|
22.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/4 |
DEĊIŻJONI TA’ GĦELUQ TA’ PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA IRTIRAR MILL-ISTAT MEMBRU
Għajnuna mill-Istat – Il-Polonja
(L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) TFUE – irtirar ta’ notifika
SA.46981 2018/C (ex 2016/N) - Il-Polonja - Taxxa fuq il-bejgħ b’rata fissa fis-settur tal-bini tal-bastimenti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 65/03)
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE, li nbdiet fil-15 ta’ Jannar 2018 (1) fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, u rreġistrat li l-Polonja rtirat in-notifika tagħha fit-23 ta’ Marzu 2021 u mhux se tkompli ssegwi aktar dan il-proġett ta’ għajnuna.