Brussell, 24.3.2023

COM(2023) 157 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati, mogħtija lill-Kummissjoni mir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE


1.Kuntest

Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam 1 kien ġie adottat fid-19 ta’ Novembru 2008. Dan ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1350/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jemenda ċerti atti leġiżlattivi fil-qasam tal-istatistika agrikola u tas-sajd 2 biex is-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu allinjati mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati. Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008, is-setgħa tad-delega tista’ tintuża biex jiġu emendati l-Annessi I, II, IV u V. Dawn l-annessi jistabbilixxu d-definizzjonijiet u l-kategoriji tal-istatistika dwar il-bhejjem u t-tbiċċir, u tat-tbassir tal-produzzjoni tal-laħam.

Skont l-Artikolu 19(2), is-setgħa li tadotta atti delegati ngħatat għal perjodu ta’ ħames (5) snin li beda fl-10 ta’ Jannar 2014. Fl-2019 3 , din is-setgħa ġiet imġedda b’mod taċitu sal-10 ta’ Jannar 2024.

Ir-Regolament (KE) Nru 5432009 se jitħassar bi r-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 1165/2009 u (KE) Nru 1185/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE 4 mill-1 ta’ Jannar 2025 ’il quddiem.

Il-Kummissjoni hija obbligata tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa’ (9) xhur qabel jintemm il-perjodu ta’ ħames (5) snin. Dan ir-rapport jissodisfa dak l-obbligu.

2.Eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat delegati mir-Regolament (KE) Nru 1165/2008

Sal-lum, il-Kummissjoni għadha ma eżerċitatx is-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 1165/2008.

Ma kien hemm l-ebda tibdil fid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi I, II, IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tul il-perjodu inkwistjoni. It-tibdil fil-kundizzjonijiet teknoloġiċi u ekonomiċi kienu tant minuri li l-ebda emenda għal-lista ta’ kategoriji jew l-ebda adattament tal-proċessi nazzjonali u Ewropej tal-istatistika ma kienu meħtieġa.

3.Konklużjonijiet

Sal-lum, il-Kummissjoni għadha ma eżerċitatx is-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 1165/2008.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tipprevedix li se teżerċita s-setgħat delegati mogħtija lilha, peress li r-Regolament (KE) Nru 1165/2008 se jitħassar bir-Regolament (UE) 2022/2379 mill-1 ta’ Jannar 2025 ’il quddiem.

(1)    ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1-13.
(2)    ĠU L 351, 21.12.2013, p. 1-14.
(3)     COM/2018/018 final
(4)    ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1.