Brussell, 15.9.2023

COM(2023) 517 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

skont ir-Regolament (UE) 2018/956 li janalizza d-data mibgħuta mill-Istati Membri u mill-manifatturi għall-perjodu ta’ rapportar 2020 dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda


Werrej

1.    Bażi legali    2

2.    Kontenut tar-rapport    2

3.    Bażi tad-data    3

4.    Analiżi għall-perjodu ta’ rapportar tal-2020    3

4.1    Emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil    3

4.1.1    Prestazzjoni tal-flotta tal-Unjoni    3

4.1.2    Prestazzjoni tal-flotta tal-Istati Membri    5

4.1.3    Prestazzjoni tal-flotta tal-manifatturi    7

4.1.4    Emissjonijiet ta’ CO2 fi profili tal-missjoni/kombinazzjonijiet ta’ tagħbija utli differenti    9

4.1.5    Emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil skont it-tip ta’ fjuwil    10

4.2    Teknoloġiji avvanzati tas-CO2 u sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi    11

4.2.1    Teknoloġiji avvanzati tas-CO2    11

4.2.2    Fjuwils alternattivi    12

4.2.3    Sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi    14

5.    Konklużjoni    15

5.1    Emissjonijiet tas-CO2    15

5.2    Fjuwils u sistemi tal-motopropulsjoni    15

Anness    17

A.1    Ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni    17

A.2    Tagħbija utli medja    17

A.3    Emissjonijiet medji ta’ CO2 għal kull Stat Membru    18



1.    Bażi legali

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda 1 , il-Kummissjoni għandha tippubblika kull sena rapport bl-analiżi tagħha tad-data mibgħuta mill-Istati Membri u mill-manifatturi għall-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Dan huwa t-tieni rapport skont dan ir-Regolament, li jipprovdi analiżi tad-data għall-perjodu ta’ rapportar 2020 li jibda mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021 bi skadenza għar-rapportar tat-30 ta’ Settembru 2021.

L-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil ta’ vetturi heavy-duty ġodda jiġu ddeterminati permezz tal-Għodda għall-Kalkolu tal-Konsum tal-Enerġija tal-Vettura (VECTO), għodda ta’ simulazzjoni għall-vetturi heavy-duty żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea. Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-simulazzjoni ta’ vetturi heavy-duty ġodda li jużaw il-VECTO huma previsti mir-Regolament (UE) 2017/2400 fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal 2 .

2.    Kontenut tar-rapport

F’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956, din l-analiżi tkopri 

1)il-prestazzjoni tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni

2)il-prestazzjoni tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty ta’ kull Stat Membru

3)il-prestazzjoni tal-flotta ta’ vetturi heavy-duty ta’ kull manifattur

It-tliet parametri kollha ta’ hawn fuq huma stmati abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal gruppi rappreżentattivi ta’ vetturi heavy-duty magħżula għal kombinazzjonijiet differenti ta’ profili tal-missjoni u ta’ tagħbija utli u fjuwils differenti. Barra minn hekk, huma inklużi valuri magħżula dwar il-konsum medju tal-fjuwil tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-Unjoni.

L-analiżi tkopri wkoll id-data disponibbli dwar l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u avvanzati li jnaqqsu s-CO2, kif ukoll ta’ sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi.

Hija bbażata fuq data kif disponibbli fis-7 ta’ Novembru 2022.

Valuri ta’ prestazzjoni ulterjuri jistgħu jinstabu fir-Reġistru Ċentrali għad-data dwar il-vetturi heavy-duty 3 .

Ir-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq ma setgħux jiżdiedu mar-rapport peress li ma humiex disponibbli għall-Kummissjoni għall-perjodu ta’ rapportar 2020.

3.    Bażi tad-data

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq data li tinkludi l-vetturi kollha rrapportati mill-manifatturi, korrispondenti ma’ reġistrazzjonijiet fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ rapportar tal-2020. Dawn ikopru t-trakkijiet fil-gruppi ta’ vetturi 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10, 11, 12 u 16 4 . It-trakkijiet fil-gruppi 11, 12 u 16 huma koperti għall-ewwel darba 5 .

Dawn it-trakkijiet kollha huma definiti bħala trakkijiet tqal fir-Regolament (UE) 2017/2400. Dan ir-rapport, fejn rilevanti, jiddistingwi bejn trakkijiet taħt jew daqs (il-gruppi 1, 2 u 3) u aktar (4, 5, 9, 10, 11, 12 u 16) minn 16-il tunnellata ta’ piż massimu mgħobbi teknikament permessibbli.

Ix-xarabanks u l-kowċis ma humiex inklużi.

4.    Analiżi għall-perjodu ta’ rapportar tal-2020 

4.1    Emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil

Din it-taqsima tipprovdi analiżi tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-Istati Membri, mill-manifatturi, mill-gruppi ta’ vetturi u minn profili tal-missjoni differenti. Barra minn hekk, huma ppreżentati valuri magħżula dwar il-konsum tal-fjuwil, kif ukoll tipi differenti ta’ fjuwil użati mill-vetturi rreġistrati ġodda. Il-vetturi b’sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi, jiġifieri vetturi b’emissjonijiet żero, vetturi elettriċi ibridi, u vetturi li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwil, huma diskussi separatament fit-taqsima 4.2.

