24.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CI 88/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

(2022/C 88 I/02)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 (3), u (PESK) 2022/267 (4), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 (5), kif implimentati bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 (6) u (UE) 2022/261 (7).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1 fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz elettroniku:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/265 u (PESK) 2022/267 , u mar-Regolament (UE) Nru 269/2014, kif implimentat bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/260 u (UE) 2022/261.

Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stipulati fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK u r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.

(3)  ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 98.

(4)  ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 114.

(5)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.

(6)  ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 3.

(7)  ĠU L 42 I, 23.2.2022, p. 15.