8.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/11


Lista ta’ atti tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li għandhom jiġu applikati għad-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2022

(2022/C 263/05)

AVVIŻ LILL-QARREJ

Din il-lista ta’ atti legali tal-Unjoni ġiet stabbilita għal raġunijiet ta’ trasparenza u hija ppubblikata biss għal skopijiet ta’ informazzjoni.

Il-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati jipprevedi, fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5, li: “Għal dak li jirrigwarda l-miżuri adottati mill-Kunsill fil-qasam tal-Artikolu 26(1), tal-Artikolu 42 u tal-Artikoli 43 sa 46 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża. Għalhekk id-Danimarka m'għandhiex tipparteċipa fl-adozzjoni tagħhom. Id-Danimarka m'għandhiex iżżomm lill-Istati Membri l-oħra milli jiżviluppaw iżjed il-kooperazzjoni ta' bejniethom f'dan il-qasam. Id-Danimarka m'għandhiex tkun obbligata tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-ispiża operattiva li toriġina minn dawk il-miżuri, u lanqas li tpoġġi kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni”. Dan il-Protokoll jipprevedi fl-Artikolu 7 li: “Id-Danimarka fi kwalunkwe żmien tista', skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali tagħha, tinforma lill-Istati Membri l-oħra li hi ma tkunx tixtieq aktar tagħmel użu minn dan il-Protokoll kollu jew parti minnu. F'dak il-każ, id-Danimarka għandha tapplika għal kollox il-miżuri kollha rilevanti li f'dak iż-żmien ikunu fis-seħħ fil-qafas tal-Unjoni Ewropea.”

F’konformità mal-Artikolu 7 tal-Protokoll (22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, permezz ta’ ittra tal-20 ta' Ġunju 2022, id-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tagħmel użu aktar mill-Artikolu 5 tal-Protokoll mill-1 ta' Lulju 2022.

Bħala konsegwenza ta’ din l-informazzjoni, mill-1 ta' Lulju 2022 ir-referenzi li ġejjin ma għandhomx jibqgħu japplikaw:

ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni speċifika tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll, f’deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill skont it-Titolu V, Kapitolu 2, TUE;

ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni speċifika tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll, f’deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 38(3) TUE dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet imsemmija fl-Artikoli 42 u 43 TUE, li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża.

Missjonijiet u operazzjonijiet

Missjoni

Atti legali rilevanti

EUTM Mozambique

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta' Lulju 2021 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1818 tal-15 ta' Ottubru 2021 li tniedi l-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique)

EUNAVFOR MED IRINI

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/472 tal-31 ta' Marzu 2020 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1745 tat-23 ta' Settembru 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) (EUNAVFOR MED IRINI/3/2021)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/513 tad-29 ta' Marzu 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mediterran (EUNAVFOR MED IRINI) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1748 (EUNAVFOR MED IRINI/2/2022)

EUTM RCA

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1137 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar it-tnedija tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1791 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/105 tad-19 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/1435 (EUTM RCA/1/2022)

EUTM Mali

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/178/PESK tal-25 ta' Frar 2013 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Mali dwar l-istatus fir-Repubblika tal-Mali tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/657 tat-12 ta' April 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/2209 (EUTM Mali/1/2022)

EUTM Somalia

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/96/PESK tal-15 ta' Frar 2010 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/197/PESK tal-31 ta' Marzu 2010 dwar il-varar ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/905 tat-3 ta' Diċembru 2020 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federali tas-Somalja dwar l-istatus tal-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) fir-Repubblika Federali tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/170 tat-8 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-forzi tas-sigurtà tas-Somalja (EUTM Somalia) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1072 (EUTM Somalia/1/2022)

EUNAVFOR ATALANTA

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/29/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Somala dwar l-istatus tal-forzi navali mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Somala fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-UE Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/88/PESK tat-22 ta' Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta' Ġibuti, fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/293/PESK tas-26 ta' Frar 2009 dwar Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta' persuni suspettati li kkommettew atti ta' piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/877/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment ta' pirati suspettati u ħallelin armati mill-EUNAVFOR għar-Repubblika tas-Seychelles u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/916/PESK tat-23 ta' Ottubru 2009 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Seychelles fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/640/PESK tat-12 ta' Lulju 2011 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika tal-Mawrizju u dwar il-kondizzjonijiet tal-pirati ssuspettati wara t-trasferiment

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/198/PESK tal-10 ta' Marzu 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Unita tat-Tanzanija dwar il-kondizzjonijiet tat-trasferiment ta' pirati ssuspettati u proprjetà ssekwestrata assoċjata mill-forza navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/661 tal-20 ta' April 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/87 (ATALANTA/3/2021)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/217 tal-15 ta' Frar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/41 (ATALANTA/3/2022)

EUFOR ALTHEA

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnja u Ħerzegovina

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/803/PESK tal-25 ta' Novembru 2004 dwar il-varar tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1010 tat-2 ta' Lulju 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2019/264 (BiH/29/2020)

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta' Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022)

Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2360 tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwisti u l-Iskambju ta’ Servizzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka


PESCO  (1)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri Parteċipanti


Aġenzija Ewropea għad-Difiża  (2)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża


Faċilità Ewropea għall-Paċi

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528


Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea


Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/971 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tiddetermina l-arranġamenti għall-ippjanar u t-tmexxija tal-missjonijiet militari mhux eżekuttivi tal-UE fil-qafas tal-PSDK missjonijiet u li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/96/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi tas-Sigurtà tas-Somalja, 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati tal-Mali (EUTM Mali) u (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ taħriġ militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)


(1)  Id-Danimarka ser tkun tista’ tinnotifika l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-PESCO, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fil-PESCO.

(2)  Id-Danimarka tista’ tipparteċipa fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, meta n-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża tkun ġiet abolita. L-abolizzjoni tan-nonparteċipazzjoni fir-rigward tad-difiża mhux ser tirriżulta awtomatikament fil-parteċipazzjoni Daniża fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.