|
11.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 192/89 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ ċerti persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
(2022/C 192/05)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Kamran DANESHJOO (nru 27), persuna li tidher fl-Anness II, Parti I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX, Parti I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb ukoll għall-attenzjoni tal-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND (nru 1), il-Komodor Ali FADAVI (nru 2), is-Sur Parviz FATAH (nru 3), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI (nru 4), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR (nru 7), is-Sur Rostam QASEMI (nru 10), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali SHAMSHIRI (nru 12), il-Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ahmad VAHIDI (nru 13), is-Sur Ali Ashraf NOURI (nru 17) u s-Sur Hojatoleslam Ali SAIDI (nru 18), persuni li jidhru fl-Anness II, Parti II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fl-Anness IX, Parti II għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmija hawn fuq b’dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet ġodda. Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħhom, sat-18 ta’ Mejju 2022, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu