16.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/223


P9_TA(2023)0004

Regoli għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta' entitajiet fittizji għal finijiet ta' taxxa

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta' entitajiet fittizji għal finijiet ta' taxxa u li temenda d-Direttiva 2011/16/UE (COM(2021)0565 – C9-0041/2022 – 2021/0434(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2023/C 214/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0565),

wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0041/2022),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0293/2022),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-iżgurar ta' tassazzjoni ġusta u effettiva fis-suq intern u l-indirizzar tal-evitar u tal-evażjoni tat-taxxa jibqgħu prijoritajiet politiċi għoljin fl-Unjoni. Filwaqt li f'dawn l-aħħar snin sar progress importanti f'dan il-qasam, speċjalment bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (10) dwar il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (11) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, huma meħtieġa aktar miżuri sabiex jiġu indirizzati prattiki identifikati speċifikament ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa, li ma humiex koperti kompletament mill-qafas legali eżistenti tal-Unjoni. B'mod partikolari, il-gruppi multinazzjonali spiss joħolqu impriżi mingħajr ebda sustanza minima, sabiex inaqqsu l-obbligazzjoni ta' taxxa ġenerali tagħhom, inkluż billi jittrasferixxu l-profitti lil hinn minn ċerti Stati Membri b'taxxa għolja li fihom iwettqu attività ekonomika u joħolqu valur għan-negozju tagħhom. Din il-proposta tikkomplementa l-progress miksub fit-trasparenza korporattiva permezz ta' rekwiżiti li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja introdotta mill-qafas kontra l-ħasil tal-flus, li jindirizza sitwazzjonijiet fejn jinħolqu impriżi sabiex jaħbu sjieda ġenwina, kemm jekk tal-impriżi nfushom kif ukoll jekk tal-assi li jimmaniġġjaw u li għandhom, bħal proprjetà immobbli jew proprjetà ta' valur għoli.

(1)

L-iżgurar ta' tassazzjoni ġusta u effettiva fis-suq intern u l-indirizzar tal-evitar u tal-evażjoni tat-taxxa jibqgħu prijoritajiet politiċi għoljin fl-Unjoni. Filwaqt li f'dawn l-aħħar snin sar progress importanti f'dan il-qasam, speċjalment bl-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 (10) dwar il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-espansjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (11) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni , huma meħtieġa aktar miżuri sabiex jiġu indirizzati prattiki identifikati speċifikament ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa, inkluż permezz tal-użu ħażin ta' entitajiet fittizji, li ma humiex koperti kompletament mill-qafas legali eżistenti tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, ir-rivelazzjonijiet tal-Pandora Papers irrapportaw dwar il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji bil-fini li jittrasferixxu flus bejn kontijiet bankarji, jevitaw it-taxxi u jwettqu reati finanzjarji, inkluż il-ħasil tal-flus, u jevitaw is-sanzjonijiet tal-Unjoni fuq oligarki Russi. B'mod partikolari, il-gruppi multinazzjonali spiss joħolqu impriżi mingħajr ebda sustanza ekonomika minima, sabiex inaqqsu l-obbligazzjoni ta' taxxa ġenerali tagħhom, inkluż billi jittrasferixxu l-profitti lil hinn minn ċerti Stati Membri b'taxxa għolja li fihom iwettqu attività ekonomika u joħolqu valur għan-negozju tagħhom. Din il-proposta tikkomplementa l-progress miksub fit-trasparenza korporattiva permezz ta' rekwiżiti li jikkonċernaw l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja introdotta mill-qafas kontra l-ħasil tal-flus, li jindirizza sitwazzjonijiet fejn jinħolqu impriżi sabiex jaħbu sjieda ġenwina, kemm jekk tal-impriżi nfushom kif ukoll jekk tal-assi li jimmaniġġjaw u li għandhom, bħal proprjetà immobbli jew proprjetà ta' valur għoli.

Emenda 2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Jista' jkun hemm raġunijiet validi għall-użu ta' kumpaniji b'sustanza ekonomika minima. Għalhekk, huwa importanti li jiġi ggarantit qafas legali proporzjonat li jissalvagwardja l-pożizzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li jużaw strutturi legali biex jippromwovu l-investimenti, jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali jew joperaw fi swieq nazzjonali differenti, u filwaqt li, fl-istess ħin, nilleġiżlaw f'termini konkreti dwar l-użu ħażin ta' entitajiet fittizji biex jevitaw it-tassazzjoni. Il-kwalità u l-kompletezza tad-data huma għalhekk essenzjali sabiex jinkisbu l-akbar benefiċċji minn din id-Direttiva.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

In-nuqqas ta' strument internazzjonali dwar l-użu ħażin ta' entitajiet fittizji għal finijiet ta' taxxa joħloq lakuna sinifikanti fl-isforzi globali biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Barra minn hekk, joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi fost in-negozji. In-nuqqas ta' tali strument jikkonferma l-importanza tal-istandards legali stabbiliti f'din id-Direttiva. Huwa essenzjali li jiġi ggarantit li l-obbligi previsti f'din id-Direttiva jkunu proporzjonati u effettivi mil-lat tat-tassazzjoni, filwaqt li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

L-użu ħażin ta' entitajiet fittizji għal finijiet ta' taxxa jwassal għal tnaqqis fl-obbligazzjoni ta' taxxa u t-telf tat-taxxa fl-Unjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li din id-Direttiva tistabbilixxi standards ambizzjużi u proporzjonati għad-definizzjoni ta' rekwiżiti minimi komuni ta' sustanza, għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali u għad-dissważjoni tal-użu ta' entitajiet fittizji promossi minn ċerti intermedjarji.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Huwa rikonoxxut li impriżi mingħajr ebda sustanza minima jistgħu jiġu stabbiliti fi Stat Membru bl-objettiv ewlieni li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa, b'mod partikolari billi jimminaw il-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor. Filwaqt li xi Stati Membri żviluppaw qafas leġiżlattiv jew amministrattiv sabiex jipproteġu l-bażi tat-taxxa tagħhom minn skemi bħal dawn, ir-regoli rilevanti spiss ikollhom effett limitat, peress li japplikaw biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u ma jkoprux b'mod effettiv sitwazzjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali li japplikaw f'dan il-qasam ivarjaw b'mod sinifikanti madwar l-Unjoni filwaqt li xi Stati Membri ma għandhom l-ebda regola, sabiex jindirizzaw l-użu ħażin ta' impriżi mingħajr ebda sustanza jew ta' sustanza minima għal finijiet ta' taxxa.

(2)

Huwa rikonoxxut li impriżi mingħajr ebda sustanza minima jistgħu jiġu stabbiliti fi Stat Membru bl-objettiv ewlieni li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa, b'mod partikolari billi jimminaw il-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor u b'hekk joħolqu tieqa ta' opportunità għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa . Filwaqt li xi Stati Membri żviluppaw qafas leġiżlattiv jew amministrattiv sabiex jipproteġu l-bażi tat-taxxa tagħhom minn skemi bħal dawn, ir-regoli rilevanti spiss ikollhom effett limitat, peress li japplikaw biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u ma jkoprux b'mod effettiv sitwazzjonijiet li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed. Barra minn hekk, ir-regoli nazzjonali li japplikaw f'dan il-qasam ivarjaw b'mod sinifikanti madwar l-Unjoni filwaqt li xi Stati Membri ma għandhom l-ebda regola, sabiex jindirizzaw l-użu ħażin ta' impriżi mingħajr ebda sustanza jew ta' sustanza minima għal finijiet ta' taxxa. Għalhekk, huwa importanti li jinħoloq approċċ legali fl-Unjoni kollha biex jiġi żgurat qafas għas-salvagwardja tal-integrità tas-suq intern, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-ogħla standards ta' aċċessibbiltà, sempliċità u trasparenza.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati Membri kontra l-prattiki ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa marbuta mal-użu ta' impriżi li ma jwettqux attività ekonomika anke jekk preżumibbilment ikunu involuti f'attività ekonomika u għalhekk ma jkollhom l-ebda sustanza jew ikollhom biss sustanza minima għal finijiet ta' taxxa. Dan isir sabiex jiġi żgurat li l-impriżi li ma jkollhomx sustanza minima ma jintużawx bħala strumenti ta' evażjoni tat-taxxa jew ta' evitar tat-taxxa. Peress li dawk l-impriżi jistgħu jiġu stabbiliti fi Stat Membru wieħed iżda jistgħu jintużaw bl-effett tal-imminar tal-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor, huwa importanti li jintlaħaq qbil dwar sett komuni ta' regoli għad-determinazzjoni ta' x'jenħtieġ li jitqies bħala sustanza insuffiċjenti għal finijiet ta' taxxa fis-suq intern kif ukoll għad-delinjazzjoni ta' konsegwenzi speċifiċi tat-taxxa marbuta ma' din is-sustanza insuffiċjenti. Meta impriża tinstab li għandha sustanza suffiċjenti skont din id-Direttiva, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jkomplu joperaw regoli kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, sakemm dawn ikunu konsistenti mad-dritt tal-Unjoni.

(3)

Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komuni, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Istati Membri kontra l-prattiki ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa marbuta mal-użu ta' impriżi li ma jwettqux attività ekonomika anke jekk preżumibbilment ikunu involuti f'attività ekonomika u għalhekk ma jkollhom l-ebda sustanza jew ikollhom biss sustanza minima għal finijiet ta' taxxa. Dan isir sabiex jiġi żgurat li l-impriżi li ma jkollhomx sustanza minima ma jintużawx bħala strumenti ta' evażjoni tat-taxxa jew ta' evitar tat-taxxa. Peress li dawk l-impriżi jistgħu jiġu stabbiliti fi Stat Membru wieħed iżda jistgħu jintużaw bl-effett tal-imminar tal-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor, huwa importanti li jintlaħaq qbil dwar sett komuni ta' regoli għad-determinazzjoni ta' x'jenħtieġ li jitqies bħala sustanza insuffiċjenti għal finijiet ta' taxxa fis-suq intern kif ukoll għad-delinjazzjoni ta' konsegwenzi speċifiċi tat-taxxa marbuta ma' din is-sustanza insuffiċjenti. Meta impriża tinstab li għandha sustanza suffiċjenti skont din id-Direttiva, dan jenħtieġ li ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jkomplu joperaw regoli aktar stretti ta' sustanza minima u regoli oħra kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, sakemm dawn ikunu konsistenti mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, iż-żieda fil-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u t-titjib tal-iskambju ta' -informazzjoni madwar l-Unjoni huma tal-akbar importanza. Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jikkondividu l-informazzjoni rilevanti li għandhom aċċess għaliha, jimplimentaw sistemi li jappoġġaw l-iskambju ta' dik l-informazzjoni u, bħala pass finali, jinfurzaw sanzjonijiet proposti kontra entitajiet li ma jikkonformawx. B'appoġġ għal din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tissuġġerixxi attivitajiet speċifiċi fi ħdan il-programm Fiscalis.

Emenda 8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv, ir-regoli jenħtieġ li japplikaw għall-impriżi kollha fl-Unjoni li huma taxxabbli fi Stat Membru, irrispettivament mill-forma u mill-istatus ġuridiċi tagħhom, sakemm ikollhom ir-residenza tagħhom għal finijiet ta' taxxa fi Stat Membru u jkunu eliġibbli sabiex jiksbu ċertifikat ta' residenza fiskali f'dak l-Istat Membru.

(4)

Sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv u proporzjonat , ir-regoli jenħtieġ li japplikaw għall-impriżi fl-Unjoni li huma taxxabbli fi Stat Membru, irrispettivament mill-forma u mill-istatus ġuridiċi tagħhom, sakemm ikollhom ir-residenza tagħhom għal finijiet ta' taxxa fi Stat Membru u jkunu eliġibbli sabiex jiksbu ċertifikat ta' residenza fiskali f'dak l-Istat Membru. Dak il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' huwa mmitigat minn sett ta' standards rigward l-attività ekonomika tal-impriżi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda 9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-proporzjonalità u l-effettività tar-regoli potenzjali, ikun tajjeb li l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom jiġi llimitat għal impriżi fir-riskju li jinstabu li ma jkollhomx sustanza minima u li jintużaw bl-objettiv ewlieni li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa. Għalhekk, ikun importanti li jiġi stabbilit kriterju primarju (gateway), fil-forma ta' sett ta' tliet kundizzjonijiet kumulattivi u indikattivi, sabiex jiġi konkluż liema impriżi huma fir-riskju biżżejjed kif imsemmi qabel sabiex jiġġustifikaw li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar. L-ewwel kundizzjoni jenħtieġ li tippermetti l-identifikazzjoni ta' impriżi preżumibbilment involuti prinċipalment f'attivitajiet ekonomiċi ġeografikament mobbli, peress li l-post fejn jitwettqu dawn l-attivitajiet normalment ikun aktar diffiċli sabiex jiġi identifikat. Attivitajiet bħal dawn normalment iwasslu għal flussi importanti ta' introjtu passiv. Għalhekk, l-impriżi, li l-introjtu tagħhom jikkonsisti fil-biċċa l-kbira fi flussi ta' introjtu passiv, jissodisfaw din il-kundizzjoni. Jenħtieġ li jitqies ukoll li l-entitajiet li għandhom assi għall-użu privat, bħal proprjetà immobbli, jottijiet, ġettijiet, xogħlijiet tal-arti, jew ekwità biss, jista' ma jkollhomx introjtu għal perjodi ta' żmien itwal, iżda xorta waħda jippermettu benefiċċji sinifikanti tat-taxxa permezz tas-sjieda ta' dawk l-assi. Peress li sitwazzjonijiet purament domestiċi ma joħolqux riskju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jkunu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell domestiku, it-tieni kundizzjoni jenħtieġ li tiffoka fuq impriżi involuti f'attivitajiet transfruntiera. Jenħtieġ li jiġi stabbilit l-involviment f'attivitajiet transfruntiera fir-rigward, minn naħa waħda, tan-natura tat-tranżazzjonijiet tal-impriża, domestiċi jew barranin, u min-naħa l-oħra, tal-proprjetà tagħha, minħabba li l-entitajiet li għandhom biss assi privati, mhux kummerċjali, ma jistgħux jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet għal żmien konsiderevoli. Barra minn hekk, it-tielet kundizzjoni jenħtieġ li tindika lil dawk l-impriżi li ma għandhom l-ebda riżorsi proprji jew riżorsi proprji mhux adegwati sabiex iwettqu attivitajiet ta' ġestjoni ewlenin. F'dan ir-rigward, l-impriżi li ma għandhomx riżorsi proprji adegwati għandhom it-tendenza li jinvolvu lil fornituri terzi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni, ta' servizzi ta' korrispondenza u ta' konformità legali jew li jidħlu fi ftehimiet rilevanti ma' intrapriżi assoċjati għall-provvista ta' dawn is-servizzi sabiex jistabbilixxu u jżommu preżenza legali u tat-taxxa. L-esternalizzazzjoni ta' ċerti servizzi anċillari biss, bħas-servizzi taż-żamma tal-kotba biss , filwaqt li l-attivitajiet ewlenin jibqgħu f'idejn l-impriża, fiha nnifisha ma tkunx biżżejjed sabiex impriża tissodisfa din il-kundizzjoni. Filwaqt li dawn il-fornituri ta' servizzi jistgħu jiġu rregolati għal finijiet oħrajn, mhux tat-taxxa, l-obbligi tagħhom għal dawn il-finijiet oħrajn ma jistgħux dejjem itaffu r-riskju li jippermettu l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' impriżi użati ħażin għal prattiki ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa.

