|
13.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/8 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ -
ABDOLLAHI Hamed, AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI Mohammed, EL HAJJ Hassan Hassan, IZZ-AL-DIN Hasan, MELIAD Farah, MOHAMMED Khalid Sheikh, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, COMMUNIST PARTY OF THE PHILIPPINES, inkluż New People’s Army (NPA), Hizballah Military Wing, Hizbul Mujahideen – HM, Ejército de Liberación Nacional (’National Liberation Army’), Popular Front for the Liberation of Palestine – PFLP, Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command, Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi – DHKP/C, Sendero Luminoso – SL, u Teyrbazen Azadiya Kurdistan – TAK
persuni u gruppi inklużi fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/152 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/147)
(2022/C 195/03)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/152 (1) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/147 (2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (3) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn li jappartjenu lill-persuni u l-gruppi kkonċernati u li l-ebda fond, assi finanzjarju u riżorsa ekonomika oħra ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.
Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra dan it-tagħrif ġdid, il-Kunsill beħsiebu jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba fl-indirizz li ġej biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba li jispjegaw għaliex dawn inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: deżinjazzjonijiet tal-COMET) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
It-tali talba għandha tiġi ppreżentata sal-20 ta’ Mejju 2022.
Il-persuni u l-gruppi jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ser ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4).
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi, skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.