|
28.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/20 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/118 , u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/113, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
(2022/C 44/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/118 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/113 (4).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li analizza l-lista ta’ persuni identifikati, iddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jibqgħu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK u r-Regolament (UE) 101/2011.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel l-1 ta’ Settembru 2022, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu
Kull osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill, skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, tal-lista ta’ persuni identifikati.