(5)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern, il-proporzjonalità u l-effettività tar-regoli potenzjali, ikun tajjeb li l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom jiġi llimitat għal impriżi fir-riskju li jinstabu li ma jkollhomx sustanza minima u li jintużaw prinċipalment biex jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa. Għalhekk, ikun importanti li jiġi stabbilit kriterju primarju (gateway), fil-forma ta' sett ta' tliet kundizzjonijiet kumulattivi u indikattivi, sabiex jiġi konkluż liema impriżi huma fir-riskju biżżejjed kif imsemmi qabel sabiex jiġġustifikaw li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar. L-impriżi jenħtieġ li jwettqu t-test gateway waħedhom fil-forma ta' awtovalutazzjoni. L-ewwel kundizzjoni jenħtieġ li tippermetti l-identifikazzjoni ta' impriżi preżumibbilment involuti prinċipalment f'attivitajiet ekonomiċi ġeografikament mobbli, peress li l-post fejn jitwettqu dawn l-attivitajiet normalment ikun aktar diffiċli sabiex jiġi identifikat. Attivitajiet bħal dawn normalment iwasslu għal flussi importanti ta' introjtu passiv. Għalhekk, l-impriżi, li l-introjtu tagħhom jikkonsisti fil-biċċa l-kbira fi flussi ta' introjtu passiv, jissodisfaw din il-kundizzjoni. Jenħtieġ li jitqies ukoll li l-entitajiet li għandhom assi għall-użu privat, bħal proprjetà immobbli, jottijiet, ġettijiet, arti jew ekwità biss, jista' ma jkollhomx introjtu għal perjodi ta' żmien itwal, iżda xorta waħda jippermettu benefiċċji sinifikanti tat-taxxa permezz tas-sjieda ta' dawk l-assi. Peress li sitwazzjonijiet purament domestiċi ma joħolqux riskju għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jkunu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell domestiku, it-tieni kundizzjoni jenħtieġ li tiffoka fuq impriżi involuti f'attivitajiet transfruntiera. Jenħtieġ li jiġi stabbilit l-involviment f'attivitajiet transfruntiera fir-rigward, minn naħa waħda, tan-natura tat-tranżazzjonijiet tal-impriża, domestiċi jew barranin, u min-naħa l-oħra, tal-proprjetà tagħha, minħabba li l-entitajiet li għandhom biss assi għall-użu privat ma jistgħux jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet għal żmien konsiderevoli. Barra minn hekk, it-tielet kundizzjoni jenħtieġ li tindika lil dawk l-impriżi li ma għandhom l-ebda riżorsi proprji jew riżorsi proprji mhux adegwati sabiex iwettqu attivitajiet ta' ġestjoni ewlenin. F'dan ir-rigward, l-impriżi li ma għandhomx riżorsi proprji adegwati għandhom it-tendenza li jinvolvu lil fornituri terzi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni, ta' servizzi ta' korrispondenza u ta' konformità legali jew li jidħlu fi ftehimiet rilevanti ma' intrapriżi assoċjati għall-provvista ta' dawn is-servizzi sabiex jistabbilixxu u jżommu preżenza legali u tat-taxxa. L-esternalizzazzjoni ta' ċerti servizzi anċillari biss, bħas-servizzi taż-żamma tal-kotba, filwaqt li l-attivitajiet ewlenin jibqgħu f'idejn l-impriża, fiha nnifisha ma tkunx biżżejjed sabiex impriża tissodisfa din il-kundizzjoni. Filwaqt li dawn il-fornituri ta' servizzi jistgħu jiġu rregolati għal finijiet oħrajn, mhux tat-taxxa, l-obbligi tagħhom għal dawn il-finijiet oħrajn ma jistgħux dejjem itaffu r-riskju li jippermettu l-istabbiliment u l-manutenzjoni ta' impriżi użati ħażin għal prattiki ta' evitar u ta' evażjoni tat-taxxa.

Emenda 10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ikun ġust li jiġu esklużi mir-regoli previsti impriżi li l-attivitajiet tagħhom huma soġġetti għal livell adegwat ta' trasparenza u għalhekk ma jippreżentawx riskju ta' nuqqas ta' sustanza għal finijiet ta' taxxa. Kumpaniji li għandhom titolu trasferibbli ammess għan-negozjar jew elenkat f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar kif ukoll ċerti impriżi finanzjarji li huma regolati ħafna fl-Unjoni, direttament jew indirettament, u soġġetti għal aktar rekwiżiti ta' trasparenza u superviżjoni, jenħtieġ li bl-istess mod jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Impriżi azzjonarji puri li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni tas-sussidjarja operazzjonali u tas-sid(ien) benefiċjarju(i) tagħhom lanqas ma huma probabbli li jservu l-objettiv li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa. Każ simili huwa dak ta' impriżi subazzjonarji li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni tal-azzjonist tagħhom jew tal-entità prinċipali aħħarija. Abbażi ta' dan, jenħtieġ li dawn ukoll jiġu esklużi. L-impriżi li jinvolvu numru adegwat ta' persuni, full-time u esklużivament, sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom jenħtieġ li bl-istess mod ma jitqisux li ma għandhomx sustanza minima. Filwaqt li ma humiex raġonevolment mistennija li jgħaddu mill-kriterju primarju (gateway), jenħtieġ li dawn jiġu esklużi b'mod espliċitu għal finijiet ta' ċertezza legali.

(6)

Huwa ġust u proporzjonat li jiġu esklużi mir-regoli previsti impriżi li l-attivitajiet tagħhom huma soġġetti għal livell adegwat ta' trasparenza u  superviżjoni fiskali u għalhekk ma jippreżentawx riskju ta' nuqqas ta' sustanza għal finijiet ta' taxxa. Kumpaniji li għandhom titolu trasferibbli ammess għan-negozjar jew elenkat f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar kif ukoll ċerti impriżi finanzjarji li huma regolati ħafna fl-Unjoni, direttament jew indirettament, u soġġetti għal aktar rekwiżiti ta' trasparenza u superviżjoni, jenħtieġ li bl-istess mod jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Impriżi azzjonarji puri li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni tas-sussidjarja operazzjonali u tas-sid(ien) benefiċjarju(i) tagħhom lanqas ma huma probabbli li jservu l-objettiv li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa. Każ simili huwa dak ta' impriżi subazzjonarji li jinsabu fl-istess ġuriżdizzjoni tal-azzjonist tagħhom jew tal-entità prinċipali aħħarija. Abbażi ta' dan, jenħtieġ li dawn ukoll jiġu esklużi. Dik l-esklużjoni tapplika espressament għall-impriżi li huma regolati jew li jippreżentaw ftit riskju li jkunu nieqsa minn sustanza. L-esklużjoni jenħtieġ li titqies bħala entità b'entità u jenħtieġ li ma titwessax biex tkopri grupp sħiħ.

Emenda 11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-impriżi fir-riskju li jinstabu li ma għandhomx sustanza u li jintużaw bl-objettiv ewlieni li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa jenħtieġ li jiddikjaraw, fid-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tagħhom, li għandhom livell minimu ta' riżorsi bħal persuni u bini fl-Istat Membru tar-residenza fiskali u jipprovdu evidenza dokumentarja jekk dan ikun il-każ. Filwaqt li huwa rikonoxxut li attivitajiet differenti jistgħu jeħtieġu livell jew tip differenti ta' riżorsi, ikun mistenni livell minimu komuni ta' riżorsi fiċ-ċirkostanzi kollha. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li timmira biss li tidentifika s-sustanza tal-impriżi għal finijiet ta' taxxa u ma tiddubitax ir-rwol li “fornituri ta' servizzi ta' trusts jew kumpaniji”, kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), għandhom fl-identifikazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tagħhom u l-finanzjament tat-terroriżmu. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta' livell minimu ta' riżorsi jista' jitqies bħala indikazzjoni li ma hemmx sustanza meta impriża tkun diġà fir-riskju li tinstab li ma għandhiex sustanza għal finijiet ta' taxxa. Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-istandards internazzjonali rilevanti, livell minimu komuni jenħtieġ li jibbaża fuq l-istandards eżistenti tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar attività ekonomika sostanzjali fil-kuntest ta' reġimi tat-taxxa preferenzjali jew fin-nuqqas ta' tassazzjoni korporattiva (13), kif żviluppat fil-kuntest tal-Forum dwar il-Prattiki ta' Taxxa Dannużi. Huwa meħtieġ li tiġi prevista l-preżentazzjoni ta' evidenza dokumentarja mad-dikjarazzjoni tat-taxxa b'appoġġ għad-dikjarazzjoni tal-impriża li għandha minimu ta' riżorsi. Huwa meħtieġ ukoll sabiex l-amministrazzjoni tkun tista' tifforma opinjoni bbażata fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-impriża u tiddeċiedi jekk tinbediex proċedura tal-awditjar.

(8)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-impriżi inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u fir-riskju li jinstabu li ma għandhomx sustanza u li jintużaw bl-objettiv ewlieni li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa jenħtieġ li jiddikjaraw, fid-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tagħhom, li għandhom livell minimu ta' riżorsi , jiġifieri persuni u bini fl-Istat Membru tar-residenza fiskali, u jipprovdu evidenza dokumentarja jekk dan ikun il-każ. Ir-rekwiżit relatat mal-bini fi Stat Membru jenħtieġ li jqis il-prevalenza dejjem akbar ta' xogħol remot, li minħabba fih intrapriżi leġittimi jnaqqsu l-bini tagħhom u jitbiegħdu minn sitwazzjoni fejn iżommu bini esklużiv . Filwaqt li huwa rikonoxxut li attivitajiet differenti jistgħu jeħtieġu livell jew tip differenti ta' riżorsi, ikun mistenni livell minimu komuni ta' riżorsi fiċ-ċirkostanzi kollha. Din il-valutazzjoni jenħtieġ li timmira biss li tidentifika s-sustanza tal-impriżi għal finijiet ta' taxxa u ma tiddubitax ir-rwol li “fornituri ta' servizzi ta' trusts jew kumpaniji”, kif definit fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), għandhom fl-identifikazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tagħhom u l-finanzjament tat-terroriżmu. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta' livell minimu ta' riżorsi jista' jitqies bħala indikazzjoni li ma hemmx sustanza meta impriża tkun diġà fir-riskju li tinstab li ma għandhiex sustanza għal finijiet ta' taxxa. Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà mal-istandards internazzjonali rilevanti, livell minimu komuni jenħtieġ li jibbaża fuq l-istandards eżistenti tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar attività ekonomika sostanzjali fil-kuntest ta' reġimi tat-taxxa preferenzjali jew fin-nuqqas ta' tassazzjoni korporattiva (13), kif żviluppat fil-kuntest tal-Forum dwar il-Prattiki ta' Taxxa Dannużi. Huwa meħtieġ li tiġi prevista l-preżentazzjoni ta' evidenza dokumentarja mad-dikjarazzjoni tat-taxxa b'appoġġ għad-dikjarazzjoni tal-impriża li għandha minimu ta' riżorsi. Huwa meħtieġ ukoll sabiex l-amministrazzjoni tkun tista' tifforma opinjoni bbażata fuq il-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-impriża u tiddeċiedi jekk tinbediex proċedura tal-awditjar.

Emenda 12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tat-taxxa, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi. Jenħtieġ li l-impriżi li jissodisfaw il-kriterju primarju (gateway) u konsegwentement ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar jiġu preżunti li ma jkollhomx sustanza suffiċjenti għal finijiet ta' taxxa jekk jiddikjaraw ukoll li ma jkollhomx wieħed jew aktar mill-elementi li b'mod kumulattiv jikkostitwixxu livell minimu ta' sustanza, jew ma jipprovdux l-evidenza ta' sostenn meħtieġa. L-impriżi li jiddikjaraw li għandhom l-elementi kollha tal-livell minimu ta' sustanza u li jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa jenħtieġ li minflok jiġu preżunti li għandhom sustanza minima għal finijiet ta' taxxa u jenħtieġ li ma jġarrbu l-ebda obbligu u konsegwenza ulterjuri skont din id-Direttiva. Madankollu, dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi applikabbli u d-dritt tal-amministrazzjoni li twettaq awditu, inkluż abbażi tad-dokumentazzjoni ta' sostenn, u li possibbilment tasal għal konklużjoni differenti .

(9)

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza u l-istabbiltà tat-taxxa, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti regoli komuni dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi. Jenħtieġ li l-impriżi li jissodisfaw il-kriterju primarju (gateway) u konsegwentement ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' rapportar jiġu preżunti li ma jkollhomx sustanza suffiċjenti għal finijiet ta' taxxa jekk jiddikjaraw ukoll li ma jkollhomx wieħed jew aktar mill-elementi li b'mod kumulattiv jikkostitwixxu livell minimu ta' sustanza, jew ma jipprovdux l-evidenza ta' sostenn meħtieġa. L-impriżi li jiddikjaraw li għandhom l-elementi kollha tal-livell minimu ta' sustanza u li jipprovdu d-dokumentazzjoni ta' sostenn meħtieġa jenħtieġ li minflok jiġu preżunti li għandhom sustanza minima għal finijiet ta' taxxa u jenħtieġ li ma jġarrbu l-ebda obbligu u konsegwenza ulterjuri skont din id-Direttiva. Madankollu, dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe liġi applikabbli u d-dritt tal-amministrazzjoni li twettaq awditu, inkluż abbażi tad-dokumentazzjoni ta' sostenn . Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jallokaw ir-riżorsi tal-amministrazzjoni tat-taxxa tagħhom b'mod effiċjenti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddeterminaw perjodu li matulu l-impriża tkun preżunta li jkollha sustanza minima, dment li ċ-ċirkostanzi fattwali u legali tal-impriża jibqgħu l-istess matul dak il-perjodu.

Emenda 13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Huwa rikonoxxut li jekk impriża hijiex qiegħda twettaq attivitajiet ekonomiċi għal finijiet ta' taxxa jew jekk isservix l-aktar għal finijiet ta' evitar jew ta' evażjoni tat-taxxa fl-aħħar mill-aħħar hija kwistjoni ta' fatti u ċirkostanzi. Dan jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ fir-rigward ta' kull impriża speċifika. Għalhekk, l-impriżi preżunti li ma għandhomx sustanza minima għal finijiet ta' taxxa jenħtieġ li jkunu intitolati li jipprovaw il-kuntrarju, inkluż li jipprovaw li ma jaqdux primarjament objettivi ta' taxxa, u jikkonfutaw din il-preżunzjoni. Wara li jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni addizzjonali lill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn jirrisjedu għal finijiet ta' taxxa. Filwaqt li jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jqisu xierqa, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni ta' dak li jista' jikkostitwixxi evidenza addizzjonali xierqa u għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa fil-każijiet kollha. Fejn l-Istat Membru, abbażi ta' din l-evidenza addizzjonali, iqis li impriża tkun ikkonfutat preżunzjoni ta' nuqqas ta' sustanza b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkun jista' joħroġ deċiżjoni sabiex jiċċertifika li l-impriża għandha sustanza minima għal finijiet ta' taxxa f'konformità ma' din id-Direttiva. Din id-deċiżjoni tista' tibqa' valida għall-perjodu li matulu ċ-ċirkostanzi fattwali u legali tal-impriża jibqgħu l-istess u sa sitt snin minn meta tinħareġ id-deċiżjoni. Dan se jippermetti li jiġu llimitati r-riżorsi allokati għal każijiet li jkunu ġew ipprovati li ma humiex fittizji għall-finijiet tad-Direttiva.

(10)

L-evalwazzjoni dwar jekk impriża hijiex qiegħda twettaq attivitajiet ekonomiċi għal finijiet ta' taxxa jew jekk isservix l-aktar għal finijiet ta' evitar jew ta' evażjoni tat-taxxa fl-aħħar mill-aħħar hija kwistjoni ta' fatti u ċirkostanzi. Dan jenħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta' każ b'każ fir-rigward ta' kull impriża speċifika. Għalhekk, l-impriżi preżunti li ma għandhomx sustanza minima għal finijiet ta' taxxa jenħtieġ li jkunu intitolati li jipprovaw il-kuntrarju, inkluż li jipprovaw li ma jaqdux primarjament objettivi ta' taxxa, u jikkonfutaw din il-preżunzjoni. Wara li jissodisfaw l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja lill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn jirrisjedu għal finijiet ta' taxxa. Filwaqt li jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jqisu xierqa, huwa essenzjali li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni ta' dak li jista' jikkostitwixxi evidenza addizzjonali xierqa u għalhekk jenħtieġ li jkunu meħtieġa fil-każijiet kollha. Fejn l-Istat Membru, abbażi ta' din l-evidenza addizzjonali, iqis li impriża tkun ikkonfutat preżunzjoni ta' nuqqas ta' sustanza b'mod sodisfaċenti, jenħtieġ li jkun jista' joħroġ deċiżjoni sabiex jiċċertifika li l-impriża għandha sustanza minima għal finijiet ta' taxxa f'konformità ma' din id-Direttiva. Din id-deċiżjoni tista' tibqa' valida għall-perjodu li matulu ċ-ċirkostanzi fattwali u legali tal-impriża jibqgħu l-istess u sa ħames snin minn meta tinħareġ id-deċiżjoni. Dan se jippermetti li jiġu llimitati r-riżorsi allokati għal każijiet li jkunu ġew ipprovati li ma humiex fittizji għall-finijiet tad-Direttiva.

Emenda 14

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tipprevjeni l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa li huwa probabbli li jiffjorixxu permezz ta' azzjonijiet minn impriżi mingħajr sustanza minima, u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tat-taxxa u jittejjeb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa ta' importanza kbira li tiġi prevista l-possibbiltà ta' eżenzjonijiet għal impriżi li jissodisfaw il-kriterju primarju iżda li madankollu l-interpożizzjoni tagħhom ma għandha l-ebda impatt vantaġġjuż reali fuq il-pożizzjoni tat-taxxa ġenerali tal-grupp tal-impriża jew tas-sid(ien) benefiċjarju/i. Għal dik ir-raġuni, dawn l-impriżi jenħtieġ li jkunu intitolati jitolbu lill-amministrazzjoni tal-Istat Membru, fejn jirrisjedu għal finijiet ta' taxxa, sabiex joħorġu deċiżjoni li teżentahom milli jikkonformaw mar-regoli proposti kompletament u bil-quddiem. Din l-eżenzjoni jenħtieġ li tkun limitata wkoll fiż-żmien, sabiex l-amministrazzjoni tkun tista' tivverifika fuq bażi regolari li ċ-ċirkostanzi fattwali u legali li jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta' eżenzjoni jibqgħu validi. Fl-istess ħin, durata potenzjali estiża ta' din id-deċiżjoni se tippermetti li jiġu limitati r-riżorsi allokati għal każijiet li jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

(11)

Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva huwa li tipprevjeni l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa permezz ta' azzjonijiet minn impriżi mingħajr sustanza minima, u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tat-taxxa u jittejjeb il-funzjonament xieraq tas-suq intern, huwa ta' importanza kbira li tiġi prevista l-possibbiltà ta' eżenzjonijiet għal impriżi li jissodisfaw il-kriterju primarju iżda li madankollu l-interpożizzjoni tagħhom ma għandha l-ebda impatt vantaġġjuż reali fuq il-pożizzjoni tat-taxxa ġenerali tal-grupp tal-impriża jew tas-sid(ien) benefiċjarju/i. Għal dik ir-raġuni, dawn l-impriżi jenħtieġ li jkunu intitolati jitolbu lill-amministrazzjoni tal-Istat Membru, fejn jirrisjedu għal finijiet ta' taxxa, sabiex joħorġu deċiżjoni li teżentahom milli jikkonformaw mar-regoli proposti kompletament u bil-quddiem , mingħajr ma l-impriża tkun meħtieġa twettaq it-test tas-sustanza, jekk tkun tista' tipprova n-nuqqas ta' benefiċċju tat-taxxa għall-entità kkonċernata . Din l-eżenzjoni jenħtieġ li tkun limitata wkoll fiż-żmien, sabiex l-amministrazzjoni tkun tista' tivverifika fuq bażi regolari li ċ-ċirkostanzi fattwali u legali li jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta' eżenzjoni jibqgħu validi. Fl-istess ħin, durata potenzjali estiża ta' din id-deċiżjoni se tippermetti li jiġu limitati r-riżorsi allokati għal każijiet li jenħtieġ li jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda 15

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-qafas propost, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti konsegwenzi tat-taxxa xierqa għall-impriżi li ma għandhomx sustanza minima għal finijiet ta' taxxa. L-impriżi li jkunu ssodisfaw il-kriterju primarju u li huma preżunti li ma għandhomx sustanza għal finijiet ta' taxxa filwaqt li, barra minn hekk, ma pprovdewx evidenza għall-kuntrarju jew evidenza li ma jaqdux l-objettiv li jinkiseb benefiċċju fuq it-taxxa, jenħtieġ li ma jitħallewx jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet u ta' konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja tal-introjtu, u fejn applikabbli, il-kapital, li għalih l-Istat Membru tar-residenza fiskali tagħhom ikun parti u minn kwalunkwe ftehim ieħor, inklużi dispożizzjonijiet fi ftehimiet internazzjonali għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-investimenti, b'għan jew effett ekwivalenti. Dawn l-impriżi jenħtieġ li ma jitħallewx jibbenefikaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (14) u mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE (15). Għaldaqstant, dawk l-impriżi jenħtieġ li ma jkunux intitolati għal ċertifikat ta' residenza fiskali sal-punt li dan iservi sabiex jinkisbu dawk il-benefiċċji. L-Istat Membru fejn l-impriża tkun residenti fiskali jenħtieġ li għalhekk jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' residenza fiskali . Inkella, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jkun jista' joħroġ dan iċ-ċertifikat filwaqt li jindika, permezz ta' twissija, li jenħtieġ li ma jintużax mill-impriża sabiex jinkisbu benefiċċji tat-taxxa bħal ta' hawn fuq . Jenħtieġ li dan ir-rifjut ta' ċertifikat ta' residenza fiskali , jew inkella tal-ħruġ ta' ċertifikat speċjali ta' residenza fiskali, ma jwarrabx ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-impriża fir-rigward tar-residenza fiskali u l-obbligi rilevanti marbuta magħhom. Pjuttost iservi sabiex jikkomunika lil Stati Membri oħrajn, u lil pajjiżi terzi, li jenħtieġ li ma tingħata l-ebda ħelsien jew rifużjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu lil din l-impriża abbażi ta' kwalunkwe trattat mal-Istat Membru tal-impriża jew tad-Direttivi tal-Unjoni, jekk applikabbli.

(13)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-qafas propost, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti konsegwenzi tat-taxxa xierqa għall-impriżi li ma għandhomx sustanza minima għal finijiet ta' taxxa. L-impriżi li jkunu ssodisfaw il-kriterju primarju u li huma preżunti li ma għandhomx sustanza għal finijiet ta' taxxa filwaqt li, barra minn hekk, ma pprovdewx evidenza għall-kuntrarju jew evidenza li ma jaqdux l-objettiv li jinkiseb benefiċċju fuq it-taxxa, jenħtieġ li ma jitħallewx jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet u ta' konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja tal-introjtu, u fejn applikabbli, il-kapital, li għalih l-Istat Membru tar-residenza fiskali tagħhom ikun parti u minn kwalunkwe ftehim ieħor, inklużi dispożizzjonijiet fi ftehimiet internazzjonali għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-investimenti, b'għan jew effett ekwivalenti. Dawn l-impriżi jenħtieġ li ma jitħallewx jibbenefikaw mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE (14) u mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE (15). Għaldaqstant, dawk l-impriżi jenħtieġ li ma jkunux intitolati għal ċertifikat ta' residenza fiskali sal-punt li dan iservi sabiex jinkisbu dawk il-benefiċċji. L-Istat Membru fejn l-impriża tkun residenti fiskali jenħtieġ li għalhekk jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' residenza fiskali u joħroġ dikjarazzjoni li tindika l-bażi li fuqha tkun ittieħdet id-deċiżjoni . Jenħtieġ li dan ir-rifjut ta' ċertifikat ta' residenza fiskali ma jwarrabx ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-impriża fir-rigward tar-residenza fiskali u l-obbligi rilevanti marbuta magħhom. Pjuttost iservi sabiex jikkomunika lil Stati Membri oħrajn, u lil pajjiżi terzi, li jenħtieġ li ma tingħata l-ebda ħelsien jew rifużjoni fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu lil din l-impriża abbażi ta' kwalunkwe trattat mal-Istat Membru tal-impriża jew tad-Direttivi tal-Unjoni, jekk applikabbli.

Emenda 16

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li dawk il-konsegwenzi tat-taxxa jiġu artikolati b'mod konsistenti mal-ftehimiet bilaterali tat-taxxa eżistenti konklużi bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Emenda 17

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Għalhekk jenħtieġ li d-Direttiva 2011/16/UE tiġi emendata skont dan.

(15)

Fid-dawl tal-fatt li d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC) stabbiliet ir-regoli u l-proċeduri għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni għal finijiet ta' taxxa, jenħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tiġi emendata skont dan u tippermetti lill-Istati Membri jiskambjaw awtomatikament l-informazzjoni li jirċievu fil-qafas ta' din id-Direttiva .

Emenda 18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Sabiex tittejjeb l-effettività, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dawn il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza tat-taxxa u livell minimu ta' koordinazzjoni fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita penali monetarja minima, filwaqt li titqies ukoll is-sitwazzjoni ta' kull impriża speċifika. Ir-regoli previsti jiddependu fuq l-awtovalutazzjoni mill-impriżi fir-rigward ta' jekk jissodisfawx il-kriterji primarji jew le. Sabiex tinkiseb l-effettività tad-dispożizzjonijiet, l-inċentivar ta' konformità adegwata madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies li impriża fittizja fi Stat Membru wieħed tista' tintuża sabiex timmina l-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor, huwa importanti li kwalunkwe Stat Membru jkollu d-dritt li jitlob lil Stat Membru ieħor iwettaq awditi tat-taxxa ta' impriżi fir-riskju li ma jissodisfawx is-sustanza minima kif definita f'din id-Direttiva. Għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-effettività, huwa essenzjali li l-Istat Membru li lilu ssir it-talba jkollu obbligu li jwettaq dan l-awditjar u li jikkondividi informazzjoni dwar l-eżitu, anke fejn ma jkun hemm l-ebda sejba ta' entità “fittizja”.

(16)

Sabiex tittejjeb l-effettività, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali kontra l-ksur tar-regoli nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva. Dawn il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza tat-taxxa u livell minimu ta' koordinazzjoni fl-Istati Membri kollha, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita penali monetarja minima, filwaqt li titqies ukoll is-sitwazzjoni ta' kull impriża speċifika. Ir-regoli previsti jiddependu fuq awtovalutazzjoni mwettqa mill-impriżi biex jiġi determinat jekk jissodisfawx il-kriterji primarji jew le. Sabiex tinkiseb l-effettività tad-dispożizzjonijiet, l-inċentivar ta' konformità adegwata madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies li impriża fittizja fi Stat Membru wieħed tista' tintuża sabiex timmina l-bażi tat-taxxa ta' Stat Membru ieħor, huwa importanti li kwalunkwe Stat Membru jkollu d-dritt li jitlob lil Stat Membru ieħor iwettaq awditi tat-taxxa ta' impriżi fir-riskju li ma jissodisfawx is-sustanza minima kif definita f'din id-Direttiva. L-awditi konġunti jippermettu l-ġbir flimkien ta' għarfien espert, u b'hekk jiżguraw determinazzjoni sħiħa tal-fatti u jippromwovu l-aċċettazzjoni tar-riżultati tal-awditjar. Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514  (16) ħolqot qafas uniformi għall-awditi konġunti u għalhekk, f'każijiet xierqa, jenħtieġ li jintużaw.

Emenda 19

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-regoli l-ġodda proposti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u minn data oħra disponibbli. Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiġi ppubblikat.

(18)

Sabiex tiġi evalwata l-effettività tar-regoli l-ġodda proposti, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq id-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri u fuq il-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u minn data oħra disponibbli. Ir-rapport tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiġi ppubblikat u, jekk xieraq, ikun akkumpanjat minn rieżami bil-ħsieb li tiżdied l-effettività ta' din id-Direttiva u minn proposta leġiżlattiva li temenda din id-Direttiva .

Emenda 20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

“sid benefiċjarju” tfisser sid benefiċjarju kif definit fil-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ;

(5)

“sid benefiċjarju” tfisser sid benefiċjarju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 22, ta' [jekk jogħġbok daħħal ir-referenza – proposta għal regolament dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu – (COM(2021)0420) final] ;

Emenda 21

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

“benefiċċju tat-taxxa” tfisser tnaqqis fl-obbligazzjonijiet obbligatorji ta' impriża lejn il-gvern tar-residenza tat-taxxa.

Emenda 22

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7:

1.   L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi li jissodisfaw il-kriterji kumulattivi li ġejjin jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7:

Emenda 23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

aktar minn 75  % tad-dħul li jakkumula għall-impriża fis-sentejn tat-taxxa preċedenti huwa introjtu rilevanti;

(a)

aktar minn 65  % tad-dħul li jakkumula għall-impriża fis-sentejn tat-taxxa preċedenti huwa introjtu rilevanti;

Emenda 24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

aktar minn 60  % tal-valur kontabilistiku tal-assi tal-impriża li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(e) u (f) kien jinsab barra mill-Istat Membru tal-impriża fis-sentejn tat-taxxa preċedenti;

(i)

aktar minn 55  % tal-valur kontabilistiku tal-assi tal-impriża li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4(e) u (f) kien jinsab barra mill-Istat Membru tal-impriża fis-sentejn tat-taxxa preċedenti;

Emenda 25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

mill-anqas 60 % tal-introjtu rilevanti tal-impriża jinkiseb jew jitħallas permezz ta' tranżazzjonijiet transfruntiera;

(ii)

aktar minn 55  % tal-introjtu rilevanti tal-impriża jinkiseb jew jitħallas permezz ta' tranżazzjonijiet transfruntiera;

Emenda 26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

fis-sentejn tat-taxxa preċedenti, l-impriża esternalizzat l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' kuljum u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar funzjonijiet sinifikanti.

(c)

fis-sentejn tat-taxxa preċedenti, l-impriża esternalizzat l-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta' kuljum u t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar funzjonijiet sinifikanti lil parti terza .

Emenda 27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jaqgħu fi ħdan kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7:

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li ġejjin ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7:

Emenda 28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

impriżi b'mill-anqas ħames impjegati jew membri tal-persunal ekwivalenti full-time proprji li esklużivament iwettqu l-attivitajiet li jiġġeneraw l-introjtu rilevanti;

imħassar

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-impriża għandha l-bini tagħha stess fl-Istat Membru, jew bini għall-użu esklużiv tagħha;

(a)

l-impriża għandha l-bini tagħha stess fl-Istat Membru, bini għall-użu esklużiv tagħha jew bini maqsum ma' entitajiet tal-istess grupp ;

Emenda 30

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-impriża għandha mill-anqas kont bankarju wieħed proprju u attiv fl-Unjoni;

(b)

l-impriża għandha mill-anqas kont bankarju wieħed proprju u attiv jew kont ta' flus elettroniċi fl-Unjoni li permezz tiegħu l-introjtu rilevanti jiġi riċevut ;

Emenda 31

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c – punt i – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

huma kwalifikati u awtorizzati jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet li jiġġeneraw introjtu rilevanti għall-impriża jew fir-rigward tal-assi tal-impriża;

(2)

huma awtorizzati jieħdu deċiżjonijiet fir-rigward tal-attivitajiet li jiġġeneraw introjtu rilevanti għall-impriża jew fir-rigward tal-assi tal-impriża;

Emenda 32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c – punt i – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

jużaw b'mod attiv u indipendenti l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (2) fuq bażi regolari;

imħassar

Emenda 33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c – punt i – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

ma humiex impjegati ta' intrapriża li ma hijiex intrapriża assoċjata u li ma jwettqux il-funzjoni ta' direttur jew ekwivalenti ta' intrapriżi oħrajn li ma humiex intrapriżi assoċjati;

imħassar

Emenda 34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

il-maġġoranza tal-impjegati ekwivalenti full-time tal-impriża huma residenti fiskali fl-Istat Membru tal-impriża, jew f'distanza minn dak l-Istat Membru li tkun kompatibbli mat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tagħhom, u dawn l-impjegati jkunu kwalifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li jiġġeneraw introjtu rilevanti għall-impriża.

