Brussell, 20.3.2023

COM(2023) 139 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE

1. Introduzzjoni

Fil-livell tal-UE, id-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (id-Direttiva)  1 hija l-istrument leġiżlattiv ewlieni għall-ħarsien tas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn tniġġis akustiku eċċessiv ikkawżat mit-traffiku tat-triq, tal-ferroviji u tal-ajruporti, kif ukoll minn installazzjonijiet industrijali kbar. Tagħmel dan billi (1) tiddefinixxi approċċ komuni li huwa intiż sabiex jevita, jipprevjeni u jnaqqas l-effetti dannużi tal-ħsejjes ambjentali u (2) tipprovdi bażi għall-iżvilupp ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes li jiġu mis-sorsi maġġuri. B’mod ġenerali, dan huwa l-istrument legali tal-UE għar-rabta bejn il-valutazzjoni u l-azzjonijiet fil-livelli lokali u globali.

L-Artikolu 11 tad-Direttiva jirrikjedi li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta rapport kull 5 snin, u li tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport irid jinkludi rieżami tal-ambjent akustiku kif ukoll tal-miżuri disponibbli għat-tnaqqis tal-ħsejjes ambjentali, il-kisbiet ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE li tirregola s-sorsi tal-ħsejjes u valutazzjoni tal-ħtieġa għal azzjoni ulterjuri tal-UE.

Dan it-tielet rapport ta’ implimentazzjoni jirrieżamina s-sitwazzjoni mill-pubblikazzjoni tat-tieni rapport 2 . Jivvaluta l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti fit-tieni rapport mill-2017 fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-2016 tad-Direttiva 3 .

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) indikat li l-ħsejjes huma t-tieni l-aktar fattur importanti tal-mard ambjentali fl-UE (wara t-tniġġis tal-arja). L-esponiment fit-tul għal livelli għoljin ta’ tniġġis akustiku jista’ jkollu impatt serju fuq is-saħħa (inklużi l-pressjoni għolja, il-mard kardjovaskulari u l-mortalità prematura) u jaffettwa b’mod sinifikanti s-saħħa fiżika, is-saħħa mentali u l-benesseri (inkluż disturb kroniku, bħal livell għoli ta’ disturb waqt l-irqad, stress u/jew fastidju). 20 % tal-popolazzjoni tal-UE - persuna waħda minn kull ħames persuni fil-gruppi kollha ta’ età - jgħixu f’żoni fejn il-livelli tal-ħsejjes jagħmlu ħsara lis-saħħa 4 .

Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-UE impenjat ruħha li tikseb ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. Il-pjan ta’ azzjoni tal-2021 għal tniġġis żero 5 jistabbilixxi mira speċifika li sal-2030, l-għadd ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport jitnaqqas bi 30 % meta mqabbel mal-2017.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero li:

·tiffoka aħjar fuq l-indirizzar tal-ħsejjes mis-sors — f’konformità mas-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-2016 3 tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali u l-evalwazzjoni tal-2020 tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes ta’ Barra 6 , b’mod partikolari billi tiżgura implimentazzjoni xierqa u, fejn xieraq, billi ttejjeb il-qafas regolatorju tal-UE relatat mal-ħsejjes dwar il-vetturi tat-triq u t-tajers tagħhom, il-ferroviji, l-inġenji tal-ajru — akkumpanjat minn azzjoni parallela fil-livell globali;

·issegwi l-evalwazzjoni tal-2020 tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes ta’ Barra billi tindirizza t-tagħmir ta’ barra u tirrieżamina l-progress fl-2022; u

·tivvaluta l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miri għat-tnaqqis tal-ħsejjes fil-livell tal-UE fid-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali.

Il-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero indika wkoll il-ħtieġa li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri dwar il-ħsejjes jiġu integrati aħjar fil-pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli billi b’mod parallel jiġi estiż in-network tat-trasport pubbliku nadif u jiġu promossi mezzi tat-trasport aktar attivi.

Kemm l-istrateġija tal-mobbiltà sostenibbli kif ukoll dik intelliġenti 7 u t-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali jkomplu jikkonfermaw il-ħtieġa li jitnaqqsu l-ħsejjes 8 , li prinċipalment ġejjin mit-trasport. F’dak is-sens, l-istrateġija diġà fiha lista ta’ punti ta’ azzjoni li għandhom jittieħdu b’rabta mat-tajers 9 , l-imposti tal-ajruporti 10 u l-promozzjoni tal-ferroviji 11 .

2. Il-kwalità tal-ambjent akustiku fl-UE u l-impatt tagħha fuq is-saħħa pubblika

Id-WHO wettqet rieżami sistematiku tal-evidenza xjentifika li jirfed il-kwantifikazzjoni tal-effetti tal-ħsejjes fuq is-saħħa fl-2014-2018. Ir-riċerka dwar tlieta mit-tmien effetti fuq is-saħħa marbuta mal-ħsejjes (il-mard kardjovaskulari, id-disturb waqt l-irqad u l-fastidju) ipprovdiet bażi suffiċjenti għal rakkomandazzjonijiet qawwija tad-WHO sabiex il-ħsejjes jitnaqqsu taħt livelli speċifiċi skont is-sors (it-Tabella 1).

Tabella 1: Il-livelli massimi ta’ ħsejjes rakkomandati mid-WHO (WHO 2018 12 )

Ħsejjes matul il-ġurnata, filgħaxija u billejl (Lden) 13

Ħsejjes matul il-lejl (Lnight) 13

Triq

53

45

Ferrovija

54

44

Inġenji tal-ajru

45

40

Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw data lill-Kummissjoni biss minn 55 Lden u minn 50 Lnight. Dawn il-livelli huma ogħla mil-livelli massimi ta’ ħsejjes irrakkomandati mid-WHO (it-Tabella 1). Dan ifisser li l-analiżi tal-Kummissjoni, li hija bbażata fuq id-data pprovduta mill-Istati Membri skont id-Direttiva, tkopri proporzjon iżgħar tal-popolazzjoni tal-UE milli kieku jkun il-każ jekk l-Istati Membri jkunu meħtieġa jippreżentaw data f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO.

L-EEA użat din id-data rrapportata sabiex tivvaluta l-esponiment għall-ħsejjes fl-Istati Membri tal-UE, u ġew koperti 443 agglomerazzjoni (fejn jitqiesu t-toroq, il-ferroviji, l-ajruporti u l-installazzjonijiet industrijali), kif ukoll 61 ajruport prinċipali, 422 000 km ta’ toroq prinċipali u 39 000 km ta’ ferroviji prinċipali barra mill-agglomerazzjonijiet. Intużat metodoloġija speċifika 14 sabiex jimtlew il-lakuni fir-rapportar tad-data mill-Istati Membri. Ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni huma ppreżentati fl-Illustrazzjoni 1.

Studju kkummissjonat mill-Kummissjoni 15 vvaluta kemm mill-447 miljun persuna fl-UE huma potenzjalment esposti għal livelli ta’ ħsejjes dannużi ogħla mill-massimu rrakkomandat mid-WHO. L-istudju sab li dan huwa l-każ għal 167 miljun ċittadin fir-rigward tal-ħsejjes fit-toroq; 36 miljun fir-rigward tal-ħsejjes ferrovjarji; u 15-il miljun fir-rigward tal-ħsejjes tal-inġenji tal-ajru. L-għadd ta’ persuni rrapportati uffiċjalment lill-EEA bħala esposti ’l fuq mil-limiti tad-Direttiva huwa ppreżentat fl-Illustrazzjoni 1 hawn taħt.



   

Illustrazzjoni 1: L-għadd ta’ persuni esposti għal ħsejjes ambjentali ogħla minn 55 dB Lden fis-27 Stat Membru tal-UE fl-2007, l-2012 u l-2017. L-illustrazzjoni tippreżenta subsett għall-ferroviji, it-toroq, l-ajruporti u l-industrija, kif meħtieġ mid-Direttiva għat-3 snin imsemmija, billi tgħaqqad id-data għall-postijiet ġewwa u barra l-agglomerazzjonijiet, u abbażi tad-data ppreżentata lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Jannar 2021 16 .

It-Tabella 2 hawn taħt tippreżenta l-għadd ta’ persuni ffastidjati ħafna, iddisturbati ħafna waqt l-irqad u soġġetti għal mard tal-qalb iskemiku kif ukoll l-għadd ta’ mwiet prematuri minħabba l-ħsejjes.

Tabella 2: L-effetti fuq is-saħħa għas-subsett ta’ entitajiet meħtieġa mid-Direttiva kkalkolati skont il-metodi żviluppati mid-WHO u bl-użu tad-data tal-2017 17 .

Iffastidjat ħafna

Iddisturbat ħafna waqt l-irqad

Każijiet ta’ mard tal-qalb iskemiku

Imwiet prematuri

Traffiku tat-toroq

14 400 000

3 700 000

33 600

8 900

Traffiku ferrovjarju

3 100 000

1 600 000

5 600

1 500

Traffiku tal-ajru

900 000

200 000

2 000

200

L-Istati Membri fasslu mapep tal-ħsejjes għal kważi l-postijiet kollha meħtieġa matul dawn l-aħħar 20 sena. Dawn il-mapep ġew aġġornati erba’ darbiet (darba kull 5 snin). F’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva, id-data dwar il-ħsejjes tista’ tiġi kkonsultata minn fuq is-sit web tal-EEA 18 . Dan jipprovdi wkoll “Servizz ta’ Osservazzjoni u Informazzjoni dwar il-ĦSEJJES għall-Ewropa” (“NOISE Observation and Information Service for Europe”) bl-użu ta’ rappreżentanza ġeospazjali, li issa qiegħda ssir konsistenti u estiża fil-livell tal-UE wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2021 li timplimenta mekkaniżmu ta’ rapportar obbligatorju 19 . Id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar ir-rapportar, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022, dalwaqt se jagħmluha possibbli li jiġu ddeterminati l-effetti fuq is-saħħa u l-esponiment għal kull abitazzjoni fl-UE (dment li jkun hemm mappa tal-ħsejjes disponibbli). Se jkun possibbli wkoll li jiġu kkonsultati l-miżuri li jinsabu fi kwalunkwe pjan ta’ azzjoni li jkun ġie adottat.

Il-prospettiva għall-esponiment għall-ħsejjes hija ppreżentata fl-Illustrazzjoni 2 hawn taħt.

Illustrazzjoni 2: L-għadd ta’ persuni fl-EU27 esposti għal aktar mil-livelli ta’ 55 dB Lden tal-ħsejjes ambjentali tad-Direttiva (data kkombinata għal postijiet ġewwa u barra l-agglomerazzjonijiet) u ogħla mil-livelli tad-WHO 20 . L-istimi tal-2030 huma bbażati fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri eżistenti fil-livell tal-UE u fil-livell lokali u jqisu t-tbassir dwar iż-żieda tat-traffiku u fil-popolazzjoni.

L-esponiment għall-ħsejjes baqa’ pjuttost stabbli u ma naqasx minkejja l-20 sena ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva u politiki nazzjonali oħrajn dwar il-ħsejjes u l-limiti nazzjonali tal-ħsejjes. L-ewwel Rapport integrat dwar il-Prospettiva ta’ Tniġġis Żero reċentement stima li l-għadd ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport bit-triq x’aktarx li mhux se jonqos b’aktar minn 19 % sal-2030 (jiġifieri ferm anqas mill-mira ta’ tnaqqis ta’ 30 % stabbilita fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero) sakemm ma jitteħidx sett sostanzjali ta’ miżuri addizzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u sakemm azzjoni msaħħa tal-UE fis-setturi rilevanti ma twassalx għal aktar tnaqqis sinifikanti fit-tniġġis akustiku 21 .

3. Implimentazzjoni tad-Direttiva sal-lum

Skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva, l-Istati Membri kellhom iħejju mapep u pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet, għat-toroq, għall-ferroviji u għall-ajruporti fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Bl-eċċezzjoni ta’ żewġ Stati Membri li għalihom għad hemm xi kwistjonijiet, sa issa 25 Stat Membru żviluppaw kważi l-mapep kollha meħtieġa u adottaw mill-anqas pjan wieħed ta’ 5 snin (u b’hekk koprew madwar 98 % tal-popolazzjoni tal-UE).

Madankollu kien hemm dewmien sostanzjali matul l-ewwel u t-tieni serje ta’ mapep u pjanijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni nediet proċeduri ta’ ksur kontra 15-il Stat Membru 22 għal implimentazzjoni mhux adegwata. Dawn iffokaw l-aktar fuq in-nuqqas ta’ mapep tal-ħsejjes, pjanijiet ta’ azzjoni u konsultazzjonijiet pubbliċi. Konformità mtejba mar-rekwiżiti tad-Direttiva ppermettiet li jingħalqu seba’ proċeduri ta’ ksur 23 u sar progress sinifikanti fit-tmienja l-oħra. Għalhekk, dan l-isforz ta’ infurzar għen b’mod sinifikanti sabiex tinkiseb l-implimentazzjoni.

Kien hemm ukoll 43 kawża ta’ ksur ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni, li normalment kienu marbuta ma’ dewmien fit-traspożizzjoni tal-emendi tekniċi li jintroduċu l-metodoloġiji tal-kalkolu l-aktar avvanzati dwar il-ħsejjes u s-saħħa fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat sentenzi f’żewġ kawżi ta’ implimentazzjoni ħażina tad-Direttiva fl-2022 24 . Il-Qorti ddeċidiet b’mod partikolari li, ikunu xi jkunu l-livelli ta’ ħsejjes li n-nies huma esposti għalihom, u irrispettivament mil-limiti nazzjonali tal-ħsejjes, l-Istati Membri jridu dejjem iħejju mapep, jivvalutaw l-effetti fuq is-saħħa u jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni meta l-ħsejjes huma jew jistgħu potenzjalment isiru ta’ dannu għas-saħħa tal-bniedem. Il-Qorti ddeċidiet ukoll li l-pjanijiet ta’ azzjoni huma maħsuba sabiex jimmaniġġaw il-ħsejjes minflok sempliċiment inaqqsuhom. Għalhekk, il-Qorti kkonfermat l-għan tad-Direttiva li tipproteġi s-saħħa u spjegat li l-limiti nazzjonali jservu sempliċiment bħala kriterji possibbli meta jiġu prijoritizzati l-interventi.

Id-Direttiva ma tistabbilixxi l-ebda valur ta’ limitu speċifiku għas-sors fil-livell tal-UE, u b’hekk tħalli f’idejn l-Istati Membri sabiex jistabbilixxu valuri ta’ limitu nazzjonali vinkolanti jekk ikunu jixtiequ hekk. Valuri bħal dawn ġew stabbiliti f’21 Stat Membru u ġew stabbiliti miri mhux vinkolanti f’4 Stati Membri oħra. Madankollu, sa issa kien hemm evidenza limitata li dawn qegħdin jiġu infurzati b’mod effettiv, possibbilment minħabba li l-konformità ma’ dawn il-limiti tista’ teħtieġ miżuri aħħarin unilaterali fil-livell lokali (eż. bħal ostakli għall-ħsejjes) li għandhom it-tendenza li jkunu għaljin u mhux kosteffettivi.15

Id-diffikultà fl-infurzar tal-limiti nazzjonali u lokali, bħala parti mill-pjanijiet ta’ azzjoni, tiddependi wkoll fuq kif id-Direttiva tiġi implimentata fil-prattika. L-awtoritajiet kompetenti inkarigati mill-implimentazzjoni tad-Direttiva, kif identifikati matul il-kontrolli tal-konformità, huma tipikament muniċipalitajiet għall-agglomerazzjonijiet, operaturi tal-infrastruttura ferrovjarja għall-ferroviji u awtoritajiet nazzjonali għall-ajruporti 25 . L-awtoritajiet kompetenti jvarjaw għat-toroq, minn maniġers tan-networks nazzjonali għal muniċipalitajiet żgħar u żgħar ħafna. Kif diġà ġie nnotat fl-aħħar rapport tal-Kummissjoni fl-2017, żewġ studji riċenti tal-Kummissjoni 15, 25 ikkonfermaw li l-għażla tal-miżuri hija limitata minħabba li l-awtoritajiet kompetenti mhux dejjem jitħallew jieħdu l-miżuri kollha possibbli. Aktar speċifikament għall-immappjar tal-ħsejjes, l-isfidi jinkludu nuqqas ta’ input ċentralizzat u konsistenti tad-data, nuqqas ta’ koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti u nuqqas ta’ komparabbiltà bejn il-ġuriżdizzjonijiet fir-rigward tal-mapep tal-ħsejjes li jirriżultaw. B’mod ġenerali, l-evidenza turi li Stati Membri b’approċċ deċentralizzat ħafna rigward l-implimentazzjoni sabuha diffiċli ħafna sabiex jiżguraw l-infurzar f’waqtu tal-miżuri intenzjonati sabiex jimplimentaw d-Direttiva.

Is-27 Stat Membru kollha ttrasponew b’mod korrett l-emendi reċenti tal-metodi ta’ valutazzjoni tal-ħsejjes u tas-saħħa tad-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, jew permezz tal-adozzjoni ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni ġodda jew permezz ta’ aġġustamenti fil-leġiżlazzjoni eżistenti. L-indikaturi nazzjonali għadhom qegħdin jintużaw flimkien ma’ dawk tal-UE (Lden u Lnight), iżda l-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ valutazzjoni fl-2018 26 u l-armonizzazzjoni tal-metodi ta’ valutazzjoni tas-saħħa fl-2022 27 wasslu għal allinjament aħjar tal-valutazzjoni madwar l-UE permezz ta’ standardizzazzjoni tal-approċċi.

Id-data mill-2022 se tuża metodi armonizzati u għalhekk mhux se tkun direttament komparabbli mad-data għas-snin preċedenti meta kienu jintużaw metodi nazzjonali. Ix-xejriet li jużaw id-data tal-2007, tal-2012 u tal-2017 jistgħu madankollu jiġu identifikati wara korrezzjoni għall-metodu l-ġdid, u b’hekk jippermettu l-analiżi ppreżentata fiż-żewġ illustrazzjonijiet ta’ hawn fuq. Din id-data kkoreġuta se tintuża wkoll sabiex jiġi vvalutat il-progress li sar fl-ilħuq tal-mira għall-ħsejjes tal-2030 stabbilita mill-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero.

Fl-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni ġew ippjanati diversi miżuri sabiex tittejjeb is-sitwazzjoni. Fost dawk ippjanati, il-Kummissjoni infurzat l-obbligu tal-Istati Membri li jivvalutaw il-ħsejjes u jadottaw pjanijiet ta’ azzjoni permezz tal-proċeduri ta’ ksur imsemmija hawn fuq. Sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni, xi Stati Membri reġgħu qiesu d-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet li kienet issuġġeriet il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppromwoviet il-politika urbana permezz tal-linji gwida għal pjanijiet ta’ mobbiltà urbana sostenibbli. Iffaċilitat ukoll l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet b’rabta ma’ ħsejjes ferrovjarji permezz ta’ finanzjament 28 u ħejjiet it-triq għal miżuri sabiex tħeġġeġ id-dħul fis-suq ta’ vetturi tat-triq u ta’ inġenji tal-ajru li jagħmlu anqas ħoss billi pproponiet kriterji tat-tassonomija 29 .

L-Artikolu 1 tad-Direttiva jeħtieġ approċċ ikkombinat li jikkonsisti mill-miżuri lokali implimentati permezz tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-emissjonijiet mis-sors. Għalhekk, il-Kummissjoni studjat liema miżuri jistgħu jiġu implimentati bl-aħjar mod fil-livelli tal-UE u lokali sabiex il-ħsejjes jitnaqqsu b’mod kosteffettiv, u f’liema livell għandha tiġi adottata l-leġiżlazzjoni.

Tlieta mill-azzjonijiet identifikati fiż-żewġ rapporti preċedenti għad iridu jittieħdu: il-kamp ta’ applikazzjoni mill-ġdid tad-Direttiva, l-adattament tal-leġiżlazzjoni dwar is-sors u r-rabta tal-interventi mal-miri tas-saħħa. Issa huwa possibbli li wieħed jipproċedi b’dawn l-azzjonijiet minħabba għarfien imtejjeb dwar l-effetti fuq is-saħħa u l-kostijiet tal-azzjonijiet.

Id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-awtoritajiet kompetenti jipproteġu mill-ħsejjes iż-żoni trankwilli f’ambjenti urbani u rurali. Id-deżinjazzjoni u l-protezzjoni ta’ żoni trankwilli seħħew l-aktar fil-bliet u huwa meħtieġ aktar progress fid-deżinjazzjoni u fil-protezzjoni ta’ żoni trankwilli fiż-żoni rurali. Dan jista’ jkun minħabba li d-Direttiva ma tipprovdix definizzjoni konsistenti ta’ dawn iż-żoni trankwilli.

Hemm nuqqas ta’ ċarezza aktar ġenerali fid-Direttiva fir-rigward tan-nuqqas ta’ koerenza bejn il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ fl-Artikolu 2 30 – li jidher li jinkludi l-ħsejjes ambjentali kollha li għalihom huma esposti l-bnedmin – u r-realtà li l-petizzjonijiet taċ-ċittadini jilmentaw fuq effetti negattivi fuq is-saħħa li ma humiex minn sorsi tat-trasport biss, iżda wkoll minn ħsejjes minħabba turbini tar-riħ u attivitajiet kummerċjali. Dawn iż-żewġ sorsi ma humiex imsemmija b’mod espliċitu fid-definizzjoni tal-ħsejjes ambjentali fl-Artikolu 3(a) 31 u għalhekk ma humiex koperti mid-Direttiva. L-Artikolu 4 (awtoritajiet kompetenti) ma joħloqx kwistjonijiet partikolari minħabba li l-awtoritajiet ġew identifikati b’mod ċar mill-Istati Membri. L-indikaturi definiti fl-Artikolu 5, b’mod partikolari Lden u Lnight, intużaw b’mod konsistenti. Il-metodi ta’ valutazzjoni ġew aġġornati fl-2021 u l-Istati Membri kollha ttrasponewhom fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Għad hemm xi kwistjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-mapep fl-Artikolu 7 u tal-pjanijiet ta’ azzjoni fl-Artikolu 8. B’mod partikolari, madwar 2 % tal-popolazzjoni tal-UE li kellha tiġi koperta minn mapep u pjanijiet għadha ma hijiex koperta. Kif inhu meħtieġ mill-Artikolu 9, kien hemm konsultazzjoni pubblika għall-pjanijiet ta’ azzjoni kollha li ġew adottati. Din tipikament ħadet il-forma ta’ pubblikazzjoni fuq is-siti online tal-awtorità kompetenti. Fl-aħħar nett, dewmien sinifikanti fir-rapportar tal-mapep u tal-pjanijiet ta’ azzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 10 fl-aħħar mill-aħħar wassal sabiex ħafna mapep u pjanijiet ma ġewx irrapportati sal-2021.

