet jew fl-aptit għar-riskju tas-swieq finanzjarji, li jeħtieġu politiki ekonomiċi u fiskali sodi.
Il-pożizzjonijiet esterni iddgħajfu tipikament minħabba xokk għall-prezzijiet tal-importazzjoni tal-enerġija, b’żieda fid-domanda domestika f’xi każijiet. Il-bilanċi kummerċjali naqsu b’mod sinifikanti madwar l-UE hekk kif żdiedu l-kostijiet tal-importazzjoni tal-enerġija. Madankollu, xi pajjiżi kienu affettwati aktar minn oħrajn minħabba d-dipendenza tagħhom fuq l-enerġija mill-fjuwils fossili u l-akkwist ġeografiku ta’ dik l-enerġija. Barra minn hekk, f’xi każijiet, id-deterjorament fil-kontijiet kurrenti kiber minħabba tnaqqis fil-bilanċi mhux tal-enerġija fejn it-tkabbir fid-domanda domestika kien b’saħħtu ħafna. Min-naħa l-oħra, irkupru ulterjuri tat-turiżmu transfruntier għen biex jitrażżan id-deterjorament fil-kontijiet kurrenti ta’ xi pajjiżi debituri netti kbar b’setturi tat-turiżmu sinifikanti, iżda f’xi każijiet dan ma kienx biżżejjed biex jiġu evitati defiċits sinifikanti fil-kont kurrenti. Is-surpluses kbar fil-kont kurrenti naqsu wkoll, iżda għadhom sinifikanti.
Għall-ġejjieni, il-prezzijiet aktar baxxi tal-importazzjoni tal-enerġija huma mistennija li jżidu l-kontijiet kurrenti ta’ kważi l-Istati Membri kollha fl-2023, id-defiċits u s-surpluses ħafna bl-istess mod. Il-pożizzjonijiet ta’ investiment internazzjonali netti negattivi kbar (net international investment positions, PIINs) komplew jitjiebu fl-2022 appoġġati minn tkabbir nominali tal-PDG u minkejja li l-kontijiet kurrenti sejrin għall-agħar; din is-sena u ta’ wara mistennija li jkomplu jitjiebu, għalkemm b’pass aktar baxx, li jirrifletti t-tkabbir nominali tal-PDG aktar baxx u f’xi każijiet il-persistenza ta’ ħtiġijiet kbar ta’ self estern. Minkejja ż-żieda fil-kontijiet kurrenti li għandha tirriżulta mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija, f’għadd ta’ każijiet, id-defiċits fil-kontijiet kurrenti jistgħu jkomplu jkunu aktar dgħajfa milli fis-snin reċenti u l-evoluzzjoni tagħhom għandha tiġi segwita mill-qrib. Is-surpluses fil-kont kurrenti, li naqsu fl-2022, huma mbassra li jiżdiedu fl-2023 hekk kif l-effett tal-prezz tal-enerġija jitreġġa’ lura, iżda għal livelli aktar moderati. L-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija f’livell ogħla jew inflazzjoni persistentement ogħla huma fatturi ta’ riskju li jistgħu jwasslu għal deterjorament fit-tul fil-bilanċi esterni. L-influss tal-fondi tal-RRF se jappoġġa l-pożizzjoni esterna f’għadd ta’ każijiet matul is-snin li ġejjin.
Il-prezzijiet tad-djar komplew jikbru b’mod qawwi għall-biċċa l-kbira tal-2022 iżda t-tnaqqis fis-swieq tad-djar kien evidenti fix-xhur ta’ wara. Il-prezzijiet nominali tad-djar komplew jaċċelleraw fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri matul l-2022, u dan żied il-proporzjonijiet bejn il-prezz u l-introjtu. Ix-xejra nbidlet matul is-sena hekk kif iż-żieda fil-prezzijiet tad-djar beda jonqos u għadd ta’ pajjiżi rreġistraw tnaqqis fil-prezzijiet nominali fit-tieni nofs tal-2022. Id-domanda għall-akkomodazzjoni naqset naqset minħabba l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament aktar stretti flimkien ma’ tnaqqis fl-introjtu reali tal-unitajiet domestiċi, li min-naħa tagħhom bdew korrezzjoni fil-prezzijiet tad-djar.
Fil-ġejjieni l-prezzijiet tad-djar huma mistennija li jkomplu jimmoderaw fost kundizzjonijiet finanzjarji u dħul aktar stretti li jinsabu taħt pressjoni, filwaqt li l-provvista tad-djar trażżnet miż-żieda fil-kostijiet tal-kostruzzjoni. Meta jkun jidher li l-prezzijiet tad-djar kienu sopravalutati u meta ż-żidiet fil-prezzijiet seħħew flimkien ma’ dejn għoli - u li qed jiżdied - tal-unitajiet domestiċi, l-unitajiet domestiċi u s-selliefa jistgħu juru vulnerabbiltà akbar għal korrezzjonijiet ’l isfel tal-prezzijiet tad-djar. B’mod partikolari, dawk il-pajjiżi fejn jipprevalu rati tal-imgħax varjabbli jistgħu jiġu affettwati aktar hekk kif l-obbligi tas-servizz tad-dejn jiżdiedu malajr, b’mod partikolari fejn it-termini tas-self ipotekarju huma twal u l-imgħax jifforma parti mdaqqsa mill-pagamenti ta’ kull xahar, u possibbilment jolqtu l-konsum u l-PDG. Fl-istess ħin, xi Stati Membri huma kkaratterizzati minn tħassib addizzjonali dwar is-setturi tal-proprjetà immobbli kummerċjali tagħhom, li f’xi każijiet intlaqtu b’mod partikolari mill-kostijiet ogħla ta’ finanzjament. Lil hinn mill-futur immedjat, ir-restrizzjonijiet fuq il-provvista li kienu diġà preżenti qabel il-pandemija jistgħu jkunu mistennija li jippersistu fis-snin li ġejjin, li flimkien jistgħu jrażżnu t-tnaqqis fil-prezzijiet iżda jibqgħu ostaklu għaż-żidiet fl-istokk tad-djar; dan l-aħħar l-attività tal-kostruzzjoni naqset f’xi pajjiżi. Jekk ma jiġux indirizzati, dawk ir-restrizzjonijiet fuq il-provvista jistgħu jwasslu għal pressjonijiet imġedda ’l fuq fuq il-prezzijiet u deterjorament fl-affordabbiltà fuq terminu medju.