(ii)

il-maġġoranza tal-impjegati ekwivalenti full-time tal-impriża jkollhom residenza abitwali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 593/2008 fl-Istat Membru tal-impriża, jew f'distanza minn dak l-Istat Membru li tkun kompatibbli mat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tagħhom, u dawn l-impjegati jkunu kwalifikati sabiex iwettqu l-attivitajiet li jiġġeneraw introjtu rilevanti għall-impriża.

Emenda 35

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tal-impriża u l-intrapriżi assoċjati u kwalunkwe arranġament sinifikanti ta' esternalizzazzjoni, inkluż ir-raġunament wara l-istruttura, deskritt fil-kuntest ta' format standardizzat;

Emenda 36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

rapport sommarju tal-evidenza dokumentarja ppreżentata skont dan il-paragrafu, li jkun jinkludi b'mod partikolari:

deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tal-impriża;

l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time;

l-ammont ta' profitt jew telf qabel u wara t-taxxi.

Emenda 37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Impriża li tiddikjara li tissodisfa l-indikaturi kollha tas-sustanza minima stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u li tipprovdi l-evidenza dokumentarja ta' sostenn sodisfaċenti f'konformità mal-Artikolu 7(2) għandha tiġi preżunta li għandha sustanza minima għas-sena fiskali.

1.   Impriża li tiddikjara li tissodisfa l-indikaturi kollha tas-sustanza minima stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u li tipprovdi l-evidenza dokumentarja ta' sostenn neċessarja f'konformità mal-Artikolu 7(2) għandha tiġi preżunta li għandha sustanza minima għas-sena fiskali.

Emenda 38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Impriża li tiddikjara li ma tissodisfax wieħed jew aktar mill-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jew li ma tipprovdix evidenza dokumentarja ta' sostenn sodisfaċenti f'konformità mal-Artikolu 7(2) għandha tiġi preżunta li ma għandhiex sustanza minima għas-sena fiskali.

2.   Impriża li tiddikjara li ma tissodisfax wieħed jew aktar mill-indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 7(1) jew li ma tipprovdix evidenza dokumentarja ta' sostenn neċessarja f'konformità mal-Artikolu 7(2) għandha tiġi preżunta li ma għandhiex sustanza minima għas-sena fiskali.

Emenda 39

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jippermettu lill-impriżi li huma preżunti li ma għandhomx sustanza minima skont l-Artikolu 8(2) jikkonfutaw din il-preżunzjoni billi jipprovdu kwalunkwe evidenza ta' sostenn addizzjonali tal-attivitajiet kummerċjali li jwettqu sabiex jiġġeneraw introjtu rilevanti.

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jippermettu lill-impriżi li huma preżunti li ma għandhomx sustanza minima skont l-Artikolu 8(2) jikkonfutaw din il-preżunzjoni , mingħajr dewmien żejjed u kostijiet amministrattivi eċċessivi, billi jipprovdu kwalunkwe evidenza ta' sostenn addizzjonali tal-attivitajiet kummerċjali li jwettqu sabiex jiġġeneraw introjtu rilevanti.

Emenda 40

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dokument li jippermetti li tiġi aċċertata r-raġuni kummerċjali għall-istabbiliment tal-impriża;

(a)

dokument li jippermetti li tiġi aċċertata r-raġuni tan-negozju għall-istabbiliment tal-impriża fl-Istat Membru fejn titwettaq l-attività ;

Emenda 41

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

informazzjoni dwar il-profili tal-impjegati, inklużi l-livell tal-esperjenza tagħhom, is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom fl-organizzazzjoni, ir-rwol u l-pożizzjoni ġenerali fl-organigramma, it-tip tal-kuntratt tal-impjieg tagħhom, il-kwalifiki u d-durata tal-impjieg tagħhom;

(b)

informazzjoni dwar il-profili tal-impjegati full-time , part-time u freelance, jiġifieri l-livell tal-esperjenza tagħhom, is-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom fl-organizzazzjoni, ir-rwol u l-pożizzjoni ġenerali fl-organigramma, it-tip tal-kuntratt tal-impjieg tagħhom, il-kwalifiki u d-durata tal-impjieg tagħhom , is-salvagwardja ta' livelli għoljin ta' protezzjoni u privatezza tad-data ;

Emenda 42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istat Membru għandu jikkunsidra t-talba għall-konfutazzjoni tal-preżunzjoni fi żmien disa' xhur wara l-introduzzjoni tat-talba u din għandha titqies bħala aċċettata fin-nuqqas ta' tweġiba mill-Istat Membru wara li jiskadi dak il-perjodu ta' disa' xhur.

Emenda 43

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Stat Membru għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex jippermetti lil impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) titlob eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont din id-Direttiva jekk l-eżistenza tal-impriża ma tnaqqasx l-obbligazzjoni ta' taxxa tas-sid(ien) benefiċjarju/i tagħha jew tal-grupp, kollu, li l-impriża hija membru tiegħu.

1.   Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jippermetti lil impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) titlob , mingħajr dewmien żejjed u kostijiet amministrattivi eċċessivi, eżenzjoni mill-obbligi tagħha skont din id-Direttiva jekk l-eżistenza tal-impriża ma tnaqqasx l-obbligazzjoni ta' taxxa tas-sid(ien) benefiċjarju/i tagħha jew tal-grupp, kollu, li l-impriża hija membru tiegħu.

Emenda 44

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Stat Membru jista' jagħti dik l-eżenzjoni għal sena fiskali waħda jekk l-impriża tipprovdi evidenza suffiċjenti u oġġettiva li l-interpożizzjoni tagħha ma twassalx għal benefiċċju tat-taxxa għas-sid(ien) benefiċjarju/i tagħha jew għall-grupp kollu, skont il-każ. Dik l-evidenza għandha tinkludi informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp u l-attivitajiet tiegħu. Dik l-evidenza għandha tippermetti li jitqabbel l-ammont ta' taxxa globali dovuta mis-sid(ien) benefiċjarju/i jew mill-grupp kollu, skont il-każ, skont il-każ, b'kont meħud tal-interpożizzjoni tal-impriża, mal-ammont li jkun dovut fl-istess ċirkostanzi fin-nuqqas tal-impriża.

2.   Stat Membru jista' jagħti dik l-eżenzjoni għal sena fiskali waħda jekk l-impriża tipprovdi evidenza suffiċjenti u oġġettiva li l-interpożizzjoni tagħha ma twassalx għal benefiċċju tat-taxxa għas-sid(ien) benefiċjarju/i tagħha jew għall-grupp kollu, skont il-każ. Dik l-evidenza għandha tinkludi informazzjoni dwar l-istruttura tal-grupp u l-attivitajiet tiegħu , inkluża lista tal-impjegati tiegħu li jaħdmu ekwivalenti għal full-time . Dik l-evidenza għandha tippermetti li jitqabbel l-ammont ta' taxxa globali dovuta mis-sid(ien) benefiċjarju/i jew mill-grupp kollu, skont il-każ, skont il-każ, b'kont meħud tal-interpożizzjoni tal-impriża, mal-ammont li jkun dovut fl-istess ċirkostanzi fin-nuqqas tal-impriża.

