22.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/5


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

(2022/C 168/05)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1304 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1300 (5).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (RELEX) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/661 (6), u mar-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/659 (7).

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u fir-Regolament (UE) 2017/1509.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra relatata.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

(3)  ĠU L 283, 6.8.2021, p. 13.

(4)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

(5)  ĠU L 283, 6.8.2021, p. 1.

(6)  ĠU L 120, 21.4.2022, p. 14.

(7)  ĠU L 120, 21.4.2022, p. 5.