Is-settur bankarju wera żieda fis-saħħa, filwaqt li bbenefika minn riformi tal-passat, iżda l-vulnerabbiltajiet jistgħu jiżdiedu fil-kuntest makroekonomiku attwali. L-Istati Membri b’self li ma jrendix ta’ legat għoli komplew inaqqsuh, xi drabi b’mod sostanzjali. Madankollu, jekk jimmaterjalizzaw riskji negattivi bħal deterjorament tal-prospettiva ekonomika, u volatilità akbar fis-swieq finanzjarji, dan jista’ joħloq problemi għall-karti tal-bilanċ tal-banek. Ir-rati ogħla tal-imgħax għandhom jgħinu l-marġni ta’ profitt tal-banek iżda jistgħu joħolqu diffikultajiet jekk l-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jsibuha diffiċli biex iħallsu d-djun tagħhom. Fi Stati Membri b’rabta b’saħħitha bejn il-banek u l-gvern, żieda fil-kostijiet ta’ finanzjament għas-sovran tista’ wkoll toħloq riskju għall-banek. L-esponiment għas-setturi tal-akkomodazzjoni u speċjalment tal-proprjetà immobbli kummerċjali jista’ jsir sors ta’ tħassib f’xi pajjiżi.
Tabella 1: KLASSIFIKAZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI FIL-MIP
|
|
Eżiti tal-IDRs 2022
|
Eżiti tal-IDRs 2023
|
|
L-ebda żbilanċ
|
HR, IE
|
CZ, EE, LV, LT, LU, SK
|
|
Żbilanċi
|
DE, ES, FR, NL, PT, RO, SE
|
CY, DE, ES, FR, HU, NL, PT, RO, SE
|
|
Żbilanċi Eċċessivi
|
CY, EL, IT
|
EL, IT
|
|
p.m.: L-ebda IDR
|
AT, BE, BG, CZ, DK, EE, FI, HU, LV, LT, LU, MT, PL, SK, SI
|
AT, BE, BG, DK, HR, FI, IE, MT, PL, SI
|
Nota: L-Istati Membri li nbidlitilhom il-klassifikazzjoni 2022 u 2023 huma mmarkati b’tipa grassa fiż-żewġ kolonni.
Stati Membri oħrajn li qed jesperjenzaw żbilanċi
Instab li ċ-Ċekja mhijiex tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet huma relatati mal-kompetittività tal-prezzijiet u l-prezzijiet tad-djar, iżda fil-ġejjieni qarib jidhru limitati billi d-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa mrażżan u l-inflazzjoni hija mistennija li tonqos b’mod sinifikanti aktar malajr mill-medja tal-UE. L-ekonomija kienet affettwata b’mod qawwi mix-xokk tal-prezz tal-enerġija bl-inflazzjoni tiżdied b’rata mgħaġġla. Il-pożizzjoni fiskali laxka mill-pandemija ’l hawn ikkontribwiet ukoll għall-aċċellerazzjoni tal-inflazzjoni. Filwaqt li l-pressjonijiet ġenerali fuq il-prezzijiet għadhom għoljin, il-kompetittività tal-kostijiet hija pproġettata li tirkupra parzjalment 'l quddiem fost it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija, mingħajr ma jkun hemm sfidi immedjati ta’ sostenibbiltà esterna. L-inflazzjoni mistennija tonqos b’rata aktar mgħaġġla mill-medja tal-UE. Madankollu, jekk l-inflazzjoni tippersisti, dan jista’ joħloq xi riskji għall-kompetittività taċ-Ċekja. Id-deterjorament reċenti tal-kont kurrenti jeħtieġ monitoraġġ mill-qrib fil-futur. F’dawn l-aħħar snin, id-domanda għall-akkomodazzjoni żdiedet b’mod qawwi, xprunata minn rati tal-imgħax baxxi, tkabbir fl-introjtu għoli u miżuri makroprudenzjali laxki, u l-provvista tad-djar ma laħħqitx mad-domanda. Il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’mod aktar qawwi matul il-pandemija iżda bdew jimmoderaw f’nofs l-2022 hekk kif ir-rati tal-imgħax għolew u l-kundizzjonijiet tas-self huma aktar stretti. Madankollu, ir-riskji ta’ korrezzjoni sinifikanti tal-prezzijiet tad-djar jidhru li huma baxxi, id-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa kkontrollat, u s-settur bankarju huwa sod; madankollu, rispons limitat kontinwu għall-provvista fuq terminu medju jkompli jgħolli l-prezzijiet. Huma meħtieġa sforzi kontinwi biex titrażżan l-inflazzjoni. It-tnaqqis rapidu tal-inflazzjoni jeħtieġ tnaqqis qawwi fit-tkabbir tad-domanda, li min-naħa tiegħu jista’ jinkiseb permezz ta’ politika monetarja u fiskali stretta biżżejjed..
Instab li l-Estonja mhijiex tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mal-kompetittività u l-iżviluppi fil-prezzijiet tad-djar dan l-aħħar żdiedu iżda b’mod ġenerali jidhru li huma kkontrollati fil-preżent. Il-pagi u speċjalment il-prezzijiet żdiedu b’mod qawwi fl-2022, iżda t-telf fil-kompetittività jidher limitat, filwaqt li l-kont kurrenti rreġistra biss defiċit żgħir u huwa mbassar li joqrob lejn il-bilanċ din is-sena u dik li jmiss. Madankollu, jekk jippersistu l-pressjonijiet fuq l-inflazzjoni u l-pagi jirriskjaw li jdgħajfu l-kompetittività tal-Estonja, b’mod partikolari billi l-inflazzjoni bażika hija ferm ogħla mill-medja taż-Żona tal-Euro. Il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’mod qawwi mill-pandemija, iżda ma jurux sinjali ta’ sopravalutazzjoni. Il-prezzijiet tad-djar x’aktarx li jimmoderaw, minħabba ż-żieda fir-rata tal-imgħax u r-riċessjoni ekonomika reċenti. Barra minn hekk, id-dejn u s-self tal-unitajiet domestiċi huma relattivament moderati u s-settur finanzjarju huwa sod. Ġeneralment it-tfassil tal-politika huwa favorevoli, għalkemm xi sforzi addizzjonali jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati r-riskji mill-vulnerabbiltajiet li ġew identifikati. Il-politiki fiskali u makroprudenzjali kontroċikliċi kontinwi, imsaħħa meta jkun meħtieġ, ikunu importanti f’dak ir-rigward. It-trawwim tal-kompetizzjoni fis-suq domestiku jista’ jgħin fil-ġestjoni tal-pressjonijiet fuq il-prezzijiet.
Instab li l-Latvja mhijiex tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mas-self estern u l-akkomodazzjoni jibqgħu moderati; ir-riskji għall-kompetittività huma pertinenti, iżda b’mod ġenerali jidhru kontenuti fil-futur qrib. It-twessigħ riċenti tad-defiċit tal-kont kurrenti kien sinifikanti, iżda d-defiċit mistenni jonqos sostanzjalment din is-sena u aktar fl-2024. Il-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta tal-Latvja, li tjiebet b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar għaxar snin, hija mistennija li tibqa’ ġeneralment stabbli. Madankollu, jekk jippersistu l-pressjonijiet fuq l-inflazzjoni u l-pagi jirriskjaw li jdgħajfu l-kompetittività tal-Latvja, b’mod partikolari billi l-inflazzjoni bażika hija ferm ogħla mill-medja taż-Żona tal-Euro. Filwaqt li t-tkabbir fil-prezzijiet tad-djar żdied reċentement, is-sopravalutazzjoni tal-prezzijiet tad-djar ma tidhirx li hija sostanzjali. Barra minn hekk, it-tkabbir fil-prezzijiet tad-djar naqas lejn l-aħħar tal-2022, is-self ipotekarju kien dgħajjef, u d-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa limitat u qed jonqos f’termini ta’ introjtu tal-unitajiet domestiċi. Il-Latvja qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi ekomomiċi strutturali relatati mal-provvista tal-ħaddiema, li kkontribwixxiet żiediet mgħaġġla fl-unitajiet tal-kost lavorattiv u jirriskja li jolqot jolqot lill-kompetittività ħażin fit-terminu medju. Ġeneralment, it-tfassil tal-politika huwa favorevoli, għalkemm xi sforzi addizzjonali jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati r-riskji mill-vulnerabbiltajiet li ġew identifikati. Il-politiki li jissalvagwardjaw il-kompetittività, inklużi miżuri biex tiżdied il-kwalità u l-kwantità tal-provvista tax-xogħol, ikunu importanti f’dak ir-rigward. It-tqassir tal-proċess tal-permessi għall-kostruzzjoni jgħin biex jappoġġa l-provvista tad-djar u jtejjeb is-sitwazzjoni tas-suq tad-djar.
Instab li l-Litwanja mhijiex tesperjenza żbilanċi. Bħalissa l-vulnerabbiltajiet relatati mal-kompetittività u l-iżviluppi fil-prezzijiet tad-djar dan l-aħħar żdiedu iżda b’mod ġenerali jidhru li huma kkontrollati. L-ekonomija kienet affettwata b’mod qawwi mix-xokk tal-prezz tal-enerġija bl-inflazzjoni tiżdied b’rata mgħaġġla. madankollu, il-kompetittività tal-Litwanja hija pprojettata li tirkupra bil-mod hekk kif il-prezzijiet tal-enerġija qed jonqsu. Fl-2022 il-kont kurrenti mar lura b’mod sinifikanti minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-importazzjoni tal-enerġija iżda huwa mbassar li jersaq qrib il-bilanċ din is-sena. Fil-ġejjieni defiċits żgħar fil-kont kurrenti mhux se jikkompromettu s-sostenibbiltà esterna minħabba l-pożizzjoni soda tal-istokk tagħha.. Madankollu, jekk jippersistu l-pressjonijiet fuq l-inflazzjoni u l-pagi jirriskjaw li jdgħajfu l-kompetittività tal-Litwanja, b’mod partikolari billi l-inflazzjoni bażika hija ferm ogħla mill-medja taż-Żona tal-Euro. Mill-pandemija lil hawn il-prezzijiet tad-djar żdiedu b’mod qawwi, iżda ma hemm l-ebda evidenza ta’ sopravalutazzjoni u issa l-prezzijiet qed jimmoderaw minħabba ż-żidiet fir-rati tal-imgħax u r-reċessjoni ekonomika li għaddejin bħalissa. Barra minn hekk, id-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa baxx, u s-settur bankarju huwa kapitalizzat sew, profittabbli ħafna u jirreġistra self li ma jrendix baxx. Ġeneralment, it-tfassil tal-politika huwa wieħed favorevoli, għalkemm jistgħu jsiru sforzi oħra biex jiġu indirizzati r-riskji mill-vulnerabbiltajiet li ġew identifikati. L-issuktar tal-politiki fiskali u makroprudenzjali kontroċikliċi, imsaħħa meta jkun meħtieġ, ikunu importanti f’dak ir-rigward. Fl-istess ħin, jekk issir aktar enfasi fuq it-trawwim tal-kompetizzjoni fis-suq domestiku u l-politiki li jtejbu l-kwalità u l-kwantità tal-provvista tax-xogħol dan ikun jista’ jgħin fil-ġestjoni tal-pressjonijiet fuq il-prezzjiet u l-kost tal-unità lavorattiva.
Instab li l-Lussemburgu mhuwiex jesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mal-prezzijiet tad-djar għoljin u d-dejn għoli tal-unitajiet domestiċi reċentement żdiedu iżda b’mod ġenerali sa issa jidhru li huma kkontrollati u mistennija jonqsu fuq terminu medju. Tkabbir qawwi fil-popolazzjoni flimkien ma’ żieda fil-kreditu ipotekarju, inċentivat minn appoġġ fiskali, żied id-domanda għall-akkomodazzjoni, filwaqt li l-provvista ġiet ristretta permezz ta’ limitu fuq l-art limitata disponibbli għall-kostruzzjoni u fuq l-ikkapparrar tal-art. Id-distakk dejjem jikber bejn id-domanda u l-provvista tad-djar irriżulta f’żidiet qawwija fil-prezzijiet tad-djar b’riskji dejjem akbar ta’ sopravalutazzjoni tal-prezzijiet tad-djar u deterjorament tal-affordabbiltà. Il-prezzijiet tad-djar qawfu jiżdiedu b’mod ċar lejn l-aħħar tal-2022, u l-għadd ta’ tranżazzjonijiet tad-djar naqas drastikament, hekk kif iż-żieda fir-rati tal-imgħax wasslet għal bidla fis-suq. Madankollu, mhijiex mistennija korrezzjoni qawwija fil-prezzijiet tad-djar billi d-dħul qed iżomm tajjeb u n-nuqqas ta’ provvista mistenni jissokta. Id-dejn tal-unitajiet domestiċi huwa għoli ħafna f’termini ta’ introjtu disponibbli u qed jiżdied filwaqt li lejn l-aħħar tal-2022 is-self naqas. L-assi finanzjarji tal-unitajiet domestiċi huma sostanzjali wkoll, id-dejn jiżdied lejn il-livelli ogħla ta’ introjtu u ġid, u s-settur bankarju huwa sod, li b’mod ġenerali jtaffi r-riskji makrofinanzjarji. Jistgħu jittieħdu sforzi ta’ politika addizzjonali, inkluż billi jżidu u jipprijoritizzaw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ miżuri reċenti, inklużi taxxi rikorrenti biex tiżdied il-provvista ta’ art li tista’ tinbena, flimkien mar-riforma li għaddejja tal-ippjanar tal-użu tal-art, biex tingħata spinta lill-provvista tal-akkomodazzjoni, inkluż permezz tal-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli u soċjali mmirata lejn dawk l-aktar fil-bżonn. L-effiċjenza tas-suq tal-kiri tista’ tittejjeb ukoll. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-deduċibbiltà tal-imgħax ipotekarju, li dan l-aħħar żdied b’mod sinifikanti, inaqqas l-inċentivi fiskali għas-self li jappoġġa l-prezzijiet għoljin tad-djar.
Instab li s-Slovakkja mhijiex jesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mal-kompetittività, l-akkomodazzjoni, id-dejn tal-unitajiet domestiċi u l-bilanċ estern qed jiżdiedu, iżda, b’mod ġenerali, sal-futur qrib jidhru taħt kontroll u mistennija jonqsu hekk kif il-kundizzjonijiet ekonomiċi jinnormalizzaw. L-ekonomija ntlaqtet b’mod qawwi mix-xokk tal-prezzjiet tal-enerġija hekk kif l-inflazzjoni qed tiżdied b’rata mgħaġġla. L-inflazzjoni bażika u t-tkabbir tal-kost ta’ unità lavorattiva huma ferm ogħla mill-medja taż-Żona tal-Euro. Filwaqt li huma mbassra li jinnormalizzaw, hemm ir-riskju li l-pressjoni fuq il-kompetittività tal-kostijiet ma tonqosx mil-lum għal għada, u li domanda domestika qawwija se tkompli tpoġġi pressjonijiet fuq il-kontijiet esterni. Fl-2022 il-kont kurrenti ddeterjora b’mod sinifikanti minħabba prezzijiet ogħla tal-importazzjoni tal-enerġija kif ukoll tnaqqis sinifikanti fl-esportazzjonijiet netti ta’ prodotti mhux relatati mal-enerġija. Id-defiċit tal-kont kurrenti mbassar jitjieb ftit iżda li jibqa’ għoli fl-2023 u l-2024, minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija. Madankollu, ir-riskji esterni għas-sostenibbiltà huma vvalutati bħala limitati fil-futur qrib. Id-defiċits tal-gvern huma mbassra li jkunu sinifikanti din is-sena u li jmiss u li se jikkoreġu mill-2024. Il-prezzijiet tad-djar jidhru li huma kemxejn sopravalutati wara bosta snin ta’ tkabbir qawwi. Dan seħħ flimkien ma’ self għoli, li issa qed jonqos, u żieda qawwija fid-dejn tal-unitajiet domestiċi, li flimkien jippreżentaw xi riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Madankollu, is-settur bankarju għadu kapitalizzat sew, profittabbli ħafna u jirreġistra self li ma jrendix baxx. Iridu jissuktaw l-isforzi biex jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet ekonomiċi tas-Slovakkja. B’mod partikolari, id-domanda eċċessiva għandha tiġi riformulata biex tappoġġa l-korrezzjoni tad-defiċit tal-kont kurrenti u d-differenzjali tal-inflazzjoni ewlenija fil-konfront tal-bqija taż-Żona tal-Euro. Dan jista’ jinkiseb billi jiġu żgurati konsolidazzjoni fiskali adegwata u miżuri biex jiġi indirizzat id-dejn tal-unitajiet domestiċi, filwaqt li tinżamm l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni permezz ta’ tassazzjoni fuq il-proprjetà u miżuri li jappoġġaw il-provvista tal-akkomodazzjoni.
L-Istati Membri li qed jesperjenzaw żbilanċi
Ċipru qed jesperjenza żbilanċi li ilu għaddej bihom mill-2022. Il-vulnerabbiltajiet relatati mad-dejn privat, tal-gvern u estern naqsu b’mod ġenerali iżda għadhom inkwetanti. B’mod partikolari, djun għoljin inkluż is-self li ma jrendix naqsu b’mod sinifikanti u mistennija jkomplu jagħmlu dan, filwaqt li d-defiċits fil-kont kurrenti għadhom problema. Id-dejn privat ilu jonqos mill-2015, ħlief fl-2020 matul il-kriżi tal-COVID-19, u mistenni jkompli jonqos din is-sena u li jmiss appoġġat minn tkabbir nominali tal-PDG. Madankollu, rati tal-imgħax ogħla jistgħu jitfgħu pressjoni fuq is-servizjar tad-dejn, billi għadu jipprevali s-self b’rata tal-imgħax varjabbli. L-istokks tad-dejn privat u estern huma affettwati mill-preżenza ta’ entitajiet bi skop speċjali f’Ċipru, li jgħollu l-livelli iżda joħolqu riskji limitati fuq l-ekonomija. Is-self li ma jrendix f’idejn il-banek naqas b’mod sinifikanti ħafna matul dawn l-aħħar snin bis-saħħa ta’ bejgħ ta’ self li ma jrendix, tħassir, ripagamenti fi flus kontanti, riabilitazzjoni u tpartit ta’ dejn ma’ assi. Id-dejn tal-gvern qed jonqos b’mod kostanti; dan naqas taħt il-livell ta’ qabel il-pandemija u mistenni jkompli jonqos fl-2023 u fl-2024. Minkejja l-irkupru fit-turiżmu, fl-2022 id-defiċit kbir fil-kont kurrenti kiber, u dan jirrifletti domanda domestika robusta kif ukoll prezzijiet tal-enerġija għoljin; mistenni li jonqos xi ftit din is-sena u li jmiss iżda li jibqa’ għoli. Ir-rispons ta’ politika kien favorevoli. Diversi miżuri inklużi fl-RRP mistennija jgħinu fid-diversifikazzjoni tal-ekonomija, jappoġġaw it-tkabbir tal-esportazzjoni, u jtaffu d-dipendenza żejda fuq l-importazzjonijiet taż-żejt. Bħala parti mill-RRP, f’nofs l-2022 ġie adottat pakkett ta’ liġijiet emendatorji dwar il-kumpaniji li jakkwistaw kreditu u s-servizzjanti tal-kreditu, li jtejjeb l-ambjent tax-xogħol tagħhom u jappoġġa t-tnaqqis tas-self li ma jrendix. Wara diversi estensjonijiet, is-sospensjoni tal-esklużjonijiet ġiet fi tmiemha fi Frar ta’ din is-sena: qafas effettiv ta’ esklużjoni huwa essenzjali biex jinkoraġġixxi lill-mutwatarji jipparteċipaw fir-ristrutturar tas-self, ikompli jnaqqas is-self improduttiv fl-ekonomija, jgħin biex jitnaqqas id-dejn privat, u jsaħħaħ id-dixxiplina tal-pagamenti..