Emenda 45

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Stat Membru għandu jikkunsidra t-talba għall-eżenzjoni fi żmien perjodu ta' disa' xhur wara l-introduzzjoni tat-talba u din għandha titqies bħala aċċettata fin-nuqqas ta' tweġiba mill-Istat Membru wara li jiskadi l-perjodu ta' disa' xhur.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta impriża ma jkollhiex sustanza minima għal finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru fejn tkun residenti fiskali, dak l-Istat Membru għandu jieħu kwalunkwe waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin :

Meta impriża ma jkollhiex sustanza minima għal finijiet ta' taxxa fl-Istat Membru fejn tkun residenti fiskali, dak l-Istat Membru għandu jiċħad kwalunkwe talba għal ċertifikat ta' residenza fiskali lill-impriża għall-użu barra mill-guriżdizzjoni ta' dak l-Istat Membru :

Emenda 47

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jirrifjuta talba għal ċertifikat ta' residenza fiskali lill-impriża għall-użu barra mill-ġuriżdizzjoni ta' dan l-Istat Membru;

imħassar

Emenda 48

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jagħti ċertifikat ta' residenza fiskali li jippreskrivi li l-impriża ma hijiex intitolata għall-benefiċċji ta' ftehimiet u konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja tal-introjtu, u fejn applikabbli, tal-kapital, u ta' ftehimiet internazzjonali b'fini jew effett simili u tal-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2011/96/UE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/49/KE.

imħassar

Emenda 49

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jicħad talba għal tali ċertifikat, l-Istat Membru għandu joħroġ dikjarazzjoni uffiċjali, li biha jiġġustifika debitament tali deċiżjoni u jippreskrivi li l-impriża ma hijiex intitolata għall-benefiċċji ta' ftehimiet u konvenzjonijiet li jipprevedu l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja tal-introjtu, u fejn applikabbli, tal-kapital, u ta' ftehimiet internazzjonali b'fini jew effett simili u tal-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 2011/96/UE u l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/49/KE.

Emenda 50

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-konsegwenzi tat-taxxa jkunu artikolati sew fir-rigward tal-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar it-taxxa ma' pajjiżi terzi sabiex jirċievu l-informazzjoni dwar il-kumpaniji fittizji preżunti.

Emenda 51

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8ad – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

in-numru tal-VAT, fejn disponibbli, tal-impriża meħtieġa li tirrapporta skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva [OP];

(b)

fil-każ ta' nuqqas ta' TIN, in-numru tal-VAT, fejn disponibbli, tal-impriża meħtieġa li tirrapporta skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva [OP];

Emenda 52

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8ad – paragrafu 4 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

sommarju tal-evidenza pprovduta mill-impriża f'konformità mal-Artikolu 7(2).

(g)

sommarju tad-dikjarazzjoni u, fejn xieraq, l-evidenza pprovduta mill-impriża f'konformità mal-Artikolu 7(2).

Emenda 53

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2011/16/UE

Artikolu 8ad – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     Meta, f'konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3, l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tidentifika Stati Membri oħra li x'aktarx ikunu kkonċernati mir-rapportar tal-impriża, il-komunikazzjoni msemmija f'dawk il-paragrafi għandha tinkludi allert speċifiku lil dawk l-Istati Membri meqjusa kkonċernati.

Emenda 54

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-penali jinkludu sanzjoni amministrattiva pekunarja ta' mill-anqas 5  % tal-fatturat tal-impriża fis-sena fiskali rilevanti, jekk l-impriża li tkun meħtieġa li tirrapporta skont l-Artikolu 6 ma tikkonformax ma' dan ir-rekwiżit għal sena fiskali sal-iskadenza stabbilita jew tagħmel dikjarazzjoni falza fid-dikjarazzjoni tat-taxxa skont l-Artikolu 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-penali jinkludu sanzjoni amministrattiva pekunarja ta' mill-anqas 2  % tad-dħul tal-impriża fis-sena fiskali rilevanti, jekk l-impriża li tkun meħtieġa li tirrapporta skont l-Artikolu 6 ma tikkonformax ma' dan ir-rekwiżit għal sena fiskali sal-iskadenza stabbilita u sanzjoni amministrattiva pekunarja ta' mill-anqas 4 % tad-dħul tal-impriża jekk l-impriża li tkun meħtieġa tirrapporta skont l-Artikolu 6 tagħmel dikjarazzjoni falza fid-dikjarazzjoni tat-taxxa skont l-Artikolu 7. Fil-każ ta' impriża bi dħul żero jew baxx, definita bħala li hija taħt livell limitu determinat mill-awtorità tat-taxxa nazzjonali u li ma taqax taħt limitu minimu stabbilit mill-Kummissjoni f'att ta' implimentazzjoni, il-penali għandha tkun ibbażata fuq l-assi totali tal-impriża.

Emenda 55

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18a.

Emenda 56

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Talba għal awditi tat-taxxa

Talba għal awditi tat-taxxa konġunti

Emenda 57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed ikollha raġuni temmen li impriża li hija residenti fiskali fi Stat Membru ieħor ma tkunx issodisfat l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, l-Istat Membru preċedenti jista' jitlob lill-awtorità kompetenti ta' dan tal-aħħar sabiex twettaq awditu tat-taxxa tal-impriża.

Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed ikollha raġuni temmen li impriża li hija residenti fiskali fi Stat Membru ieħor ma tkunx issodisfat l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, l-Istat Membru preċedenti jista' , filwaqt li jispeċifika tal-raġunijiet, jitlob lill-awtorità kompetenti ta' dan tal-aħħar sabiex twettaq awditu tat-taxxa konġunt tal-impriża b'segwitu għall-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 12a tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514  (17).

Emenda 58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li lilu ssir it-talba għandha tibdih fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba u  twettaq l-awditu tat-taxxa , f'konformità mar-regoli li jirregolaw l-awditi tat-taxxa fl-Istat Membru li lilu ssir it-talba.

Jekk l-awtorità kompetenti rikjedenti ma tkunx kapaċi twettaq awditu tat-taxxa konġunt minħabba raġunijiet legali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li lilu ssir it-talba għandha tibda awditu nazzjonali fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba u  twettqu , f'konformità mar-regoli li jirregolaw l-awditi tat-taxxa fl-Istat Membru li lilu ssir it-talba.

Emenda 59

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

in-numru ta' awditi ta' impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1),

(f)

in-numru ta' awditi ta' impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(1), imqassma f'awditi konġunti u awditi regolari,

Emenda 60

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapporti

Rieżami

Emenda 61

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Sal- 31 ta' Diċembru 2028 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.    Sa … [Ħames snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] , il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-operazzjoni ta' din id-Direttiva. Fejn xieraq, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn rieżami bil-ħsieb li tiżdied l-effettività ta' din id-Direttiva u minn proposta leġiżlattiva li temenda din id-Direttiva.

Emenda 62

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Ir-rapport għandu jirrieżamina u jivvaluta l-impatt ta' din id-Direttiva fuq id-dħul mit-taxxa fl-Istati Membri, fuq il-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni tat-taxxa, u, b'mod partikolari, jekk ikunx hemm il-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi emendata. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll jekk ikunx xieraq li jiżdied indikatur tas-sustanza bbażat fuq il-profitt qabel it-taxxa għal kull impjegat fl-Artikolu 7 li jiġi estiż l-obbligu ta' rapportar dwar indikaturi ta' sustanza minima għal finijiet ta' taxxa kif stabbilit f'dak l-Artikolu għal impriżi finanzjarji regolati u, jekk ikun meħtieġ, tiġi rieżaminata l-eżenzjoni mogħtija lilhom fl-Artikolu 6(2b).

Emenda 63

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta tfassal ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri skont l-Artikolu  15 .

2.   Meta tfassal ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri skont l-Artikolu  16 .

Emenda 64

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

Proċedura ta' kumitat

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.


(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(12)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(13)  General Secretariat of the Council, 9637/18 FISC 241 ECOFIN 555, Code of Conduct (Business Taxation), Guidance on the interpretation of the third criterion; OECD/G20 Base Erosion and Profit Shifting Project, Countering Harmful Tax Practices More Effectively, Taking into Account Transparency and Substance, Action 5: Final Report.

(12)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(13)  General Secretariat of the Council, 9637/18 FISC 241 ECOFIN 555, Code of Conduct (Business Taxation), Guidance on the interpretation of the third criterion; OECD/G20 Base Erosion and Profit Shifting Project, Countering Harmful Tax Practices More Effectively, Taking into Account Transparency and Substance, Action 5: Final Report.

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE tat-30 ta' Novembru 2011 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti (ĠU L 345, 29.12.2011, p. 8).

(15)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/49/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti (ĠU L 157, 26.6.2003, p. 49).

(16)   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta' Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 1).

(17)   Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2021/514 tat-22 ta' Marzu 2021 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 104, 25.3.2021, p. 1).