4. Il-kisbiet tad-Direttiva sal-lum

Sabiex tiġi apprezzata l-kisba tad-Direttiva li tnaqqas il-problemi tas-saħħa sal-lum, l-ewwel huwa meħtieġ li jiġi vvalutat kemm huwa teknikament fattibbli li jitnaqqas l-esponiment għall-ħsejjes bis-soluzzjonijiet attwalment disponibbli, u mingħajr ma t-trasport jiġi limitat strettament. L-istudju msemmi hawn fuq tal-2021 ikkummissjonat mill-Kummissjoni 15 analizza data mill-Istati Membri, dokumenti rilevanti oħrajn tal-UE u nazzjonali, u l-letteratura xjentifika l-aktar reċenti. Wettaq ukoll konsultazzjoni komprensiva ma’ awtoritajiet u partijiet ikkonċernati kompetenti mill-Istati Membri kollha permezz ta’ intervisti fil-fond, żewġ sessjonijiet ta’ ħidma u konsultazzjoni pubblika online. B’mod ġenerali, dan ikkonferma l-biċċa l-kbira tas-sejbiet tal-istudju ta’ evalwazzjoni tal-2016, b’mod partikolari li d-Direttiva hija konsistenti ma’ leġiżlazzjoni oħra u għadha rilevanti għall-problema tal-ħsejjes, u li l-implimentazzjoni tal-miżuri permezz ta’ pjanijiet ta’ azzjoni hija kosteffiċjenti.

L-istudju tal-2021 15 sab ukoll li t-tnaqqis massimu tal-ħsejjes teknikament fattibbli bejn l-2017 (id-data tal-aħħar analiżi) u d-data relattivament qrib tal-2030 huwa ta’ madwar 45 %. Id-Direttiva qiegħda tagħti kontribut sinifikanti għal dak it-tnaqqis potenzjali minħabba li taġixxi bħala leġiżlazzjoni qafas sabiex torbot il-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali u tista’ tikkoordina l-implimentazzjoni tal-miżuri – u b’hekk ittejjeb ir-riżultati tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar tagħmel l-investimenti f’dawn il-miżuri effettivi. Id-Direttiva ma tippreskrivix liema miżuri ta’ prijorità għandhom jiġu kkunsidrati, u għalhekk il-miżuri implimentati jistgħu f’xi każijiet jibqgħu mhux effettivi (pereżempju, ir-roti lixxi ta’ vaguni ġodda tal-merkanzija fuq binarji mhux lixxi ma jnaqqsux il-ħsejjes daqskemm jistgħu fuq binarji miżmuma tajjeb). Il-kostijiet amministrattivi diretti marbuta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva huma baxxi ħafna (EUR 0,04 għal kull abitant ikkonċernat fis-sena). Id-Direttiva tibqa’ l-faċilitatur ewlieni ta’ valutazzjoni bbażata fuq l-għarfien u diġitalizzata tal-impatti fuq is-saħħa tal-ħsejjes u, abbażi tal-output tagħha, id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu b’mod effettiv fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE.

Id-Direttiva ma tindikax liema miżuri għandhom jiġu applikati, u għalhekk l-effetti diretti tagħha huma limitati għall-armonizzazzjoni tal-approċċ għall-valutazzjoni tal-effetti. Id-Direttiva ma tistabbilix mira speċifika jew ma tipprijoritizzax l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-livell lokali, nazzjonali jew transfruntier. Filwaqt li l-pjanijiet ta’ azzjoni lokali huma fil-qalba tat-tnaqqis tal-ħsejjes, huwa f’idejn kull wieħed minnhom li jispeċifika l-livell lokali ta’ ambizzjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu wara li jkun ġie vvalutat liema benefiċċji għas-saħħa se jġibu dawn il-miżuri u wara li jkunu potenzjalment ġew ikkoreġuti abbażi tal-feedback mill-pubbliku ġenerali.

L-istudju tal-2021 15 sab li l-awtoritajiet kompetenti issa għandhom fehim ħafna aktar ċar tal-firxa tal-problema tal-ħsejjes u tas-soluzzjonijiet disponibbli għalihom — iżda li l-pubbliku ġenerali mhux dejjem ikun konxju tas-sitwazzjoni tal-ħsejjes u tal-iskala tal-impatt tagħhom fuq is-saħħa.

L-evalwazzjoni tal-2016 3 kienet sabet li d-Direttiva hija rilevanti (minħabba li l-ħsejjes għadhom problema ewlenija għan-nies) u hija konsistenti ma’ liġijiet oħrajn tal-UE anke jekk ma tintużax b’mod effettiv sabiex tidderieġi żviluppi leġiżlattivi oħrajn u timplimenta miżuri lokali. Id-Direttiva ssegwi l-objettiv tagħha li tarmonizza l-proċess tal-ġestjoni tal-ħsejjes b’mod kosteffiċjenti. L-implimentazzjoni tal-miżuri dwar il-ħsejjes proposti f’xi pjanijiet ta’ azzjoni lokali u nazzjonali tkun kosteffiċjenti ħafna: l-istudju tal-2021 15 ikkonferma dan billi wera li hemm redditu ta’ EUR 10 f’benefiċċji soċjetali għal kull euro li jintnefaq fuq miżuri speċifiċi. Dan ifisser li l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi tal-ħsejjes mill-awtoritajiet tal-Istati Membri mhux biss tgħin sabiex tissolva kwistjoni tas-saħħa, iżda tipproduċi wkoll benefiċċji soċjetali fit-tul. Il-valur miżjud mill-UE sa issa jinkludi armonizzazzjoni u diġitalizzazzjoni mtejba tal-proċessi tal-ġestjoni tal-ħsejjes madwar l-UE, għalkemm dawn il-proċessi għadhom ma pproduċewx il-benefiċċji tas-saħħa mmirati mill-Artikolu 1(c) tad-Direttiva. L-istudju tal-2021 jenfasizza l-punt li kien jirriżulta tnaqqis sostanzjali fl-effetti negattivi fuq is-saħħa f’konformità mal-Artikolu 1 li kieku ġew implimentati miżuri tekniċi eżistenti (eż. billi jiġu adattati prodotti eżistenti jew billi jitħaddmu b’mod differenti vetturi tat-trasport rilevanti) b’nefqa ta’ ftit għexieren biss ta’ euro għal kull ċittadin tal-UE fis-sena 32 .

L-istudju tal-2021 15 eżamina l-aktar miżuri kosteffiċjenti b’referenza għal xenarju bażi sabiex jiġu kkwantifikati l-benefiċċji tas-saħħa. Għat-toroq, meta jitqies li l-vetturi elettriċi ma jagħmlux anqas ħoss mill-vetturi b’magna tal-kombustjoni b’veloċitajiet ogħla minn 30 km/h, l-aħjar għażla hija li jintużaw tajers aħjar u li jittejbu l-uċuħ tat-toroq f’postijiet speċifiċi; għall-ferroviji, huwa li jittejbu l-binarji u jinżammu vetturi b’livell baxx ta’ ħoss; u għall-ajruporti, huwa li jittieħdu miżuri għall-operat tal-inġenji tal-ajru bl-anqas mod li jagħmel ħoss, għat-tiġdid tal-flotta u għat-tnaqqis tat-traffiku billejl. Fir-rigward tal-ħsejjes industrijali, il-proposta riċenti tal-Kummissjoni 33 li tiġi riveduta d-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (IED) 34 għandha l-għan li tipproteġi ulterjorment is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti negattivi tat-tniġġis minn installazzjonijiet agroindustrijali kbar. Dan huwa mistenni wkoll li jiġġenera kobenefiċċji pożittivi permezz ta’ aktar tnaqqis fil-ħsejjes.