Spanja għadha tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mad-dejn privat, tal-gvern u estern għoli b’rilevanza transfruntiera qed jonqsu iżda għadhom preżenti. Id-dejn estern u speċjalment il-proporzjonijiet tad-dejn privat naqsu matul id-deċennju tal-2010 u, wara interruzzjoni temporanja fl-2020, reġgħu bdew jonqsu fl-2021 u mistennija jkomplu grazzi għat-tkabbir ekonomiku. Madankollu, għadhom f’livelli għoljin. Il-pożizzjoni esterna bbenefikat minn kont kurrenti li ilu f’surplus għal għaxar snin anki jekk naqas aktar reċentement u dan jirrifletti l-impatt tal-pandemija fuq l-esportazzjonijiet tat-turiżmu u tal-prezzijiet ogħla tal-enerġija fl-2022. Id-dejn tal-gvern għadu għoli. Fl-2022, reġgħet bdiet it-trajettorja ’l isfel li wasslet għal titjib qabel il-pandemija xprunat minn tkabbir nominali tal-PDG b’saħħtu, iżda għadha ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija. Fl-2023 u fl-2024 l-prospetti huma għal kontinwazzjoni ta’ dan it-tnaqqis b’mod aktar moderat, mirfuda minn miżuri ta’ politika fl-RRP. Is-sistema finanzjarja wriet reżiljenza fid-dawl tax-xokkijiet reċenti kkawżati mill-pandemija u l-kriżi tal-enerġija. Il-qgħad reġa’ qed jonqos, iżda għadu għoli u għad hemm oqsma ta’ vulnerabbiltà, inkluż qgħad għoli ħafna fit-tul u fost iż-żgħażagħ. Ir-riskji potenzjali li jaffettwaw it-tnaqqis ulterjuri tal-vulnerabbiltajiet huma relatati prinċipalment mal-impatt tal-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji fuq l-unitajiet domestiċi u l-pożizzjonijiet finanzjarji tad-ditti kif ukoll fuq is-sostenibbiltà fuq terminu medju sa twil tad-dejn tal-gvern fid-dawl tal-kundizzjonijiet attwali tas-suq u t-tixjiħ tal-popolazzjoni. Il-progress tal-politika kien favorevoli u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-RRP għandha twassal għal aktar titjib.
Franza għadha tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mad-dejn għoli tal-gvern, u l-kompetittività u t-tkabbir baxx tal-produttività, li għandhom rilevanza transfruntiera, għadhom preżenti iżda wrew sinjali ta’ tnaqqis. Id-dejn tal-gvern ilu jonqos minn żmien l-irkupru fil-PDG fl-2021, wara li żdied matul il-pandemija. Fl-2022, diversi miżuri fiskali taffew b’mod sinifikanti l-impatt tal-kriżi tal-enerġija iżda naqqsu r-ritmu tat-tnaqqis tad-dejn. Id-dejn huwa mbassar li jkompli jonqos din is-sena u dik li jmiss, iżda huwa pprojettat li jerġa’ jidħol f’xejra ’l fuq minn hemm ’il quddiem fin-nuqqas ta’ azzjoni politika, filwaqt li jibqa’ għoli u ogħla mil-livelli ta’ qabel il-pandemija, u l-isfidi tas-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju jibqgħu għoljin. Il-miżuri ta’ politika meħuda f’dawn l-aħħar snin bil-għan li jsaħħu t-tkabbir potenzjali jistgħu jgħinu biex jikkoreġu ż-żieda mbassra fid-dejn pubbliku fit-terminu medju. Ġew adottati diversi riformi biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-kostijiet. Diġà jidher effett pożittiv żgħir fuq il-kompetittività, u l-impatt sħiħ tagħhom huwa mistenni li jimmaterjalizza matul is-snin li ġejjin. Bl-istess mod, il-produttività tax-xogħol mistennija tibbenefika mill-implimentazzjoni effettiva tal-investimenti u r-riformi ppjanati. L-ekonomija Franċiża wriet reżiljenza matul l-aħħar sena, billi l-kompetittività tal-kostijiet kienet inqas affettwata minn żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija milli fil-bqija taż-Żona tal-Euro. L-esportazzjonijiet qed jitjiebu minħabba l-irkupru ulterjuri tat-turiżmu transfruntier u tal-industrija tal-inġenji tal-ajru, li kienu affettwati ħafna mill-pandemija. Filwaqt li d-dejn tas-settur privat żdied matul l-agħar tal-pandemija, self korporattiv ogħla mar id f’id ma’ żidiet fl-ekwità u akkumulazzjoni ta’ riżervi ta’ likwidità. Rati tal-imgħax ogħla jistgħu jagħmlu d-diżingranaġġ pubbliku u privat aktar diffiċli. Ir-rispons ta’ politika kien favorevoli, iżda għad hemm sfidi ċċentrati fuq il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. Implimentazzjoni effettiva tar-riformi adottati dan l-aħħar tibqa’ ċentrali biex ikomplu jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet, jiġifieri r-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi u l-mekkaniżmu l-ġdid biex jitwettqu evalwazzjonijiet annwali tal-infiq pubbliku. Iż-żewġ azzjonijiet huma kruċjali biex inkomplu nrażżnu l-infiq u nżommu d-dejn pubbliku fuq xejra sostnuta ta’ tnaqqis. Barra minn hekk, il-gvern adotta riforma tas-sistema tal-pensjonijiet pubbliċi li hija mistennija tgħin is-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku.
Il-Ġermanja għadha tesperjenza żbilanċi. Is-surplus kbir li qed jippersisti fil-kont kurrenti, u li jirrifletti wkoll investiment imrażżan meta mqabbel mat-tfaddil, u li għandu rilevanza transfruntiera, tnaqqas gradwalment, l-aktar reċentement matul il-kriżi tal-enerġija, iżda huwa mistenni li jiżdied b’mod sinifikanti. Sal-2019 is-surplus fil-kont kurrenti naqas bil-mod bi proporzjon tal-investiment domestiku li qed jiżdied bil-mod u bilanċ kummerċjali li qed jonqos u minn dak iż-żmien kien ikkaratterizzat minn ċirkostanzi ekonomiċi mhux tas-soltu. Dan naqas b’mod sinifikanti fl-2022 minħabba prezzijiet ogħla ta’ importazzjoni tal-enerġija, flimkien ma’ tnaqqis fis-surplus kummerċjali mhux tal-enerġija u rkupru fl-importazzjonijiet tat-turiżmu. Fl-2022 is-surplus baqa’ ogħla mil-livelli ssuġġeriti mill-elementi fundamentali tal-pajjiż u mistenni jirpilja b’mod sinifikanti fl-2023 u jibqa’ kważi l-istess fl-2024, għalkemm huwa pprojettat li jibqa’ taħt il-limitu tal-MIP. Il-pagi huma mbassra li jikbru b’mod qawwi, filwaqt li jappoġġaw id-domanda domestika, filwaqt li l-kostijiet ta’ unità lavorattiva jistgħu jikbru b’rata aktar mgħaġġla milli fil-bqija taż-Żona tal-Euro. Madankollu, il-konsum u l-investiment huma temporanjament imnaqqsa minħabba inflazzjoni għolja. F’dawn l-aħħar snin, il-prezzijiet tad-djar urew żidiet qawwija, anki jekk naqsu xi ftit minn nofs l-2022. Il-provvista tad-djar ma tistax tlaħħaq mad-domanda minħabba investiment residenzjali dgħajjef, li jista’ jwassal għal riskji kontinwi ta’ sopravalutazzjoni. It-tnaqqis ulterjuri tal-vulnerabbiltajiet jibbenefika mill-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-inizjattivi ta’ investiment pubbliku u t-tneħħija ta’ tfixkil minn fuq l-investiment.
L-Ungerija qed tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati ma’ pressjonijiet qawwija ħafna fuq il-prezzijiet u l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern u tal-gvern żdiedu u huma sinifikanti.. L-inflazzjoni żdiedet b’mod sinifikanti u għadha ma bdietx timmodera b’mod viżibbli. Jekk l-inflazzjoni tibqa’ għolja għal perjodu estiż, din tkompli timmina l-kompetittività tal-kostijiet u tista’ tħalli l-kostijiet ta’ finanzjament għoljin. Id-defiċit kbir fil-kont kurrenti żdied b’mod qawwi mill-prezzijiet ogħla tal-enerġija fl-2022, u d-dejn estern fuq terminu qasir żdied. It-titjib fil-kont kurrenti din is-sena u li jmiss jiddependi fuq il-moderazzjoni ulterjuri mistennija tal-prezzijiet tal-enerġija, iżda d-defiċit tal-kont kurrenti huwa mbassar li jibqa’ mhux negliġibbli fl-2023 u l-2024. L-intensità għolja tal-enerġija tal-ekonomija hija importanti għad-dinamika tal-kont kurrenti. Id-defiċit tal-gvern kien kbir, xprunat parzjalment biss mir-risponsi ta’ politika għall-pandemija u l-kriżijiet tal-enerġija, u jirrappreżenta ħafna mis-self estern tal-ekonomija. Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern naqas bis-saħħa tat-tkabbir nominali tal-PDG, iżda dan jista’ jiġi sfidat minn tnaqqis fl-attività u l-persistenza ta’ defiċits għoljin. Il-kostijiet tas-self sovran żdiedu mill-2021, u l-gvern qed jiffaċċja piż tal-imgħax dejjem akbar, filwaqt li l-maturità tad-dejn għadha relattivament baxxa. Il-prezzijiet tad-djar irduppjaw fuq ħames snin iżda ż-żidiet fil-prezzijiet waqfu lejn l-aħħar tal-2022. Madankollu, il-probabbiltà ta’ tnaqqis sostanzjali fil-prezz nominali tidher limitata fost id-dejn baxx tal-unitajiet domestiċi, kif ukoll fid-dawl tal-ambjent ta’ inflazzjoni għolja ta’ bħalissa. L-inkonsistenzi fil-politika aggravaw il-vulnerabbiltajiet li ġew identifikati. Il-koordinazzjoni effettiva u d-demarkazzjoni ċara tal-politiki makroekonomiċi, mirfuda minn qafas ta’ politika istituzzjonali b’saħħtu, huma strumentali biex tiġi ssalvagwardjata s-sostenibbiltà fiskali u esterna kif ukoll biex jiġu ankrati l-aspettattivi. L-implimentazzjoni f’waqtha u sħiħa tar-riformi strutturali inklużi fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Ungerija hija mistennija li tgħin biex jitnaqqsu l-vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u tappoġġa t-tkabbir u l-aġġustament fit-terminu medju.
In-Netherlands għadhom jesperjenzaw żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet li huma relatati ma’ dejn privat għoli u surplus kbir fil-kont kurrenti, li għandhom rilevanza transfruntiera, għadhom qed jippersistu minkejja xi sinjali ta’ tnaqqis. Is-surplus fil-kont kurrenti, minkejja r-reviżjonijiet riċenti tad-data, u d-dejn privat huma kbar skont l-istandards internazzjonali kif ukoll ogħla mill-elementi fundamentali tal-ekonomija. Fl-2022 is-surplus kbir fil-kont kurrenti naqas hekk kif kien xprunat minn termini ta’ kummerċ li sejrin għall-agħar, bil-kont kurrenti jiżdied bi prezzijiet kostanti, u bit-twessigħ tad-defiċit fl-introjti primarji. Bit-titjib fit-termini tal-kummerċ, is-surplus huwa mistenni li jirpilja b’mod sinifikanti fl-2023 u jistabbilizza ruħu fl-2024. Sar progress limitat fil-politika iżda jeħtieġ li jsir aktar biex jitnaqqsu l-ostakli għall-investiment. Id-dejn tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u tal-unitajiet domestiċi għadu għoli: dan tal-aħħar huwa aktar ta’ tħassib billi jagħmel lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli għax-xokkijiet, b’dawk ir-riskji aggravati mis-sopravalutazzjoni għolja u li qed tiżdied tal-prezzijiet tad-djar. Fil-ġejjieni d-dejn mistenni li jkompli jonqos b’mod moderat. Minkejja t-tnaqqis moderat fil-prezzijiet tad-djar, għad hemm pressjoni fuq is-suq tad-djar, b’mod partikolari billi l-kostruzzjoni ta’ djar ġodda għadha ferm anqas mill-miri li ġew stabbiliti mill-gvern. Fl-istess waqt, is-sjieda tad-djar iffinanzjata mid-dejn għadha ssussidjata minn tassazzjoni favorevoli, filwaqt li l-politiki dwar is-suq tal-kiri privat jirriskjaw li jimminaw l-iżvilupp tiegħu..
Il-Portugall għadu jesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati mad-dejn privat, tal-gvern u estern qed jonqsu iżda għadhom preżenti. Wara interruzzjoni temporanja minħabba t-tifqigħa tal-pandemija, il-proporzjonijiet tad-dejn tas-settur privat u tal-gvern reġgħu lura għal perkorsi ta’ tnaqqis fl-2021 u huma mistennija li jkomplu jonqsu, iffavoriti mit-tkabbir ekonomiku. Filwaqt li issa huma taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija, għadhom f’livelli għoljin. Il-PIIN ċarament negattiva tjiebet ukoll, kemm qabel kif ukoll wara l-pandemija, u d-dejn estern previst li jkompli jonqos, appoġġat minn tkabbir ekonomiku kontinwu minkejja xi tnaqqis fir-ritmu fl-2023. Id-defiċit żgħir fil-kont kurrenti mar għall-agħar marġinalment fl-2022 u dan jirrifletti prezzijiet ogħla tal-enerġija iżda dak id-deterjorament ġie mmitigat mill-irkupru sinifikanti ulterjuri fl-esportazzjonijiet, speċjalment tat-turiżmu. Fil-ġejjieni it-taffija kontinwa preżunta tal-prezzijiet tal-enerġija u żieda ulterjuri fl-esportazzjonijiet tat-turiżmu, kif ukoll il-politiki li għaddejjin bħalissa b’appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, huma pproġettati li jibbilanċjaw il-kont kurrenti u jkomplu jappoġġaw l-aġġustament fil-PIIN. Il-prezzijiet tad-djar kibru b’mod qawwi għal diversi snin, filwaqt li s-self improduttiv kompla jonqos minn livelli li diġà kienu moderati. Ir-riskji ewlenin għat-tnaqqis ulterjuri tal-vulnerabbiltajiet huma relatati mal-impatt tal-issikkar tal-kundizzjonijiet finanzjarji u ma’ ambjent estern inċert, u l-impatt potenzjali tagħhom fuq it-tkabbir ekonomiku. Il-progress tal-politika kien favorevoli, b’enfasi partikolari fuq l-RRP, u t-tkomplija tal-implimentazzjoni tal-RRP għandha twassal għal aktar titjib.
Ir-Rumanija għadha tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet huma relatati mal-kontijiet esterni, marbuta ma’ defiċits kbar tal-gvern, filwaqt li żdiedu l-pressjonijiet ta’ sovrażbilanċ.. Wara r-reċessjoni kkawżata mill-pandemija d-defiċit kbir fil-kont kurrenti mar għall-agħar b’mod konsiderevoli u jagħmel l-ekonomija vulnerabbli għal xokkijiet ta’ finanzjament estern. Il-kontinwazzjoni ta’ defiċit kbir fil-kont kurrenti tirriskja li tkompli tixħet lill-PIIN f’territorju negattiv. Sinjali ta’ tisħin żejjed huma viżibbli b’mod ċar, hekk kif l-inflazzjoni bażika tinsab għolja aktar min-normal, it-tkabbir fil-pagi laħaq żewġ ċifri u r-rata ta’ qgħad hija relattivament baxxa. L-indikaturi tal-kompetittività tal-kostijiet mistennija jistabbilizzaw, iżda għad hemm kwistjonijiet strutturali. Ir-rata tal-kambju tidher li hija ogħla mil-livell issuġġerit mill-elementi fundamentali u għadha ġestita b’mod qawwi ħafna. Id-defiċit tal-gvern ilu kbir għal diversi snin u kien responsabbli għal ħafna mill-eċċess tad-domanda u tad-defiċits esterni sussegwenti; anki jekk jitjieb, id-defiċit tal-gvern huwa mbassar li jibqa’ sinifikanti din is-sena u dik li jmiss. It-tnaqqis tad-defiċit tal-gvern fl-2022 kien xprunat l-aktar minn tkabbir nominali tal-PDG, li min-naħa tiegħu jiddependi ħafna fuq id-domanda domestika li qed tiżdied ħafna. Il-primjums tar-riskju u l-kostijiet tas-self sovran huma ferm ogħla milli fis-snin ta’ qabel il-pandemija. Minħabba l-issikkar kontinwu fil-kundizzjonijiet globali tal-likwidità, se jkun importanti li x-xejriet li għaddejjin bħalissa jitreġġgħu lura. Fil-ġejjieni l-aġġustament fiskali għandu jkun il-mod preferut biex id-domanda tinġieb aktar konformi mal-provvista u biex jitrażżnu d-defiċits domestiċi u esterni. L-implimentazzjoni sħiħa tar-riformi tat-taxxa u tal-pensjonijiet inklużi fl-RRP kif ukoll l-aderenza mal-miri fiskali skont il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv imorru ħafna biex irażżnu d-dinamika attwali.
L-Iżvezja għadha tesperjenza żbilanċi. Għad hemm vulnerabbiltajiet relatati mas-suq tal-proprjetà immobbli u d-dejn privat għoli tagħha. Il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli huma għoljin, u sa dan l-aħħar kienu qed jogħlew. Iż-żidiet fil-prezzijiet tad-djar marru id f’id maż-żieda fid-dejn privat. Fl-2022, f’kuntest ta’ ssikkar sinifikanti fil-kundizzjonijiet monetarji u ta’ finanzjament, il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli bdew jonqsu b’mod viżibbli f’dak li jidher li huwa l-bidu ta’ xoljiment tal-vulnerabbiltajiet li ġew akkumulati. Il-prezzijiet għadhom sopravalutati b’mod sinifikanti u mistennija li jonqsu aktar. Il-fatturat fis-settur tal-proprjetà immobbli dan l-aħħar naqas b’mod sinifikanti, u, b’riżultat ta’ dan, id-domanda għal abitazzjonijiet mibnija ġodda naqset ukoll. Sa issa l-iżviluppi negattivi kienu limitati għas-setturi tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli, li issa qed jonqsu drastikament wara snin ta’ tkabbir għoli. B’mod ġenerali, Fl-2023 l-ekonomija Żvediża mistennija tiċkien hekk kif il-bidliet tal-kundizzjonijiet monetarji qed jaffettwaw il-karti tal-bilanċ tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji tal-proprjetà immobbli kummerċjali u l-possibbiltà tagħhom li jikkunsmaw u jinvestu. L-impatt tar-rati tal-imgħax miżjuda fuq il-pagamenti tal-ipoteki huwa sostanzjali, minħabba l-prevalenza ta’ rati tal-imgħax varjabbli u ipoteki b’durata twila ħafna. L-impatt tal-kundizzjonijiet li qed jinbidlu fuq is-settur finanzjarju kien limitat; is-settur huwa b’saħħtu u jirreġistra marġnijiet ta’ profitt għoljin u proporzjonijiet kapitali ponderati għar-riskju, li x’aktarx iservu bħala murata kontra l-propagazzjoni tal-problemi tas-settur tal-proprjetà immobbli għall-ekonomija usa’ permezz tas-settur finanzjarju, għalkemm huwa espost ħafna għall-proprjetà immobbli. Il-progress fil-politika kien limitat. B’mod partikolari, is-sistema tat-taxxa tkompli tiffavorixxi s-sjieda tad-djar permezz ta’ tassazzjoni fuq il-proprjetà rikorrenti baxxa u tippromwovi l-akkwist ta’ akkomodazzjoni ffinanzjata mid-dejn permezz ta’ tnaqqis sinifikanti mit-taxxa tal-pagamenti tal-imgħax fuq l-ipoteki. Barra minn hekk, is-suq ineffiċjenti tal-kiri ma ġiex riformat biżżejjed.
L-Istati Membri li qed jesperjenzaw żbilanċi eċċessivi
Il-Greċja għadha tesperjenza żbilanċi. Il-vulnerabbiltajiet relatati ma’ dejn għoli tal-gvern u stokk għoli ta’ self improduttiv fil-kuntest ta’ qgħad għoli qed jonqsu, iżda l-pożizzjoni esterna tagħha marret għall-agħar. Fost it-tħassib ewlieni hemm li d-defiċit tal-kont kurrenti kiber b’mod sinifikanti fl-2022, minkejja l-irkupru fid-dħul mit-turiżmu. Għalkemm huwa mbassar li se jonqos xi ftit din is-sena u s-sena d-dieħla, id-defiċit estern mistenni jibqa’ ferm ogħla mil-livell li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat titjib dejjiemi fil-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali netta. Filwaqt li l-proporzjon tad-dejn għall-PDG tal-gvern għadu l-ogħla fl-UE, dan tjieb b’mod sinifikanti fl-2022, l-aktar bis-saħħa ta’ tkabbir nominali b’saħħtu tal-PDG, u mistenni li jonqos aktar fl-2023 u fl-2024. Is-self improduttiv irreġistra tnaqqis qawwi s-sena l-oħra li jibni fuq tnaqqis kbir fis-snin preċedenti, iżda għadu għoli u jkompli jkun ta’ piż fuq il-profittabbiltà u l-kapaċità ta’ self tal-banek, li min-naħa tiegħu jaffettwa l-approfondiment tal-kapital u t-tkabbir tal-produttività tal-ekonomija. Ir-rispons ta’ politika kkontribwixxa għat-tnaqqis tal-iżbilanċi u l-implimentazzjoni tal-RRP tirrappreżenta opportunità kbira biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali li fadal. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi, b’mod partikolari biex jiġi żgurat li l-bilanċi esterni jitqiegħdu fuq perkors ta’ titjib sod, u li s-self improduttiv ikompli jonqos inkluż permezz ta’ żieda fl-effettività tal-infurzar tad-dejn u t-titjib tas-suq sekondarju tas-self li ma jrendix.
L-Italja għadha tesperjenza żbilanċi. Filwaqt li sar xi titjib, il-vulnerabbiltajiet relatati ma’ dejn għoli tal-gvern u tkabbir dgħajjef fil-produttività, f’kuntest ta’ fraġilitajiet fis-suq tax-xogħol u xi dgħufijiet fis-swieq finanzjarji, li għandhom rilevanza transfruntiera, għadhom jippersistu. Il-vulnerabbiltajiet fit-tul tal-Italja naqsu kemxejn matul dawn l-aħħar snin iżda għadhom sinifikanti u mhumiex mistennija jitilqu malajr. It-tkabbir baxx persistenti tal-produttività kien fattur ewlieni wara t-tkabbir dgħajjef fit-tul tal-PDG tal-Italja, li naqqas id-diżingranaġġ tad-dejn tal-gvern, xekkel l-opportunitajiet ta’ impjieg u kellu impatt fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek. Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern kompla jonqos fl-2022 flimkien mal-irkupru ekonomiku. Madankollu, din għadha għolja u tikkostitwixxi sfida sostanzjali għas-sostenibbiltà fiskali. Il-proporzjon tad-dejn pubbliku huwa mbassar li jkompli jonqos sal-2024 iżda li jiżdied fit-terminu medju fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ konsolidazzjoni. Il-Gvern implimenta aktar miżuri biex jappoġġa r-reżiljenza tas-settur finanzjarju u s-self improduttiv naqas b’mod sinifikanti, iżda l-banek għadhom esposti b’mod sinifikanti għas-sovran. Sar xi progress bil-politiki biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi, iżda huma meħtieġa sforzi sostnuti u l-implimentazzjoni tal-RRP tibqa’ l-prijorità politika ewlenija billi tinkludi riformi komprensivi u investimenti sinifikanti. It-tqegħid tad-dejn għoli tal-gvern fuq perkors sod ta’ tnaqqis, f’kuntest ta’ żieda fil-kostijiet tas-servizz tad-dejn u żieda fil-kostijiet relatati mal-età, jeħtieġ approċċ multidimensjonali li jiddependi fuq politiki fiskali prudenti b’bilanċi favorevoli primarji adegwati, investimenti u riformi li jsaħħu t-tkabbir, konformità fiskali akbar kif ukoll użu effiċjenti tar-riżorsi nazzjonali u Ewropej. L-Italja qed tiffaċċja sfidi li, flimkien ma’ implimentazzjoni b’saħħitha kontinwa tal-RRP, jibbenefikaw minn sforzi ta’ politika addizzjonali, b’mod partikolari fl-oqsma tat-tassazzjoni, il-qafas fiskali u s-sistemi tal-pensjonijiet kif ukoll fl-oqsma tad-demografija, is-suq tax-xogħol, u l-enerġija.