4.1.1    Prestazzjoni tal-flotta tal-Unjoni

L-emissjonijiet ta’ CO2 irrapportati jiddependu ħafna mill-gruppi u mis-sottogruppi tal-vetturi 6 . It-Tabella 1 tipprovdi data dwar il-kompożizzjoni u l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-gruppi u tas-sottogruppi ta’ vetturi. B’mod partikolari, din turi l-għadd ta’ vetturi kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ gruppi u sottogruppi differenti. Il-vetturi vokazzjonali kollha rreġistrati matul l-ewwel perjodu ta’ rapportar tal-2020 jappartjenu għall-gruppi ta’ vetturi 4, 5 u 9. Il-maġġoranza l-kbira ħafna ta’ trakkijiet imqabbla ta’ piż massimu mgħobbi teknikament permessibbli taħt is-16-il tunnellata jappartjenu għall-gruppi 2 u 3. Fir-rigward ta’ trakkijiet tqal ta’ aktar minn 16-il tunnellata, il-vetturi fis-sottogrupp 5-Distanzi Twal (5-LH) jirrappreżentaw 68 % tat-trakkijiet ġodda kollha ta’ aktar minn 16-il tunnellata. Dawn huma l-aktar vetturi komuni użati għat-trasport tal-merkanzija fuq distanzi twal fl-UE.

L-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ vettura heavy-duty minn sottogrupp partikolari huma kkalkolati bħala medja ponderata fuq profili tal-missjoni differenti 7 kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242. Għall-gruppi ta’ vetturi 1, 2, 3, 11, 12 u 16, il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni użati għall-kalkoli kollha f’dan ir-rapport għadhom ma humiex definiti fil-leġiżlazzjoni. Id-definizzjonijiet użati għal dan ir-rapport jistgħu jinstabu fl-Anness A.1.

Tabella 1 tipprovdi wkoll it-tagħbija utli medja f’tunnellati għall-gruppi kollha ta’ vetturi kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/tkm, ikkalkolati billi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km jiġu diviżi bit-tagħbija utli medja f’tunnellati. L-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/tkm ta’ grupp ta’ vetturi jikkorrispondu għall-emissjonijiet ta’ referenza ta’ CO2 ta’ grupp ta’ vetturi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1), is-subparagrafu 38, is-subpunt (b) 8 tad-Direttiva 1999/62/KE, kif emendata bid-Direttiva 2006/38/KE, bid-Direttiva 2011/76/UE, u bid-Direttiva (UE) 2022/362 9 , u jistgħu jintużaw għall-finijiet deskritti f’din id-Direttiva.

It-Taqsima A.2 tal-Anness tipprovdi deskrizzjoni dwar kif it-tagħbija utli medja ġiet ikkalkolata għall-gruppi kollha ta’ vetturi.

Tabella 1: Għadd ta’ vetturi, emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km, tagħbija utli medja f’tunnellati u emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/tkm għal kull grupp u sottogrupp ta’ vetturi (nota: RD tfisser vetturi użati l-aktar għall-Kunsinna Reġjonali, LH għal Distanzi Twal, u UD għall-Kunsinna Urbana)

Grupp ta’ vetturi

Sottogrupp ta’ vetturi 10

Għadd ta’ vetturi

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Tagħbija utli medja (t)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/tkm)

1

-

2 170

592,1

1,44

410,1

2

-

8 876

625,5

2,33

267,9

3

-

8 219

696,3

3.36

207,2

4

4-UD

94

814,7

2,65

307,4

4-RD

10 816

629,2

3,18

197,9

4-LH

3 223

758,8

7,42

102,3

vokazzjonali

583

1390,9

-

 

5

5-RD

1 318

853,7

10,26

83,2

5-LH

130 194

773,4

13,84

55,9

vokazzjonali

1

954,5

-

 

9

9-RD

13 080

701,5

6,28

111,7

9-LH

17 287

857,4

13,40

64,0

vokazzjonali

1 703

1554,5

-

 

10

10-RD

48

907,4

10,26

88,5

10-LH

5 573

810,5

13,84

58,6

11

-

2 166

846,3

5,39

157,0

12

-

1 167

1024,5

9,81

104,4

16

-

3 201

1082,5

9,81

110,3

Total tal-UE

-

209 719

773,7

 

 

4.1.2    Prestazzjoni tal-flotta tal-Istati Membri

Tabella 2 tipprovdi informazzjoni dwar l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km għal kull Stat Membru. Il-vetturi vokazzjonali ma jitqisux. Għal raġunijiet ta’ konċiżjoni, huma murija biss il-valuri tal-emissjonijiet għall-grupp ta’ vetturi 2, is-sottogrupp 5-Distanzi Twal (5-LH), u l-grupp 16. Dawn it-tliet (sotto)gruppi ntgħażlu bħala l-gruppi rappreżentattivi għat-trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata (il-gruppi 1, 2 u 3) u t-trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata (attwalment soġġetti għall-istandards ta’ CO2: il-gruppi 4, 5, 9 u 10; mhux soġġetti għall-istandards kurrenti ta’ CO2: il-gruppi 11, 12 u 16) rispettivament 11 . It-Taqsima A.3 tal-Anness tipprovdi deskrizzjoni dwar kif jiġu kkalkolati l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2, irrapportati fit-Tabella 2.



Tabella 2: Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km tal-gruppi/tas-sottogruppi ta’ vetturi 2, 5-LH u 16, kif ukoll l-għadd ta’ trakkijiet irreġistrati f’kull Stat Membru f’ċerti gruppi

 

Gruppi 1, 2, 3 
Għadd ta’ vetturi

Grupp 2 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Gruppi ta’ vetturi 4, 5, 9, 10 
Għadd ta’ vetturi

Sottogrupp 5-LH 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Gruppi 11, 12, 16 
Għadd ta’ vetturi

Grupp 16 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

L-Awstrija

396

614,6

3 896

780,7

312

1 080,3

Il-Belġju

834

622,0

4 432

784,2

506

1 050,3

Il-Bulgarija

29

635,5

1 689

759,4

6

1 102,4

Il-Kroazja

63

614,7

500

774,8

14

1 084,1

Ċipru

5

573,3

17

789,8

4

Mhux disponibbli

Iċ-Ċekja

748

644,5

5 610

767,3

214

1 080,2

Id-Danimarka

225

619,4

2 428

763,1

280

1 083,9

L-Estonja

3

711,9

542

750,1

41

1 074,1

Il-Finlandja

169

614,5

1 081

795,5

694

1 113,9

Franza

3 407

599,2

30 182

781,3

1 369

1 080,5

Il-Ġermanja

7 157

624,4

40 601

778,7

1 048

1 048,6

Il-Greċja

85

615,0

135

792,3

7

1 108,2

L-Ungerija

44

629,7

1 828

765,3

2

1 009,7

L-Irlanda

147

629,2

1 401

761,6

91

1 044,8

L-Italja

1 780

687,4

16 785

780,3

80

1 093,4

Il-Latvja

27

635,1

996

760,7

31

987,6

Il-Litwanja

18

629,9

6 389

771,4

41

Mhux disponibbli

Il-Lussemburgu

4

580,2

601

792,5

2

Mhux disponibbli

Malta

3

640,7

4

790,6

0

Mhux disponibbli

In-Netherlands

833

609,5

8 128

768,0

211

1 050,4

Il-Polonja

992

628,7

23 277

763,2

203

1 094,9

Il-Portugall

207

662,0

3 455

767,4

88

1 127,4

Ir-Rumanija

73

613,6

3 821

771,2

40

1 094,5

Is-Slovakkja

163

626,1

1 943

764,0

27

1 044,0

Is-Slovenja

35

659,3

1 254

764,3

21

1 108,3

Spanja

1 331

622,8

17 057

769,2

118

1 077,0

L-Iżvezja

477

588,0

3 463

784,4

1 078

1 098,2

Mhux magħruf 12  

10

599,1

118

742,8

6

974,2

Total tal-UE

19 265

625,5

181 633

773,4

6 534

1 082,5

4.1.3    Prestazzjoni tal-flotta tal-manifatturi

Tabella 3 tippreżenta l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km, għall-manifatturi kollha, f’konformità mad-data ppreżentata fit-Tabella 2. Il-vetturi vokazzjonali ma jitqisux.

Tabella 3: Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km tal-sottogruppi/tas-sottogruppi ta’ vetturi 2, 5-LH u 16

 

Trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata

Trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata

 

Grupp 2 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Sottogrupp 5-LH 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Grupp 16 
Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

DAF Trucks N.V.

669,3

778,4

1 031,1

Daimler Truck AG

628,7

780,5

1 126,1

Ford Otomotiv Sanayi A.S.

-

812,4

-

ISUZU MOTORS LIMITED

751,2

-

-

Iveco S.p.A.

706,1

-

-

Iveco-Magirus A.G.

-

797,2

1 112,7

MAN Truck & Bus AG

602,2

771,1

1 040,4

RENAULT TRUCKS

576,2

794,7

1 086,5

SCANIA CV AB

-

736,5

1 094,0

VOLVO TRUCK CORPORATION

592,6

771,8

1 088,1

Total tal-UE

625,5

773,4

1 082,5

Tabella 4 u Tabella 5 jippreżentaw l-għadd ta’ vetturi rreġistrati, għall-manifatturi kollha, fi gruppi u f’sottogruppi differenti, rispettivament. Il-vetturi vokazzjonali ma humiex inklużi.


Tabella 4: Għadd ta’ vetturi għal kull grupp ta’ vetturi għal kull manifattur, għall-gruppi 1, 2, 3, 11, 12 u 16 13

 

Grupp ta’ Vetturi

Subtotal

 

1

2

3

11

12

16

DAF Trucks N.V.

94

881

705

46

49

91

1 866

Daimler Truck AG

548

2 832

2 752

163

186

233

6 714

Ford Otomotiv Sanayi A.S.

0

0

0

0

0

0

0

ISUZU MOTORS LIMITED

0

9

13

0

0

0

22

Iveco S.p.A.

427

1 097

1 366

0

0

0

2 890

Iveco-Magirus A.G.

0

0

0

135

26

108

269

MAN Truck & Bus AG

832

2 101

1 184

274

128

633

5 152

Mitsubishi Fuso Truck & Bus Corporation

246

0

0

0

0

0

246

RENAULT TRUCKS

0

1 482

1543

160

37

221

3 443

SCANIA CV AB

0

0

0

545

232

1 048

1 825

VOLVO TRUCK CORPORATION

23

474

656

843

509

867

3 372

Total

2170

8 876

8 219

2 166

1 167

3 201

25 799



Tabella 5: Għadd ta’ vetturi għal kull sottogrupp ta’ vetturi għal kull manifattur, għall-gruppi 4, 5, 9 u 10

 

Sottogrupp ta’ vetturi

Subtotal

 

4-UD

4-RD

4-LH

5-RD

5-LH

9-RD

9-LH

10-RD

10-LH

DAF Trucks N.V.