5. Il-kisbiet sal-lum ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE li tirregola s-sorsi tal-ħsejjes

L-UE għandha r-regolamenti rilevanti li ġejjin li jindirizzaw il-ħsejjes mit-toroq, mill-ferroviji, mill-inġenji tal-ajru, mit-tagħmir ta’ barra u minn sorsi industrijali.

L-istrumenti rilevanti għall-ħsejjes fit-toroq huma: Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 għall-karozzi, il-vannijiet, il-karozzi tal-linja u t-trakkijiet 35 ; Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 għall-ċiklomuturi u għall-muturi 36 ; Ir-Regolament (UE) 2019/2144 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi tat-triq inklużi r-rekwiżiti tat-tajers 37 ; u r-Regolament (UE) 2020/740 dwar it-tikkettar tat-tajers 38 . Żewġ studji riċenti 39 , li analizzaw il-potenzjal tal-ewwel tnejn minn dawn ir-regolamenti kkonkludew li ma wasslux il-benefiċċji sħaħ, u b’mod partikolari wrew li l-aktar miżura kosteffettiva kienet tkun li jiġi rikjest l-użu ta’ tajers b’livell baxx ta’ ħoss. Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 u r-Regolament (UE) 2020/740 it-tnejn setgħu potenzjalment irriżultaw fl-użu ta’ tajers b’livell baxx ta’ ħoss fuq vetturi li jkunu għadhom kemm ġew prodotti. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) 2020/740 seta’ għen direttament kieku kien aktar effettiv sabiex jikkonvinċi lill-konsumaturi jippreferu tajers b’livell baxx ta’ ħoss 40 .

L-istrumenti ewlenin għall-ħsejjes ferrovjarji huma r-Regolament (UE) Nru 1304/2014 dwar il-ħsejjes mill-vetturi ferrovjarji 41 u r-Regolament (UE) 2015/429 dwar il-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-iċċarġjar għall-kost tal-effetti tal-ħsejjes 42 . Dan l-aħħar, ir-Regolament (UE) Nru 1304/2014 ġie rivedut u minn Diċembru 2024 ’il quddiem jimponi “rotot li jagħmlu anqas ħoss” fuq ir-rotot tal-merkanzija l-aktar użati b’mod intensiv fl-UE, fejn se jiġu ammessi kważi biss vetturi tal-merkanzija b’livell baxx ta’ ħoss. Dan se jiġġenera wkoll effetti kollaterali sinifikanti għall-bqija tan-network. Minflok, l-evalwazzjoni tal-2021 tar-Regolament (UE) 2015/429 dwar l-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju kkonkludiet li r-Regolament kellu effett pożittiv iżda pjuttost limitat fuq il-bidla lejn vetturi tal-merkanzija b’livell baxx ta’ ħoss 43 , u għalhekk qiegħed jiġi rrevokat.

L-istrument rilevanti għall-ħsejjes tal-inġenji tal-ajru huwa r-Regolament (UE) Nru 598/2014 dwar ir-regoli u l-proċeduri għal miżuri relatati mal-ħsejjes fl-ajruporti 44 . L-istudju tal-2022 dwar it-tnaqqis tal-ħsejjes fl-ajruporti 25 sab għadd ta’ nuqqasijiet relatati mal-implimentazzjoni tiegħu. L-istudju enfasizza wkoll il-punt li l-kunċett tal-objettiv tat-tnaqqis tal-ħsejjes stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 598/2014 ma huwiex rifless b’mod ċar fid-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali. Il-partijiet ikkonċernati spiss talbu emenda għal dan l-għan, u wkoll dwar kif tiġi vvalutata l-kosteffettività ta’ miżuri differenti.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħsejjes mit-tagħmir ta’ barra, li hija prinċipalment indirizzata mid-Direttiva dwar il-Ħsejjes ta’ Barra 45 , hija rilevanti wkoll. L-evalwazzjoni tal-2020 ta’ din id-Direttiva 46 kkonkludiet li kienet ikkontribwiet b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-ħoss minn tagħmir ta’ barra u għall-iżgurar li l-manifatturi jinvestu fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ disinji, mekkaniżmi u strateġiji rilevanti; u wkoll li kienet għadha l-forza primarja li tmexxi t-tnaqqis tal-ħsejjes għal dan it-tip ta’ tagħmir. Madankollu, l-evalwazzjoni identifikat ukoll xi punti kritiċi għat-titjib, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu adattati għadd ta’ punti sabiex jiġi rifless il-progress tekniku (eż. l-ambitu, il-limiti tal-ħsejjes, il-metodi tal-kejl tal-ħsejjes, il-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità, il-ġbir tad-data dwar il-ħsejjes u l-allinjament mal-“qafas leġiżlattiv ġdid” 47 ).

6. Rakkomandazzjonijiet u l-passi li jmiss

Id-data mill-mapep tal-ħsejjes turi li l-għadd kbir ta’ persuni li jbatu minn effetti serji fuq is-saħħa minħabba l-ħsejjes baqa’ pjuttost stabbli matul dawn l-aħħar 15-il sena.

F’Diċembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-ewwel rapport integrat dwar il-monitoraġġ u l-prospettiva ta’ tniġġis żero, li jinkludi prospettiva dwar il-ħsejjes 48 . Ir-rapport jindika li l-mira stabbilita fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero sabiex sal-2030 jitnaqqas l-għadd ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport bi 30 %, meta mqabbel mal-2017, mhux se tinkiseb sakemm ma jittieħdux miżuri addizzjonali. Ir-rapport jipprevedi wkoll li, anke bil-miżuri ppjanati fis-seħħ, l-għadd globali ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport se jiżdied bi 3 % sal-2030 – iżda jispjega wkoll li sett sostanzjali ta’ miżuri addizzjonali meħuda fil-livell lokali jista’ jnaqqas l-għadd ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport bi 19 % sal-2030. Ir-rapport ikkonkluda li hemm bżonn ta’ ħafna aktar sforz sabiex jiġu indirizzati l-ħsejjes mit-trasport bit-triq, li għadu l-akbar tniġġis tal-ħsejjes. L-ilħuq tal-mira tal-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero se jirrikjedi miżuri sabiex jiġu mmirati mhux biss żoni bi problemi akuti ta’ ħsejjes, iżda wkoll żoni b’livelli moderati ta’ ħsejjes. Dan se jirrikjedi taħlita ta’ miżuri, inklużi regolamenti dwar il-ħsejjes aktar stretti għat-trasport bit-triq; ippjanar urban u tat-trasport aħjar; u tnaqqis sinifikanti fit-traffiku tat-triq u fil-veloċità tat-traffiku fit-toroq fil-bliet.

It-tnaqqis tal-għadd ta’ persuni ddisturbati b’mod kroniku mill-ħsejjes tat-trasport fl-UE jeħtieġ azzjoni fil-livelli kollha (tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali).

Diġà huma disponibbli soluzzjonijiet kosteffettivi u għalhekk għandhom jiġu applikati aktar malajr. L-istudju tal-2021 15 dwar id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali fittex li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-aktar miżuri kosteffettivi billi identifika sett ta’ liġijiet lokali, nazzjonali, tal-UE u internazzjonali li jixprunaw l-azzjoni f’dan il-qasam. Saru aktar studji li fl-2021 39 u fl-2022 25 dwar il-leġiżlazzjoni dwar il-vetturi tat-triq u l-ġestjoni tal-ħsejjes tal-ajruporti kkonfermaw li dawn huma azzjonijiet ta’ prijorità.

