Brussell, 2.6.2023

COM(2023) 291 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U FINANZJARJU U LILL-KUMITAT TAL-IMPJIEGI

Rapport dwar l-istrument Ewropew għal Appoġġ Temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672

SURE wara l-estinzjoni tiegħu: l-aħħar rapport biannwali




Sommarju Eżekuttiv

Dan ir-rapport huwa l-ħames u l-aħħar rapport biannwali dwar l-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE). Jikkonferma s-sejbiet deskritti fir-rapporti preċedenti, jippreżenta l-operazzjonijiet u l-użu tal-istrument u jirrieżamina l-impatti soċjoekonomiċi tiegħu. SURE kien strument ta’ kriżi, b’daqs ta’ EUR 100 biljun, maħluq mill-Unjoni Ewropea (UE) biex jgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u l-introjti tal-ħaddiema fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. SURE ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2022, iżda l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu kompla wara din id-data, u qed jiġi ppreżentat fil-qosor f’dan ir-rapport. Il-monitoraġġ jintemm bil-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport.

Dan ir-rapport jindirizza xi wħud mill-osservazzjonijiet addizzjonali magħmula mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha dwar SURE, ippubblikat f’Diċembru 2022. Huwa importanti li dan ir-rapport jinkludi analiżi ulterjuri tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u awditjar, evidenza addizzjonali li tikkonferma l-affidabbiltà tan-numru ta’ persuni u ditti koperti minn SURE, u analiżi ulterjuri tal-miżuri relatati mas-saħħa koperti minn SURE.

Strument ġdid stabbilit malajr bħala reazzjoni għall-impatt soċjoekonomiku tal-pandemija

L-implimentazzjoni tal-istrument kienet rapida u bla xkiel. Bħala parti mir-rispons inizjali tal-UE għall-pandemija, il-Kummissjoni pproponiet ir-Regolament SURE fit-2 ta’ April 2020, u r-Regolament ġie adottat mill-Kunsill fid-19 ta’ Mejju 2020. SURE kien espressjoni qawwija ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri permezz tal-UE: l-Istati Membri kollha qablu li jipprovdu garanziji bilaterali lill-UE sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissellef mis-swieq b’kundizzjonijiet favorevoli ħafna biex tiffinanzja s-selfiet ta’ SURE. Il-pakkett finanzjarju ta’ EUR 100 biljun sar disponibbli fit-22 ta’ Settembru 2020, wara li l-Istati Membri kollha ffirmaw ftehimiet ta’ garanzija. Il-Kummissjoni aċċellerat l-implimentazzjoni tal-istrument, billi ħadmet mill-qrib mal-Istati Membri u tat assistenza finanzjarja lill-Belġju, lill-Bulgarija, lill-Kroazja, lil Ċipru, liċ-Ċekja, lill-Estonja, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta, lill-Polonja, lill-Portugall, lir-Rumanija, lis-Slovakkja, lis-Slovenja u lil Spanja. Aktar minn 90 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija tħallset f’7 xhur biss, minn Ottubru 2020 sa Mejju 2021. Fl-2022 saru aktar ħlasijiet, sabiex jiġu akkomodati l-Istati Membri li kienu jippreferu li jirċievu l-fondi aktar tard jew li talbu assistenza finanzjarja addizzjonali.

Fil-ħarifa tal-2022, tmien Stati Membri ngħataw assistenza finanzjarja addizzjonali. Dan l-appoġġ supplimentari kien għal nefqa addizzjonali mġarrba fl-2021 – u f’xi każijiet sal-bidu tal-2022 – fuq il-miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza diġà appoġġati minn SURE. L-appoġġ ta’ SURE jista’ jintalab għal nefqa eliġibbli relatata mal-COVID, abbażi ta’ nefqa ppjanata jew ta’ nefqa mġarrba, b’din tal-aħħar minnha nnifisha ma tkunx soġġetta għal xi riskju ta’ assorbiment. Ġiet adottata wkoll Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni emendatorja tal-Kunsill għall-Polonja biex tindirizza d-distakk fl-assorbiment tagħha.

L-UE ħarġet bonds soċjali għall-ewwel darba biex tiffinanzja l-assistenza finanzjarja ta’ SURE lill-Istati Membri. Minbarra r-rekwiżiti tar-Regolament SURE, dan ir-rapport jipprovdi wkoll ir-rapportar rilevanti taħt il-Qafas għall-Bonds Soċjali ta’ SURE tal-UE, u jikkonferma mill-ġdid li l-infiq ta’ SURE kien allinjat tajjeb mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni ħarġet b’suċċess EUR 6,5 biljun f’bonds soċjali ta’ SURE, li kważi eżawrew il-pakkett kollu ta’ SURE. Din kienet it-tranżazzjoni finali ta’ kampanja ta’ ħruġ ta’ suċċess li attirat interess qawwi mill-investituri u kundizzjonijiet favorevoli tal-ipprezzar. B’mod ġenerali, tħallsu total ta’ EUR 98,4 biljun f’assistenza finanzjarja minn SURE lil 19-il Stat Membru, qrib l-ammont massimu ta’ EUR 100 biljun. L-ammont ta’ EUR 1,6 biljun li jifdal ma jistax jintalab għal użu futur minħabba li l-istrument intemm.

L-użu kontinwu ta’ SURE mill-Istati Membri benefiċjarji

Dan ir-rapport jikkonferma l-istima preċedenti li fl-2020, meta faqqgħet il-pandemija, SURE kopra madwar 31,5 miljun persuna u aktar minn 2,5 miljun ditta. Dan jirrappreżenta kważi terz tal-impjiegi totali u aktar minn kwart tad-ditti totali fl-Istati Membri benefiċjarji. L-affidabbiltà għolja ta’ dawn iċ-ċifri ta’ kopertura, li huma primarjament ibbażati fuq id-data amministrattiva tal-Istati Membri skont il-gwida tal-Kummissjoni, ġiet ikkonfermata. L-SMEs kienu r-riċevituri primarji tal-assistenza finanzjarja ta’ SURE. L-aktar setturi appoġġati kienu servizzi intensivi fil-kuntatt (akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel, kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut), u l-manifattura.

Fl-2021, b’mod partikolari fl-ewwel nofs tas-sena meta l-pandemija kienet għadha qed toħloq il-problemi, SURE appoġġa madwar 9 miljun persuna u aktar minn 900 000 ditta. Il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku kienu għadhom meħtieġa fl-ewwel nofs tal-2021, iżda sussegwentement tneħħew gradwalment, minħabba li l-impatt tal-pandemija kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq is-saħħa ddgħajjef. Din l-inverżjoni gradwali seħħet meta ġie introdott it-tilqim u l-ekonomiji tal-UE komplew jiġu adattati għall-pandemija.

Fl-2022, huwa stmat li SURE appoġġa kważi 350 000 ruħ u aktar minn 40 000 ditta, f’konformità mat-tnaqqis fin-nefqa relatata ma’ SURE. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE kienu neħħew gradwalment il-miżuri ta’ emerġenza tagħhom għaż-żamma tal-impjiegi sa nofs l-2022. Erba’ Stati Membri biss użaw SURE biex jiffinanzjaw miżuri fl-2022, fejn nefqu biss EUR 5 biljun hekk kif l-impatt tal-pandemija kompla jonqos.

In-nefqa pubblika totali ppjanata taħt SURE issa ġiet eżegwita kollha. In-nefqa pubblika totali fuq miżuri eliġibbli għal SURE laħqet EUR 122 biljun fl-Istati Membri benefiċjarji. Din hija ferm aktar mill-assistenza finanzjarja totali mogħtija (EUR 98 biljun), billi diversi Stati Membri ssupplimentaw il-finanzjament minn SURE tal-miżuri eliġibbli b’finanzjament nazzjonali, li juri r-rilevanza tal-miżuri appoġġati minn SURE.

Kważi nofs in-nefqa pubblika totali fuq il-miżuri eliġibbli għal SURE kienet allokata għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. Kważi terz ġie allokat għal miżuri simili għal dawk li jaħdmu għal rashom. Il-bqija tan-nefqa pubblika ġiet allokata għal miżuri ta’ sussidju tal-pagi – simili għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar għalkemm mhux ibbażati fuq is-sigħat maħduma – u miżuri relatati mas-saħħa. Il-parteċipazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ f’xogħol b’ħinijiet iqsar żdiedet ukoll matul il-kriżi tal-COVID-19.

In-natura anċillari tan-nefqa relatata mas-saħħa ġiet ikkonfermata li tkopri biss tnejn minn kull ħames Stati Membri benefiċjarji ta’ SURE u li tirrappreżenta biss 5 % tan-nefqa totali. Tmienja minn 19-il Stat Membru użaw SURE biex jiffinanzjaw miżuri relatati mas-saħħa. Minn dawn, 22 % kienu jikkonċernaw miżuri meħuda fuq il-post tax-xogħol biex jiġi żgurat ritorn sikur għax-xogħol.

Barra minn hekk, SURE intuża biex jiffinanzja b’mod effettiv tipi differenti ta’ miżuri relatati mas-saħħa. Dawn il-miżuri tqassmu kważi b’mod ugwali bejn i) miżuri preventivi kontra l-COVID-19, ii) kostijiet tax-xogħol addizzjonali biex jiġu rreklutati u appoġġati l-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa u iii) ix-xiri ta’ tagħmir għall-kura tas-saħħa u medikazzjoni, inklużi vaċċini. Dawn il-miżuri ffaċilitaw ritorn aktar malajr għax-xogħol jew ipprovdew appoġġ ta’ emerġenza lis-settur tal-kura tas-saħħa fit-tmien Stati Membri li użaw SURE biex jappoġġaw in-nefqa relatata mas-saħħa.

Huwa importanti li jiġi nnotat li l-assistenza finanzjarja kollha ta’ SURE issa ġiet assorbita fl-Istati Membri kollha. Il-kwistjoni tal-assorbiment f’żewġ Stati Membri (ir-Rumanija u l-Polonja), li ġiet immonitorjata mill-qrib u rrapportata fid-dettall fir-raba’ rapport biannwali, issa ssolviet għal kollox. Fir-Rumanija, id-distakk fl-assorbiment tneħħa għal kollox bis-saħħa tat-tnaqqis tal-ammont totali mogħti u l-introduzzjoni ta’ miżuri eliġibbli addizzjonali f’Lulju 2022. Dan ġie kkonfermat bid-data finali tal-eżekuzzjoni baġitarja. Fil-Polonja, id-distakk moderat fl-assorbiment meta mqabbel mal-ammont mogħti ssolva bl-inklużjoni ta’ żewġ miżuri ġodda eliġibbli għal SURE f’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni emendatorja tal-Kunsill adottata f’Novembru 2022.

Valutazzjoni aġġornata tal-impatt ta’ SURE

Ir-rispons ta’ politika għall-kriżi tal-COVID-19 effettivament ma ħalliex lil madwar miljun u nofs ruħ milli jispiċċaw qiegħda fl-2020 u l-iskemi ffinanzjati minn SURE setgħu kkontribwew għall-biċċa l-kbira ta’ dan. Iż-żieda fil-qgħad fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji kienet moderata ħafna, minkejja t-tnaqqis kbir fl-output ekonomiku, u ferm inqas milli mistenni mill-istandards storiċi. Dan inkiseb billi l-impjegati nżammu fid-ditti tagħhom u billi nżammet l-attività tal-ħaddiema għal rashom. Simulazzjonijiet illustrattivi addizzjonali mwettqa mill-Kummissjoni bl-użu tal-mudell Globali ta’ diversi pajjiżi jissuġġerixxu li l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili ffinanzjati direttament minn SURE setgħu ffrankaw sa miljun impjieg fl-2020 fiż-żona tal-euro biss (li jirrappreżentaw 14 minn 19-il benefiċjarju ta’ SURE). Dan jissuġġerixxi li l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iffinanzjati minn SURE x’aktarx kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tal-miljun u nofs impjieg totali stmati li ġew salvati permezz tar-rispons ta’ politika ġenerali għall-COVID-19 fost id-19-il benefiċjarju ta’ SURE.

SURE seta’ kkontribwixxa wkoll għall-prevenzjoni ta’ żieda fl-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol madwar l-UE. Dan jikkuntrasta mal-iżviluppi li seħħew wara l-kriżi finanzjarja globali. Fil-perjodu 2020-2022, id-dispersjoni tar-rati tal-qgħad tnaqqset fost il-benefiċjarji ta’ SURE u l-Istati Membri l-oħrajn, kif ukoll bejn il-benefiċjarji ta’ SURE.

SURE żied il-valur speċifikament billi rawwem il-fiduċja fl-ekonomija u effettivament ħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar ambizzjużi u b’firxa wiesgħa fil-livell nazzjonali. L-evidenza bbażata fuq stħarriġ ipprovduta f’rapporti preċedenti tikkonferma l-impatt speċifiku ta’ SURE. L-ewwel nett, SURE – wieħed mill-ewwel strumenti finanzjarji tal-UE stabbiliti b’reazzjoni għall-COVID-19 – għen biex tittejjeb il-fiduċja ekonomika ġenerali billi wera l-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr u b’mod effettiv għal kriżi mingħajr preċedent. It-tieni, permezz ta’ SURE, l-UE appoġġat u ħeġġet l-użu estensiv ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (it-twaqqif ta’ skemi ġodda jew l-estensjoni tal-iskemi eżistenti). It-tielet, SURE saħħaħ il-fiduċja tal-Istati Membri biex jidħlu għal self u nfiq akbar għal miżuri għaż-żamma tal-impjiegi milli kieku kienu jagħmlu. Ir-riċerka miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej tafferma li l-adozzjoni ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar żdiedet b’mod sinifikanti matul il-pandemija, fil-biċċa l-kbira minħabba ż-żieda kbira fil-finanzjament mill-gvern ta’ dawn il-miżuri.

Il-protezzjoni tal-impjiegi fl-ewwel sentejn tal-pandemija wasslet ukoll għal irkupru aktar rapidu fl-2021 milli fi kriżijiet preċedenti. Id-data tal-istħarriġ turi li, fl-2021, l-appoġġ ta’ SURE ffoka fuq is-setturi li kienu għadhom affettwati ħażin mill-pandemija. In-nefqa ta’ SURE kienet ikkonċentrata wkoll fl-ewwel nofs tas-sena, meta l-miżuri ta’ konteniment kienu aktar stretti. Dan jissuġġerixxi li SURE kien immirat lejn l-aktar ħtiġijiet urġenti billi appoġġa lis-setturi l-aktar milquta.

B’mod konkret ħafna, issa huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw total ta’ EUR 9,0 biljun f’pagamenti tal-imgħax billi rċevew assistenza finanzjarja permezz ta’ SURE. Din iċ-ċifra hija spjegata mill-kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli ħafna li tgawdi l-UE u d-durata medja fit-tul tas-self mogħti lill-Istati Membri. L-iffrankar tal-imgħax stmat żdied bid-disa’ u l-aħħar tranżazzjoni ta’ SURE f’Diċembru 2022.

Is-sistemi ta’ kontroll u awditjar stabbiliti mill-Istati Membri

F’konformità mal-obbligi legali tagħhom, l-Istati Membri kollha rrapportaw li vverifikaw l-implimentazzjoni ta’ miżuri appoġġati minn SURE, permezz ta’ kontrolli ex ante jew kontrolli ex post, inkluż awditjar (jew it-tnejn). Kważi l-Istati Membri kollha rrapportaw li kienu kkontrollaw il-miżuri kollha appoġġati minn SURE ex ante (qabel ma l-fondi ġew rilaxxati lill-benefiċjarji finali). Aktar minn nofs l-Istati Membri rrapportaw li kienu kkontrollaw il-miżuri kollha jew il-biċċa l-kbira tagħhom ex post (wara li l-fondi ġew rilaxxati). Ħames Stati Membri oħrajn irrapportaw li kienu kkontrollaw jew l-akbar miżura jew inkella l-miżura bl-ogħla riskju ta’ frodi u irregolarità ex post. Sabiex jiġi żgurat l-użu xieraq tal-fondi pubbliċi, il-miżuri li ma kinux ikkontrollati ex ante ġew ikkontrollati ex post.

L-ebda Stat Membru ma jqis li l-miżuri appoġġati minn SURE huma f’riskju għoli ta’ irregolaritajiet jew frodi. Dan spiss jiġi spjegat minn kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà definiti legalment u b’mod ċar li ġew stabbiliti u kkontrollati ex ante.

Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew frodi kkonfermati, l-Istati Membri kollha rkupraw jew jinsabu fil-proċess li jirkupraw fondi użati ħażin. B’mod speċifiku, l-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi għall-akbar miżura appoġġata minn SURE f’kull Stat Membru kienet fil-biċċa l-kbira tal-każijiet inqas minn 2 % tan-nefqa totali. Il-maġġoranza tal-Istati Membri rkupraw aktar minn 75 % tal-ammont totali dovut sa issa. Barra minn hekk, f’każijiet ta’ frodi, l-Istati Membri kollha ħadu miżuri lil hinn mill-irkupru ta’ fondi użati ħażin, bħan-notifika tal-korpi ta’ investigazzjoni rilevanti. Xi Stati Membri rrapportaw li ħadu azzjoni preventiva bħala reazzjoni għal frodi jew irregolaritajiet.

L-estinzjoni tal-istrument SURE fl-aħħar tal-2022

Il-klawżola ta’ estinzjoni tal-istrument SURE daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. Ir-Regolament dwar SURE kien fih “klawżola ta’ estinzjoni” li tispeċifika li l-Istrument se jiġi fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2022, sakemm il-Kunsill ma jkunx iddeċieda li jestendih, fuq proposta mill-Kummissjoni. Ir-raba’ rapport biannwali f’Settembru 2022 ma kienx akkumpanjat minn proposta biex jiġi estiż l-Istrument. Il-miżuri ta’ emerġenza tal-COVID-19 tneħħew gradwalment kważi kompletament sa tmiem is-sajf tal-2022 u l-impatt epidemjoloġiku u ekonomiku tal-COVID-19 kompla jonqos matul l-2022. Fil-5 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat mill-ġdid il-COVID-19 bħala kwistjoni tas-saħħa stabbilita u kontinwa aktar milli bħala emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali. Dan jikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw lil SURE ma għadhomx jeżistu. Fl-ewwel xhur tal-2023 kompla jsir monitoraġġ bir-reqqa biex jiġi żgurat l-assorbiment tal-assistenza finanzjarja kollha ta’ SURE, li issa huwa kkonfermat. Il-monitoraġġ tal-użu tal-assistenza finanzjarja ta’ SURE jintemm b’dan ir-rapport.



Introduzzjoni

Dan ir-rapport huwa l-ħames u l-aħħar rapport biannwali dwar l-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE). SURE ġie stabbilit mill-Unjoni Ewropea (UE) f’Mejju 2020 biex jgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u l-introjtu tal-ħaddiema matul il-pandemija tal-COVID-19 1 . Huwa pprovda lill-Istati Membri rikjedenti b’assistenza finanzjarja tal-Unjoni (sa EUR 100 biljun) fil-forma ta’ self b’kundizzjonijiet favorevoli. L-għan tas-self kien li jgħin biex jiffinanzja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar tal-Istati Membri jew miżuri simili mmirati lejn il-protezzjoni tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u, bħala anċillari, miżuri relatati mas-saħħa, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol.

L-istrument SURE ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2022. Il-klawżola ta’ estinzjoni għad-disponibbiltà ta’ appoġġ finanzjarju taħt l-istrument SURE speċifikat li dan għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022, sakemm il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, ma jkunx iddeċieda li jestendih fuq il-bażi li l-okkorrenzi eċċezzjonali li kienu jeħtieġu SURE (jiġifieri d-disturb ekonomiku sever ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19) baqgħu jeżistu. Il-Kummissjoni vvalutat li dawn l-okkorrenzi ma kinux għadhom jeżistu, u b’hekk daħlet fis-seħħ il-klawżola ta’ estinzjoni. Għalhekk mill-1 ta’ Jannar 2023 ma setgħet tiġi adottata l-ebda Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (CID) li tagħti assistenza finanzjarja ta’ SURE lill-Istati Membri. Madankollu, il-monitoraġġ kompla fl-ewwel xhur tal-2023 biex jiġi żgurat l-assorbiment tal-assistenza finanzjarja kollha ta’ SURE mogħtija, li issa hija kkonfermata. Il-monitoraġġ tal-użu tal-assistenza finanzjarja ta’ SURE jintemm b’dan ir-rapport.

Dan ir-rapport biannwali huwa obbligu legali. Huwa adottat mill-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem il-Kummissjoni) f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (ir-Regolament SURE) 2 sabiex twettaq l-obbligu tagħha li tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) u lill-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) 3 . Minħabba li l-assistenza finanzjarja kollha mogħtija issa ġiet żborżata u minfuqa u ma tista’ tingħata l-ebda assistenza finanzjarja ulterjuri, dan huwa r-rapport ta’ monitoraġġ biannwali finali dwar SURE. Il-monitoraġġ finanzjarju tal-ħlas lura tas-self se jkompli mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni sakemm ikun tħallas lura s-self pendenti kollu. Id-data limitu għall-inklużjoni tal-informazzjoni f’dan ir-rapport kienet it-3 ta’ Marzu 2023 għar-rapportar mill-Istati Membri, is-17 ta’ Marzu 2023 għall-informazzjoni dwar il-kontroll u l-awditjar u l-15 ta’ Mejju 2023 għad-data ekonomika u epidemjoloġika 4 . 

Dan ir-rapport jippreżenta data ġdida jew aġġornata li tikkonferma, minn Frar 2023, il-valutazzjonijiet pożittivi ta’ SURE ppreżentati fir-rapporti biannwali preċedenti. Is-sejbiet ewlenin tiegħu jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

-Huwa stmat li fl-2020 kien hemm madwar 31 miljun u nofs ruħ u 2 miljuni u nofs ditti li kienu koperti minn SURE f’19-il Stat Membru.

-Fl-2021 kien hemm 9 miljun ruħ u aktar minn 900 000 ditta li kienu koperti minn SURE fi 15-il Stat Membru, b’eliminazzjoni gradwali ċara fl-2022 meta kien hemm 350 000 ruħ u 40 000 ditta li kienu koperti f’erba’ Stati Membri.

-Il-miżuri ta’ appoġġ għall-politika adottati effettivament ma ħallewx lil madwar miljun u nofs ruħ jisfaw qiegħda fl-eqqel tal-pandemija fl-2020. Simulazzjonijiet illustrattivi addizzjonali jissuġġerixxu li l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iffinanzjati minn SURE x’aktarx kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira ta’ dan l-impatt stmat.

-Din l-azzjoni ta’ politika kkontribwiet ukoll għat-tnaqqis tal-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol billi naqqset id-dispersjoni tar-rati tal-qgħad, speċjalment fost il-benefiċjarji ta’ SURE.

-19-il Stat Membru ngħataw assistenza finanzjarja taħt SURE, li minnhom ħdax ingħataw appoġġ supplimentari addizzjonali 5 .

-Aktar minn EUR 98 biljun – qrib l-ammont massimu ta’ EUR 100 biljun – ġew allokati u żborżati, inklużi EUR 6,5 biljun żborżati lil disa’ Stati Membri f’Diċembru 2022.

-Il-klawżola ta’ estinzjoni bdiet tapplika mill-1 ta’ Jannar 2023, li jfisser li ma tista’ tingħata l-ebda assistenza finanzjarja oħra lill-Istati Membri. Id-data epidemjoloġika tikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-użu ta’ SURE ma għadhomx jeżistu.

-L-assistenza finanzjarja kollha ta’ SURE issa ġiet assorbita fid-19-il Stat Membru benefiċjarju kollha.

-Lil hinn mill-effetti pożittivi fuq l-eżiti soċjali u tal-impjiegi, huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw EUR 9,0 biljun f’pagamenti tal-imgħax.

-Kważi nofs l-assistenza finanzjarja taħt SURE ġiet allokata mill-Istati Membri biex tappoġġa l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, filwaqt li terz tagħha ġiet allokata għal miżuri simili għal dawk li jaħdmu għal rashom.

-5 % ġiet allokata għal miżuri relatati mas-saħħa, li huma “anċillari” f’konformità mar-Regolament SURE. Dawn jinkludu miżuri preventivi kontra l-COVID-19, tagħmir għall-kura tas-saħħa u kostijiet lavorattivi addizzjonali biex jiġu rreklutati u appoġġati l-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa, b’madwar wieħed minn kull ħamsa tal-ammont li jikkonċerna l-miżuri meħuda fuq il-post tax-xogħol.

-L-Istati Membri kollha rrapportaw li kkontrollaw miżuri appoġġati minn SURE ex ante jew ex post (jew it-tnejn). L-ebda Stat Membru ma jqis li l-miżuri appoġġati minn SURE huma f’riskju għoli ta’ irregolaritajiet jew frodi.

-L-Istati Membri kollha ħadu miżuri ta’ rimedju bħala reazzjoni għal irregolaritajiet jew frodi. Il-maġġoranza tal-Istati Membri rkupraw aktar minn 75 % tal-ammont totali li għandu jiġi rkuprat sa issa.

Dan ir-rapport jaġġorna l-informazzjoni li tinsab fl-ewwel erba’ rapporti biannwali ta’ SURE u jipprovdi xi analiżi addizzjonali. Huwa jkopri l-iżviluppi istituzzjonali mid-data limitu tar-raba’ rapport f’Awwissu 2022, inkluża l-assistenza finanzjarja supplimentari mogħtija lil 8 Stati Membri, l-emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill għall-Polonja biex tindirizza d-distakk fl-assorbiment u l-iżborż ta’ fondi relatati maż-żidiet u mal-Polonja. Tingħata ħarsa fil-fond lejn is-sistemi ta’ kontroll u awditjar, li tiżgura li l-obbligi tal-Ftehim ta’ Self jiġu rrispettati, wara l-kwestjonarju ad hoc irrapportat fit-tielet rapport biannwali. L-analiżi li tinsab fir-rapporti preċedenti tiġi aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tan-nefqa pubblika mill-Istati Membri koperti minn SURE – abbażi tar-rapportar biannwali pprovdut mill-Istati Membri fi Frar 2023 – u fir-rigward tal-impatt stmat ta’ SURE – abbażi tal-aktar ċifri makroekonomiċi reċenti. Dan ir-rapport jinkludi wkoll għadd ta’ elementi ġodda: analiżi addizzjonali tal-għadd ta’ impjiegi salvati minn SURE abbażi ta’ mudell makroekonomiku tal-Kummissjoni, analiżi aktar dettaljata tal-miżuri relatati mas-saħħa ffinanzjati minn SURE u l-importanza tagħhom, informazzjoni dwar l-affidabbiltà tad-data dwar l-għadd ta’ persuni u ditti koperti minn SURE, l-eżami dettaljat imsemmi hawn fuq tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u awditjar, u diskussjoni tat-tagħlimiet meħuda minn SURE.

Dan ir-rapport jirrifletti wkoll suġġerimenti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ppubblikat ir-Rapport Speċjali tagħha 28/2022 dwar SURE fl-14 ta’ Diċembru 2022, wara li ġie ppubblikat ir-raba’ rapport biannwali, li fih għadd ta’ osservazzjonijiet dwar l-Istrument 6 . B’mod ġenerali, ir-rapport tal-QEA huwa pożittiv ħafna dwar l-istrument, fejn jirrikonoxxi r-reazzjoni rapida u effiċjenti mill-Kummissjoni għall-isfida sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jippreservaw l-impjiegi bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19. Ir-rapport jagħmel biss rakkomandazzjoni waħda: li jiġi evalwat SURE. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni u se twettaq studju ta’ evalwazzjoni ta’ SURE sat-tielet trimestru tal-2024, li se jikkomplementa l-analiżi pprovduta fir-rapporti biannwali.

Ir-rapport huwa strutturat f’seba’ taqsimiet. It-Taqsima I tkopri l-użu istituzzjonali ta’ SURE: l-assistenza finanzjarja mogħtija u żborżata lill-Istati Membri bl-iskeda tal-ħlas lura tagħhom. It-Taqsima II tiddeskrivi l-użu tal-politika ta’ SURE, filwaqt li tiġbor fil-qosor in-nefqa pubblika totali tal-Istati Membri fuq miżuri nazzjonali appoġġati minn SURE. 7 It-Taqsima III taġġorna u testendi l-valutazzjoni tal-impatt ta’ SURE pprovduta fir-rapporti preċedenti. It-Taqsima IV teżamina l-informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali ta’ kontroll ex ante u ex post, inkluż l-awditjar. It-Taqsima V tiddiskuti u tikkonferma li l-okkorrenzi eċċezzjonali li kienu jiġġustifikaw il-kontinwazzjoni ta’ SURE ma għadhomx jeżistu. It-Taqsima VI tipprovdi r-rapportar rilevanti impenjat skont it-Taqsima 2.4 tal-Qafas għall-Bonds Soċjali ta’ SURE tal-UE, li huwa integrat f’dan ir-rapport 8 . Fl-aħħar nett, it-Taqsima VII toffri xi konklużjonijiet dwar il-valur miżjud ta’ SURE.

I.L-użu istituzzjonali ta’ SURE: ammonti mogħtija u żborżati u aspetti finanzjarji oħrajn 

1.1 Ħarsa ġenerali lejn l-Istati Membri benefiċjarji u l-ammonti mogħtija

Aktar minn 98 % tal-pakkett ta’ SURE ta’ EUR 100 biljun ingħata matul il-ħajja tal-istrument. Ingħatat assistenza finanzjarja totali ta’ EUR 98,4 biljun taħt SURE lil 19-il Stat Membru: il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja. Il-maġġoranza l-kbira tal-assistenza finanzjarja ngħatat fl-2020 (il-Graff 1), li bdiet f’Settembru 2020 meta SURE kien sar disponibbli. L-ammonti finali ngħataw f’Novembru 2022. 

Bejn Settembru u Novembru 2022 ingħatat assistenza finanzjarja supplimentari lil tmien Stati Membri. Mir-rapport biannwali preċedenti f’Settembru 2022, ingħatat assistenza finanzjarja addizzjonali ta’ EUR 5,05 biljun mill-Kunsill lil tmien Stati Membri minbarra l-assistenza finanzjarja inizjali li kienu ngħataw fl-2020: il-Bulgarija, Ċipru, iċ-Ċekja, il-Greċja, il-Kroazja, il-Litwanja, il-Latvja u l-Portugall. L-assistenza finanzjarja ngħatat għan-nefqa mġarrba, primarjament fl-2020 u fl-2021, fuq l-estensjonijiet ta’ miżuri li diġà kienu ġew iffinanzjati minn SURE. Fil-każ ta’ Ċipru, il-Greċja u l-Kroazja, din kienet tirrappreżenta t-tieni żieda mas-self inizjali tagħhom. B’kollox, 11 mid-19-il Stat Membru li użaw SURE fl-aħħar mill-aħħar ingħataw assistenza finanzjarja supplimentari. Dan jirrifletti l-fatt li l-appoġġ ta’ SURE jista’ jintalab għal infiq eliġibbli relatat mal-COVID, abbażi tan-nefqa ppjanata jew tan-nefqa mġarrba, b’din tal-aħħar minnha nnifisha ma tkun soġġetta għal ebda riskju ta’ assorbiment.

Graff 1: L-ammont mogħti u żborżat skont is-sena

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Tabella 1: Ħarsa ġenerali lejn l-appoġġ mogħti taħt SURE (EUR)

Stat Membru

Ammont Totali Mogħti*

Li Minnu Pagament Supplimentari

Ammont Żborżat*

Ammont Pendenti

Il-Belġju

8 197 530 000

394 150 000

8 197 530 000

0

Il-Bulgarija

971 170 000

460 170 000

971 170 000

0

Ċipru

632 970 000

153 900 000

632 970 000

0

Iċ-Ċekja

4 500 000 000

2 500 000 000

4 500 000 000

0

Il-Greċja

6 165 000 000

3 437 000 000

6 165 000 000

0

Spanja

21 324 820 449

0

21 324 820 449

0

Il-Kroazja

1 570 600 000

550 000 000

1 570 600 000

0

L-Italja

27 438 486 464

0

27 438 486 464

0

Il-Litwanja

1 099 060 000

496 750 000

1 099 060 000

0

Il-Latvja

472 807 000

280 107 000

472 807 000

0

Malta

420 817 000

177 185 000

420 817 000

0

Il-Polonja

11 236 693 087

0

11 236 693 087

0

Il-Portugall

6 234 462 488

300 000 000

6 234 462 488

0

Ir-Rumanija

3 000 000 000

0

3 000 000 000

0

Is-Slovenja

1 113 670 000

0

1 113 670 000

0

Is-Slovakkja

630 883 600

0

630 883 600

0

L-Ungerija

651 470 000

147 140 000

651 470 000

0

L-Irlanda

2 473 887 900

0

2 473 887 900

0

L-Estonja

230 000 000

0

230 000 000

0

Total

98 364 327 988

8 896 402 000

98 364 327 988

0

*Fl-implimentazzjoni tal-iżborżi, l-ammonti mogħtija ġew arrotondati ’l isfel għal finijiet operazzjonali. Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

1.2 Żborżi u skeda ta’ ħlas lura applikabbli

Il-Kummissjoni ħarġet b’suċċess EUR 6,5 biljun f’bonds soċjali ta’ SURE tal-aħħar f’isem l-UE. Fis-7 ta’ Diċembru 2022, sar id-disa’ u l-aħħar ħruġ tal-UE taħt il-programm SURE. Il-bond ta’ 15-il sena kellu ktieb tal-ordnijiet ta’ EUR 25,4 biljun, li jagħmlu erba’ darbiet aktar sottoskritt matul din it-tieqa ta’ finanzjament ta’ tmiem is-sena. Is-somma ta’ EUR 6,548 biljun ġiet żborżata fl-14 ta’ Diċembru: EUR 460 miljun lill-Bulgarija, EUR 29 miljun lil Ċipru, EUR 2 biljun liċ-Ċekja, EUR 900 miljun lill-Greċja, EUR 550 miljun lill-Kroazja, EUR 142 miljun lil-Litwanja, EUR 167 miljun lil-Latvja, EUR 1,5 biljun lill-Polonja u EUR 300 miljun lill-Portugall. L-ammont żborżat lill-Polonja kien ġie ttardjat sakemm issolviet il-kwistjoni tal-assorbiment tagħha (ara t-Taqsima 2.1.2), filwaqt li l-ammonti l-oħrajn kienu jirrappreżentaw iż-żidiet mogħtija lit-tmien Stati Membri fil-ħarifa tal-2022.

Il-programm ta’ ħruġ SURE kien suċċess kbir b’mod ġenerali, ikkaratterizzat minn domanda qawwija tal-investituri u minn ipprezzar favorevoli. Qabel il-pandemija, is-self tal-Kummissjoni fis-swieq tal-kapital Ewropej kien limitat, iżda SURE, segwit malajr minn Next Generation EU, wassal biex il-Kummissjoni ssir attur sinifikanti fil-ħruġ ta’ dejn sovran. It-tranżazzjonijiet kollha kienu bosta drabi aktar sottoskritti u kisbu pprezzar favorevoli, b’għadd ta’ bonds preċedenti maħruġa b’rati tal-imgħax negattivi (ara t-Tabella A2). Is-suċċess wera l-fiduċja tal-investituri kemm fil-kapaċità ta’ finanzjament tal-UE kif ukoll fil-programm SURE.

Sa Diċembru 2022, is-somma kollha ta’ EUR 98,4 biljun ta’ assistenza finanzjarja mogħtija taħt SURE kienet ġiet żborżata (it-Tabella 1). Aktar dettalji dwar it-tranżazzjonijiet u l-iżborżi ta’ SURE lill-Istati Membri huma rrapportati fit-Tabelli A1 u A2 fl-Anness.

Il-maturità medja tal-iżborżi lill-Istati Membri tibqa’ ta’ 14-il sena u nofs. Din hija qrib il-massimu ta’ 15-il sena pprovdut mis-CIDs rispettivi. Ir-rapportar dwar l-iskeda tal-ħlas lura għall-pagamenti tal-kapital u tal-imgħax huwa ppreżentat fit-Tabella 2.

Tabella 2: Skeda tal-Ħlas Lura tas-self pendenti ta’ SURE tal-UE

Sena kalendarja

Kapital

Imgħax

Total ta’ SURE

2023

326 563 400

326 563 400

2024

326 982 500

326 982 500

2025

8 000 000 000

326 982 500

8 326 982 500

2026

8 000 000 000

326 982 500

8 326 982 500

2027

326 982 500

326 982 500

2028

10 000 000 000

326 982 500

10 326 982 500

2029

8 137 000 000

326 982 500

8 463 982 500

2030

10 000 000 000

326 982 500

10 326 982 500

2031

326 982 500

326 982 500

2032

326 982 500

326 982 500

2033

326 982 500

326 982 500

2034

326 982 500

326 982 500

2035

8 500 000 000

326 982 500

8 826 982 500

2036

9 000 000 000

326 982 500

9 326 982 500

2037

8 718 000 000

308 982 500

9 026 982 500

2038

104 500 000

104 500 000

2039

104 500 000

104 500 000

2040

7 000 000 000

104 500 000

7 104 500 000

2041

97 500 000

97 500 000

2042

97 500 000

97 500 000

2043

97 500 000

97 500 000

2044

97 500 000

97 500 000

2045

97 500 000

97 500 000

2046

5 000 000 000

97 500 000

5 097 500 000

2047

6 000 000 000

75 000 000

6 075 000 000

2048

30 000 000

30 000 000

2049

30 000 000

30 000 000

2050

10 000 000 000

30 000 000

10 030 000 000

Total

98 355 000 000

5 949 818 400

104 304 818 400

II.L-użu tal-politika ta’ SURE: nefqa pubblika u miżuri nazzjonali koperti minn SURE

Din it-taqsima tiffoka fuq l-użu tal-politika tal-istrument SURE. It-Taqsima 2.1 tiġbor fil-qosor in-nefqa pubblika mill-Istati Membri koperta minn jew eliġibbli għal SURE, inkluż l-assorbiment tal-fondi. It-Taqsima 2.2 tipprovdi dettalji dwar l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili appoġġati minn SURE, filwaqt li t-Taqsima 2.3 teżamina n-natura tal-miżuri relatati mas-saħħa appoġġati. It-Taqsima 2.4 tippreżenta l-għadd ta’ impjegati u ditti li bbenefikaw mill-miżuri appoġġati minn SURE.

2.1 Nefqa pubblika effettiva u ppjanata appoġġata minn SURE

2.1.1 Monitoraġġ tan-nefqa pubblika fuq il-miżuri eliġibbli

Ir-rapportar biannwali mill-Istati Membri benefiċjarji jintuża għall-monitoraġġ tal-użu ppjanat u effettiv tal-assistenza finanzjarja mogħtija taħt SURE. Ir-rapportar meħtieġ jinkludi n-nefqa pubblika għall-miżuri koperti minn SURE (u l-kopertura tal-impjegati u tad-ditti b’dawk il-miżuri, kif irrapportat fit-Taqsima 3.3). Sa issa kien hemm ħames sensiliet ta’ dan ir-rapportar: f’Awwissu 2020 (“rapportar inizjali”), f’Jannar-Frar 2021 (“l-ewwel rapport”), f’Ġunju 2021 (“it-tieni rapport”), f’Jannar 2022 (“it-tielet rapport”), f’Ġunju 2022 (“ir-raba’ rapport”) u fi Frar 2023 (“l-aktar rapportar reċenti”). Huwa maħsub li l-aktar rapportar reċenti jkun l-aħħar wieħed, minħabba li l-assistenza finanzjarja kollha mogħtija issa ntefqet u ma għadx hemm nefqa ppjanata li għaliha l-eżekuzzjoni għandha tiġi mmonitorjata. L-informazzjoni dwar miżuri li huma eliġibbli għal SURE hija ppreżentata kif irrapportata mill-Istati Membri. Xi Stati Membri nefqu aktar mill-ammont ta’ assistenza finanzjarja ta’ SURE riċevuta, wara li ssupplimentaw l-appoġġ ta’ SURE b’finanzjament nazzjonali u/jew b’fondi strutturali tal-UE, sabiex b’hekk in-nefqa totali tkun tista’ taqbeż l-ammont appoġġat minn SURE. Ir-rapportar jippermetti li jitkejjel l-assorbiment tal-assistenza finanzjarja taħt SURE, billi jitqabbel mal-ammont mogħti mill-Kunsill 9 . 

In-nefqa pubblika totali ppjanata taħt SURE issa ġiet eżegwita kollha. Ir-Regolament SURE ppermetta li l-assistenza finanzjarja tintuża kemm għaż-żidiet imġarrba kif ukoll għal dawk ippjanati fin-nefqa pubblika fuq miżuri koperti minn SURE 10 . Fil-bidu nett ta’ SURE, meta r-restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19 kienu akuti, l-istrument iffinanzja ammont kbir tan-nefqa ppjanata, li jammonta għal 64 % tan-nefqa totali f’Ġunju 2020. Is-sehem tan-nefqa ppjanata naqas għal 12 % f’Ġunju 2021 u kien inqas minn 4 % sal-aħħar tal-2021. L-infiq kollu fuq miżuri eliġibbli għal SURE kien lest sa Diċembru 2022, madankollu, il-finanzjament minn SURE tal-miżuri ġie eżawrit mill-Istati Membri kollha sa Ġunju 2022, b’finanzjament nazzjonali biss lil hinn minn dan 11 .

Graff 2: Nefqa pubblika rrapportata

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: L-Estonja hija inkluża minn Ġunju 2021 minħabba li applikat għal SURE aktar tard. H1 u H2 jikkorrespondu għall-ewwel u t-tieni nofs tal-2021.

Graff 3: Evoluzzjoni ta’ kull xahar tan-nefqa pubblika mġarrba taħt SURE

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

In-nefqa pubblika totali fuq miżuri eliġibbli għal SURE kienet ta’ EUR 122 biljun, li taqbeż l-assistenza finanzjarja totali mogħtija taħt SURE. Dan l-ammont żdied bi ftit meta mqabbel mar-raba’ rapport (il-Graff 2), minħabba li xi Stati Membri estendew il-miżuri fl-2022, għalkemm b’nefqa aktar limitata. B’mod ġenerali, 13-il Stat Membru rrapportaw nefqa fl-2022. In-nefqa fuq l-inqas skemi li komplew fl-2022 żdiedet bi ftit minn EUR 3,7 biljun li kienet ippjanata għal EUR 4,5 biljun li fl-aħħar mill-aħħar ġiet eżegwita. L-infiq totali (EUR 122 biljun) issa huwa akbar mill-ammont totali mogħti taħt SURE (EUR 98,4 biljun) minħabba li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri nefqu aktar fuq il-miżuri eliġibbli mill-assistenza finanzjarja li talbu u ngħataw 12 . Dan jenfasizza r-rilevanza kontinwa tal-ambitu ta’ SURE għall-Istati Membri wara li applikaw għalih għall-ewwel darba fl-2020. 

It-tnaqqis tal-impatt tal-pandemija fl-2022 ra n-nefqa ta’ kull xahar fuq il-miżuri eliġibbli għal SURE tonqos għal ammonti negliġibbli. Il-Graff 3 turi li n-nefqa tal-2022 laħqet l-ogħla livell tagħha (f’livell baxx) f’Jannar qabel ma naqset b’mod rapidu. In-nefqa fil-bidu tal-2022 kienet iffokata fuq miżuri bħall-estensjoni ta’ xi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, miżuri relatati mal-kwarantina, ittestjar tal-COVID-19 u kumpens speċjali għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa 13 . Fit-tieni nofs tal-2022, in-nefqa medja fix-xahar kienet biss ta’ EUR 83 miljun fl-Istati Membri relaturi kollha.

2.1.2 Assorbiment tal-fondi

L-assistenza finanzjarja kollha ta’ SURE issa ġiet assorbita fl-Istati Membri kollha. Bin-nefqa pubblika kollha ffinanzjata minn SURE issa eżegwita, jiġifieri ma fadal l-ebda nefqa ppjanata, is-somma ta’ EUR 98,4 biljun ta’ assistenza finanzjarja mogħtija ġiet assorbita bis-sħiħ. Il-kwistjonijiet ta’ assorbiment identifikati qabel f’żewġ Stati Membri li ġew diskussi fir-raba’ rapport biannwali issa ssolvew. Mid-19-il Stat Membru, 17 fil-fatt nefqu aktar mill-ammont mogħti, inkluż billi ffinanzjaw il-bqija fuq livell nazzjonali (ara l-Graff 4).

Fir-Rumanija, id-distakk fl-assorbiment ingħalaq għal kollox u ġie kkonfermat bid-data finali dwar l-eżekuzzjoni baġitarja. Għandu jiġi mfakkar li fil-bidu tal-2022 ir-Rumanija kellha distakk fl-assorbiment ta’ qrib EUR 3 biljun. Is-CID emendata li ġiet adottata f’Lulju 2022 naqqset l-ammont mogħti minn EUR 4,1 biljun għal EUR 3 biljun u kienet tinkludi 21 miżura addizzjonali eliġibbli taħt SURE, wara talba mill-awtoritajiet Rumeni. Id-djalogu mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Rumeni għen biex tiġi identifikata aktar nefqa eliġibbli fil-forma ta’ tnaqqis tal-kostijiet lavorattivi indiretti marbuta ma’ ditti li qed jipparteċipaw fi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar 14 . Id-distakk stmat li jifdal ta’ EUR 350 miljun kif irreġistrat f’Settembru 2022 u indikat fir-raba’ rapport, issa ngħalaq għal kollox. Issa hemm saħansitra marġni żejjed b’mod komdu ogħla mit-EUR 3 biljun mogħtija lir-Rumanija. L-eżekuzzjoni baġitarja finali għall-2022 fuq il-miżuri kollha fis-CID emendata neħħiet l-inċertezza tant li, sa Diċembru 2022, in-nefqa mġarrba totali kienet ogħla minn EUR 3 biljun u n-nefqa relatata mas-saħħa baqgħet anċillari (li tammonta għal inqas minn 46 % tan-nefqa totali). 

Graff 4: Eċċess tan-nefqa pubblika fuq miżuri eliġibbli fuq l-ammont tas-self (% tal-ammont tas-self)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: In-nefqa pubblika tirreferi għal miżuri rrapportati kif koperti fis-CIDs, netti mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE). Xi Stati Membri (l-Estonja, is-Slovenja) ma komplewx jirrapportaw dwar miżuri eliġibbli għal SURE wara l-2020, minħabba li ma għadhomx jużaw l-assistenza finanzjarja ta’ SURE biex jiffinanzjaw dawk il-miżuri, billi diġà qabżu l-ammont mogħti.

Fil-Polonja, id-distakk moderat fl-assorbiment, meta mqabbel mal-ammont mogħti, issolva bl-inklużjoni ta’ żewġ miżuri ġodda eliġibbli għal SURE. Fil-bidu tal-2022, il-Polonja rrapportat nefqa totali aktar baxxa fuq il-miżuri koperti fis-CID tagħhom (EUR 9,9 biljun) mill-ammont mogħti (EUR 11,2-il biljun). Bħala riżultat ta’ djalogu tekniku bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Pollakki, il-Kunsill emenda s-CID oriġinali tal-Polonja f’Novembru 2022, abbażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, biex jinkludi żewġ miżuri addizzjonali relatati mas-saħħa eliġibbli taħt SURE. Dawn jikkonsistu f’bonus għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u servizzi ta’ ttestjar tal-PCR għall-COVID-19. L-ammont ta’ nefqa eliġibbli relatata mas-saħħa żdied minn 0 % għal 15 % tan-nefqa totali, biex b’hekk baqa’ anċillari. L-iżborż tal-fondi li jifdal (EUR 1,5 biljun), inizjalment pospost sakemm issolviet il-kwistjoni tal-assorbiment, ġie eżegwit f’Diċembru 2022.

2.2 Miżuri nazzjonali: skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili appoġġati minn SURE

Il-maġġoranza l-kbira tan-nefqa pubblika totali fuq miżuri eliġibbli għal SURE ġiet allokata għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u “miżuri simili”, inkluż għal dawk li jaħdmu għal rashom. Tabilħaqq, kważi nofs (49 %) in-nefqa pubblika totali fuq miżuri eliġibbli għal SURE intefqet fuq skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, li 16 mid-19-il Stat Membru ffinanzjaw bl-użu ta’ SURE. Ġew allokati 31 % oħra għal “miżuri simili” għal dawk li jaħdmu għal rashom 15 . 9 % ġew allokati għal skemi ta’ sussidju tal-pagi 16 , filwaqt li 6 % tan-nefqa totali ġiet allokata għal miżuri simili “oħrajn” li jappoġġaw iż-żamma tal-impjiegi u l-introjti tal-ħaddiema 17 . 5 % biss intefqu fuq miżuri relatati mas-saħħa, li tikkonferma n-natura anċillari tagħhom. Ħdax-il Stat Membru biss użaw l-assistenza finanzjarja ta’ SURE għal skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili (il-Graff 5).

Graff 5: Nefqa pubblika fuq miżuri eliġibbli għal SURE skont it-tip ta’ nefqa

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: Ara r-rapport ta’ Marzu 2021 għad-dettalji dwar in-nefqa tal-Ungerija fuq is-saħħa.

Il-parteċipazzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ f’xogħol b’ħinijiet iqsar żdiedet matul il-kriżi tal-COVID-19. Din tirrifletti primarjament il-bidla fil-kompożizzjoni settorjali tal-appoġġ lil hinn mill-manifattura u l-kostruzzjoni lejn is-servizzi u l-bejgħ bl-imnut, jiġifieri setturi b’sehem relattivament ogħla ta’ nisa u żgħażagħ fl-impjiegi (il-Graff 6) 18 .

Fil-ħarifa tal-2022, tmien Stati Membri ngħataw assistenza finanzjarja addizzjonali għal varjetà ta’ miżuri. Dan l-appoġġ supplimentari kien għan-nefqa addizzjonali mġarrba fl-2021 – u f’xi każijiet sal-bidu tal-2022 – fuq il-miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza diġà appoġġati minn SURE. B’mod speċifiku, iż-żidiet koprew:

-Il-Bulgarija: l-estensjoni sa Ġunju 2022 ta’ skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar ipprovduta lil kumpaniji li jkunu ġarrbu tnaqqis fid-dħul ta’ mill-inqas 30 % minħabba l-pandemija u li rrestrinġew l-attivitajiet tagħhom bejn it-13 ta’ Marzu 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020 filwaqt li żammew l-impjegati tagħhom.

-Ċipru: in-nefqa addizzjonali marbuta mal-estensjoni (sat-tielet trimestru tal-2021) tal-iskema ta’ sussidju tal-pagi li tappoġġa lill-kumpaniji li kellhom jissospendu (parzjalment) l-operazzjonijiet, l-iskemi speċjali għas-setturi tal-akkomodazzjoni u tat-turiżmu, skema ta’ sussidju għal dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll l-iskema tal-benefiċċji tal-mard għall-COVID-9;

-Iċ-Ċekja: l-estensjoni fl-2021 tal-iskema ta’ xogħol ta’ emerġenza b’ħinijiet iqsar (l-hekk imsejjaħ “Programm Antivirus”), u tal-appoġġ ta’ emerġenza għal dawk li jaħdmu għal rashom;

-Il-Greċja: l-estensjoni tal-iskema ta’ emerġenza għaż-żamma tal-impjiegi (allowance għall-impjegati tas-settur privat li l-kuntratt tagħhom kien ġie sospiż) fl-2021 u l-2022 u tas-sussidju assoċjat li jkopri l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali korrispondenti;

-Il-Kroazja: l-estensjoni taż-żewġ miżuri ta’ appoġġ eżistenti, jiġifieri skema ta’ sussidju tal-pagi għan-negozji affettwati b’mod negattiv mill-pandemija (sa Ġunju 2022), u skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar li tipprovdi appoġġ għat-tnaqqis temporanju tal-ħin tax-xogħol (sa Diċembru 2022);

-Il-Litwanja: l-estensjoni sa Ġunju 2021 tal-iskema għaż-żamma tal-impjiegi li tissussidja l-kostijiet tas-salarju tal-impjegati matul perjodi ta’ sospensjoni tax-xogħol, u skemi ta’ sussidju għal dawk li jaħdmu għal rashom;

-Il-Latvja: id-dħul mill-ġdid tal-miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza (kumpens għaż-żmien inattiv għall-ħaddiema, sussidji tal-pagi għall-kumpaniji affettwati u benefiċċji tal-mard relatati mal-COVID) fil-perjodu minn Novembru 2020 sa Ġunju 2021, kif ukoll xi nefqa addizzjonali fuq l-estensjoni ta’ miżuri relatati mas-saħħa;

-Il-Portugall: l-estensjoni ta’ sett eżistenti ta’ miżuri relatati mas-suq tax-xogħol u mas-saħħa (li kienu ġew estiżi b’CID emendatorja f’Jannar 2022) sal-aħħar tal-2021 u Marzu 2022, rispettivament (dan tal-aħħar jinkludi l-allowance għall-iżolament profilattiku u l-appoġġ eċċezzjonali għat-tkomplija tal-attivitajiet kummerċjali).

Graff 6: Is-sehem medju ta’ benefiċjarji nisa u żgħażagħ (15–24) fi skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (2020/2021)

-

Sors: Il-bażi tad-data 2020 dwar il-politika tas-suq tax-xogħol (LMP), il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni; il-ġbir tad-data tal-EMCO fl-2020 u l-2021.

Nota: Ma hemmx data disponibbli għall-pajjiżi kollha koperti minn SURE.

Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ir-rikors għal appoġġ għal xogħol b’ħinijiet iqsar kompla matul l-2021 iżda b’rata dejjem tonqos. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, wara l-ewwel quċċata matul l-ewwel mewġa tal-pandemija f’Marzu-April 2020, ir-rikors għal xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili għaż-żamma tal-impjiegi stabbilizza fit-tieni nofs tal-2020. L-użu tal-iskemi mbagħad naqas gradwalment matul l-2021, f’konformità mal-irkupru ekonomiku u mat-tnedija b’suċċess tal-kampanji ta’ tilqim. Xi pajjiżi esperjenzaw it-tieni quċċata fl-aħħar tal-2020 / fil-bidu tal-2021.

Graff 7. Il-proporzjon ta’ impjiegi li jibbenefikaw minn miżuri għaż-żamma tal-impjiegi (aggregat u skont l-Istat Membru)

Sors: Eurostat, Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: Ma hemmx data disponibbli għaċ-Ċekja u għar-Rumanija. It-tnaqqis fis-sehem tal-impjiegi koperti fit-tieni nofs tal-2021 huwa parzjalment dovut għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tad-data għal għadd ta’ pajjiżi.  

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE kienu neħħew gradwalment il-miżuri ta’ emerġenza tagħhom għaż-żamma tal-impjiegi sa nofs l-2022. Filwaqt li ftit pajjiżi (l-Estonja, is-Slovenja) kienu rtiraw il-miżuri ta’ emerġenza tagħhom għaż-żamma tal-impjiegi diġà fit-tieni nofs tal-2020, il-biċċa l-kbira estendew l-appoġġ ta’ emerġenza tagħhom fl-2021 u, f’xi każijiet, sal-ewwel nofs tal-2022. L-appoġġ ta’ emerġenza baqa’ disponibbli sal-aħħar tal-2022 f’żewġ pajjiżi biss (il-Portugall, il-Kroazja).

Tabella 3. Miżuri ta’ emerġenza ewlenin għaż-żamma tal-impjiegi u d-durata tagħhom

Stat Membru

Tip

Permanenti / Temporanji

Tnaqqis tal-ħin tax-xogħol

Appoġġ ta’ emerġenza pprovdut sa

BE

STW

Permanenti, b’modifiki temporanji

0-100 %

Ġunju 2022

BG

STW

Temporanji

50 % jew 100 %

Ġunju 2022

CZ

STW

Temporanji

0-100 %

Frar 2022

EE

STW

Temporanji

0-100 %

Ġunju 2020

IE

Sussidju tal-pagi

Temporanji

-

Awwissu 2020

EL

STW

Temporanji

50 % jew 100 %

Jannar 2022

ES

STW

Permanenti, b’modifiki temporanji

0-100 %

Marzu 2022

HR

Sussidju tal-pagi + STW

Temporanji

0-100 %

Diċembru 2022

IT

STW

Permanenti, b’modifiki temporanji

0-100 %

Diċembru 2021

CY

STW

Temporanji

0-100 %

Awwissu 2021

LV

STW

Temporanji

0-100 %

Ġunju 2021

LT

Sussidju tal-pagi + STW

Temporanji

0-100 %

Ġunju 2021 / Settembru 2021

HU

-

-

-

-

MT

Sussidju tal-pagi

Temporanji

-

Mejju 2022

PL

Sussidju tal-pagi + STW

Temporanji

20-100 %

Settembru 2021

PT

STW

Permanenti, b’modifiki temporanji

0-100 %

Settembru 2022

RO

STW

Temporanji

0-100 %

Mejju 2022

SI

STW

Temporanji

50-100 %

Diċembru 2020

SK

STW

Temporanji

0-100 %

Marzu 2022

Nota: Din it-tabella tiffoka biss fuq l-iskemi ewlenin. L-Ungerija kellha skema ta’ xogħol ta’ emerġenza b’ħinijiet iqsar fis-seħħ matul il-pandemija, li kienet iffinanzjata mill-fondi strutturali Ewropej. B’hekk, hija ma rċevietx assistenza finanzjarja għaliha taħt SURE. L-Irlanda ssostitwiet l-iskema ta’ sussidju tal-pagi tagħha bi skema modifikata simili li damet għaddejja sa Mejju 2022, iżda ma ffinanzjathiex b’SURE.

2.3 Miżuri nazzjonali: miżuri relatati mas-saħħa appoġġati minn SURE

In-natura anċillari tan-nefqa relatata mas-saħħa hija kkonfermata. 5 % biss tan-nefqa totali ntefqet fuq miżuri relatati mas-saħħa. Tmien Stati Membri biss minn 19 użaw l-appoġġ ta’ SURE biex jiffinanzjaw miżuri relatati mas-saħħa. Ir-Regolament SURE jippermetti l-finanzjament ta’ kwalunkwe miżura tas-saħħa relatata mal-COVID-19, iżda jenfasizza b’mod partikolari dawk meħuda fuq il-post tax-xogħol, li jirrappreżenta 22 % tal-infiq kollu relatat mas-saħħa (il-Graff 8) 19 . Il-miżuri meħuda fuq il-post tax-xogħol huma kkunsidrati bħala primarjament dawk li jiffaċilitaw ritorn sikur għax-xogħol billi jnaqqsu l-perikli okkupazzjonali, inkluż għall-ħaddiema fil-kura tas-saħħa.

Graff 8: Is-sehem tan-nefqa relatata mas-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Graff 9: Dekompożizzjoni tat-tipi ta’ miżuri relatati mas-saħħa (l-għadd ta’ Stati Membri kkonċernati)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: Il-Portugall u r-Rumanija jingħaddu darbtejn minħabba li għandhom, rispettivament, miżuri preventivi u tagħmir għall-kura tas-saħħa u miżuri ta’ medikazzjoni kemm ġewwa kif ukoll barra l-post tax-xogħol.

SURE ntuża biex jiffinanzja diversi tipi ta’ miżuri relatati mas-saħħa, li jipprovdu appoġġ ta’ emerġenza akkoljenti lis-settur tal-kura tas-saħħa u jiffaċilitaw ritorn aktar malajr għall-attività f’diversi Stati Membri. Fuq suġġeriment mill-QEA, is-servizzi tal-Kummissjoni komplew jeżaminaw l-effetti tal-miżuri relatati mas-saħħa ffinanzjati minn SURE. Il-miżuri appoġġati relatati mas-saħħa jistgħu jinqasmu b’mod wiesa’ fi tliet kategoriji: i) miżuri preventivi kontra l-COVID-19, ii) kostijiet lavorattivi addizzjonali biex jiġu rreklutati u appoġġati l-ħaddiema fil-kura tas-saħħa li joperaw f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna u iii) tagħmir għall-kura tas-saħħa u medikazzjoni. Il-graff 9 turi li l-popolarità ta’ kull kategorija ta’ miżuri kienet ġeneralment simili madwar l-Istati Membri. Dawn il-miżuri, spjegati fid-dettall hawn taħt, iseħħu kemm ġewwa kif ukoll barra l-post tax-xogħol.

·Miżuri preventivi: Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jnaqqsu l-perikli okkupazzjonali u jiżguraw ritorn sikur għax-xogħol (minbarra tagħmir protettiv personali). Eżempji fuq il-post tax-xogħol huma t-taħriġ fl-iġjene (il-Belġju), l-ittestjar tal-ħaddiema fi djar tal-kura u f’faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal (il-Portugall), kif ukoll il-krediti tat-taxxa għal negozji żgħar u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ għas-sanitizzazzjoni tal-postijiet tax-xogħol (l-Italja). Il-miżuri preventivi barra l-post tax-xogħol jikkonċernaw l-aktar il-finanzjament tan-nefqa relatata mal-ittestjar tal-COVID-19 mal-popolazzjoni kollha. Iż-żieda fil-kapaċità tal-laboratorju għall-ittestjar matul il-pandemija kienet ukoll kritika biex jinżammu l-operazzjonijiet kliniċi u biex jitneħħew il-lockdowns u l-miżuri ta’ tbegħid soċjali. Fl-UE, is-sekwenzjar ġenomiku ra żieda ta’ 15-il darba fl-2021 meta mqabbel mal-2020, li wassal biex il-perċentwal ta’ testijiet pożittivi sekwenzjati jiżdied minn inqas minn 1 % fl-2020 għal medja ta’ 7 % fl-2021 20 .

·Additional labour costs to recruit and support healthcare workers: Mill-miżuri kollha meħuda barra l-post tax-xogħol, il-kostijiet lavorattivi addizzjonali tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa (primarjament bonusijiet) kienu l-aktar tip popolari. Pereżempju, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija użaw il-fondi disponibbli taħt SURE biex jipprovdu bonusijiet lill-persunal fis-settur tas-saħħa u/jew jimpjegaw persunal addizzjonali. Matul il-pandemija, iż-żieda fil-kapaċità tal-kura intensiva li tirrikjedi ħafna ħaddiema kienet ta’ importanza primarja, minħabba li okkupanza ogħla ta’ kura intensiva ġiet assoċjata ma’ żieda fil-mortalità 21 .

·Tagħmir għall-kura tas-saħħa u medikazzjoni: Il-fondi ta’ SURE ntużaw ukoll għal tagħmir protettiv personali u tagħmir ta’ diżinfezzjoni fil-postijiet tax-xogħol u fl-isptarijiet (l-Estonja, il-Latvja, l-Ungerija u l-Portugall) u għat-tnedija tal-vaċċini (ir-Rumanija), li kienu essenzjali biex jiġi limitat in-numru ta’ mwiet u titreġġa’ lura n-normalità.

2.4. Kopertura ta’ SURE f’termini ta’ impjiegi u ditti

Il-Kummissjoni kkonfermat il-kwalità għolja taċ-ċifri ta’ kopertura rrapportati mill-Istati Membri. Ingħatat gwida mill-Kummissjoni u saru sforzi mill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-kopertura rrapportata għall-2020, l-2021 u l-2022 permezz tal-ħames sensiliet ta’ rapportar 22 . Disgħa minn 19-il Stat Membru issa kkonfermaw li l-informazzjoni hija bbażata bis-sħiħ fuq data amministrattiva u konformi mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni 23 . Għal tmien Stati Membri addizzjonali, din titqies li hija bbażata l-aktar fuq data amministrattiva. Żewġ Stati Membri biss innotaw li d-data rrapportata tagħhom tista’ titqies biss bħala l-aħjar stimi, sakemm tkun magħrufa l-informazzjoni sħiħa. Dan jagħti fiduċja sostanzjali lill-istimi ta’ kopertura rrapportati hawnhekk u jindirizza wieħed mill-kummenti mill-QEA dwar id-dipendenza fuq l-istimi aktar milli fuq id-data finali.

Fl-2020, huwa stmat li SURE appoġġa 31,5 miljun persuna u aktar minn 2,5 miljun ditta. Dan jirrappreżenta kważi terz tal-impjiegi totali u aktar minn kwart tad-ditti fid-19-il Stat Membru benefiċjarji 24 . L-istima tal-impjiegi hija magħmula minn madwar 22,25 miljun impjegat u 9,25 miljun persuna li jaħdmu għal rashom. Il-Graffs 10 u 11 jippreżentaw diżaggregazzjoni tal-kopertura ta’ SURE skont l-Istat Membru. Dawn l-istimi ma jinkludux persuni appoġġati biss minn miżuri relatati mas-saħħa taħt SURE u, għalhekk, jistgħu jitqiesu bħala konservattivi 25 .

Graff 10: Ħaddiema koperti minn SURE fl-2020 (% tal-impjiegi totali)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: Il-kopertura u ċ-ċifri tal-impjiegi totali huma dawk irrapportati mill-Istati Membri.

Graff 11: Ditti koperti minn SURE fl-2020 skont id-daqs (% tad-ditti totali)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

Nota: It-total tad-ditti jeskludi d-ditti mingħajr impjegati. L-SMEs huma dawk b’inqas minn 250 impjegat u dawk kbar b’aktar minn 250 impjegat.

L-SMEs kienu l-benefiċjarji primarji tal-appoġġ ta’ SURE. Il-pandemija kkawżat bidla mill-użu ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar minn ditti primarjament kbar qabel il-COVID biex jiġu inklużi wkoll ditti żgħar u ta’ daqs medju, li jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira tad-ditti koperti minn SURE (il-Graff 11) 26 . SURE pprovda appoġġ lil 29 % tal-SMEs madwar l-Istati Membri benefiċjarji, bħala medja (il-Graff 12). L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar ġew adottati l-aktar mis-setturi tas-servizzi u tal-bejgħ bl-imnut. Madankollu, il-manifattura xorta rċeviet 14 % tan-nefqa ta’ SURE. Is-setturi bl-akbar sehem tan-nefqa skont l-aktar rapportar reċenti kienu: (i) is-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, (ii) il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, u (iii) il-manifattura (il-Graff 13). Ħafna Stati Membri pprovdew ukoll appoġġ għal aktar setturi, bħas-settur kulturali, b’miżuri mmirati fis-CIDs rispettivi tagħhom.

Graff 12: SMEs koperti minn SURE fl-2020 (% tal-SMEs totali)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023)

Nota: Il-Polonja ma rrapportatx dwar id-daqs tad-ditti, filwaqt li l-Belġju u ċ-Ċekja ma pprovdewx data dwar l-għadd totali ta’ SMEs. L-SMEs huma dawk b’inqas minn 250 impjegat.

Graff 13: Kopertura settorjali ta’ SURE

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023)

Nota: Din il-graff tirrapporta s-sehem medju tan-nefqa fit-tliet setturi li jibbenefikaw l-aktar minn SURE f’kull Stat Membru. Meta settur ma jissemmiex, aħna nassumu li dan jikseb sehem mill-infiq residwu li huwa proporzjonali għall-kont tal-pagi totali tas-settur fl-ekonomija. Dan huwa wkoll il-każ għall-Portugall, li ma rrapporta l-ebda kopertura settorjali. Barra minn hekk, erba’ Stati Membri ma jirrapportawx is-sehem tan-nefqa li jmur għall-ewwel tliet setturi: aħna nassumu li l-akbar settur jieħu 50 %, it-tieni l-akbar wieħed jieħu 25 % u t-tielet l-akbar 15 % tan-nefqa totali. Dawn iċ-ċifri jikkorrespondu għall-medji fl-Istati Membri li rrapportaw l-ishma tan-nefqa.

Fl-2021, b’mod partikolari fl-ewwel nofs tas-sena meta l-pandemija kienet għadha qed toħloq kaos, SURE appoġġa madwar 9 miljun persuna u aktar minn 900 000 ditta. Dan jinkludi kważi 6,75 miljun impjegat u 2,25 miljun persuna li jaħdmu għal rashom, li jikkorrespondu għal madwar 15 % tal-impjiegi totali u tad-ditti fil-15-il Stat Membru benefiċjarju li komplew jużaw l-istrument fl-2021 (il-Graffs 14 u 15) 27 . Din iċ-ċifra żdiedet mill-aħħar rapport minħabba li, wara li ngħataw iż-żidiet fil-ħarifa tal-2022, iċ-Ċekja u l-Kroazja użaw SURE biex jiffinanzjaw in-nefqa fl-2021, wara li preċedentement kienu eżawrew is-self tagħhom fl-2020. L-irkupru irregolari fl-2021 kien ifisser li l-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku kienu għadhom meħtieġa f’diversi stadji matul is-sena. Kif muri fil-Graff 1, dawn kienu ffokati fl-ewwel nofs tal-2021 u naqsu hekk kif l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija u s-saħħa naqas aktar tard fis-sena minħabba t-tilqim u adattamenti ekonomiċi oħrajn.



Graff 14: Ħaddiema koperti minn SURE fl-2021 u fl-2022 (% tal-impjiegi totali)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023)

Nota: L-Istati Membri li nefqu l-assistenza finanzjarja ta’ SURE kollha tagħhom fl-2020 ma humiex murija. L-Istati Membri li nefqu l-assistenza ta’ SURE sa tmiem l-2021 ma humiex inklużi fl-2022. Mhux applikabbli (m/a) tirreferi għall-Istati Membri li ma rrapportawx kopertura għal dik is-sena.

Graff 15: Ditti koperti minn SURE fl-2021 u fl-2022 (% tad-ditti totali)

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023)

Nota: It-total tad-ditti jeskludi d-ditti mingħajr impjegati. Mhux applikabbli (m/a) tirreferi għall-Istati Membri li ma rrapportawx kopertura għall-2021 jew għall-2022.

Fl-2022, huwa stmat li SURE appoġġa kważi 350 000 persuna u aktar minn 40 000 ditta, f’konformità mat-tnaqqis fin-nefqa relatata ma’ SURE. Dan huwa magħmul minn madwar 220 000 impjegat u 130 000 persuna li jaħdmu għal rashom. Iċ-ċifra żdiedet mir-raba’ rapport hekk kif minħabba ż-żidiet tagħhom fil-ħarifa tal-2022, il-Bulgarija, il-Portugall, il-Greċja u l-Kroazja użaw l-assistenza finanzjarja ta’ SURE fl-2022 u, b’hekk, żiedu ċ-ċifri tal-kopertura tal-2022 (il-Graff 14). Madankollu, il-maġġoranza tal-Istati Membri ma kinux għadhom qed jużaw SURE fl-2022. Erba’ Stati Membri biss użaw SURE biex jiffinanzjaw il-miżuri fl-2022, b’disa’ Stati Membri oħrajn jiffinanzjaw il-miżuri eliġibbli għal SURE permezz ta’ sorsi oħrajn.

III.Analiżi tal-impatt ta’ SURE

Din it-taqsima tipprovdi valutazzjoni aġġornata tal-impatt ta’ SURE fuq il-qgħad, l-ekonomija reali u l-pagamenti tal-imgħax fl-Istati Membri benefiċjarji. L-iskop ta’ SURE kien li jgħin lill-Istati Membri jippreservaw l-impjieg tal-ħaddiema u tal-persuni li jaħdmu għal rashom matul il-pandemija tal-COVID-19, u b’hekk jipproteġu wkoll l-introjti tal-ħaddiema. Min-naħa tiegħu, dan kien maħsub biex jiffaċilita rkupru ekonomiku rapidu ladarba jitneħħew ir-restrizzjonijiet tal-pandemija. Din it-taqsima tivvaluta dawn l-impatti, taġġorna u testendi l-analiżi ppreżentata fir-rapporti biannwali preċedenti. Jiżdiedu r-riżultati minn mudell makroekonomiku tal-Kummissjoni, li jappoġġaw is-sejbiet preċedenti. B’mod ġenerali, ir-riżultati huma informattivi u jissuġġerixxu li SURE kellu impatt pożittiv.

3.1. Stima tal-impatt ta’ SURE fl-2020: il-mitigazzjoni tal-effett tal-pandemija fuq l-impatt 

Ir-rwol sostanzjali ta’ SURE fl-2020, mhux l-inqas biex tiġi evitata żieda qawwija fil-qgħad, huwa appoġġat b’mod ċar mill-evidenza. Filwaqt li l-kwistjonijiet metodoloġiċi jaffettwaw l-istimi kwantitattivi preċiżi, id-diversi biċċiet ta’ evidenza murija hawn taħt, bl-użu ta’ metodoloġiji differenti, kollha jindikaw l-istess direzzjoni.  28 L-ewwel nett, l-iskemi nazzjonali appoġġati minn SURE kellhom impatt materjali f’termini ta’ qgħad aktar baxx fl-eqqel tal-pandemija. It-tieni, SURE ħeġġeġ it-twaqqif ta’ skemi nazzjonali ġenerużi biex jinżammu l-impjiegi.

3.1.1 SURE ffaċilita ż-żamma tal-impjiegi li tipprevjeni żieda qawwija fil-qgħad u fl-inugwaljanza

Iż-żieda fil-qgħad fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji kienet ferm inqas milli mistenni. Storikament, tnaqqis fil-PDG tipikament iwassal għal żieda sinifikanti fil-qgħad. Madankollu, il-miżuri ta’ politika rapidi u mdaqqsa meħuda fl-2020 biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19, inkluż SURE, taffew l-impatt tat-tnaqqis fl-output fuq il-qgħad. Għalhekk, iż-żieda fil-qgħad kienet, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, aktar baxxa milli mistenni (il-Graffs 16 u 17) 29 .

Graff 16: Il-bidliet attwali vs. mistennija fir-rata tal-qgħad SURE-19 fl-2019 vs. l-2020

Graff 17: Il-bidliet attwali vs. mistennija fir-rati tal-qgħad skont l-Istat Membru benefiċjarju fl-2020

Sors: Ameco u kalkoli proprji.

Nota: l-assi y: Il-bidla mistennija fir-rati tal-qgħad tikkorrespondi għall-previżjonijiet li ġejjin minn mudell ta’ rigressjoni tal-panel għall-Istati Membri benefiċjarji (il-Graff 16) u mudell ta’ rigressjoni speċifiku għall-pajjiż (il-Graff 17) għall-perjodu mill-1999 sal-2019. L-analiżi hija bbażata fuq approċċ tal-liġi ta’ Okun, fejn il-varjabbli dipendenti jirrappreżenta l-bidla fir-rata tal-qgħad u l-varjabbli indipendenti jirreferi għar-rata ta’ tkabbir reali tal-PDG. L-ispeċifikazzjoni tikkontrolla karatteristiċi speċifiċi għall-pajjiż (li ma jvarjawx maż-żmien) tas-suq tax-xogħol permezz ta’ effetti fissi għall-pajjiż u tikkontrolla fatturi komuni tal-kampjun permezz ta’ effetti temporali fissi. Ir-riżultati jidhru robusti għall-użu ta’ varjabbli indipendenti addizzjonali, bħal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi u l-bidla fir-rata ta’ parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol. L-ispeċifikazzjoni tikkontrolla l-endoġeneità tal-output bl-użu ta’ stimatur GMM tal-ewwel differenza. Il-Kroazja ma hijiex inkluża għal raġunijiet ta’ disponibbiltà tad-data.

Il-miżuri ta’ appoġġ għall-politika adottati, inkluż SURE, effettivament ma ħallewx lil madwar miljun u nofs ruħ jisfaw qiegħda. L-użu mifrux ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili oħrajn jispjega parzjalment iż-żieda mhux mistennija fil-qgħad meta mqabbla mat-tnaqqis fl-output. Din il-prevenzjoni tal-qgħad ippermettiet li madwar miljun u nofs persuna jżommu l-impjiegi tagħhom fl-2020 fl-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE 30 . Il-graff 18 turi diżaggregazzjoni tal-impjiegi stmati li ġew salvati għal kull Stat Membru. Is-simulazzjonijiet illustrattivi addizzjonali mwettqa mill-Kummissjoni (ara l-Kaxxa 2) jissuġġerixxu li l-iskemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iffinanzjati minn SURE fiż-żona tal-euro biss salvaw sa miljun impjieg. Dan jissuġġerixxi li dawn l-iskemi appoġġati minn SURE x’aktarx kienu jirrappreżentaw porzjon sinifikanti tat-total ta’ miljun u nofs impjieg li ġew salvati madwar id-19-il benefiċjarju ta’ SURE. L-impatt pożittiv ta’ SURE huwa appoġġat aktar mill-fatt li aktar ma jkun għoli l-ammont li kull Stat Membru rċieva permezz ta’ SURE fl-2020, aktar tkun moderata ż-żieda fil-qgħad meta mqabbla mal-istandards storiċi (il-Graff 19). Fl-istess ħin, xi Stati Membri mhux benefiċjarji (eż. Franza, in-Netherlands) setgħu jużaw il-pożizzjoni finanzjarja favorevoli tagħhom u l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament biex imexxu skemi daqstant kbar għaż-żamma tal-impjiegi.

Graff 18: L-impjiegi stmati salvati għal kull Stat Membru fl-2020 (eluf)

Sors: Ameco u kalkoli proprji.

Nota: L-istima tal-impjiegi salvati hija derivata mid-differenza bejn il-bidla attwali u dik mistennija fir-rata tal-qgħad, immultiplikata bil-forza tax-xogħol tal-2020. Hija tassumi li l-forza tax-xogħol attwali u dik mistennija huma l-istess. Għal xi pajjiżi, l-istima hija żero, minħabba li l-bidla attwali fir-rata tal-qgħad kienet ogħla milli previst mill-mudell. Il-bidla mistennija fir-rati tal-qgħad tikkorrespondi għall-previżjoni li ġejja mill-mudell ta’ rigressjoni speċifiku għall-pajjiż muri fil-Graff 17.

Graff 19: Ir-relazzjoni bejn il-bidla fir-rata tal-qgħad u l-finanzjament ta’ SURE żborżat fl-2020

Sors: Ameco u kalkoli proprji.

Nota: l-assi y: Il-bidla mistennija fir-rati tal-qgħad ġejja mill-mudell ta’ rigressjoni speċifiku għall-pajjiżi spjegat fin-nota għall-Graff 17.

SURE kkontribwixxa wkoll għall-prevenzjoni ta’ żieda fl-inugwaljanza fis-suq tax-xogħol madwar l-Istati Membri. SURE jidher li impedixxa żieda qawwija fil-qgħad fil-pajjiżi li kienu sofrew aktar ċikatriċi fis-suq tax-xogħol matul il-kriżi finanzjarja globali. L-ewwel nett, iż-żieda fir-rata medja tal-qgħad f’benefiċjarji ta’ SURE segwiet mill-qrib ħafna dik f’dawk li ma humiex benefiċjarji wara l-kriżi tal-COVID-19. Dan jikkuntrasta mal-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja globali meta l-qgħad medju fost il-benefiċjarji ta’ SURE żdied sostanzjalment meta mqabbel ma’ dawk mhux benefiċjarji (il-Graff 20). It-tieni, id-dispersjoni tar-rati tal-qgħad fost il-benefiċjarji ta’ SURE naqset b’mod notevoli mill-pandemija tal-COVID-19, u kkonverġiet gradwalment għad-dispersjoni aktar baxxa esperjenzata minn dawk li ma humiex benefiċjarji ta’ SURE (il-Graff 21). Huwa wkoll notevoli li għalkemm it-titjib fir-rata medja tal-qgħad huwa mistenni li jieqaf fl-2023, id-dispersjoni tagħha fost il-benefiċjarji ta’ SURE hija mistennija li tkompli tonqos. Dan it-tnaqqis fl-inugwaljanza fil-qgħad huwa l-immaġni opposta ta’ dak li ġie esperjenzat fil-kriżi finanzjarja globali. Dan ir-riżultat jissuġġerixxi wkoll li l-benefiċjarji ta’ SURE kienu dawk l-Istati Membri li s-swieq tax-xogħol tagħhom l-aktar li kienu jeħtieġu l-istrument.

Graff 20: L-evoluzzjoni tar-rata medja tal-qgħad bejn l-Istati Membri ta’ SURE u dawk mhux ta’ SURE

Sors: Ameco (previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023).

Nota: “SURE-19” tirreferi għad-19-il Stat Membru tal-UE li ngħataw appoġġ minn SURE. “Mhux ta’ SURE” tirreferi għat-tmien Stati Membri tal-UE li jifdal.

Graff 21: Dispersjoni storika tar-rati tal-qgħad fi Stati Membri ta’ SURE u mhux ta’ SURE

 Sors: Ameco (previżjoni tar-rebbiegħa tal-2023).

Nota: Id-dispersjoni tirreferi għad-devjazzjoni standard tar-rata tal-qgħad tal-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE u dawk mhux ta’ SURE, li tiġi kkalkolata għal kull sena.

Is-suċċess tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar matul il-pandemija kien affermat ukoll minn riċerka esterna. Ir-riċerka mwettqa mis-CEPS dwar l-adozzjoni ta’ skemi għaż-żamma tal-impjiegi wriet żieda sostanzjali fl-adozzjoni meta mqabbla mar-Reċessjoni l-Kbira 31 . Il-finanzjament mill-gvern tal-iskema kollha għandu l-aktar impatt pożittiv fuq l-adozzjoni. Il-fatt li kien hemm skema fis-seħħ qabel il-kriżi żied ukoll b’mod sinifikanti l-użu tal-iskemi. Huma wrew ukoll li aktar ma jkunu għoljin il-pagi mħallsin u l-kopertura (eż. għal ħaddiema mhux standard), aktar tkun għolja l-adozzjoni. Is-sejbiet jipprovdu aktar evidenza biex isostnu li l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iffinanzjati minn SURE kienu effettivi biex itaffu l-impatt tal-COVID-19. Il-kaxxa 1 tagħti dettalji ta’ xi eżempji oħrajn ta’ riċerka nazzjonali dwar l-effettività tal-iskemi tal-Istati Membri.

Kaxxa 1: Evidenza eżistenti dwar l-effettività tal-iskemi nazzjonali appoġġati minn SURE

L-evidenza eżistenti dwar l-effettività tal-miżuri ta’ appoġġ ta’ emerġenza meħuda mill-Istati Membri b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 għadha pjuttost limitata. Studju reċenti li sar miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej wera li l-fehim tad-differenzi tranżnazzjonali fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar iż-żamma tal-impjiegi jista’ jkun importanti għall-effettività tagħhom. Dan juri li l-espansjoni u ż-żieda fl-użu tal-politiki dwar iż-żamma tal-impjiegi huma relatati mat-tfassil ta’ dawn il-politiki. Kopertura usa’, rati ogħla ta’ sostituzzjoni tal-pagi, u finanzjament aktar ġeneruż mill-gvern huma relatati b’mod pożittiv mar-rati tal-adozzjoni 32 . Din il-kaxxa tipprovdi sommarju qasir tad-data disponibbli dwar l-iskemi nazzjonali f’xi Stati Membri li bbenefikaw mill-appoġġ ta’ SURE.

Fis-Slovenja, kien hemm żewġ programmi nazzjonali ewlenin li kellhom l-għan li jipprevjenu l-qgħad: “allowance part-time” li tkopri parti mill-kostijiet tal-pagi tal-impjegati li l-ġimgħa tax-xogħol tagħhom tnaqqset; u skema ta’ assenza bil-permess li tħallas kumpens għall-pagi, kif ukoll il-kostijiet tat-taħriġ għall-ħaddiema li l-kuntratt tagħhom kien ġie sospiż temporanjament. Matul il-perjodu kopert mill-miżura, 3 % biss mit-total ta’ 1 850 impjegatur appoġġati fallew. Id-data tar-reġistru tal-impjiegi minn Ġunju 2021 tindika li 7,3 % tal-ħaddiema fil-kumpaniji appoġġati kienu tilfu l-impjiegi tagħhom wara li l-miżuri ntemmu, filwaqt li 92,7 % żammew l-impjiegi tagħhom 33 . 

Fil-Greċja, ġew introdotti diversi miżuri biex jittaffa x-xokk tal-pandemija fir-rigward tal-impjiegi, inkluża projbizzjoni fuq is-sensji fl-industriji l-aktar affettwati, u biex jiġi kkundizzjonat l-appoġġ għall-introjtu fuq iż-żamma tal-impjiegi. L-analiżi (ibbażata fuq stima tad-differenzi fid-differenzi) tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-impjiegi u tar-rispons tal-politika tal-gvern assoċjata turi li l-qgħad ma żdiedx b’mod sostanzjali, l-aktar bis-saħħa tal-miżuri għaż-żamma tal-impjiegi. Fl-istess ħin, ix-xogħol staġunali (prinċipalment fit-turiżmu) naqas b’mod sinifikanti minħabba l-lockdown meta mqabbel max-xejriet fis-snin preċedenti. Dan wassal għal żieda limitata fil-qgħad, li setgħet tiġi attribwita għal dinamika staġunali mħarbta, billi l-lockdown ikkoinċida mal-ogħla livell ta’ reklutaġġ staġunali. Ix-xejriet tar-reklutaġġ ma reġgħux lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija sal-ewwel trimestru tal-2021 34 .

Tqabbil tal-effetti tax-xokk tal-pandemija fuq l-impjiegi u l-intervent tal-gvern fl-Istati Baltiċi jixħet dawl fuq l-implimentazzjoni eteroġenja u l-effiċjenza tad-diversi miżuri. Il-miżuri għaż-żamma tal-impjiegi naqqsu b’mod sinifikanti ż-żieda fil-qgħad. Madankollu, hemm evidenza li d-diversi tipi ta’ programmi għaż-żamma tal-impjiegi (skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, skemi ta’ assenza bil-permess, u sussidji tal-pagi) seta’ kellhom gradi differenti ta’ effettività madwar l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja (Foresight Centre, 2020) 35 .

3.1.2 SURE appoġġa s-suq tax-xogħol permezz ta’ diversi mezzi

SURE żied il-valur billi rawwem il-fiduċja fl-ekonomija u ħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar ambizzjużi u b’firxa wiesgħa fil-livell nazzjonali. Il-valutazzjoni tal-“impatt addizzjonali” ta’ SURE meta mqabbla mal-miżuri nazzjonali hija kemxejn ta’ sfida. L-evidenza bbażata fuq l-istħarriġ ipprovduta f’rapporti preċedenti tikkonferma l-impatt speċifiku ta’ SURE, jiġifieri t-titjib tal-fiduċja madwar l-UE, l-appoġġ tal-UE għal, u l-inkoraġġiment tal-użu ta’, skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar fil-kuntest speċifiku tal-pandemija tal-COVID-19, u l-possibbiltà li l-Istati Membri jonfqu aktar milli kieku kienu jonfqu fuq l-appoġġ għall-impjiegi b’reazzjoni għal-lockdowns tal-pandemija u għal restrizzjonijiet oħrajn fuq l-attività ekonomika. 

L-ewwel nett, SURE għen biex itejjeb il-fiduċja ġenerali fil-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv għal kriżi bla preċedent. Ir-rispons tal-politika tal-UE għall-COVID-19 kien fuq tliet livelli: i) taffija tal-qafas regolatorju, inklużi l-Inizjattivi ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII u CRII+), il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u l-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali għall-politika fiskali; ii) garanzija ta’ kontinġenza finanzjarja (SURE u l-Fond ta’ Garanzija Pan-Ewropew għan-negozji); u iii) it-tħabbira tal-istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (“Next Generation EU”) 36 . Dan ir-rispons ikkomplementa l-appoġġ ipprovdut permezz tal-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej, notevolment il-Fond Soċjali Ewropew. SURE kien jeħtieġ li l-Istati Membri jaqblu malajr ħafna dwar l-istabbiliment tal-istrument u li volontarjament jipprovdu garanziji baġitarji, li bagħtu sinjal qawwi dwar il-kapaċità tal-UE li tirrispondi b’mod effettiv u rapidu għal kriżi. Din il-kapaċità kollettiva li tirrispondi għall-kriżi bi strumenti mfassla b’mod adegwat x’aktarx ikkontribwiet biex tappoġġa l-fiduċja tal-aġenti ekonomiċi fl-UE, l-Istati Membri tagħha u l-kwalità tar-rispons speċifiku tal-politika. Dan l-effett intwera mir-riżultati tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru ta’ Diċembru 2021, li wera li 82 % taċ-ċittadini taż-żona tal-euro, kemm fil-pajjiżi benefiċjarji kif ukoll f’dawk garanti, ħasbu li s-self ta’ SURE kien idea tajba (il-Graff 22) 37 . Huwa mifhum li din il-fiduċja kkontribwiet għat-tnaqqis tal-firxa tar-rata tal-imgħax għas-self sovran tal-Istati Membri u għat-titjib tal-prospettiva tat-tkabbir tal-UE. SURE għen biex jimmobilizza l-politika fiskali b’mod effettiv, anki bis-saħħa tat-tfassil tiegħu, imfassal għat-tip ta’ xokk ikkawżat mill-COVID-19. Din il-pożizzjoni fiskali ta’ appoġġ ħadmet flimkien mal-politika monetarja akkomodattiva biex tissalvagwardja l-attività ekonomika matul il-pandemija.

It-tieni, permezz ta’ SURE, l-UE appoġġat u ħeġġet l-użu ta’ miżuri għaż-żamma tal-impjiegi. Billi pprovda assistenza finanzjarja biex jiġu ffinanzjati skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, SURE ħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu dawn it-tipi ta’ politiki, ukoll f’konformità mal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi tal-2020. Il-Kummissjoni għamlet stħarriġ ad hoc tal-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE biex tifhem aħjar kemm dan il-mezz ħadem tajjeb 38 . L-istħarriġ sab li SURE ppermetta lill-Istati Membri jkunu aktar ambizzjużi fil-politiki li introduċew.

·Il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li SURE kellu rwol fid-deċiżjoni tagħhom li jadottaw skema ġdida ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew li jimmodifikaw skema eżistenti. Disa’ Stati Membri waqqfu skema ġdida ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar b’reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19 39 u erba’ Stati Membri mmodifikaw skema eżistenti ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar 40 . Il-maġġoranza ta’ dawn l-iskemi kienu ġew introdotti jew immodifikati f’Marzu 2020, ftit qabel ma l-Kummissjoni pproponiet l-istrument SURE. Wara li ġie propost SURE, ġew introdotti skemi ġodda fl-Ungerija, fil-Greċja, fir-Rumanija u fis-Slovenja, filwaqt illi skemi li kienu jeżistu qabel ġew immodifikati aktar mill-Italja u minn Spanja.

·SURE ppermetta wkoll li xi Stati Membri jkunu aktar ambizzjużi dwar miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar. 17-il Stat Membru talbu wkoll l-assistenza finanzjarja ta’ SURE għal skemi simili għal xogħol b’ħinijiet iqsar. Xi Stati Membri introduċew dawn il-miżuri qabel ma ġie propost SURE, u xi wħud wara 41 . Il-maġġoranza tal-Istati Membri mistħarrġa introduċew skemi ġodda simili għal xogħol b’ħinijiet iqsar b’reazzjoni għad-disponibbiltà potenzjali ta’ finanzjament minn SURE. Barra minn hekk, fi tliet Stati Membri, id-disponibbiltà ta’ finanzjament minn SURE kkontribwiet għal żieda fil-baġit allokat għal dawn l-iskemi.

Graff 22: Il-fehmiet taċ-ċittadini tal-UE dwar jekk is-self ta’ SURE kienx idea tajba (% tat-tweġibiet totali)

Sors: Pubblikazzjoni ta’ Diċembru 2021 tal-istħarriġ tal-Ewrobarometru, li sar fil-pajjiżi taż-żona tal-euro f’Ottubru u Novembru 2021. Ara n-nota 37 f’qiegħ il-paġna.

It-tielet, SURE sostna l-fiduċja tal-Istati Membri li jidħlu għal self u nfiq akbar fuq miżuri relatati milli kieku kienu jagħmlu. Dan kien partikolarment minnu minħabba li l-finanzjament kien disponibbli b’rati baxxi ħafna u maturità twila, kif kien SURE, u minħabba li pprovda element bikri tar-rispons ta’ politika tal-UE meta l-inċertezza baqgħet għolja. Il-maġġoranza tal-Istati Membri benefiċjarji indikaw li l-appoġġ ta’ SURE kellu rwol fiż-żieda temporanja tal-kopertura u l-ġenerożità ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili, u l-finanzjament ġenerali tal-politiki biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 42 . Sitt Stati Membri indikaw li l-baġit tal-iskemi rispettivi tagħhom ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar żdied wara li l-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ SURE. Fi tnejn minn dawn il-każijiet, SURE tqies li kellu grad għoli ta’ influwenza fuq id-deċiżjoni.

Kaxxa 2: Simulazzjonijiet mudell illustrattivi dwar l-impatt ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar iffinanzjati minn SURE

Din il-kaxxa tuża l-mudell Global Multi-country (GM) tal-Kummissjoni biex tissimula l-impatt tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (“short-time work” - STW) iffinanzjati minn SURE matul il-pandemija tal-COVID-19 43 . 

(I)Metodoloġija

Il-mudell GM huwa mudell ta’ ekonomija miftuħa użat mill-Kummissjoni biex tanalizza l-varjazzjonijiet fiċ-ċiklu tan-negozju u l-politiki ta’ stabbilizzazzjoni makroekonomika. Il-parametri tal-imġiba tiegħu huma stmati b’tekniki ta’ Bayes, u l-mudell jintuża regolarment biex jikkontribwixxi għat-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-Kummissjoni.

Il-mudell GM jintuża hawnhekk biex jiġi studjat l-impatt tal-iskemi ta’ STW iffinanzjati minn SURE, li jinkludu wkoll sussidji tal-pagi u appoġġ simili għal dawk li jaħdmu għal rashom (esklużi miżuri oħrajn bħal dawk relatati mas-saħħa). Billi l-mudell huwa maqsum f’żewġ reġjuni, iż-żona tal-euro (20 Stat Membru) u l-bqija tad-dinja, is-simulazzjonijiet jeżaminaw biss l-impatt tal-fondi ta’ SURE żborżati lill-14-il Stat Membru benefiċjarji tal-unjoni tal-munita, li jammontaw għal madwar EUR 72 biljun (73 % tal-appoġġ totali ta’ SURE). L-akbar ammont intefaq fit-tieni trimestru tal-2020, u laħaq madwar 1 % tal-PDG (trimestrali) taż-żona tal-euro.

(II)Mezzi ta’ impatt

Sabiex jiġi kopert aħjar l-impatt tal-iskemi ta’ STW, il-mudell GM standard jiżdied bi struttura tas-suq tax-xogħol aktar komprensiva. B’mod speċifiku, dan jippermetti li ssir distinzjoni bejn il-marġni estensiv (l-għadd ta’ impjegati) u l-marġni intensiv (is-sigħat għal kull impjegat), kif ukoll is-sigħat kuntrattwali mħallsa u s-sigħat effettivi maħduma. Permezz tal-issussidjar tas-sigħat mhux maħduma waqt xokkijiet negattivi temporanji, l-iskemi ta’ STW jirriżultaw fiż-żamma tal-impjiegi f’termini tal-għadd ta’ ħaddiema. Fi kliem ieħor, l-iskemi ta’ STW jistgħu jħeġġu lid-ditti jaġġustaw ix-xogħol permezz ta’ sigħat imnaqqsin minflok permezz ta’ sensji.

Minbarra li jipprevjeni s-sensji, l-STW jaċċellera l-irkupru ekonomiku. Billi jżommu l-persunal tagħhom bis-saħħa tal-iskemi ta’ STW, l-impjegaturi jevitaw ukoll is-separazzjoni, ir-reklutaġġ mill-ġdid u l-proċessi ta’ taħriġ għaljin matul l-irkupri ekonomiċi eventwali. Dan il-mezz ta’ ffrankar tal-kostijiet huwa partikolarment sinifikanti matul reċessjonijiet profondi meta r-restrizzjonijiet tal-likwidità u l-karti bilanċjali aktar dgħajfa jfixklu l-kapaċità tad-ditti li jevitaw is-sensji.

Barra minn hekk, billi jtaffi l-qgħad, l-STW jgħin biex jistabbilizza l-introjtu tal-ħaddiema u d-domanda għall-konsum. B’mod ġenerali, l-iskemi ta’ STW jistgħu jtaffu l-impatt negattiv ta’ xokkijiet negattivi fis-suq tax-xogħol u jikkontribwixxu għal ekonomija aktar reżiljenti.

(III)Simulazzjoni u riżultati

F’dan l-eżerċizzju ta’ mmudellar, l-iskemi ta’ STW iffinanzjati minn SURE jitqiesu bħala intervent diskrezzjonarju tal-gvern biex jissussidja s-sigħat mhux maħduma. Dan l-intervent tal-gvern, skalat għad-daqs ta’ SURE, jippermetti li jiġi stmat it-telf ta’ impjiegi evitat b’mod stilizzat.

Abbażi tal-mezzi deskritti hawn fuq, is-simulazzjonijiet mudell “standard” jissuġġerixxu li l-iskemi ta’ STW iffinanzjati minn SURE kellhom impatt pożittiv sostanzjali fuq l-impjiegi, tant li jipprevjenu madwar 0,75 miljun telf ta’ impjiegi fiż-żona tal-euro.

Madankollu, dawn ir-riżultati ta’ simulazzjoni “standard” jistgħu jissottovalutaw l-impatt potenzjali tat-telf ta’ impjiegi matul reċessjoni profonda, bħal dik ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, ir-riċerka tissuġġerixxi li r-riġidità tal-pagi u r-restrizzjonijiet ta’ likwidità tad-ditti jistgħu jamplifikaw b’mod sinifikanti l-varjazzjonijiet fl-impjiegi 44 . Dan huwa wkoll konsistenti ma’ evidenza empirika li turi li r-rata tal-qgħad tiżdied aktar malajr matul ir-reċessjonijiet milli tonqos matul l-espansjonijiet 45 . Sabiex tiġi koperta din il-karatteristika, xenarju ta’ “reċessjoni profonda” jikkunsidra elastiċità ogħla ta’ impjieg għal output 46 . Meta titqies din id-dinamika tar-rata tal-qgħad, l-għadd stmat ta’ impjiegi salvati jkun qrib il-miljun għaż-żona tal-euro. Fi kliem ieħor, mingħajr l-iskemi ta’ STW iffinanzjati minn SURE, ir-rata tal-qgħad fiż-żona tal-euro kienet tilħaq 8,6 % fl-2020 (minflok ir-rata ta’ 8,0 % osservata).

B’mod ġenerali, dawn is-simulazzjonijiet stilizzati jissuġġerixxu li ġew salvati għadd sostanzjali ta’ impjiegi, fl-istess ordni ta’ kobor bħall-istimi tal-liġi ta’ Okun ippreżentati f’p. 23. Għall-kuntrarju tal-analiżi tal-Liġi ta’ Okun ippreżentata fil-Graff 16, din is-simulazzjoni tiffoka biss fuq l-effetti tal-iskemi ta’ STW iffinanzjati minn SURE, aktar milli fuq ir-rispons ta’ politika ġenerali għall-COVID-19.

(IV)Twissijiet

Is-simulazzjonijiet juru l-impatt qawwi ta’ SURE fuq l-impjiegi bis-saħħa tal-iskemi ta’ STW. Madankollu, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati xi twissijiet meta jiġu interpretati r-riżultati, b’mod partikolari, l-effetti pożittivi u negattivi li ġejjin:

·(+) Fil-prinċipju, l-STW jista’ jtaffi aktar nuqqasijiet fid-domanda assoċjati mal-biżgħat tal-qgħad. L-immudellar ma jinkludix dawn il-benefiċċji addizzjonali ta’ stabbilizzazzjoni li jirriżultaw minn iffrankar ta’ prekawzjoni mnaqqas 47 . Barra minn hekk, il-benefiċċji mill-iskemi ta’ STW bħala stabilizzaturi awtomatiċi jistgħu jaqbżu dawk tal-intervent diskrezzjonarju tal-gvern iffinanzjat minn SURE 48 .

·(+) Billi jżommu l-impjiegi u x-xogħol, l-iskemi ta’ STW jistgħu jipprevjenu l-effetti ta’ ċikatriċi mill-qgħad, bħat-telf tal-ħiliet jew l-iskoraġġiment mill-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

·(-) Min-naħa negattiva, madankollu, is-simulazzjonijiet mudell jeskludu l-effetti negattivi possibbli tar-riallokazzjoni fis-suq tax-xogħol, billi l-STW jista’ jiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jiċċaqilqu lejn ditti jew setturi aktar produttivi. Madankollu, ir-rikorrenza qawwija ħafna tal-ekonomija taż-żona tal-euro fl-2021 u n-natura temporanja ta’ SURE issuġġerew li dan l-effett kien tat-tieni ordni.

·(-) Barra minn hekk, il-mudell ma jikkunsidrax problemi potenzjali ta’ periklu morali, bħal ditti li jiġu inċentivati biex inaqqsu s-sigħat aktar milli meħtieġ taħt STW. Madankollu, l-evidenza empirika tissuġġerixxi li din il-kwistjoni tibqa’ relattivament limitata 49 .

3.2. Stima tal-impatt ta’ SURE fl-2021 u lil hinn: l-iffaċilitar tal-irkupru ekonomiku

Il-protezzjoni tal-impjiegi fl-ewwel sentejn tal-pandemija appoġġat irkupru ekonomiku aktar rapidu fl-2021 milli fi kriżijiet preċedenti. L-ewwel nett, il-PDG u l-qgħad reġgħu lura għal-livelli tagħhom ta’ qabel il-kriżi fl-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE ferm aktar malajr milli wara l-kriżi finanzjarja globali u l-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro (il-Graff 23). Dan seħħ minkejja l-mewġiet sussegwenti tal-pandemija li kienu jeħtieġu l-introduzzjoni mill-ġdid tar-restrizzjonijiet matul l-2021 50 . It-tieni, minkejja l-invażjoni Russa tal-Ukrajna u l-kriżi umanitarja u tal-enerġija li rriżultat, it-tkabbir ekonomiku kompla fl-2022 u, abbażi tat-tbassir tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni, għandu jkompli fl-2023, għalkemm b’rata aktar bil-mod 51 . Minkejja dan, xorta għadu qed jaqbeż l-irkupru osservat fl-istess stadju wara l-kriżi finanzjarja globali u l-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro, hekk kif l-ekonomija tal-UE rritornat għal-livell ta’ output tagħha ta’ qabel il-pandemija fl-2021, filwaqt li baqgħet ferm taħt il-livell tagħha ta’ qabel il-kriżi fl-istess stadju fiż-żewġ kriżijiet preċedenti. Dan jissuġġerixxi li ż-żamma tal-forza tax-xogħol disponibbli konnessa mad-ditti permezz ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 għenet biex tappoġġa l-irkupru rapidu, minkejja s-sitwazzjoni epidemjoloġika ta’ sfida fl-2021 52 . 

Graff 23: Tqabbil storiku tal-irkupru fil-PDG u l-qgħad wara kriżi

Sors: Ameco (tbassir tar-Rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni), l-Eurostat

Nota: Hawn jidhru l-PDG aggregat u r-rata medja tal-qgħad għall-Istati Membri benefiċjarji ta’ SURE. Il-perjodu ta’ żmien t-1 jirreferi għas-sena ta’ qabel il-kriżijiet rispettivi. t=2009 għall-kriżi finanzjarja globali (GFC); t=2012 għall-kriżi tad-dejn fiż-żona tal-euro (ŻE); t=2020 għall-kriżi tal-COVID. t+3 għall-kriżi tal-COVID jirreferi għall-2023.

Id-data tal-istħarriġ turi li SURE appoġġa l-attività tas-setturi ekonomiċi l-aktar affettwati mill-pandemija fl-2021. L-Istħarriġ tal-UE dwar in-Negozji u l-Konsumaturi wera li s-setturi tas-servizzi l-aktar affettwati mill-COVID-19 fi Stati Membri benefiċjarji ta’ SURE (akkomodazzjoni, ikel u xorb, aġenziji tal-ivvjaġġar, attivitajiet sportivi u servizzi personali oħrajn) komplew ibatu minn domanda u fiduċja batuti, b’mod partikolari, fl-ewwel nofs tal-2021 (Graff 24). B’kuntrast għal dan, il-manifattura kienet inqas affettwata mir-restrizzjonijiet fil-bidu tal-2021 u kellha prestazzjoni aħjar. Kif muri fil-Graff 12, is-setturi li jirrappreżentaw l-akbar sehem tan-nefqa ta’ SURE kienu s-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel u l-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, li jissuġġerixxu li SURE indirizza l-aktar ħtiġijiet urġenti billi appoġġa lis-setturi li ntlaqtu l-agħar 53 . 

 Graff 24: Domanda settorjali tas-servizzi u nefqa ta’ SURE

Sors: EU Business and Consumer Survey Programme, Marzu 2023; Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023)

Nota: Għas-servizzi, l-indiċi medju muri għall-akkomodazzjoni, l-ikel u x-xorb, l-aġenziji tal-ivvjaġġar, l-attivitajiet sportivi u servizzi personali oħrajn.

3.3. L-effett finanzjarju dirett: iffrankar tal-imgħax

Huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw total ta’ EUR 9 biljun fuq pagamenti tal-imgħax billi rċevew assistenza finanzjarja permezz ta’ SURE. Dan l-ammont huwa bbażat fuq id-disa’ ħarġiet kollha ta’ SURE, sal-iżborż tal-14 ta’ Diċembru 2022 (it-Tabella 4) 54 . Dan l-iffrankar ġie ġġenerat minħabba li s-self ta’ SURE offra lill-Istati Membri rati tal-imgħax aktar baxxi minn dawk li kienu jħallsu li kieku ħarġu dejn sovran huma stess, u dan fuq perjodu medju ta’ qrib il-15-il sena 55 . Dan huwa dovut għall-klassifikazzjoni tal-kreditu b’saħħitha tal-UE u l-likwidità tal-bonds ta’ SURE 56 . L-akbar iffrankar ġie rreġistrat mill-Istati Membri bi klassifikazzjonijiet tal-kreditu aktar baxxi.

Tabella 4: Iffrankar tar-Rata tal-Imgħax skont l-Istat Membru

Stat Membru

Ammont żborżat (biljuni ta’ EUR)

Firxa medja

Maturità medja

Iffrankar tal-imgħax (biljuni ta’ EUR)

Iffrankar tal-imgħax (% tal-ammont żborżat)

Il-Belġju

8,2

0,06

14,7

0,14

1,7

Ċipru

0,6

0,64

14,7

0,06

9,7

Il-Greċja

6,2

0,84

14,6

0,65

10,6

Spanja

21,3

0,44

14,7

1,58

7,4

Il-Kroazja

1,6

1,03

14,5

0,21

13,4

L-Ungerija*

0,7

1,80

14,8

0,15

22,5

L-Italja

27,4

0,96

14,8

3,76

13,7

Il-Litwanja

1,1

0,13

14,8

0,02

1,5

Il-Latvja

0,5

0,34

14,8

0,02

4,1

Malta

0,4

0,56

14,6

0,04

8,4

Il-Polonja

11,2

0,55

13,6

0,80

7,2

Il-Portugall

6,2

0,46

14,7

0,42

6,8

Ir-Rumanija

3,0

2,27

14,6

0,85

28,4

Is-Slovenja

1,1

0,23

14,8

0,05

4,3

Is-Slovakkja

0,6

0,09

14,9

0,01

1,3

Il-Bulgarija

1,0

1,76

15,0

0,18

18,3

L-Irlanda

2,5

0,11

14,7

0,05

2,1

Iċ-Ċekja**

4,5

0,23

10,1

0,04

1,9

L-Estonja***

0,2

0,00

15,0

0,00

0,0

Total

98,4

0,67

14,5

9,03

9,42

Nota: L-iffrankar tal-imgħax jiġi kkalkolat bond b’bond, u magħdud fid-dati tal-ħruġ u l-maturitajiet.

* L-Ungerija ħarġet biss żewġ bonds iddenominati f’euro ta’ 10 snin u 30 sena mill-2020, it-tnejn f’Novembru 2020. Bl-użu ta’ dawn iż-żewġ bonds, il-firxa bejn il-kurva tar-rendiment fil-munita nazzjonali u l-euro ġiet estrapolata f’maturitajiet oħrajn u f’dati ta’ ħruġ oħrajn.

** Id-data dwar il-ħruġ ta’ bonds denominati f’euro fiċ-Ċekja fl-2022 ma kinitx disponibbli. L-iffrankar tal-imgħax taċ-Ċekja huwa bbażat fuq l-ewwel żborż ta’ EUR 2 biljun liċ-Ċekja fl-2021 biss.

*** L-Estonja ħarġet biss bond pendenti wieħed ta’ 10 snin, ma kien hemm l-ebda data disponibbli għal maturitajiet oħrajn. Il-firxa tal-bonds soċjali ta’ SURE tal-UE f’dawn il-maturitajiet l-oħrajn hija preżunta li hija qrib iż-żero.

IV.informazzjoni dwar is-sistemi nazzjonali ta’ kontroll u awditjar

4.1. It-tieni kwestjonarju dwar is-sistemi nazzjonali ta’ kontrolli ex ante u ex post, inklużi l-awditi

Il-Kummissjoni wettqet l-ewwel kwestjonarju dwar il-kontroll u l-awditjar nazzjonali fil-bidu tal-2022 biex tifhem kif l-Istati Membri jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim ta’ Self. Dawn ir-riżultati ġew irrapportati fit-tielet rapport biannwali dwar SURE 57 . Is-sejbiet ewlenin kienu li, fi kważi l-Istati Membri kollha, l-istituzzjonijiet li jwettqu kontroll u awditjar tal-miżuri appoġġati minn SURE kienu diġà fis-seħħ qabel il-pandemija tal-COVID-19. L-Istati Membri kollha wettqu kontrolli fuq miżuri appoġġati taħt SURE u vverifikaw li l-kriterji ta’ eliġibbiltà ġew issodisfati. Fl-Istati Membri kollha ħlief wieħed, il-kontrolli u l-awditi identifikaw każijiet ta’ irregolaritajiet jew frodi. Saru investigazzjonijiet f’dawn il-każijiet kollha. Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew frodi kkonfermati, l-Istati Membri kollha rkupraw jew jinsabu fil-proċess li jirkupraw fondi użati ħażin b’azzjoni legali jew mingħajrha.

L-iskop tal-kwestjonarju ta’ segwitu kien li jirċievi aktar informazzjoni dwar kif l-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi legali minimi tagħhom, b’mod partikolari dwar il-kontrolli ex post, inkluż awditjar. L-ewwel kwestjonarju wera li kienet meħtieġa spjegazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ex post, inkluż awditjar. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-kwestjonarju ta’ segwitu mwettaq fil-bidu tal-2023 jiddistingwi bejn kontrolli ex ante (qabel ma jiġu rilaxxati l-fondi) u kontrolli ex post, inklużi awditi (wara li jiġu rilaxxati l-fondi) 58 . L-għan tiegħu kien li jaġġorna l-informazzjoni dwar il-kontrolli ex ante u jagħti spjegazzjoni ulterjuri dwar l-eżistenza u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ex post, inklużi l-awditi.

Għan addizzjonali kien li tinġabar informazzjoni li tgħin lill-Kummissjoni timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Fl-2022, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri vverifikat il-prestazzjoni ta’ SURE u ħarġet rakkomandazzjoni waħda, inkluż dwar l-awditjar u l-kontroll 59 . Il-kwestjonarju ta’ segwitu huwa l-ewwel pass lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni. Huwa jiġbor informazzjoni dwar: (i) ir-riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi ta’ miżuri appoġġati minn SURE abbażi ta’ perċezzjoni jew valutazzjoni mill-Istati Membri; (ii) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ex ante u ex post għall-miżuri vvalutati li huma fl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi; u (iii) l-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi.

Ir-riżultati tal-ewwel kwestjonarju u ta’ dak ta’ segwitu huma konsistenti u jikkonfermaw li l-Istati Membri rrispettaw l-obbligi legali tagħhom skont il-ftehimiet ta’ self tagħhom 60 . Is-sejbiet ikkonsolidati taż-żewġ kwestjonarji li saru fil-bidu tal-2022 u fl-2023 juru li l-Istati Membri kollha rrapportaw li kienu kkontrollaw il-miżuri kollha appoġġati minn SURE, inklużi dawk fl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi, ex ante jew ex post (jew it-tnejn), f’konformità mal-obbligi legali tagħhom. Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew frodi kkonfermati, l-Istati Membri kollha rkupraw jew jinsabu fil-proċess li jirkupraw fondi użati ħażin b’azzjoni legali jew mingħajrha. Barra minn hekk, fil-każ ta’ frodi, l-Istati Membri kollha ħadu miżuri minbarra dawk biex jirkupraw fondi użati ħażin, bħat-tnedija ta’ investigazzjonijiet kriminali.

Sommarju tar-riżultati kif irrapportati mill-Istati Membri fil-kwestjonarju ta’ segwitu huwa pprovdut f’din it-taqsima. B’mod speċifiku, it-Taqsima 4.2 tirrapporta dwar ir-riskju ta’ frodi jew irregolaritajiet għall-miżuri appoġġati minn SURE, inklużi l-fatturi ewlenin tiegħu. It-Taqsima 4.3 tkopri l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ex ante u ex post u tipprovdi eżempji ta’ kontrolli. It-Taqsima 4.4 tiffoka fuq miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ frodi jew irregolaritajiet u tirrapporta dwar il-kontrolli tagħhom. Fl-aħħar nett, it-Taqsima 4.5 tipprovdi informazzjoni dwar l-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi, ir-rati ta’ rkupru u miżuri oħrajn meħuda bħala reazzjoni għal irregolaritajiet jew frodi.

4.2. Ir-riskju ta’ miżuri appoġġati minn SURE f’termini ta’ irregolaritajiet jew frodi

L-ebda Stat Membru ma jqis li l-miżuri appoġġati minn SURE huma f’riskju għoli ta’ irregolaritajiet jew frodi (il-Graff 25). Tnax-il Stat Membru jqisu li l-miżuri kollha appoġġati minn SURE huma f’riskju baxx u erba’ Stati Membri jqisu li huma f’riskju medju, filwaqt li tliet Stati Membri jqisu li xi miżuri huma f’riskju baxx u l-oħrajn f’riskju medju. Diversi Stati Membri rrapportaw li l-kontrolli ex post tagħhom, inkluż l-awditjar, ma sabu l-ebda skala sinifikanti ta’ irregolaritajiet jew frodi. Dan kien ikkonfermat ukoll minn studju empiriku dwar l-iskema Taljana ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (Cassa Integrazione Guadagni - CIG) fl-akbar Stat Membru benefiċjarju.

Graff 25: Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ miżuri appoġġati minn SURE (l-għadd ta’ Stati Membri)

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Riskju baxx ta’ irregolaritajiet jew frodi – kif irrapportat minn maġġoranza kbira tal-Istati Membri – spiss jiġi spjegat minn kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà definiti legalment u b’mod ċar li kienu kkontrollati ex ante. Diversi Stati Membri rrapportaw li l-implimentazzjoni ta’ kontrolli ex ante awtomatiċi, bħall-kontroverifika tal-konsistenza bejn id-data ddikjarata mill-applikanti u d-data f’diversi reġistri amministrattivi jew tas-sigurtà soċjali, għenet biex jiġu evitati pagamenti ta’ benefiċċji mhux dovuti, u b’hekk naqqset ir-riskji ta’ irregolaritajiet jew frodi. Xi Stati Membri qiesu li l-miżuri appoġġati minn SURE huma f’riskju baxx ta’ irregolaritajiet jew frodi sa mit-tfassil minħabba li l-appoġġ ġie kkalkolat bl-użu tal-informazzjoni diġà disponibbli fil-bażijiet ta’ data amministrattivi, inkluż qabel il-pandemija tal-COVID-19. Fil-każ ta’ miżuri relatati mas-saħħa, huma rrapportati kriterji ċari ta’ akkwist biex jiġi spjegat ir-riskju baxx ta’ irregolaritajiet jew frodi.

Huwa rrapportat riskju medju ta’ irregolaritajiet jew frodi fi ftit Stati Membri fejn il-kontrolli ex ante kienu limitati. Dan kien il-każ speċjalment fil-bidu tal-pandemija meta l-għadd ta’ applikanti żdied f’perjodu qasir ta’ żmien, filwaqt li kien hemm bżonn li jiġi pprovdut appoġġ lilhom mill-aktar fis possibbli. Barra minn hekk, f’xi każijiet il-kriterji ta’ eliġibbiltà ma setgħux jiġu vverifikati ex ante minħabba li d-data (eż. id-daqs tat-tnaqqis fid-dħul) kienet għadha mhux disponibbli. F’dawk il-każijiet, l-iżborżi kienu bbażati fuq id-dikjarazzjoni ta’ unur ipprovduta mill-applikanti, li fiha huma affermaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà. L-Istati Membri daħħlu fis-seħħ kontrolli ex post biex jivverifikaw il-korrettezza tal-awtovalutazzjoni tal-applikanti u gradwalment – wara l-mewġa inizjali ta’ applikazzjonijiet – saħħew ukoll il-kontrolli ex ante tagħhom.

4.3. Il-kamp ta’ applikazzjoni u t-tip ta’ kontrolli ex ante u kontrolli ex post, inklużi awditi

Kważi l-Istati Membri kollha rrapportaw li kienu kkontrollaw ex ante l-miżuri kollha appoġġati minn SURE (il-Graff 26). Tliet Stati Membri benefiċjarji rrapportaw li ma kinux ikkontrollaw uħud mill-miżuri tagħhom ex ante għal diversi raġunijiet, bħal minħabba għadd kbir ħafna ta’ applikanti u kapaċità istituzzjonali limitata biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet f’perjodu qasir ta’ żmien. Ġie rrapportat ukoll li f’xi każijiet il-kontrolli ex ante ma kinux meħtieġa, minħabba li l-benefiċċji ġew ikkalkolati mill-awtoritajiet infushom abbażi ta’ data tal-passat tal-benefiċjarji. L-Istati Membri kkumpensaw in-nuqqas ta’ kontrolli ex ante b’kontrolli ex post.

Eżempji ta’ kontrolli ex ante jinkludu 61 : 

·Il-verifika tar-reġistri amministrattivi/tas-sigurtà soċjali biex jiġu vverifikati l-istatus tal-impjegatur (jekk l-impjegatur joperax fi ħdan attività ekonomika eliġibbli, id-data tar-reġistrazzjoni tal-attività, l-informazzjoni dwar il-fatturat), l-istatus tal-persuna (bħal jekk il-persuna hijiex impjegata jew le, jekk il-kuntratt tax-xogħol huwiex sospiż jew le, jekk is-sigħat tax-xogħol jitnaqqsux jew le, jekk il-persuna hijiex qed tirċievi benefiċċji oħrajn jew le), l-ammonti mitluba, l-età tal-wild minuri (fil-każ ta’ benefiċċji tal-liv tal-ġenituri) u jekk l-obbligazzjonijiet tat-taxxa ġewx saldati.

·Fil-każ ta’ liv minħabba mard, ġie rrapportat li kien meħtieġ ċertifikat ta’ inkapaċità għax-xogħol maħruġ minn GP qabel ma tħallsu l-benefiċċji.

·Fil-każ ta’ miżuri relatati mas-saħħa, ġie rrapportat li l-bord maniġerjali u l-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa kellhom japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet biex ikopru s-sigħat żejda u s-salarju ogħla għall-persunal mediku.

Graff 26: L-eżistenza ta’ kontrolli ex ante għall-miżuri kollha appoġġati minn SURE (l-għadd ta’ Stati Membri)

Graff 27: Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kontrolli ex post, inkluż l-awditjar (l-għadd ta’ Stati Membri)

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Aktar minn nofs l-Istati Membri rrapportaw li kienu kkontrollaw ex post il-miżuri kollha jew il-biċċa l-kbira tal-miżuri appoġġati minn SURE u fil-biċċa l-kbira ma jippjanawx kontrolli ex post addizzjonali (il-Graff 27(i)). Ħames Stati Membri addizzjonali rrapportaw li kienu kkontrollaw l-akbar miżura, jew il-miżura bl-ogħla riskju ta’ frodi u irregolarità, jew it-tnejn, filwaqt li kienu għadhom qed jippjanaw aktar kontrolli ex post (il-Graff 27(ii-iv)). Żewġ Stati Membri kkontrollaw mill-inqas miżura waħda appoġġata minn SURE ex post u qegħdin jippjanaw kontrolli ex post addizzjonali, inkluż awditjar, fl-2023. L-Istat Membru li jifdal qed jippjana li jivverifika l-miżuri kollha appoġġati minn SURE fl-ewwel nofs tal-2023 (il-Graff 27(v)).

Eżempji ta’ kontrolli ex post jinkludu 62 : 

·Awditjar tan-nefqa fuq miżuri appoġġati minn SURE minn korp tal-awditjar indipendenti bħala parti mill-eżekuzzjoni baġitarja. Pereżempju, korp tal-awditjar indipendenti vverifika jekk il-benefiċċji statutorji ġewx assenjati u mħallsin b’mod korrett lill-benefiċjarji.

·Kontrolli finanzjarji fuq il-fatturat/id-dħul tal-benefiċjarji biex jivvalutaw l-eliġibbiltà u l-ammont korrett ta’ pagamenti, kontrolli li l-impjegaturi ħallsu l-ammont sħiħ ta’ pagi lill-impjegati u ma temmewx l-impjieg tagħhom (pereżempju matul il-perjodu li għalih jitħallas il-kumpens), kontrolli biex jiġi evitat li l-benefiċjarji jirċievu appoġġ minn sorsi inkompatibbli oħrajn (eż. benefiċċji tal-qgħad), kontrolli mill-ministeri li l-infiq tal-uffiċċji tax-xogħol lokali kien korrett.

·Għal miżuri relatati mas-saħħa, kien irrapportat li l-akkwist pubbliku ġie awditjat flimkien mal-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa li pprovda appoġġ lill-isptarijiet biex ikopru l-kostijiet ta’ ħtieġa addizzjonali għall-persunal.

Il-kontrolli ex post spiss kienu bbażati fuq ir-riskju u saru fuq kampjun ta’ benefiċjarji. B’mod speċifiku, il-kontrolli ex post iffokaw fuq il-benefiċjarji li għalihom ġie identifikat l-akbar riskju ta’ użu ħażin tal-fondi pprovduti. Pereżempju, kien irrapportat li l-kontrolli ex post jiffokaw fuq kumpaniji li, pereżempju, (i) impjegaw persuni ġodda jew kellhom perċentwal għoli ta’ persuni b’kompiti adattati għat-telexogħol, filwaqt li għamlu użu mill-benefiċċji taħt skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili; (ii) ġew attivati mill-ġdid jew twaqqfu mill-ġdid u mbagħad waqfu joperaw ladarba l-appoġġ ma tkompliex; (iii) adattaw l-istatus legali tagħhom jew il-kuntratt ta’ impjieg tal-impjegati biex isiru eliġibbli għall-appoġġ; (iv) kienu diġà soġġetti għal irregolaritajiet jew frodi fil-passat. F’xi każijiet, ir-riskju ġie vvalutat abbażi tal-eżitu minn kontrolli ex post ta’ nefqa simili (eż. iffinanzjati mill-Fondi Soċjali Ewropej). Kien irrapportat ukoll li l-kontrolli ex post kienu jew każwali jew inkella kienu jinvolvu lill-benefiċjarji kollha, madankollu biss fuq perjodu ta’ żmien magħżul (eż. ftit xhur).

L-Istati Membri kollha rrapportaw li kienu kkontrollaw miżuri appoġġati minn SURE ex ante jew ex post (jew it-tnejn). Il-miżuri li ma kinux ikkontrollati ex ante ġew ikkontrollati ex post biex jiġi żgurat l-użu xieraq ta’ miżuri appoġġati minn SURE 63 .

4.4. Kontrolli ta’ miżuri bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi

Il-maġġoranza tal-Istati Membri ma setgħux jidentifikaw miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi (il-Graff 28). Ir-raġuni ewlenija hija li l-miżuri appoġġati minn SURE jitqiesu li għandhom riskju baxx ta’ irregolaritajiet jew frodi. Erba’ Stati Membri identifikaw il-miżuri li pprovdew appoġġ lil dawk li jaħdmu għal rashom bħala bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi minħabba kontrolli ex ante limitati (fi sforz biex l-appoġġ jiġi pprovdut mill-aktar fis possibbli) jew minħabba irregolaritajiet li nstabu ex post.

Graff 28: Miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi (l-għadd ta’ Stati Membri)

Graff 29: Azzjoni meħuda jew ippjanata għal miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi, li ma kinux ikkontrollati ex post (l-għadd ta’ Stati Membri)

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Dawk l-Istati Membri li identifikaw miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet u frodi ħadu azzjoni biex jiżguraw l-użu xieraq tal-fondi. B’mod speċifiku, l-Istati Membri kollha (disgħa) li identifikaw miżuri appoġġati minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet u frodi kkontrollaw tali miżuri ex ante 64 . Barra minn hekk, ħames Stati Membri rrapportaw ukoll li huma kkontrollawhom ex post (il-Graff 28). L-erba’ Stati Membri li ma kinux ikkontrollaw ex post tali miżuri rrapportaw li huma għadhom qed jippjanaw kontrolli ex post jew li l-kontrolli ex ante joffru grad għoli ta’ dipendenza li n-nefqa ntużat kif suppost (il-Graff 29). 

4.5. L-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi u miżuri ta’ rimedju

L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati – bħala indikatur għall-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi – għall-akbar miżura appoġġata minn SURE kienu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet taħt it-2 % tan-nefqa totali (il-Graff 30). Madankollu, din id-data hija biss indikattiva u mhux komparabbli bejn il-pajjiżi minħabba miżuri eteroġenji 65 . Xi Stati Membri informaw li l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jinkludu multi imposti minħabba frodi.

Ħdax minn ħmistax-il Stat Membru sa issa rkupraw aktar minn 75 % tal-ammont totali dovut (il-Graff 31). F’xi Stati Membri, ir-rata ta’ rkupru tkun ogħla jekk, pereżempju, jiġu kkunsidrati wkoll soluzzjonijiet barra mill-qorti li jippermettu li jsir ħlas lura f’pagamenti parzjali (futuri).

Filwaqt li l-Istati Membri kollha identifikaw irregolaritajiet, madwar żewġ terzi tal-Istati Membri identifikaw ukoll frodi. F’każ ta’ frodi, l-Istati Membri kollha ħadu miżuri minbarra dawk biex jirkupraw fondi użati ħażin, bħan-notifika tal-korpi ta’ investigazzjoni rilevanti u t-twettiq tal-proċeduri rilevanti ta’ infurzar tal-liġi. Xi Stati Membri rrapportaw li kienu ħadu azzjoni preventiva bħala reazzjoni għal frodi jew irregolaritajiet, bħall-bini ta’ sistema ġdida ta’ Intelliġenza Kummerċjali biex ibassru r-riskji ta’ frodi u jottimizzaw l-identifikazzjoni preventiva jew il-ħolqien ta’ lista tal-entitajiet li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li jżommuhom milli jerġgħu japplikaw (b’suċċess).

Graff 30: L-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi għall-akbar miżura appoġġata minn SURE (bħala % tan-nefqa totali)

Graff 31: Ir-rati ta’ rkupru għall-akbar miżura appoġġata minn SURE (l-ammonti rkuprati bħala % tal-ammont totali li għandu jiġi rkuprat)

Sors: Il-kwestjonarji u l-kalkoli proprji tal-Istati Membri

Nota: L-inċidenza ta’ irregolaritajiet jew frodi hija kkalkolata bħala l-ammont li għandu jiġi rkuprat fir-rigward tan-nefqa totali għall-akbar miżura appoġġata minn SURE f’kull Stat Membru. Id-data hija biss indikattiva u mhux komparabbli bejn il-pajjiżi minħabba miżuri eteroġenji (ara n-nota 64 f’qiegħ il-paġna). L-inċidenza hija rrapportata għall-miżuri kollha fil-każ tal-Kroazja u ta’ Ċipru u għat-tieni l-akbar miżura fil-każ taċ-Ċekja. F’dawk il-każijiet, l-inċidenza hija kkalkolata fir-rigward tan-nefqa totali għall-miżuri kollha jew għat-tieni l-akbar miżura, kif applikabbli. Għall-Bulgarija, l-inċidenza hija kkalkolata abbażi tal-ammont irkuprat u mhux l-ammont li għandu jiġi rkuprat. Il-Greċja, il-Polonja u l-Portugall ma pprovdewx informazzjoni dwar l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew dwar l-ammont irkuprat.

Sors: Kwestjonarji tal-Istati Membri

Nota: Ir-rata ta’ rkupru hija rrapportata għall-miżuri kollha fil-każ tal-Kroazja u ta’ Ċipru u għat-tieni l-akbar miżura fil-każ taċ-Ċekja. Il-Bulgarija, il-Greċja u l-Polonja ma pprovdewx ir-rati ta’ rkupru.

V.Il-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regolament SURE

Il-klawżola ta’ estinzjoni tal-istrument SURE daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. Il-Kummissjoni kienet meħtieġa tirrapporta dwar il-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li kienu jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regolament SURE waqt li l-Istrument kien attiv 66 . Ir-raba’ rapport biannwali f’Settembru 2022 ma kienx akkumpanjat minn proposta biex jiġi estiż l-Istrument: huwa rrikonoxxa li l-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet relatati mal-COVID-19 kienu tneħħew gradwalment hekk kif naqset it-theddida epidemjoloġika tal-virus. Billi dawk l-okkorrenzi eċċezzjonali ma kinux għadhom jeżistu, l-assistenza finanzjarja taħt l-Istrument ma baqgħetx disponibbli fil-31 ta’ Diċembru 2022. Din it-taqsima teżamina jekk dik il-valutazzjoni għadhiex valida.

Il-miżuri ta’ emerġenza tal-COVID-19 kważi tneħħew gradwalment għal kollox sal-aħħar tas-sajf tal-2022. Għalkemm il-varjant Omicron ra mewġiet perjodiċi ta’ infezzjoni li laħqu l-ogħla livelli tagħhom kull xahrejn jew 3 xhur, l-impatt epidemjoloġiku u ekonomiku tal-COVID-19 kompla jonqos b’mod ġenerali. Skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard, kien hemm xejra ġenerali ’l isfel fl-għoli tal-ogħla livelli fil-każijiet irrapportati, id-dħul fl-isptar, id-dħul fl-ICU u l-imwiet matul l-aħħar 12-il xahar 67 . L-Istati Membri ma kellhomx bżonn jintroduċu mill-ġdid miżuri ta’ konteniment jew ta’ appoġġ ekonomiku, li jippermettu li n-nefqa relatata mal-COVID-19 tkompli titneħħa gradwalment. Mis-7 ta’ Mejju 2023, l-indikaturi kollha tal-COVID-19 tal-UE/taż-ŻEE kienu qed jonqsu jew kienu stabbli, u fil-ftit Stati Membri fejn żdiedu xi indikaturi, il-valuri baqgħu relattivament baxxi 68 . Fil-5 ta’ Mejju 2023, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat mill-ġdid il-COVID-19 bħala kwistjoni tas-saħħa stabbilita u kontinwa aktar milli emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali.

Dan jikkonferma l-valutazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni li l-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw lil SURE ma għadhomx jeżistu. Is-sitwazzjoni epidemjoloġika stabbli hija riflessa wkoll fin-nefqa tal-Istati Membri fuq miżuri eliġibbli għal SURE, li kienet tammonta għal total ta’ EUR 66 miljun biss sa Diċembru 2022, meta mqabbla ma’ EUR 1,3 biljun f’Jannar 2022. SURE kien strument ta’ emerġenza temporanju, u bil-fażi ta’ emerġenza tal-pandemija kienet għaddiet, huwa kien ukoll wasal fi tmiemu.

VI.Obbligi ta’ rapportar taħt il-Qafas għall-Bonds Soċjali ta’ SURE tal-UE

Dan ir-rapport imur lil hinn mill-obbligu ta’ rapportar tar-regolament SURE, billi jikkonforma wkoll mar-rekwiżit ta’ rapportar taħt il-Qafas għall-Bonds Soċjali ta’ SURE tal-UE 69 . Dan tal-aħħar jirrikjedi rapportar dwar l-allokazzjoni tar-rikavati ta’ SURE, it-tip ta’ nefqa u l-impatt ta’ SURE.

Id-diżaggregazzjoni tar-rikavati ta’ SURE skont l-Istat Membru benefiċjarju u skont it-tip ta’ Nefqa Soċjali Eliġibbli hija pprovduta fit-Taqsimiet 1.1 u 3.2, rispettivament. Sa Diċembru 2022, is-somma kollha ta’ EUR 98,4 biljun allokata kienet ġiet żborżata lil 19-il Stat Membru u din l-assistenza finanzjarja kollha kienet intefqet mill-Istati Membri.

In-nefqa pubblika ta’ SURE għadha allinjata tajjeb mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU. Diżaggregazzjoni tan-nefqa pubblika ffinanzjata minn SURE skont in-nefqa soċjali eliġibbli, kif deskritta fil-Qafas għall-Bonds Soċjali, turi li 95 % jintefqu fuq it-tnaqqis tar-riskju ta’ qgħad u t-telf tal-introjtu. Kif muri fil-Graff 32, din tappoġġa l-SDG 8 (Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku). Il-5 % li jifdal jintefqu fuq miżuri relatati mas-saħħa, li jappoġġaw l-SDG 3 (Saħħa Tajba u Benesseri).

L-impatt ta’ SURE huwa rrapportat fit-Taqsima 2.4 u fit-Taqsima 3. Huma pprovduti stimi tal-għadd ta’ persuni u ditti appoġġati minn SURE għal kull waħda mis-snin 2020, 2021 u 2022. SURE kkontribwixxa għall-protezzjoni ta’ madwar miljun u nofs impjieg li ġew salvati fl-2020, kif muri fit-Taqsima 3.1. Intwera li SURE appoġġa r-rikorrenza tat-tkabbir fl-2021 u fl-2022, kif muri fit-Taqsima 3.2. Issa huwa stmat li l-Istati Membri ffrankaw EUR 9 biljun f’pagamenti tal-imgħax, kif muri fit-Taqsima 3.3.

Graff 32: Qafas għall-Bonds Soċjali u mmappjar tal-SDGs

SDG 8: Xogħol Deċenti u Tkabbir Ekonomiku

SDG 3: Saħħa Tajba u Benesseri

Sors: Rapportar mill-Istati Membri (Frar 2023).

VII.Kunsiderazzjonijiet finali dwar il-valur miżjud ta’ SURE bil-benefiċċju tal-esperjenza miksuba

Din it-taqsima tiddiskuti tliet tagħlimiet ta’ politika wiesgħa li jistgħu jittieħdu mis-suċċess ta’ SURE. Il-valutazzjoni preliminari f’dan ir-rapport turi li, b’mod ġenerali, SURE kien suċċess 70 . Barra minn hekk, f’Ġunju 2021, SURE rebaħ il-Premju tal-Ombudsman Ewropew tal-2021 għal Amministrazzjoni Tajba fil-kategorija tal-għoti ta’ servizz iffokat fuq iċ-ċittadini. Tliet tagħlimiet ewlenin li jistgħu jittieħdu minn SURE huma diskussi hawnhekk, iżda se jiġu vvalutati aktar fl-evalwazzjoni ta’ SURE li l-Kummissjoni ħabbret li se tippubblika sat-tielet trimestru tal-2024.

L-ewwel nett, SURE wieġeb għal ħtieġa speċifika ta’ emerġenza li nħolqot fil-kuntest tal-pandemija u li kienet ta’ natura kemm soċjali kif ukoll ekonomika. Fost l-inċertezza fil-bidu tal-pandemija, kien kruċjali għal dawk li jfasslu l-politika li jieħdu passi konkreti biex jevitaw iċ-ċikatriċi soċjali u ekonomiċi fit-tul minħabba xokk li kellu raġunijiet b’saħħithom biex jiġi preżunt li kien (b’mod korrett, kif irriżulta) ta’ natura temporanja. Għal dak il-għan, SURE serva skop ċar u definit sew, b’reazzjoni għal ħtieġa speċifika u urġenti identifikata kemm mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni. Dan l-iskop kien li l-ħaddiema jinżammu fl-impjiegi biex jipproteġu l-introjti tagħhom u jtaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tal-pandemija. Huwa rrisponda b’mod partikolari għall-waqfien tal-attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-lockdowns u l-miżuri ta’ konteniment li ġew introdotti madwar l-UE biex tittaffa s-sitwazzjoni epidemjoloġika severa, titnaqqas il-veloċità tal-kontaġju u jiġu protetti l-ħajjiet. In-natura soċjali ta’ dan l-għan ġiet enfasizzata mill-ħruġ ta’ bonds soċjali mill-UE għall-ewwel darba, li wera wkoll li kien popolari mal-investituri. 

Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ SURE kien partikolarment effettiv minħabba li ma kienx ibbażat fuq definizzjoni istituzzjonali riġida, iżda kien ibbażat fuq l-iskop, jiġifieri l-appoġġ għaż-żamma tal-impjiegi. SURE ma kienx limitat għal tip ristrett ta’ strument li kien biss mezz biex jintlaħaq għan. L-enfasi ewlenija tiegħu kienet fuq skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar (u miżuri simili għal dawk li jaħdmu għal rashom) bħala l-aktar tip effiċjenti ta’ miżura tas-suq tax-xogħol biex tiġi implimentata matul għeluq regolat tal-ekonomija (jiġifieri lockdown tal-COVID-19) 71 . Dan ta wkoll lill-Istati Membri direzzjoni politika ċara matul il-kriżi. Fl-istess ħin, skop ewlieni ta’ SURE kien li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà operazzjonali biex ifasslu r-rispons tagħhom tas-suq tax-xogħol għall-ħtiġijiet tagħhom quddiem ċirkostanzi drammatiċi u bla preċedent. Għal din ir-raġuni, SURE kopra firxa ta’ miżuri li jissodisfaw l-istess skop bħall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, jiġifieri li jinżammu l-impjiegi fid-ditti, filwaqt li tiġi pprovduta protezzjoni tal-introjtu lill-ħaddiema matul il-pandemija. Dawn il-miżuri kienu jinkludu appoġġ għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom u skemi ta’ sussidju tal-pagi (fejn l-appoġġ ma jingħatax abbażi tas-sigħat mhux maħduma, iżda pjuttost bħala somma f’daqqa jew sehem mill-kont tal-pagi). Miżuri oħrajn kienu jinkludu diversi tnaqqis fil-kostijiet lavorattivi indiretti (relatati maż-żamma tal-impjiegi), liv minħabba mard u benefiċċji tal-liv speċjali, u miżuri speċifiċi oħrajn biex tiġi estiża l-attività ta’ ħaddiema atipiċi (bħal ħaddiema intermittenti jew staġunali).

It-tieni, f’termini ta’ governanza, SURE wera l-mertu tal-metodu tal-UE, flimkien ma’ kundizzjonalità bbażata fuq il-politika u implimentazzjoni nazzjonali flessibbli. SURE nbeda mill-Kummissjoni skont il-metodu tal-Komunità tal-UE, aktar milli skont l-approċċ intergovernattiv. Dan żgura r-responsabbiltà u s-solidarjetà fost l-Istati Membri, filwaqt li kkontribwixxa biex tiġi evitata kwalunkwe stigma possibbli. Il-Kummissjoni pproponiet biss kundizzjonalità bbażata fuq il-politika taħt SURE: l-unika kundizzjoni għall-aċċess għall-iskema kienet li l-Istati Membri kienu ffaċċjaw żieda severa u f’daqqa fl-infiq fuq skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili minħabba l-pandemija, u biex jużaw il-fondi ta’ SURE għall-iskop maħsub tagħhom. Din il-forma ta’ kundizzjonalità ppermettiet lill-Istati Membri jżommu s-sjieda tal-miżuri implimentati fuq livell nazzjonali, filwaqt li jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju u mill-orjentazzjonijiet ta’ politika pprovduti taħt SURE.

It-tielet, l-istrument SURE kien sostnut minn kostruzzjoni finanzjarja robusta. SURE daħal fis-seħħ abbażi ta’ sistema ta’ garanzija pprovduta mill-Istati Membri. L-Istati Membri kollha, inklużi t-tmienja li ma bbenefikawx minn SURE, ipprovdew total ta’ EUR 25 biljun ta’ garanziji. Dawn il-garanziji ġew ipprovduti b’mod volontarju, u, ladarba ngħataw, saru irrevokabbli, inkundizzjonati u mogħtija fuq talba. Din is-sistema ta’ garanzija hija finanzjarjament robusta (filwaqt li hija wkoll espressjoni ċara ta’ solidarjetà permezz tal-baġit tal-UE). Din is-sistema għamlet il-bonds ta’ SURE kredibbli ħafna għas-swieq u għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, tant li wittiet it-triq għad-domanda qawwija tal-investituri li mmaterjalizzat għal kull ħruġ. Il-popolarità ta’ SURE, kemm fost l-Istati Membri kif ukoll fost l-investituri, naqqset ukoll ir-riskju tal-istigma marbuta mal-użu tal-assistenza finanzjarja minn kwalunkwe Stat Membru partikolari.

ANNESS: Aktar dettalji dwar tranżazzjonijiet u żborżi ta’ SURE

Tabella A1: Żborżi lill-Istati Membri taħt SURE (f’biljuni ta’ EUR)

Pajjiż

Total tal-ammont ta’ self

L-ewwel SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 20.10.2020

Żborż:

27.10.2020

It-tieni SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 10.11.2020

Żborż:

17.11.2020

It-tielet SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 24.11.2020

Żborż:

01.12.2020

Ir-raba’ SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 26.01.2021

Żborż:

02.02.2021

Il-ħames SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 09.03.2021

Żborż:

16.03.2021

Is-sitt SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 23.03.2021

Żborż:

30.03.2021

Is-seba’ SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 18.05.2021

Żborż:

25.05.2021

It-tmien SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 22.03.2022

Żborż:

29.03.2022

Id-disa’ SURE tal-UE

Tranżazzjoni ta’ ħruġ: 07.12.2022

Żborż:

14.12.2022

Total

Żborżati

(100 % tal-ammont ta’ self)

Maturità medja

10y

20y

Total

5y

30y

Total

15y

7y

30y

Total

15y

5y

25y

Total

8y

25.6y

Total

15y

15y

Il-Belġju

8,2

2,0

1,3

0,7

2,0

1,3

0,9

2,2

1,1

0,9

2,0

8,2

14,7

Il-Bulgarija

1,0

0,3

0,2

0,5

0,5

1,0

15,0

Il-Kroazja

1,6

0,3

0,2

0,5

0,5

0,6

1,6

14,5

Ċipru

0,6

0,2

0,1

0,3

0,2

0,1

0,2

0,1

0,0

0,1

0,0

0,6

14,7

Iċ-Ċekja

4,5

1,0

1,0

1,0

2,5

4,5

12,8

L-Estonja

0,2

0,1

0,1

0,2

0,2

15,0

Il-Greċja

6,2

1,0

1,0

2,0

0,7

0,7

1,6

0,9

2,5

0,9

6,2

14,6

L-Ungerija

0,7

0,2

0,2

0,1

0,3

0,1

0,7

14,8

L-Irlanda

2,5

1,3

1,2

2,5

2,5

14,7

L-Italja

27,4

5,5

4,5

10,0

3,1

3,4

6,5

4,5

4,5

3,9

0,7

1,2

1,9

0,8

0,8

27,4

14,8

Il-Latvja

0,5

0,1

0,0

0,1

0,0

0,0

0,1

0,1

0,0

0,1

0,2

0,5

14,7

Il-Litwanja

1,1

0,2

0,1

0,3

0,3

0,2

0,2

0,4

0,1

1,1

14,8

Malta

0,4

0,1

0,0

0,1

0,1

0,1

0,1

0,2

0,4

14,6

Il-Polonja

11,2

1,0

0,0

1,0

2,6

1,7

4,3

1,4

1,4

1,1

0,5

1,6

1,5

1,5

11,2

13,6

Il-Portugall

6,2

3,0

1,5

0,9

2,4

0,5

0,3

6,2

14,7

Ir-Rumanija

3,0

3,0

3,0

14,6

Is-Slovakkja

0,6

0,3

0,3

0,6

14,9

Is-Slovenja

1,1

0,2

0,0

0,2

0,5

0,4

0,9

1,1

14,8

Spanja

21,3

3,5

2,5

6,0

2,9

1,2

4,0

1,0

1,0

2,9

2,4

1,7

4,1

1,9

1,4

3,4

21,3

14,7

Total

98,4

10,0

7,0

17,0

8,0

6,0

14,0

8,5

10,0

4,0

14,0

9,0

8,0

5,0

13,0

8,1

6,0

14,1

2,2

6,5

98,4

14,5



Tabella A2: Statistika ewlenija tat-Tranżazzjonijiet ta’ Teħid b’Self tal-UE permezz ta’ SURE (EUR)

SURE #1

SURE #2

SURE #3

SURE #4

SURE #5

SURE #6

SURE #7

SURE #8

SURE #9

Segment

10 snin

20 sena

5 snin

30 sena

15-il sena

7 snin

30 sena (sfruttar)

15-il sena

5 snin

25 sena

8 snin

25 sena

15-il sena

15-il sena

Daqs tal-bond

10 biljuni

7 biljuni

8 biljuni

6 biljuni

8,5 biljuni

10 biljuni

4 biljuni

9 biljuni

8 biljuni

5 biljuni

8,137 biljun

6 biljuni

2,17 biljuni

6,548 biljuni

Rendiment

-0,238 %

0,131 %

-0,509 %

0,317 %

-0,102 %

-0,497 %

0,134 %

0,228 %

-0,488 %

0,476 %

0,019 %

0,757 %

1,199 %

2,767 %

Firxa

MS+3 bps

MS +14-il bps

MS-9 bps

MS+21 bps

MS-5 bps

MS-16 bp

MS+5 bp

MS-4 bps

MS-14 bps

MS+1 bps

MS-2 bps

MS+17 bps

MS-8 bps

MS+21 bps

Firxa għal Bund (bps)

36,7

52,1

18,5

36,4

26,9

20

25,2

33,4

20

34,4

31,5

40,6

55,9

86,8

Firxa għal OAT (bps)

9,2

3,2

7,7

-9,9

0,5

-1

-23,1

-2,6

3,1

-11

-1,2

-21

4,9

24

Konċessjoni ta’ Ħruġ Ġdid

+1 bp

+2 bps

+1,5 bps

+2,5 bps

+1 bp

1 bps

1 bps

2

1.5 bps

1.5 bps

2 bps

2,5 bps

1 bps

4 bps

Domanda totali tal-investituri

145 biljun

88 biljun

105 biljuni

70 biljun

114-il biljun

83 biljun

49 biljun

86 biljun

46,5 biljun

40 biljun

51,2 biljun

37,5 biljun

35 biljun

25 biljun

Nota: Dawn l-istatistiki jirreferu għas-selfiet tal-Kummissjoni f’isem l-Unjoni. Il-konċessjoni ta’ ħruġ ġdid tirreferi għall-primjum imħallas lill-investituri li jixtru bond ta’ ħruġ ġdid fuq il-firxa li fiha l-bonds korrispondenti jkunu mistennija li jiġu nnegozjati fis-suq sekondarju.

(1) SURE isegwi mil-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni 2019-2024, li pproponew Skema Ewropea ta’ Riassigurazzjoni tal-Benefiċċju tal-Qgħad biex tipproteġi liċ-ċittadini Ewropej u tnaqqas il-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi matul xokkijiet esterni. Wara t-tifqigħa tal-virus tal-COVID-19 fl-Ewropa, dan ġie stabbilit abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta’ April 2020.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19, ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1 ( https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32020R0672&from=mt ).
(3) Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-użu tal-assistenza finanzjarja, inkluż ammonti pendenti u l-iskeda ta’ ripagamenti applikabbli taħt SURE, u dwar il-kontinwazzjoni tal-okkorrenzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-Regolament SURE (il-pandemija tal-COVID-19). 
(4) It-tabelli ta’ rapportar u l-kwestjonarji kollha dwar il-kontroll u l-awditjar ġew inizjalment sottomessi sat-3 ta’ Marzu u s-17 ta’ Marzu 2023, rispettivament (ħlief għal Malta, li ssottomettiet it-tabella ta’ rapportar fis-27 ta’ Marzu 2023 u l-kwestjonarju fis-17 ta’ April 2023). Barra minn hekk, wara din id-data ġew ipprovduti xi kjarifiki tad-data.
(5) Id-19-il Stat Membru jinkludu l-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.
(6) Il-QEA osservat, pereżempju, li (i) in-nuqqas ta’ data komprensiva tal-Istati Membri jillimita l-kapaċità tal-Kummissjoni li tivvaluta l-għadd ta’ persuni u negozji appoġġati minn SURE; (ii) hemm ftit data ta’ monitoraġġ dwar miżuri relatati mas-saħħa; (iii) id-disinn tal-istrument ma jagħmilhiex possibbli li jiġi identifikat separatament l-impatt ta’ SURE, f’termini ta’ outputs u riżultati, fi ħdan l-iskemi nazzjonali; (iv) ma kien hemm l-ebda verifika mill-Kummissjoni dwar jekk il-miżuri nazzjonali appoġġati minn SURE kinux kosteffettivi jew ikkomplementawx skemi oħrajn, minħabba li SURE kien strument ta’ rispons għall-kriżijiet fejn l-iżborż rapidu tal-fondi kien prijorità; (v) il-qafas legali ma jirrikjedix li l-Kummissjoni tivvaluta r-robustezza tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri li jirregolaw l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali appoġġati mill-fondi tal-UE. Ara https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR22_28/SR_SURE_MT.pdf
(7) It-Taqsimiet I u II jappartjenu għall-użu tal-assistenza finanzjarja taħt SURE skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament SURE.
(8)   https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/eu-borrower/eu-borrowing-activities/eu-sure-social-bond-framework_en  
(9) Distakk fl-assorbiment jista’ jseħħ minħabba li n-nefqa mġarrba jew ippjanata mill-Istat Membru fuq miżuri eliġibbli għal SURE tkun inqas mill-ammont mogħti mill-Kunsill. Parti mill-assorbiment tista’ tkun dovuta għall-fatt li l-Istat Membru ma rnexxilux jonfoq l-ammont diġà żborżat, li jista’ jsir problematiku jekk dan id-distakk jibqa’ meta tkun ġiet implimentata n-nefqa ppjanata.
(10) L-Irlanda u l-Estonja applikaw għal SURE għan-nefqa pubblika mġarrba biss. Bħala tali, in-nefqa rrapportata baqgħet l-istess minn Marzu 2021. Ir-rapportar dwar in-nefqa pubblika għall-2020 u l-2021 ukoll baqa’ l-istess għall-Ungerija u l-Litwanja mir-rapport preċedenti.
(11) Il-miżuri eliġibbli huma dawk deskritti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament SURE: skemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili, u bħala anċillari, miżuri relatati mas-saħħa.
(12) Għal Spanja u l-Italja, dan huwa dovut ukoll għal-limitu ta’ konċentrazzjoni (ta’ 60 % tal-ammont massimu ta’ EUR 100 biljun) li japplika għall-akbar tliet Stati Membri benefiċjarji.
(13) Xi nefqa fl-2022 kienet relatata wkoll mal-back-loading tal-pagamenti relatati ma’ perjodi ta’ żmien preċedenti mill-Istati Membri lill-ħaddiema u d-ditti benefiċjarji.
(14) Eżenzjonijiet sħaħ jew parzjali għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali huma eliġibbli taħt SURE, sakemm ikunu marbuta mal-preservazzjoni tal-impjiegi. L-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jistgħu jinkludu tali eżenzjonijiet u ġew iffinanzjati taħt SURE għall-Istati Membri meta mitluba (ara, pereżempju, fis-Slovenja, fil-Greċja, fi Spanja u fil-Portugall).
(15) Dan huwa bbażat fuq analiżi tal-Kummissjoni li tikkategorizza l-miżuri rrapportati mill-Istati Membri skont it-tip.
(16) L-iskemi ta’ sussidju tal-pagi huma skemi għaż-żamma tal-impjiegi simili għal xogħol b’ħinijiet iqsar, ħlief li l-pagamenti ma jiġux ikkalkolati f’termini ta’ sigħat (mhux maħduma), iżda minflok jikkorrespondu għal somma f’daqqa jew għal proporzjon tal-paga totali. B’kollox, il-miżuri simili għall-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jammontaw għal 46 % tan-nefqa totali eliġibbli għal SURE.
(17) Miżuri simili oħrajn jinkludu, pereżempju, benefiċċji ta’ liv minħabba mard, liv tal-ġenituri u taħriġ vokazzjonali marbut ma’ xogħol b’ħinijiet iqsar.
(18) Il-Kummissjoni Ewropea (2020): Labour Market and Wage Developments in 2020, Kapitolu 3, Policy developments. https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=23268&langId=en . Fl-Italja u fil-Belġju, bħala medja, is-sehem tan-nisa involuti fl-iskemi rdoppja wara Marzu 2020, filwaqt li s-sehem ta’ benefiċjarji ħaddiema żgħażagħ żdied minn 1,6 % għal 5,7 % fl-Italja u minn 6,7 % għal 7,6 % fil-Belġju. Is-sehem ta’ ħaddiema nisa u żgħażagħ involuti f’xogħol b’ħinijiet iqsar kien għoli wkoll fil-Latvja, fir-Rumanija, fil-Portugall u fl-Estonja.
(19) Ara l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020. Din il-kundizzjoni hija wkoll spjegata aktar fil-premessa 5: “Sabiex tinżamm l-enfasi b’saħħitha tal-istrument previst f’dan ir-Regolament u b’hekk l-effettività tiegħu, il-miżuri relatati mas-saħħa għall-fini ta’ dak l-istrument jistgħu jikkonsistu f’dawk li għandhom l-għan li jnaqqsu l-perikli okkupazzjonali u jiżguraw il-protezzjoni tal-impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll, fejn xieraq, f’xi miżuri oħrajn relatati mas-saħħa.
(20) Ara l-OECD (2022), Health at a glance.
(21) Ara, pereżempju, Bravata et al. (2021), “Impact of ICU transfers on the mortality rate of patients with COVID-19: insights from comprehensive national database in France”
(22) Permezz tal-kostruzzjoni, l-informazzjoni dwar l-għadd ta’ ħaddiema u ditti kienet teħtieġ li l-Istati Membri jintraċċaw kull benefiċjarju ta’ kull miżura appoġġata minn SURE fil-bażijiet tad-data amministrattivi dwar is-sistema tas-sigurtà soċjali u miġbura wkoll permezz tal-aġenziji tal-impjiegi pubbliċi. Dan il-proċess kien jinvolvi l-ġbir ta’ ammont kbir ħafna ta’ informazzjoni u ħin biex jitwettqu l-verifiki biex jiġi evitat għadd doppju: pereżempju, meta l-istess individwu jirċievi żewġ tipi ta’ miżuri appoġġati minn SURE, jew jissottometti applikazzjoni għal miżura ta’ appoġġ diversi drabi fl-istess sena b’mod li ma jitkompliex.
(23) Il-kontabilità ta’ dawk li jaħdmu għal rashom u tal-impjegati li jaħdmu għal dawk li jaħdmu għal rashom ma kinitx armonizzata għal kollox permezz tal-Istati Membri b’sistema statistika u legali differenti.
(24) Iċ-ċifri jikkorrespondu għal persuni u ditti li, f’xi punt, kienu koperti minn skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar jew miżuri simili appoġġati minn SURE. Id-denominaturi huma bbażati fuq it-tabelli tar-rapportar ippreżentati mill-Istati Membri. L-għadd totali ta’ ditti jinkludi ditti b’mill-inqas impjegat wieħed. Is-sehem tad-ditti koperti naqas meta mqabbel mar-raba’ rapport primarjament minħabba l-forniment ta’ data amministrattiva finali mill-Polonja.
(25) Barra minn hekk, f’xi Stati Membri, kien hemm koinċidenza sinifikanti bejn ir-riċevituri tal-appoġġ f’miżuri differenti, li għalihom ma setax isir aġġustament xieraq. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri ntalbu jirrapportaw biss il-kopertura tal-akbar miżura/i biex jiġi evitat l-għadd doppju. Bħala tali, il-kopertura reali tista’ tkun saħansitra ogħla.
(26) Il-Kummissjoni Ewropea (2020): Labour Market and Wage Developments in 2020, Kapitolu 3, Policy developments. https://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=23268&langId=en . Diskussjoni ulterjuri hija disponibbli fit-tieni rapport ta’ SURE.
(27) L-Istati Membri li nefqu l-assistenza finanzjarja ta’ SURE kollha tagħhom fl-2020 ma humiex inklużi hawnhekk: l-Estonja, Spanja, l-Irlanda u s-Slovenja. Madankollu, ħafna minn dawn l-Istati Membri komplew jew adattaw il-miżuri rilevanti tagħhom u ffinanzjawhom permezz ta’ sorsi oħrajn.
(28)  L-ewwel nett, huwa diffiċli li jitfassal xenarju “kontrofattwali” tal-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol fin-nuqqas ta’ SURE: billi SURE pprovda biss it-tieni linja ta’ difiża kontra l-qgħad billi ffinanzja miżuri nazzjonali, huwa diffiċli li l-impatt ta’ SURE nnifsu jinħall minn dak tal-miżuri nazzjonali. It-tieni, ir-relazzjoni bejn l-output u l-impjieg tiġi affettwata minn firxa wiesgħa ta’ fatturi, inkluż SURE. Fatturi oħrajn kienu jinkludu li n-nies ma setgħux, jew kienu skoraġġuti milli, ifittxu impjieg b’mod attiv minħabba l-għeluq ta’ partijiet kbar tal-ekonomija. Il-kaxxa dwar is-simulazzjonijiet tal-mudelli ssemmi wkoll twissijiet ulterjuri.
(29) Il-kapaċità ta’ rispons tal-bidliet fit-tkabbir ekonomiku għall-qgħad ta’ spiss issir referenza għaliha bħala l-“Liġi ta’ Okun” fil-letteratura ekonomika. Għal aktar dettalji ara l-Kummissjoni Ewropea (2021), Quarterly Report on the Euro Area, it-Taqsima III, Vol. 20, Nru 2.
(30) Miljun u nofs huwa l-punt tan-nofs tar-riżultati derivati mill-metodoloġiji użati fil-Graffs 16 u 17. Ir-rigressjoni tal-panel murija fil-Graff 16 u r-rigressjoni speċifika għall-pajjiż fil-Graff 17 jirriżultaw fi stimi ta’ 1,35 miljun u 1,9 miljun impjieg salvati, rispettivament.
(31) Ara Corti, F., Ounnas, A, u Ruiz de la Ossa, T (2023). Job retention schemes between the Great Recession and the COVID-19 crises - Does the institutional design affect the take up? An EU-27 cross-country comparison. CEPS in-depth analysis. Jannar 2023 – 02. Din ir-riċerka rċeviet finanzjament mill-programm ta’ riċerka u innovazzjoni Orizzont 2020 tal-UE.
(32) Ibid.
(33) Ministrstvo za delo, druzino, socialne zadeve in enake moznosti Republike Slovenije, S. za analize in razvoj. (2022). Analiticna podlaga za potrebe vzpostavitve stalne sheme skrajsanega delovnega casa v Sloveniji.
(34) Betcherman, G., Giannakopoulos, N., Laliotis, I., Pantelaiou, I., Testaverde, M., u Tzimas, G. (2023). The short-term impact of the 2020 pandemic lockdown on employment in Greece. Empirical Economics. https://doi.org/10.1007/s00181-023-02381-2
(35) Foresight Centre. (2020). Rieżami komparattiv tal-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-pandemija tal-coronavirus (COVID-19) fl-Istati Baltiċi.
(36) Ara wkoll il-Kummissjoni Ewropea (2021), Report on Public Finances in EMU 2020, għal aktar informazzjoni dwar ir-rispons tal-politika tal-UE għall-COVID-19.
(37) B’mod speċifiku, ir-rispondenti ġew mistoqsija: “X’inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwar l-aktar appoġġ finanzjarju reċenti tal-UE biex l-Istati Membri tal-UE jegħlbu l-kriżi tal-COVID-19? Taħseb li kien tajjeb jew mhux tajjeb li jiġi pprovdut… self biex jgħin lill-Istati Membri interessati jżommu lin-nies fl-impjieg?” Ara: https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/2289  
(38) Sabiex tifhem aħjar ir-rwol li għandu SURE fil-ħolqien u l-użu ta’ skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili fil-livell nazzjonali matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni talbet direttament il-fehmiet tal-awtoritajiet tal-Istati Membri permezz ta’ kwestjonarju sottomess lill-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO). Mid-19-il Stat Membru li applikaw għal appoġġ taħt SURE, 15 ipprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju.
(39) Il-Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Latvja, ir-Rumanija u s-Slovenja. L-Ungerija ddeċidiet li tiffinanzja l-iskema ġdida tagħha ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar billi tuża Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej aktar milli SURE.
(40) Il-Belġju, Spanja, l-Irlanda u l-Italja.
(41) Dawn l-iskemi “simili” ġew leġiżlati qabel it-2 ta’ April (f’Ċipru, fil-Greċja, fl-Irlanda, fil-Polonja u fis-Slovenja), wara t-2 ta’ April (fi Spanja, fl-Ungerija u fiċ-Ċekja), jew f’diversi mumenti hekk kif il-kriżi pprogressat, bejn Marzu u Lulju 2020 (fil-Belġju, fl-Italja, fil-Litwanja, fil-Latvja, f’Malta u fir-Rumanija).
(42) Skont l-istħarriġ tal-EMCO.
(43) Il-mudell GM huwa mudell makroekonomiku strutturali fit-tradizzjoni New Keynesian. Huwa żviluppat b’mod konġunt mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Għal deskrizzjoni dettaljata tal-mudell GM ewlieni, ara A. Albonico, L. Calès, R. Cardani, O. Croitorov, F. Di Dio, F. Ferroni, M. Giovannini, S. Hohberger, B. Pataracchia, F. Pericoli, P. Pfeiffer, R. Raciborski, M. Ratto, W. Roeger u L. Vogel (2019). The Global Multi-Country Model (GM): an Estimated DSGE Model for the Euro Area Countries. Dokument ta’ Diskussjoni tal-ECFIN Nru. 102. Il-Kummissjoni Ewropea.
(44) Ara, eż. Giroud, X., u Mueller, H. (2017). Firm Leverage, Consumer Demand, and Employment Losses During the Great Recession. Quarterly Journal of Economics 132 (1), 271–316.
(45) Dwar l-assimetriji taċ-ċiklu tan-negozju fl-OECD, ara, pereżempju, Abbritti, M., & Fahr, S. (2013). Downward wage rigidity and business cycle asymmetries. Journal of Monetary Economics, 60(7), 871-886.
(46) Sabiex tiġi koperta din il-karatteristika, il-parametru tal-kost tal-aġġustament tal-impjieg tal-mudell jitnaqqas bin-nofs. Filwaqt li hija stilizzata, din il-parametrizzazzjoni hija ġeneralment konformi ma’ Gehrke u Hochmuth, li juru li l-effett fuq l-impjiegi wara xokk ta’ STW diskrezzjonali jista’ jirdoppja f’reċessjoni aktar profonda. Ara Gehrke, B. u Hochmuth, B., (2021), Counteracting Unemployment in Crises: NonLinear Effects of ShortTime Work Policy, Scandinavian Journal of Economics, 123, ħarġa 1, p. 144-183.
(47) Dengler u Gehrke jistmaw li l-kontabilità għall-iffrankar ta’ prekawzjoni tista’ żżid il-potenzjal ta’ stabbilizzazzjoni tal-STW b’sa 55 %. Ara, Dengler, T. u Gehrke, B. (2021). Short-time work and precautionary savings, IZA DP Nru. 14329.
(48) Ara, pereżempju, Balleer, A., Gehrke, B., Lechthaler, W., u Merkl, C. (2016). Does short-time work save jobs? A business cycle analysis. European Economic Review, 84, 99-122.
(49) Ara Giupponi G. u Landais C., Subsidizing Labour Hoarding in Recessions: The Employment and Welfare Effects of Short-time Work, The Review of Economic Studies, (2022); u Giupponi G, Landais, C. u Lapeyre, A. (2022). Should We Insure Workers or Jobs during Recessions? Journal of Economic Perspectives, 36 (2): 29-54.
(50) Madankollu, għandu jiġi nnotat li n-natura tal-kriżi finanzjarja globali, speċifikament, id-diżingranaġġ f’daqqa li din sfurzat fis-settur privat, ħolqot konsegwenzi partikolarment severi għall-attività u għall-impjiegi, irrispettivament mill-miżuri ta’ appoġġ għall-impjiegi li setgħu ġew adottati.
(51) Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-Kummissjoni Ewropea (2023). Tbassir Ekonomiku Ewropew: Rebbiegħa 2023.
(52)

 Għal aktar dettalji ara l-Kummissjoni Ewropea (2022), Rapport Trimestrali dwar iż-Żona tal-Euro, it-Taqsima III, Vol. 21, Nru. 2. L-artiklu juri li SURE ma xekkilx il-mobilità tal-forza tax-xogħol, li hija rilevanti għal riallokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi wara t-tifqigħa tal-pandemija u l-effetti strutturali tagħha fuq l-ekonomija tal-UE.

(53) Dan jidher li jissuġġerixxi li SURE primarjament ipprovda l-appoġġ meħtieġ. Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 52.
(54) Aktar dettalji dwar il-metodoloġija jistgħu jinstabu fit-Taqsima III tal-Quarterly Report on the Euro Area Vol. 20, Nru 2 (2021).
(55) Dawn l-istimi jeskludu kwalunkwe effett ta’ fiduċja addizzjonali possibbli li strumenti ta’ emerġenza ġodda, inkluż SURE, seta’ kellhom fuq il-fiduċja tal-aġenti ekonomiċi u l-firxa tar-rata tal-imgħax għat-teħid ta’ self sovran tal-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-volum tal-ħruġ sovran tagħhom stess f’dawk il-perjodi ta’ finanzjament, li x’aktarx tejbu l-kundizzjonijiet li jistgħu jiksbu b’dak il-ħruġ.
(56) L-UE għandha klassifikazzjoni AAA minn Fitch, Moody’s, DBRS u Scope u AA+ (prospettiva stabbli) minn Standard and Poor’s.
(57) Fit-tielet rapport biannwali, il-Kummissjoni fakkret ukoll fl-obbligi ta’ rapportar dwar il-kontroll u l-awditjar tal-Kummissjoni bħala mutwanti u tal-Istat Membru bħala mutwatarju.
(58)

 Il-kontrolli ex ante huma dawk imwettqa qabel ma jiġu rilaxxati l-fondi. Dawn ġeneralment jitwettqu mill-korpi ta’ implimentazzjoni, eż. korpi li jipprovdu l-fondi lir-riċevituri finali. Il-kontrolli ex post, inklużi l-awditi, huma dawk li jitwettqu wara li jiġu rilaxxati l-fondi. Dawn jistgħu jinkludu kontrolli u awditi mwettqa minn dipartimenti li ma humiex subordinati għad-dipartimenti ta’ implimentazzjoni fi ħdan il-korpi ta’ implimentazzjoni (eż. awditjar intern fi ħdan il-ministeri), iżda wkoll awditi mwettqa minn korp indipendenti mill-korpi ta’ implimentazzjoni (eż. korp tal-awditjar jew Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar). 

(59) Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tevalwa l-esperjenza ta’ SURE, inkluż jekk il-qafas ta’ SURE kienx effettiv biex jimminimizza r-riskju ta’ irregolaritajiet jew frodi, minħabba l-każijiet irrapportati mill-Istati Membri. Ara r-rapport Speċjali 28/2022 dwar l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE).
(60) Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament SURE u l-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju u, b’mod speċifiku, skont il-Ftehim ta’ Self, kull Stat Membru li jibbenefika minn SURE għandu jivverifika regolarment li l-ammonti meħuda b’self taħt il-Faċilità jintużaw f’konformità mar-Regolament SURE, mas-CID u mal-Ftehim ta’ Self, u jiżgura li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa biex jiġu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi. F’każ ta’ użu irregolari jew ħażin tal-ammonti meħuda b’self, l-Istat Membru għandu jieħu azzjonijiet legali biex jirkupra tali ammonti. Dan huwa kkomplementat mill-obbligu li l-Istat Membru jinvestiga u jittratta każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li tkun ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-UE, b’rabta mal-ġestjoni tas-self.
(61) L-istituzzjonijiet inkarigati mill-kontrolli ex ante taħt SURE huma spjegati fit-tielet rapport biannwali dwar SURE.
(62) L-istituzzjonijiet inkarigati mill-kontrolli ex post taħt SURE huma spjegati fit-tielet rapport biannwali dwar SURE. Il-koordinazzjoni bejn istituzzjonijiet differenti (eż. uffiċċji ċentrali, reġjonali u periferali) ġiet irrapportata bħala importanti biex jiġu identifikati każijiet ta’ irregolaritajiet suspettati jew ikkonfermati.
(63)

Stat Membru wieħed ipprovda informazzjoni dwar il-kontroll u l-awditjar għall-miżuri tas-suq tax-xogħol biss. 

(64) Żewġ Stati Membri identifikaw il-miżura appoġġata minn SURE bl-ogħla riskju ta’ irregolaritajiet u frodi abbażi tad-daqs tagħha u mhux abbażi tar-riskju.
(65)  Pereżempju, is-Slovenja rrapportat li fil-każ tal-akbar miżura tagħha (“stennija għax-xogħol”, li hija skema ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar), l-appoġġ ingħata fl-2020 abbażi tal-valutazzjoni suġġettiva tal-applikant tat-tnaqqis mistenni fid-dħul fl-2020. Minħabba l-inċertezza fl-ekonomija, kien diffiċli li jitbassar it-tnaqqis eżatt fid-dħul, għalhekk, il-maġġoranza tal-irregolaritajiet għal din il-miżura kienu relatati man-(nuqqas ta’) ssodisfar ta’ din il-kundizzjoni ta’ eliġibbiltà ex post. Dan jispjega wkoll inċidenza relattivament għolja ta’ irregolaritajiet jew frodi (10 % fil-Graff 30). 
(66) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament SURE. Skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament SURE, il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-Istrument li matulu tista’ tiġi adottata CID għandu jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2022. Skont l-Artikolu 12(4), meta l-Kummissjoni tikkonkludi fir-rapport ta’ implimentazzjoni tagħha li għadu jeżisti t-tfixkil ekonomiku sever ikkawżat mit-tifqigħa tal-COVID-19 li jaffettwa l-finanzjament tal-miżuri eliġibbli, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jestendi l-perjodu ta’ disponibbiltà tal-Istrument, kull darba għal perjodu addizzjonali ta’ 6 xhur.
(67)   https://www.ecdc.europa.eu/en/covid-19/country-overviews  
(68) Ibid.
(69) Il-Qafas għall-Bonds Soċjali ta’ SURE tal-UE jiddefinixxi standard, li jipprovdi lill-investituri b’assigurazzjonijiet li l-bonds tal-UE maħruġa f’dan il-qafas jirrigwardjaw proġetti li jaqdu skop soċjali reali. Għalhekk, il-qafas huwa konformi mal-Prinċipji tal-Bonds Soċjali tal-ICMA, jiġifieri (i) l-użu tar-rikavati; (ii) il-proċess għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti; (iii) il-ġestjoni tar-rikavati u (iv) ir-rapportar. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ara: eu_sure_social_bond_framework.pdf (europa.eu)
(70) Il-kunsiderazzjonijiet diskussi f’din it-taqsima huma meħuda mill-Kummissjoni Ewropea (2022), Rapport Trimestrali dwar iż-Żona tal-Euro, it-Taqsima III, Vol. 21, Nru. 2.
(71) Kien hemm ukoll rikonoxximent tal-effettività partikolari tal-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar mill-akkademiċi fl-istadji bikrija tal-pandemija, eż. Laudais u Giupponi f’VoxEU, April 2020: https://cepr.org/voxeu/columns/building-effective-short-time-work-schemes-covid-19-crisis .