34

854

310

83

26 170

173

1 703

8

820

30 155

Daimler Truck AG

0

1 782

876

385

22 505

3 074

3 859

13

549

33 043

Ford Otomotiv Sanayi A.S.

0

152

24

2

1 152

59

19

0

0

1 408

ISUZU MOTORS LIMITED

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Iveco S.p.A.

11

951

0

0

0

0

0

0

0

962

Iveco-Magirus A.G.

0

311

119

100

11 251

1 599

1 284

0

121

14 785

MAN Truck & Bus AG

0

1 937

539

244

17 824

2 577

2 908

12

504

26 545

Mitsubishi Fuso Truck & Bus Corporation

0

0

0

0

0

0

0

0

0

0

RENAULT TRUCKS

0

2 120

503

84

10 461

1 904

771

1

230

16 074

SCANIA CV AB

49

1 510

546

343

20 283

2 241

3 663

6

1 817

30 458

VOLVO TRUCK CORPORATION

0

1 199

306

77

20 548

1 453

3 080

8

1 532

28 203

Total

94

10 816

3 223

1 318

130 194

13 080

17 287

48

5573

181 633

4.1.4    Emissjonijiet ta’ CO2 fi profili tal-missjoni/kombinazzjonijiet ta’ tagħbija utli differenti

Fil-VECTO, il-vetturi kollha jiġu simulati fuq profili tal-missjoni differenti u b’żewġ tagħbijiet utli differenti (baxxi jew rappreżentattivi). Kull grupp ta’ vetturi jiġi simulat fuq għadd definit ta’ profili tal-missjoni korrispondenti.

Tabella 6 tippreżenta l-emissjonijiet speċifiċi medji fi g/km u fi g/tkm mill-gruppi ta’ vetturi 2, mis-sottogrupp 5-LH u mill-grupp 16.



Tabella 6: Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km u fi g/tkm tal-gruppi ta’ vetturi 2, 5, u 16 għal kull profil tal-missjoni

 

Trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata

Trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata

Grupp ta’ vetturi 2

Sottogrupp ta’ vetturi 5 LH

Grupp ta’ vetturi 16

Profil tal-missjoni / tagħbija utli

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/tkm)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/tkm)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/tkm)

RDL

508,0

849,8

663,2

255,1

-

-

RDR

546,7

182,9

824,5

63,9

-

-

LHL

668,3

514,8

636,3

244,7

-

-

LHR

771,8

78,8

831,8

43,1

-

-

UDL

644,0

1 077,3

1 046,7

402,6

-

-

UDR

743,8

248,8

1 437,9

111,5

-

-

REL

-

-

838,7

239,6

-

-

RER

-

-

1 064,2

60,8

-

-

LEL

-

-

801,3

228,9

-

-

LER

-

-

1 079,2

40,7

-

-

MUL

-

-

-

-

-

-

MUR

-

-

-

-

-

-

COL

-

-

-

-

908,8

349,5

COR

-

-

-

-

1 156,9

89,7

4.1.5    Emissjonijiet ta’ CO2 u konsum tal-fjuwil skont it-tip ta’ fjuwil

Tabella 7 tipprovdi l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 skont it-tip ta’ fjuwil. B’mod simili għal Tabella 2 u Tabella 3, din tippreżenta valuri għall-gruppi/għas-sottogruppi ta’ vetturi 2, 5-LH u 16, minbarra l-vetturi vokazzjonali. L-ebda vettura rreġistrata matul il-perjodu ta’ rapportar tal-2020 ma użat Petrol (PI), Etanol (PI), jew LPG (PI) 14 . Analiżi aktar dettaljata tal-fjuwils differenti użati minn vetturi rreġistrati ġodda tingħata fit-taqsima 4.2.2.



Tabella 7: Għadd ta’ vetturi, emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/km u konsum medju tal-fjuwil tal-gruppi/tas-sottogruppi ta’ vetturi 2,5-LH u 16 skont it-tip ta’ fjuwil

 

Trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata

Trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata

Grupp ta’ vetturi 2

Sottogrupp ta’ vetturi 5-LH

Grupp ta’ vetturi 16

Tip ta’ fjuwil (magna)

Għadd ta’ vetturi

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Konsum medju tal-fjuwil

Għadd ta’ vetturi

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Konsum medju tal-fjuwil

Għadd ta’ vetturi

Emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 (g/km)

Konsum medju tal-fjuwil

Diżil (CI)

8 798

625,5

24 l/100km

124 406

774,1

30 l/100km

3 161

1 082,8

41 l/100km

Etanol (CI)

-

-

-

5

720,4

49 l/100km

-

-

-

LNG (PI)

-

-

-

5 003

757,8

274 g/km

-

-

-

CNG (PI)

78

620,0

230 g/km

770

765,2

284 g/km

40

1 054,8

392 g/km

NG (PI)

-

-

-

9

749,8

295 g/km

-

-

-

Għal disa’ vetturi tal-gass naturali mis-sottogrupp 5-LH simulati b’verżjonijiet bikrija tal-VECTO, ma hija disponibbli l-ebda speċifikazzjoni dwar it-tip ta’ gass naturali, kemm jekk jintuża gass naturali likwifikat (LNG), kif ukoll jekk jintuża gass naturali kkompressat (CNG). Dawn il-vetturi huma kklassifikati hawnhekk bħala NG.

4.2    Teknoloġiji avvanzati tas-CO2 u sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi

Din it-taqsima tiffoka fuq l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati u alternattivi fi ħdan il-vetturi rreġistrati matul l-ewwel perjodu ta’ rapportar. B’mod partikolari, din telenka l-għadd totali ta’ vetturi u s-sehem tal-flotta mgħammra b’teknoloġija partikolari. Din it-taqsima tqabbel il-flotot ta’ manifatturi u ta’ Stati Membri differenti.

4.2.1    Teknoloġiji avvanzati tas-CO2

Matul il-perjodu ta’ rapportar tal-2020, il-manifatturi setgħu, iżda ma kinux obbligati, jindikaw “teknoloġiji avvanzati tas-CO2” addizzjonali 15 . Din l-informazzjoni ma kellha l-ebda influwenza fuq ir-riżultati tas-simulazzjoni tal-VECTO.

Mill-vetturi l-ġodda kollha tal-manifattur li rrapporta dwar tali teknoloġiji, 66 % kienu mgħammra bi gradilja attiva fuq quddiem, ikklassifikata bħala miżura ajrudinamika avvanzata. Barra minn hekk, madwar 94 % tal-vetturi l-ġodda tagħha kienu mgħammra b’teknoloġija “pulse and glide”, li twassal għal sewqan aktar effiċjenti fl-enerġija.

Ma tista’ tinstilet l-ebda konklużjoni dwar teknoloġiji avvanzati tas-CO2 fil-flotta kollha tal-Unjoni.

Minbarra din l-informazzjoni fakultattiva dwar “teknoloġiji avvanzati tas-CO2”, il-manifatturi kellhom jindikaw, jekk il-vettura rreġistrata hijiex mgħammra b’teknoloġija ta’ sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa (ADAS) 16 . Tabella 8 tippreżenta l-għadd totali ta’ vetturi mgħammra b’teknoloġija ADAS.

Tabella 8: Għadd ta’ vetturi għal kull grupp ta’ vetturi mgħammra b’teknoloġija ADAS

 

Grupp ta’ vetturi

Total

Teknoloġija ADAS

1

2

3

4

5

9

10

11

12

16

Eco-roll mingħajr stop-start tal-magna

287

2 047

1 818

4 500

102 002

15 050

3 385

765

504

974

131 330

Kontroll awtomatiku tal-veloċità predittiv

0

0

0

2 569

83 993

9 294

2 258

381

375

522

99 392

Sehem ta’ vetturi mgħammra b’tal-anqas ADAS waħda (%)

13

23

22

31

78

47

60

37

51

32

60

L-ebda vettura rreġistrata matul il-perjodu ta’ rapportar tal-2020 ma kienet mgħammra bit-teknoloġiji ADAS “stop-start tal-magna matul il-waqfien tal-vettura” jew “eco-roll bi stop-start tal-magna”.

4.2.2    Fjuwils alternattivi

Il-fjuwil u t-tip ta’ magna ta’ vettura rreġistrata kienu speċifikazzjonijiet obbligatorji matul il-perjodu ta’ rapportar peress li għandhom impatt fuq id-determinazzjoni tal-emissjonijiet permezz tal-VECTO. Minkejja li kważi 98 % tal-vetturi rreġistrati jużaw id-Diżil, ammont żgħir ta’ vetturi rreġistrati ġodda jużaw l-etanol, l-LNG, jew is-CNG. Tabella 9 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-fjuwils u l-magni differenti fi ħdan il-gruppi ta’ vetturi.

 

Grupp ta’ vetturi

Total

Tip ta’ fjuwil (magna)

1

2

3

4

5

9

10

11

12

16

Diżil (CI)

2 166

8 798

8 117

14 268

125 685

30 615

5 602

2 164

1 166

3 161

201 742

Etanol (CI)

0

0

0

8

5

14

1

0

0

0

28

LNG (PI)

0

0

0

27

5 013

401

9

0

0

0

5 450

CNG (PI)

4

78

99

405

800

999

9

2

1

40

2 437

NG (PI)

0

0

0

0

9

2

0

0

0

0

11

Sehem tal-vetturi li jużaw l-AF (%)

0

1

1

3

4

4

0

0

0

1

4

Tabella 9: Għadd ta’ vetturi għal kull grupp ta’ vetturi skont it-tip ta’ fjuwil (AF: Fjuwils Alternattivi)

Għal 11-il vettura tal-gass naturali ssimulati b’verżjonijiet bikrija tal-VECTO, ma hemm disponibbli l-ebda speċifikazzjoni dwar it-tip ta’ gass naturali (LNG jew CNG). Fit-Tabella 9 dawn il-vetturi huma kklassifikati bħala NG.

It-Tabella 10 turi data għal kull Stat Membru f’termini tal-għadd ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi. Id-data hija miġbura fil-qosor fl-aktar żewġ kategoriji importanti: trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata (jiġifieri l-gruppi 1, 2, u 3), kif ukoll trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata (jiġifieri l-gruppi 4, 5, 9, 10, 11, 12 u 16) u jeskludu l-motopropulsjonijiet alternattivi ppreżentati fit-taqsima li jmiss.

Tabella 10: Għadd ta’ vetturi għal kull Stat Membru skont il-fjuwil. Dawk li jaħdmu bil-gass jinkludu l-LNG u s-CNG

 

Trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata

Trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata

Għadd totali ta’ vetturi (minbarra ZEV)

Sehem tal-vetturi li jużaw l-AF (%)

Diżil (CI)

Etanol (CI)

Stat Membru

Diżil (CI)

Etanol (CI)

Jaħdmu bil-gass

Diżil (CI)

Etanol (CI)

Jaħdmu bil-gass

L-Awstrija

393

0

3

4 181

0

62

4 639

1

Il-Belġju

827

0

7

4 931

0

186

5 951

3

Il-Bulgarija

29

0

0

1 531

0

167

1 727

10

Il-Kroazja

63

0

0

515

0

1

579

0

Ċipru

5

0

0

22

0

0

27

0

Iċ-Ċekja

746

0

2

5 764

0

98

6 610

2

Id-Danimarka

225

0

0

2 771

0

64

3 060

2

L-Estonja

3

0

0

576

0

8

587

1

Il-Finlandja

165

0

4

1 716

0

64

1 949

3

Franza

3 345

0

62

30 432

6

1 426

35 271

4

Il-Ġermanja

7 151

0

6

40 134

0

2 080

4 9371

4

Il-Greċja

85

0

0

159

0

0

244

0

L-Ungerija

44

0

0

1 832

0

3

1 879

0

L-Irlanda

147

0

0

1 497

0

14

1 658

1

L-Italja

1 747

0

33

15 926

0

1 181

18 887

6

Il-Latvja

27

0

0

948

0

79

1 054

7

Il-Litwanja

18

0

0

6 360

0

70

6 448

1

Il-Lussemburgu

4

0

0

596

0

8

608

1

Malta

3

0

0

8

0

0

11

0

In-Netherlands

831

0

1

8 463

0

249

9 544

3

Il-Polonja

981

0

11

22 600

0

1 000

24 592

4

Il-Portugall

198

0

9

3 526

0

46

3 779

1

Ir-Rumanija

70

0

3

3 770

0

107

3 950

3

Is-Slovakkja

163

0

0

1 931

0

43

2 137

2

Is-Slovenja

35

0

0

1 250

0

26

1 311

2

Spanja

1 296

0

35

16 688

0

545

18 564

3

L-Iżvezja

470

0

5

4 409

22

188

5 094

4

Mhux magħruf 17

10

0

0

125

0

2

137

1

Total tal-UE

19 081

0

181

182 661

28

7717

209 668

4

Id-differenzi bejn l-Istati Membri jistgħu jirriżultaw minn infrastrutturi ta’ mili mill-ġdid żviluppati b’mod differenti għal fjuwils alternattivi, eż. CNG/LNG. Madankollu, l-għadd ta’ vetturi rreġistrati li jużaw fjuwils alternattivi huwa baxx madwar l-UE kollha.

4.2.3    Sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi

Ir-Regolament (UE) 2019/1242 jiddefinixxi vettura heavy-duty b’emissjonijiet żero (ZEV) bħala vettura mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li tirrilaxxa anqas minn 1 g CO2/kWh, jew anqas minn 1 g CO2/km.

Ma ġiet irreġistrata l-ebda vettura elettrika ibrida 18 jew li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil 19 fil-perjodu ta’ rapportar tal-2020 fil-gruppi ta’ vetturi koperti mir-rapport. Xi wħud ġew irreġistrati fil-grupp 0 (bejn 3,5 u 7,5 tunnellati)

Tabella 11 turi li l-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero rreġistrati matul il-perjodu ta’ rapportar kien limitat ħafna.

Tabella 11: Għadd ta’ vetturi b’sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi mill-manifatturi (ZEV: Vetturi b’Emissjonijiet Żero)

Manifattur

ZEV

Sehem ta’ ZEV

DAF NV

1

0,00 %

DAIMLER TRUCK AG

0

0,00 %

FORD OTOMOTIV SANAYI AS

0

0,00 %

ISUZU MOTORS LIMITED

0

0,00 %

IVECO SPA

0

0,00 %

IVECO MAGIRUS AG

0

0,00 %

MAN TRUCK AND BUS SE

14

0,04 %

MITSUBISHI FUSO TRUCK & BUS CORPORATION

0

0,00 %

RENAULT TRUCK SA

11

0,06 %

SCANIA CV AB

1

0,00 %

VOLVO TRUCK CORPORATION

24

0,08 %

Għadd totali ta’ vetturi

51

0,02 %

Il-maġġoranza ta’ dawn il-51 vettura jappartjenu għas-sottogrupp 9-LH u 9-RD (24 u 15 ZEV, rispettivament), filwaqt li l-oħrajn jappartjenu għall-gruppi/għas-sottogruppi 3, 4-LH u 5-LH.

5.    Konklużjoni

Dan it-tieni rapport għandu l-għan ewlieni li jippreżenta l-istatus quo tal-flotta tal-vetturi heavy-duty tal-UE.

Ir-rapport iqabbel il-prestazzjoni tal-flotot ta’ Stati Membri, manifatturi u gruppi ta’ vetturi differenti. Dan jipprovdi valuri magħżula dwar l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, kif ukoll is-sehem ta’ teknoloġiji alternattivi f’vetturi heavy-duty irreġistrati matul it-tieni perjodu ta’ rapportar. Din it-taqsima tiġbor fil-qosor l-osservazzjonijiet ewlenin mid-data rrapportata.

5.1    Emissjonijiet tas-CO2 

It-tqabbil ġust tal-prestazzjoni ta’ Stati Membri u manifatturi differenti f’termini tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-flotot tagħhom huwa possibbli biss fi grupp jew sottogruppi partikolari (għal trakkijiet fil-gruppi 4, 5, 9 u 10).

Fi ħdan il-grupp rappreżentattiv għat-trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata, jiġifieri l-grupp 2, jistgħu jiġu osservati differenzi sinifikanti fost il-flotot ta’ Stati Membri u manifatturi differenti. Madankollu, dawn huma dovuti wkoll għall-għadd limitat ta’ vetturi rreġistrati f’xi pajjiżi jew prodotti minn xi manifatturi. Minbarra dawk il-pajjiżi u manifatturi, id-differenza relattiva bejn il-flotta tal-Istati Membri bl-aħjar prestazzjoni u bl-agħar prestazzjoni hija ta’ aktar minn 15 % (ara Tabella 2). Għall-manifatturi, id-differenza relattiva tammonta għal madwar 20 % (ara Tabella 3).

Fir-rigward tat-trakkijiet tqal ta’ aktar minn 16-il tunnellata, il-prestazzjonijiet tal-flotot ta’ 5-Long Haul u tal-grupp 16 ta’ Stati Membri u manifatturi differenti huma aktar allinjati.

Il-varjazzjoni ogħla tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata meta mqabbla ma’ dawk ta’ aktar minn 16-il tunnellata tista’ tiġi spjegata mill-fatt li trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata huma simulati b’tagħbijiet utli kemxejn differenti skont il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħhom, filwaqt li t-tagħbija utli użata fis-simulazzjonijiet ta’ trakkijiet ta’ aktar minn 16-il tunnellata ma tiddependix fuq il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura individwali.

Barra minn hekk, id-data dwar l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati tindika li kważi nofs il-vetturi rreġistrati ġodda huma mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa. Id-data dwar it-teknoloġiji avvanzati addizzjonali tas-CO2 hija limitata, iżda tissuġġerixxi li sehem għoli ta’ vetturi jista’ jkun mgħammar ukoll b’miżuri ajrudinamiċi avvanzati jew b’teknoloġija “pulse and glide”.

5.2    Fjuwils u sistemi tal-motopropulsjoni

Fil-preżent, il-vetturi diżil għadhom jammontaw għal aktar minn 96 % tal-vetturi heavy-duty reġistrati ġodda kollha koperti f’dan ir-rapport. Għadd limitat biss ta’ vetturi jużaw fjuwils alternattivi jew sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi, l-aktar l-LNG u s-CNG.

Is-sehem ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi, jiġifieri l-etanol, is-CNG, jew l-LNG, ivarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Filwaqt li huwa baxx ħafna (anqas minn 0,5 %) fil-Kroazja, f’Ċipru, fil-Greċja, fl-Ungerija u f’Malta, dan is-sehem jilħaq l-10 % fil-Bulgarija (ara Tabella 10). Dan huwa dovut għal sehem relattivament għoli ta’ vetturi tal-gass naturali, li jirrifletti infrastruttura ta’ mili mill-ġdid tal-gass pjuttost żviluppata sew f’dan il-pajjiż.

Bħalissa, l-għadd ta’ vetturi heavy-duty b’emissjonijiet żero madwar l-UE huwa żgħir, b’51 vettura biss imqabbla matul l-perjodu ta’ rapportar tal-2020 (ara Tabella 11). Madankollu jista’ jkun hemm xi ZEV li ma jiġux irrapportati u għalhekk ma jiġux inklużi.


Anness

A.1    Ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni

Il-valuri pprovduti fit-Tabella 12 jintużaw fil-VECTO għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi individwali indikati fiċ-Ċertifikat tal-Konformità (CoC).

Tabella 12: Ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni għall-gruppi ta’ vetturi 1, 2, 3, 11, 12 u 16

Grupp ta’ vetturi

RDL

RDR

UDL

UDR

COL

COR

1

0,1

0,3

0.18

0,42

0

0

2

0,125

0,375

0,15

0,35

0

0

3

0,125

0,375

0,15

0,35

0

0

11

0,15

0,35

0

0

0,15

0,35

12

0,21

0,49

0

0

0,09

0,21

16

0

0

0

0

0,3

0,7

A.2    Tagħbija utli medja

Għall-gruppi 4, 5, 9,10, 11, 12 u 16, it-tagħbija utli medja hija stabbilita f’kull sottogrupp.

Għall-gruppi 1, 2, u 3, il-valuri tat-tagħbija utli ma humiex stabbiliti iżda jvarjaw skont il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli (TPMLM) tal-vettura individwali. Għalhekk, sabiex tiġi kkalkolata t-tagħbija utli medja fi ħdan grupp, wieħed irid iqis it-tagħbijiet utli speċifiċi għall-vettura 20 . It-tagħbija utli medja għall-gruppi 1, 2, u 3 hija kkalkolata kif ġej:

.

.

Fiha, hemm is-somma fuq il-vetturi kollha mill-grupp , is-somma fuq il-profili kollha tal-missjoni,  il-valur tat-tagħbija utli attribwit lill-vettura għall-profil tal-missjoni , u l-għadd totali ta’ vetturi mill-grupp ta’ vetturi .

 hemm l-istess ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni li jintużaw għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 tal-gruppi 1, 2, 3 (ara Tabella 12).

A.3    Emissjonijiet medji ta’ CO2 għal kull Stat Membru

L-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2  fi g/km (sotto)grupp ta’ vettura 21 għal kull Stat Membru huma kkalkolati kif ġej:

.

Fiha, hemm is-somma fuq il-vetturi kollha minn (sotto)grupp u Stat Membru partikolari u hemm l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 ta’ vettura heavy-duty ġdida minn grupp u Stat Membru , kif iddefiniti fil-punt 2.1. fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 (ara Tabella 12). huwa l-għadd totali ta’ vetturi minn grupp irreġistrat fl-Istat Membru .

(1)

 Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

(2)

 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).

(3)

 Kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/956. Ir-Reġistru Ċentrali huwa ppubblikat mill-EEA taħt https://discomap.eea.europa.eu/app/CO2HDV/.

(4)

 Kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/2400

(5)

 L-għadd ta’ vetturi rreġistrati fil-gruppi 11, 12 u 16 jista’ ma jkunx rappreżentattiv ta’ perjodu ta’ rapportar tipiku. Peress li ma kinux iċċertifikati qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar, xi vetturi setgħu ġew irreġistrati mingħajr ma ġew irrapportati minn manifattur. 

(6)

 Is-sottogruppi tal-vetturi jirriflettu l-mudell tipiku tal-użu tal-vetturi u l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Dawn huma definiti mill-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242.

(7)

 Ir-Regolament (UE) 2019/1242 jiddefinixxi profil tal-missjoni bħala “kombinazzjoni ta’ ċiklu tal-veloċità mmirata, ċifra tat-tagħbija utli, konfigurazzjoni tal-karozzerija jew tat-trejler, u parametri oħra, jekk applikabbli, li jirrifletti l-użu speċifiku ta’ vettura”.

(8)

Dik id-definizzjoni tirreferi għall-valur medju tal-emissjonijiet kollha tas-CO2 tal-vetturi fi grupp ta’ vetturi, li huwa ekwivalenti għall-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 fi g/tkm ta’ grupp ta’ vetturi.

(9)

Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42)

(10)

Kif definit fir-Regolament (UE) 2019/1242

(11)

 Għat-trakkijiet ta’ inqas minn 16-il tunnellata, il-gruppi 2 u 3 fihom għadd komparabbli ta’ vetturi. Fir-rigward tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 u tat-tagħbija utli medja, il-grupp 2 huwa “bejn” il-gruppi 1 u 3 (ara t-Tabella 2), u għalhekk jirrappreżenta bl-aħjar mod dawn it-trakkijiet. Is-sottogrupp 5-LH u l-grupp 16 huma grupp rappreżentattiv, peress li jirrappreżentaw l-ogħla sehem ta’ trakkijiet irreġistrati ġodda li jaqbżu s-16-il tunnellata fil-gruppi li huma u ma humiex soġġetti għall-istandards attwali ta’ CO2, rispettivament. F’xi pajjiżi, ma ġiet irreġistrata l-ebda vettura tal-grupp 16 fil-perjodu ta’ rapportar, u għalhekk l-emissjonijiet medji tagħhom ma humiex disponibbli.

(12)

 Vetturi mhux magħrufa huma dawk irreġistrati f’aktar minn Stat Membru wieħed, u għalhekk ma setgħux jiġu attribwiti għal Stat Membru wieħed preċiż.

(13)

Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna

(14)

 PI tfisser magna ta’ Tqabbid bi Spark u CI tfisser Magna ta’ Tqabbid bil-Kompressjoni. 

(15)

 Il-kaxxa 74 tat-Tabella 2 fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956.

(16)

 L-oqsma 97-100 tat-Tabella 2 fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/956.

(17)

Vetturi mhux magħrufa huma dawk irreġistrati f’aktar minn Stat Membru wieħed, u għalhekk ma setgħux jiġu attribwiti għal Stat Membru wieħed preċiż.

(18)

 Vettura elettrika ibrida hija vettura b’kombinazzjoni ta’ magna ta’ kombustjoni interna u mutur elettriku

(19)

 Vettura li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil hija vettura b’magna ta’ kombustjoni interna li hija ddisinjata biex topera b’żewġ fjuwils differenti fl-istess ħin

(20)

 Il-Kummissjoni Ewropea. (2017). VECTO tool development: Completion of methodology to simulate Heavy Duty Vehicles' fuel consumption and CO2 emissions. Upgrades to the existing version of VECTO and completion of certification methodology to be incorporated into a Commission legislative proposal (pp. 71-73).

(21)

 Il-gruppi ta’ vetturi kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400 huma: 1, 2, 3, 4, 5, 9, 10. Is-sottogruppi tal-vetturi kif iddefiniti fil-punt 1 tal-Anness I tar-Regolament 2019/1242 huma: 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH. L-ewwel ċifra ta’ sottogrupp ta’ vettura tindika l-grupp ta’ vetturi li tappartjeni għalih.