L-istudji msemmija hawn fuq urew ukoll li ma hemm l-ebda liġi jew miżura unika li minnha nnifisha tissimplifika l-implimentazzjoni tal-miżuri x-xierqa sabiex jingħata tnaqqis sinifikanti. Minflok, sett limitat ta’ titjib armonizzat għal għadd żgħir ħafna ta’ strumenti jagħmilha possibbli li jitnaqqas l-esponiment għall-ħsejjes. Il-leġiżlazzjoni attwali nstabet li hija koerenti (fis-sens li ma hemm l-ebda duplikazzjoni jew kontradizzjoni), iżda l-progress ġie mfixkel min-nuqqas ta’ objettiv komuni tal-politika dwar il-ħsejjes. Madankollu, il-mira u l-impenji dwar il-ħsejjes stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero saħħew il-momentum politiku sabiex jiġu aċċellerati u intensifikati l-politiki u l-azzjoni leġiżlattiva sabiex jitnaqqas it-tniġġis akustiku.

Il-ħtieġa ewlenija hija li jiġu indirizzati l-ħsejjes mit-trasport bit-triq permezz ta’ miżuri addizzjonali u interventi prattiċi. Għat-toroq, l-użu ta’ tajers silenzjużi, uċuħ tat-toroq b’livell baxx ta’ ħoss u limiti mnaqqsa tal-veloċità fit-toroq jeħtieġ li jiġu kkunsidrati, peress li l-elettrifikazzjoni tal-vetturi ma ġġib l-ebda benefiċċju. B’mod partikolari, il-leġiżlazzjoni dwar it-tajers teħtieġ li tissaħħaħ sabiex jinkiseb il-benefiċċju massimu minħabba li din hija l-aktar miżura kosteffettiva għat-tnaqqis tal-ħsejjes 15, 39. Il-miżuri għal modi oħrajn ta’ trasport għandhom jinkludu binarji silenzjużi u lixxi flimkien ma’ vaguni silenzjużi għall-ferroviji, u proċeduri mtejba tat-titjiriet flimkien ma’ miżuri ta’ ħin ta’ billejl għall-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. L-operaturi innovattivi tal-mezzi tat-trasport u tal-infrastruttura tat-trasport għandhom jiġu inċentivati wkoll sabiex ikomplu jinvolvu ruħhom f’teknoloġiji u fi prodotti “mingħajr ħsejjes mid-disinn”.

Azzjoni effettiva teħtieġ approċċ komprensiv fis-setturi rilevanti kollha li jlaqqa’ flimkien lill-atturi rilevanti differenti kollha.

Fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni, fejn meħtieġ, se tipprijoritizza l-azzjoni sabiex:

-tirrevedi l-limiti fuq it-tajers, filwaqt li taħdem abbażi tar-Regolament NU/KEE Nru 117 49 ;

-tħaffef l-introduzzjoni ta’ vaguni tal-merkanzija esklużivament silenzjużi billi ttejjeb l-implimentazzjoni ta’ “rotot li jagħmlu anqas ħoss” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1304/2014 41;

-tippromwovi proċeduri mtejba sabiex jitnaqqsu l-ħsejjes mil-landjar u mill-qtugħ mill-art tal-inġenji tal-ajru;

- tintroduċi imposti ambjentali sabiex jiżdied l-użu ta’ inġenji tal-ajru silenzjużi meta tiġi riveduta d-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruporti   50 .

Il-Kummissjoni se tappoġġa wkoll lill-Istati Membri b’għodod u b’azzjonijiet rilevanti taħt il-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero.

Fil-livell nazzjonali, l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali u tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sors għadha ta’ importanza kbira. L-Istati Membri jeħtieġ li jaċċelleraw l-isforzi ta’ konformità tagħhom u jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni tagħhom dwar il-ħsejjes jinkludu b’mod sistematiku:

-l-introduzzjoni ta’ uċuħ silenzjużi kull meta triq traffikuża ħafna tkun miksija mill-ġdid, bl-użu tal-linji gwida dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku 51 ;

-limiti aktar baxxi tal-veloċità fit-toroq, fejn hemm kobenefiċċji oħrajn bħas-sikurezza;

-il-manutenzjoni tal-binarji ferrovjarji sabiex il-binarji jinżammu lixxi u l-installazzjoni ta’ binarji b’emissjonijiet baxxi qrib l-unitajiet domestiċi;

-l-istabbiliment ta’ objettivi xierqa għat-tnaqqis tal-ħsejjes f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 598/2014 dwar il-ħsejjes fl-ajruporti, flimkien ma’ miżuri effettivi sabiex dawn jintlaħqu.

Hija meħtieġa kooperazzjoni ottimali bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Jeħtieġ ukoll li l-atturi lokali jingħataw aktar setgħa u jiġu mħeġġa jirreplikaw inizjattivi ewlenin mill-bliet madwar l-UE sabiex jindirizzaw l-esponiment għat-tniġġis akustiku ambjentali fiż-żoni urbani u jippromwovu saħħa tajba u kwalità tal-ħajja tajba. Ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu mħeġġa wkoll sabiex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni għall-ġestjoni tal-ħsejjes jiġu implimentati kif suppost u jwasslu għal titjib fit-tnaqqis tal-ħsejjes fil-livell lokali.

Għalhekk, il-Kummissjoni se tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal tal-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi sabiex tħaffef it-tnaqqis tat-tniġġis akustiku fil-livell tal-belt. L-isforzi pijunieri tal-100 belt li diġà ffirmaw il-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi 52 għandhom jispiraw lil bliet oħrajn fl-UE. L-impenn tal-firmatarji tal-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi - li jinkludi l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni tad-Direttiva - sabiex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fit-tniġġis akustiku sal-2030 u sabiex nimxu eqreb lejn il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa huwa eżemplari. Dawn mhux biss se jiżviluppaw pjanijiet ambizzjużi, iżda se jimpenjaw ruħhom ukoll li jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-abbozzar xieraq ta’ pjanijiet ta’ azzjoni kosteffiċjenti u kosteffettivi dwar il-ħsejjes jeħtieġ għarfien espert kwalifikat u l-awtoritajiet kollha fil-livell lokali jistgħu jużaw dan in-network ta’ bliet bħala riżorsa kbira ta’ għarfien.

Il-Kummissjoni se tibni fuq l-impenji tal-firmatarji tal-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi billi tippromwovi l-iskambju ta’ gwida dwar l-abbozzar tal-pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-ħsejjes. Se tħeġġeġ ukoll l-użu mmirat ta’ skemi ta’ appoġġ bħall-għodda TAIEX-EIR PEER 2 PEER għall-firmatarji tal-Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi u għall-awtoritajiet kompetenti, b’mod partikolari, sabiex issir disseminazzjoni ta’ prattiki tajbin dwar il-ġestjoni tal-ħsejjes urbani madwar l-UE. Barra minn hekk, l-użu tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) 53 , li jipprovdi lill-Istati Membri (fuq talba tagħhom) b’għarfien espert tekniku mmirat sabiex ifasslu u jimplimentaw riformi f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika (inkluża l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ambjentali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE bħad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali) se jitqies bħala mod kif tittejjeb l-azzjoni fil-livell tal-belt.

Il-Kummissjoni mhux biss se ssaħħaħ l-azzjonijiet li għaddejjin fuq medda qasira ta’ żmien dwar il-leġiżlazzjoni dwar is-sors, iżda se tfittex ukoll li ttejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali. Il-Kummissjoni se tivvaluta wkoll it-titjib possibbli għad-Direttiva, inklużi l-miri għat-tnaqqis tal-ħsejjes fil-livell tal-UE (kif enfasizzat fil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis żero).

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni, f’konformità mal-approċċ olistiku tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, se tikkunsidra sinerġiji potenzjali fil-ġlieda kontra t-tniġġis akustiku barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali, li primarjament tindirizza l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem. Ir-riċerka li ġejja 54 u ż-żieda fl-aċċess għad-data, inkluż permezz tan-Network Ewropew ta’ Osservazzjoni u Data Marittima (EMODnet) 55 se jipprovdu għarfien aħjar dwar perspettiva aktar integrata li tinkludi l-impatti tal-ħsejjes fuq l-ambjent u fuq il-bijodiversità (eż. dawk indirizzati fir-rigward tal-ħsejjes taħt l-ilma fil-kuntest tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina).

(1)

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali ( ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12 ).

(2)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE, COM/2017/151 final .

(3)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, evalwazzjoni refit tad-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-valutazzjoni u l-ġestjoni tal-ħsejjes ambjentali, SWD(2016) 454 final .

(4)

L-EEA, Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe, Rapport tal-EEA Nru 21/2019 .

(5)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM/2021/400 final .

(6)

  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes ta’ Barra 2000/14/KE li takkumpanja d-dokument tar-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tad-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra SWD(2020) 266 final .

(7)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur, COM(2020) 789 final .

(8)

Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 ( ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22 ).

(9)

Inizjattiva ewlenija 1, azzjoni 8: żviluppar ta’ regoli koerenti għall-prestazzjoni ambjentali, enerġetika u ta’ sikurezza tat-tajers fl-2023.

(10)

Inizjattiva ewlenija 2, azzjoni 16: reviżjoni tar-Regolament dwar is-Slots tal-Ajruporti u tad-Direttiva dwar l-Imposti tal-Ajruporti fl-2021 u l-2022.

(11)

Erba’ azzjonijiet separati:

·Inizjattiva ewlenija 3, azzjoni 18: l-Inizjattiva dwar il-Kuritur Ferrovjarju tal-UE għall-2021 – Pjan ta’ Azzjoni sabiex tingħata spinta lit-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri fl-2021;

·Inizjattiva ewlenija 3, azzjoni 19: stabbiliment ta’ miżuri sabiex it-traffiku ferrovjarju internazzjonali jiġi mmaniġġat u kkoordinat aħjar, inkluż, jekk ikun meħtieġ, permezz ta’ regoli riveduti għall-allokazzjoni tal-kapaċità u għat-tariffi għall-infrastruttura ferrovjarja fl-2022;

·Inizjattiva ewlenija 3, azzjoni 20: reviżjoni tal-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tal-2013 fl-2021;

·Inizjattiva ewlenija 4, azzjoni 24: l-Inizjattiva dwar il-Kurituri Ferrovjarji tal-UE għall-2021 – Reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kurituri tat-Trasport tal-Merkanzija bil-Ferrovija fl-2021.

(12)

  Environmental noise guidelines for the European Region , l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2018.

(13)

  https://www.eea.europa.eu/help/glossary/eea-glossary/lden

(14)

  Noise indicators under the Environmental Noise Directive 2021 . Methodology for estimating missing data, Eionet Report - ETC/ATNI 2021/6, 2021.

(15)

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Kantor, E., Klebba, M., Richer, C. et al., Assessment of potential health benefits of noise abatement measures in the EU: Phenomena project, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2021. https://data.europa.eu/doi/10.2779/24566 .

(16)

Sors: il-kalkoli interni tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-indikatur tal-ħsejjes, “L-impatti fuq is-saħħa tal-esponiment għall-ħsejjes mit-trasport”, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, 2022.

(17)

Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, “L-impatti fuq is-saħħa tal-esponiment għall-ħsejjes mit-trasport”, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. https://www.eea.europa.eu/ims/health-impacts-of-exposure-to-1 (aċċessat f’Novembru 2022).

(18)

  https://noise.eea.europa.eu/

(19)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1967 tal-11 ta’ Novembru 2021 li tistabbilixxi repożitorju tad-data obbligatorju u mekkaniżmu obbligatorju għall-iskambju ta’ informazzjoni diġitali f’konformità mad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 400, 12.11.2021, p. 160 ).

(20)

Iċ-Ċentru Tematiku Ewropew dwar is-Saħħa tal-Bniedem u l-ambjent, Projected health impacts from transportation noise – Exploring two scenarios for 2030 European Topic Centre on Human health and the environment, ETC-HE Report 2022/5 .

(21)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-ewwel monitoraġġ u prospettiva dwar it-“tniġġis żero” – “Perkorsi lejn arja, ilma u ħamrija aktar nodfa”, COM/2022/674 final .

(22)

BE, CZ, DE, EL, ES, FR, HR, IT, CY, HU, PL, PT, RO, SI u SK.

(23)

BE, CZ, HR, HU, RO, SI u SK.

(24)

Is-Sentenza tat-13 ta’ Jannar 2022, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka, C-683/20, EU:C:2022:22 u s-Sentenza tal-31 ta’ Marzu 2022, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża, C-687/20, EU:C:2022:244 .

(25)

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Study on airport noise reduction , Ġunju 2022, ISBN 978-92-76-55622-0.

(26)

Id-Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2021/1226 tal-21 ta’ Diċembru 2020 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress tekniku u xjentifiku, l-Anness II tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ metodi komuni għall-valutazzjoni tal-istorbju ( ĠU L 269, 28.7.2021, p. 65 ).  
Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/996 tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi metodi komuni ta’ valutazzjoni tal-istorbju skont id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 168, 1.7.2015, p. 1 ).

(27)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2020/367 tal-4 ta’ Marzu 2020 li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istabbiliment ta’ metodi ta’ valutazzjoni għal effetti ta’ ħsara tal-ħsejjes ambjentali ( ĠU L 67, 5.3.2020, p. 132 ).

(28)

Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 ( ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).

(29)

Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 ( ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13 ).

(30)

“1. Din id-Direttiva għandha tkun tapplika għal ħsejjes ambjentali li l-bnedmin huma esposti għalihom partikolarment f’żoni mibnija u f’parkeġġi pubbliċi u żoni oħrajn kwieti f’agglomerazzjoni, f’żoni kwieti fil-kampanja miftuħa, ħdejn l-iskejjel, l-isptarijiet u bini u żoni oħrajn sensittivi għall-ħsejjes.” “2. Din id-Direttiva m’għandhiex tkun tapplika għal ħsejjes maħluqa mill-persuna esposta nnifisha, ħsejjes minn attivitajiet domestiċi, ħsejjes maħluqa mill-qraba, ħsejjes fil-postijiet tax-xogħol jew ħsejjes fl-intern ta’ trasport jew minħabba l-attivitajiet militari f’żoni tal-militar.”

(31)

 “‘ħoss ambjentali’ għandu jfisser il-ħsejjes mhux mitluba jew ta’ ħsara fl-apert maħluqa mill-attivitajiet umani, inklużi l-ħsejjes emessi minn mezzi tat-trasport, traffiku fit-triq, traffiku tal-ferroviji, traffiku tal-ajru, u minn siti tal-attività industrijali bħalma huma dawk definiti fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta’ Settembru 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis”.

(32)

Pereżempju, il-kostijiet totali fil-livell tal-UE għall-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-miżuri kollha għat-toroq, għall-ferroviji u għall-ajruporti li tqiesu fl-istudju tal-2021 kienu ta’ madwar EUR 13-il biljun. Wieħed jista’ jżid ma’ dan il-kostijiet ta’ EUR 20 biljun tal-ostakli għall-ħsejjes. Ma hemm l-ebda kost relatat mal-ħsejjes tal-inġenji tal-ajru, ħlief għal projbizzjoni fuq titjiriet ta’ billejl.

(33)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar il-miżbla ta’ skart, COM/2022/ 156 final .

(34)

Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) ( ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17 ).

(35)

Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE ( ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131 ).

(36)

Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli ( ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52 ).

(37)

Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 ( ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1 ).

(38)

Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 ( ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1 ).

(39)

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Study on sound level limits of M- and N-category vehicles: final report , l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, 2022.  
Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Technical support for the impact assessment on Euro 5 step of L-category sound emissions level limits: final report , l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, 2022.

(40)

Valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra, COM/2017/0658 final .

(41)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ vetturi ferrovjarji — storbju li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE ( ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421 ).

(42)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/429 tat-13 ta’ Marzu 2015 li jistabbilixxi l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju ( ĠU L 70, 14.3.2015, p. 36 ).

(43)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni sommarju eżekuttiv tal-evalwazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/429 u r-regoli għall-imposti differenzjati skont il-ħsejjes għall-aċċess għall-binarji, SWD(2021) 72 final .

(44)

Ir-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat ( ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65 ).

(45)

 Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra ( ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1 ).

(46)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes ta’ Barra 2000/14/KE, SWD (2020) 266 final .

(47)

Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li tħassar id-Deċiżjoni 93/465/KEE ( ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82 ).

(48)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-ewwel monitoraġġ u prospettiva dwar it-“tniġġis żero” “Perkorsi lejn arja, ilma u ħamrija aktar nodfa”, COM/2022/674 final .

Dan ir-rapport jibni fuq ir-rapport ta’ Settembru 2022 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent “ Outlook to 2030 - can the number of people affected by transport noise be cut by 30%? ”.

(49)

Ir-Regolament Nru 117 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tajers rigward l-emissjonijiet ta’ ħoss ta’ rrolljar u l-adeżjoni fuq superfiċji mxarrbin u/jew ir-reżistenza għall-irrolljar [2016/1350] ( ĠU L 218, 12.8.2016, p. 1 ).

(50)

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti ( ĠU L 70, 14.3.2009, p. 11 ).

(51)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Il-kriterji tal-UE għall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku għad-Disinn, il-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tat-Toroq, SWD(2016) 203 final .

(52)

Il- Ftehim dwar il-Bliet Ekoloġiċi huwa moviment tas-sindki tal-UE impenjati li jagħmlu l-bliet aktar nodfa u aktar b’saħħithom. Dan għandu l-għan li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha tal-UE u li jaċċellera l-implimentazzjoni tal-liġijiet ambjentali rilevanti tal-UE. Bl-iffirmar tal-Ftehim, il-bliet jimpenjaw ruħhom li jindirizzaw ħames oqsma ta’ ġestjoni ambjentali: l-arja, l-ilma, in-natura u l-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari u l-iskart, u l-ħsejjes.

(53)

Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku ( ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1 ).

(54)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-6.12.2022 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2023-2024 fil-qafas tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u dwar il-finanzjament tiegħu, C(2022) 7550 final .

(55)

  https://emodnet.ec.europa.eu/en/map-week-%E2%80%93-underwater-noise-indicator  


Brussell, 20.3.2023

COM(2023) 139 final

ANNESS

tar-

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE









ANNESS

Messaġġi ewlenin fir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, L-ewwel monitoraġġ u prospettiva ta’ “tniġġis żero”, “Perkorsi lejn arja, ilma u ħamrija aktar nodfa għall-Ewropa”.

Il-ħsara għas-saħħa relatata mat-tniġġis akustiku, bħar-riskju għall-mard kardjovaskulari, id-disturb fl-irqad u l-fastidju 1 , baqgħet pjuttost stabbli mill-2012.

Minkejja l-progress li sar, aktar minn 10 % tal-imwiet prematuri fl-UE kull sena għadhom relatati mat-tniġġis ambjentali 2 . Dan huwa dovut l-aktar għal livelli għoljin ta’ tniġġis tal-arja, iżda wkoll għat-tniġġis akustiku u għall-esponiment għal sustanzi kimiċi li x’aktarx jiġi sottovalutat 3 . It-tniġġis ma huwiex distribwit b’mod ugwali madwar l-UE. Il-persuni vulnerabbli, inklużi t-tfal, l-anzjani u l-persuni li jbatu mill- ażma jew minn mard respiratorju jew kardjovaskulari ieħor huma aktar sensittivi għall-esponiment għat-tniġġis, filwaqt li hemm ukoll it-tendenza li dawk fi gruppi soċjoekonomiċi aktar baxxi jiġu esposti għal livelli ogħla ta’ tniġġis 4 .

L-iskala tal-impatt tal-istorbju taħt l-ilma, tal-mikroplastiċi u tat-tniġġis tad-dawl 5 fuq il-bijodiversità qiegħda ssir dejjem aktar evidenti 6 .

Fir-rigward tat-tniġġis akustiku, f’dan l-istadju jidher improbabbli li tintlaħaq il-mira ta’ tniġġis akustiku żero, jiġifieri li sal-2030 l-għadd ta’ persuni li jsofru dannu mill-istorbju tat-trasport jitnaqqas bi 30 % (meta mqabbel mal-2017). L-istimi attwali juru li n-numru mhux se jonqos b’aktar minn 19 % sal-2030, sakemm ma jiġix adottat sett sostanzjali ta’ miżuri addizzjonali fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, u sakemm azzjoni msaħħa tal-UE fis-setturi tat-trasport rilevanti kollha ma twassalx għal tnaqqis ulterjuri sinifikanti fit-tniġġis akustiku. Id-distanza mill-mira tista’ titnaqqas ulterjorment jekk l-Istati Membri jsaħħu l-miżuri tagħhom. Fost l-oħrajn, dan ikun jinkludi regolamenti aktar stretti dwar l-istorbju u infurzar 7 għat-trasport, eż. it-titjib tal-vetturi u tal-operazzjonijiet tagħhom u t-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku fit-toroq u tal-limiti tal-veloċità fil-bliet 8 . Dan tal-aħħar diġà huwa previst minn ħafna bliet bħala parti mill-miżuri tagħhom dwar il-klima u l-kwalità tal-arja.

B’mod ġenerali, il-livelli ta’ tniġġis qegħdin jonqsu f’diversi żoni ta’ tniġġis, eż. fir-rigward tat-tniġġis tal-arja jew mill-pestiċidi. Fl-istess ħin, għad hemm problemi oħrajn ta’ tniġġis, eż. ix-xejriet għall-istorbju, għat-tniġġis minn nutrijenti jew għall-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali baqgħu pjuttost stabbli matul l-aħħar snin. L-ilħuq tal-miri ta’ tniġġis żero għall-2030 ma huwiex garantit għal dawk il-problemi ta’ tniġġis.

(1)

    EEA (2022) : “L-impatti tal-esponiment għall-istorbju mit-trasport fuq is-saħħa”.

(2)

   Ara hawn .

(3)

   Sottovalutazzjoni minħabba li jitqies biss għadd limitat ta’ fatturi ta’ riskju u, pereżempju, ma jiġux indirizzati r-riskji reali għas-saħħa relatati mal-esponiment għas-sustanzi kimiċi. Għaddejja ħidma fis-sħubija Orizzont Ewropa għall-valutazzjoni tar-riskju mis-sustanzi kimiċi ( PARC ).

(4)

    Ir-Rapport tal-EEA Nru 22/2018 u sinjal ġdid hawn .

(5)

   Eż. ir-Rapport ETC-HE tal-EEA 2022/8 : “Rieżami u Valutazzjoni tal-Informazzjoni Disponibbli dwar it-Tniġġis tad-Dawl fl-Ewropa”

(6)

   Ara s-sinjali hawn .

(7)

   Eż. ara l-proġett NEMO .

(8)

   Aktar dettalji se jiġu ppubblikati fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni li ġej dwar id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali.