12.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 471/17 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 471/11)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Colinele Dobrogei”
PGI-RO-A0612-AM03
Data tal-komunikazzjoni: 28.9.2022
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Emenda taż-żona ġeografika tal-produzzjoni bl-inklużjoni ta’ lokalitajiet ġodda
Nitolbu li ż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed bl-IĠP Colinele Dobrogei tiġi aġġornata bl-inklużjoni tal-komun ta’ Baia, li jikkonsisti mir-raħal ta’ Baia, fil-kontea ta’ Tulcea.
Baia tinsab fix-Xlokk tal-kontea ta’ Tulcea, u tmiss mal-komuni ta’ Stejaru fit-Tramuntana, Beidaud fil-Lbiċ, u Ceamurlia de Jos fil-Lvant u mal-kontea ta’ Constanța fin-Nofsinhar. Baia tinsab 57 km ’il bogħod minn Tulcea, is-sede tal-kontea, u 20 km minn Babadag, li hija parti miż-żona tal-produzzjoni demarkata għall-IĠP.
Il-komun/ir-raħal ta’ Baia jgawdi kundizzjonijiet ekopedoklimatiċi simili għal dawk taż-żona tal-IĠP Colinele Dobrogei minħabba l-pożizzjoni tiegħu fiż-żona amministrattiva u l-viċinanza immedjata tiegħu ma’ bliet u rħula koperti mill-indikazzjoni ġeografika li minnha bħalissa huma prodotti l-inbejjed ta’ kwalità.
Il-kundizzjonijiet klimatiċi f’Baia, bir-radjazzjoni solari u l-enerġija tad-dawl għas-sinteżi ta’ sustanzi organiċi, jirriżultaw f’konċentrazzjoni għolja ta’ zokkrijiet fl-għeneb u għalhekk fil-most. Dan iwassal għal inbejjed b’palat sħiħ u b’sensazzjoni żejtnija fil-palat iżda fl-istess ħin friski, ta’ kulur minn isfar lewn it-tiben għal isfar bi sfumaturi ħadranin, aromi ta’ fjuri (sebuqa, akaċja) u frott (frott eżotiku), b’aroma kumplessa u karatteristiċi organolettiċi simili għal dawk tal-inbejjed bla gass bl-indikazzjoni ġeografika Colinele Dobrogei.
Il-Kapitolu III tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 6 tad-Dokument Uniku huma emendati.
2. Iż-żieda tal-prattiki teknoloġiċi għall-produzzjoni ta’ ċerti tipi ta’ nbid
Ċerti rekwiżiti relatati ma’ prattiki teknoloġiċi (proċessi) li jwasslu għall-vinifikazzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar, ta’ nbejjed rożè bla gass minn għeneb abjad u ta’ nbejjed oranġjo bla gass minn għeneb abjad (proċess ta’ maċerazzjoni fuq il-qxur tal-most tal-għeneb abjad) żdiedu mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Xejriet ġodda fil-konsum u preferenza għal tipi ta’ nbid rożè li jużaw diversi prattiki teknoloġiċi qed iwasslu għal interess f’dawn it-tipi ta’ nbid bla gass.
Il-Kapitolu X tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 5.1 tad-Dokument Uniku huma emendati.
3. L-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda ta’ għeneb tal-inbid, bħala l-varjetajiet prinċipali tal-produzzjoni
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata b’varjetajiet ġodda ta’ għeneb tal-inbid li għandhom jitħallew fil-produzzjoni tal-inbejjed, jiġifieri Crâmpoșie selecționată, Busuioacă de Bohotin u Băbească gri.
Crâmpoșie selecționată – varjetà ta’ għeneb mir-Rumanija kkultivata fiż-żona ta’ Dobrogea.
Iż-żona tal-IĠP Colinele Dobrogei, adattata għal ħsad tardiv, tippermetti li varjetajiet ta’ għeneb b’qoxra ħoxna bħall-Crâmpoșie selecționata jsiru għalkollox sabiex jiġu prodotti nbejjed b’togħma ta’ frott u bbilanċjati, b’riħa friska, fwieħa friska u noti tat-togħma tal-frott (lanġas, tuffieħ aħdar) u kultant tal-fjuri, b’togħma li ddum fil-ħalq, ħjiel taċ-ċitru u mineralità. F’termini viżwali, il-kulur tal-inbid jista’ jkun isfar bi tleqqija kristallina u sfumaturi ħadranin diskreti.
L-għeneb tal-Busuioacă de Bohotin għandu tendenza li jakkumula kwantitajiet kbar ta’ zokkrijiet li jiffavorixxu ż-żieda kwalitattiva tal-kontenut ta’ aroma speċifiku għall-varjetà Busuioacă. L-iżvilupp tal-inbid iwassal għal rożè qawwi, bi sfumaturi tal-ward, aromi tal-frawli, frawli tal-foresti, u togħma ta’ frott qawwija b’aċidità medja.
Băbească gri – varjetà ta’ għeneb mir-Rumanija li, meta ssir inbid, hija kkaratterizzata minn noti ta’ fjuri u frott friski, tuffieħ aħdar, ħjiel żgħir ta’ għasel tal-akaċja u xehda. L-inbid jista’ jkollu ħjiel ta’ abjad jagħti fl-isfar, isfar ħadrani jew rożè wara maċerazzjoni qasira tal-għeneb.
Il-Kapitolu IV tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punti 4 u 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Colinele Dobrogei
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
—
1. Inbejjed bojod u rożé
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod u rożé
Kulur: isfar jagħti fl-aħdar, kultant kważi dehbi, isfar lewn it-tiben, roża ċar/medju lewn is-salamun. Riħa u togħma: aroma ta’ ħuxlief li jkun għadu kif inqata’, fjuri tal-akaċja, fwieħet l-inbid bi ħjiel ta’ lewż ħelu; akkumulazzjoni tajba ta’ zokkrijiet tagħti lill-inbejjed palat qawwi u mimli, b’noti ta’ ħawħ, berquq u mango; togħma bbilanċjata mingħajr ma jispikka l-palat qawwi; l-inbejjed għandhom riħa b’noti ta’ fjuri tal-mergħat, għasel, toast, ward, bi ħjiel żgħir ta’ ċitru tipiku fil-varjetajiet aromatiċi u noti dejjiema ta’ xehda fl-inbejjed imqaddmin (b’varjetajiet aromatiċi).
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,00 |
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
200 |
2. Inbejjed ħomor
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed ħomor
Kulur: Aħmar lewn ir-rubin, aħmar lewn il-granata, aħmar jagħti fil-vjola, aħmar skur. Riħa u togħma: l-akkumulazzjoni ta’ intensità tal-kulur tagħti aromi friski ta’ frott tal-foresta, ħjiel ta’ pruna, sensazzjoni bellusija fil-ħalq u żejtnija, aromi ta’ lampun, ribes aħmar, cranberry, ċirasa qarsa, imsiemer tal-qronfol, tut tal-għollieq u tut iżraq friski; l-inbejjed għandhom struttura u karattru tanniċi, bi fwieħet l-inbid żviluppata ta’ tut iżraq u msiemer tal-qronfol, b’noti ta’ bżar/taħwir, vanilla bi tqaddim għal żmien qasir, ċirasa sewda, u aċidità ottima; huma adattati għat-tqaddim fi btieti tal-ballut.
Karatteristiċi analitiċi |
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
15,00 |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,00 |
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru espressa bħala aċidu tartariku |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20 |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. |
Produzzjoni barra miż-żona demarkata Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed L-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei jistgħu jiġu prodotti wkoll fiż-żona qrib iż-żona demarkata, fl-istess unità amministrattiva, f’unità amministrattiva li tmiss magħha jew f’żoni li jmissu magħha li għandhom indikazzjonijiet ġeografiċi. L-Uffiċċju Nazzjonali tad-Dwieli u l-Inbid (ONVPV) għandu jiġi nnotifikat 48 siegħa qabel isir użu minn din id-deroga. |
2. |
Prattika tal-produzzjoni Prattika enoloġika speċifika It-taħlit huwa permess. Dan irid isir f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali. |
3. |
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid Prattika enoloġika speċifika L-inbejjed rożè jistgħu jsiru wkoll mill-varjetajiet tal-għeneb użati għall-produzzjoni tal-inbid aħmar, bl-użu tat-teknika tal-maċerazzjoni qasira u l-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-varjetà jew tal-varjetajiet użati biex isiru l-inbejjed ħomor. |
4. |
Prattika tal-produzzjoni tal-inbid Prattika enoloġika speċifika Produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn varjetajiet ħomor Ħafna produtturi beħsiebhom jintroduċu teknoloġiji biex jisfruttaw il-potenzjal aromatiku ta’ varjetajiet bħall-produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar, tip imsejjaħ “blanc de noirs”. Dan il-metodu ta’ produzzjoni ta’ nbejjed bojod minn għeneb aħmar jisfrutta l-potenzjal tal-varjetajiet, u jirriżulta fi nbejjed ħfief u robusti kkaratterizzati minn togħma veġetali ħafifa, iddominata minn aromi sottili ta’ tut, lajm, grapefruit u għanbaqar isfar. L-aċidità żżid il-freskezza tal-inbid. L-inbid rożè bla gass minn għeneb abjad – l-għeneb tal-varjetajiet Pinot Gris, Băbească Gri jew Traminer Roz għandu qxur bi sfumaturi vjola, griż jagħti fil-vjola u blu jagħti fil-griż għal Pinot Gris u Băbească Gri, u roża jagħti f’lewn il-perla u roża jagħti fil-griż għal Traminer Roz. Dawn irendu nbejjed bla gass ta’ kulur abjad jagħti fl-isfar, minn isfar lewn it-tiben għal roża. Skont l-għażla tal-produttur tal-inbid, jistgħu jiġu prodotti kemm inbejjed bojod bla gass kif ukoll inbejjed rożè, b’dawn tal-aħħar jinkisbu bil-maċerazzjoni. Inbid oranġjo bla gass minn għeneb abjad It-teknoloġija biex jiġi prodott dan l-inbid tinvolvi proċess ta’ maċerazzjoni fuq il-qoxra tal-most tal-għeneb abjad, bil-perjodu ta’ maċerazzjoni jiddependi fuq kemm hu skur il-kulur li l-vinifikatur jixtieq li jkollu l-inbid finali. Kulur: isfar jagħti fl-ambra/ambra, bi struttura kumplessa u fwieħa aromatika ta’ fjuri tal-lajm, għasel, qoxra tal-larinġ u frott imqadded. Togħma: għanja, robusta b’komponent aċiduż qawwi ħafna aċċentwat minn mineralità qawwija. |
5.2. Rendimenti massimi
1. |
L-għeneb Petit Verdot, Sangiovese 14 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
2. |
L-għeneb Viognier 14 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
3. |
L-għeneb Negru de Drăgășani, Crâmpoșie selecționată, Băbească gri 15 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
4. |
L-għeneb Cabernet Sauvignon, Malbec, Mourvèdre 15 400 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
5. |
L-għeneb Busuioacă de Bohotin 16 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
6. |
L-għeneb Chardonnay, Pinot Gris 16 300 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
7. |
L-għeneb Semillon 16 600 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
8. |
L-għeneb Muscat Ottonel, Pinot Noir, Syrah, Burgund mare, Băbească Neagră 17 100 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
9. |
L-għeneb Sauvignon, Riesling italian, Riesling de Rhin, Merlot, Fetească Neagră, Fetească Regală, Fetească Albă, Tămâioasă Românească 18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
10. |
L-għeneb Traminer aromat, Traminer roz, Crâmpoșie, Columna, Aligoté, Iordană, Aromat de Iași, Rkațiteli 18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
11. |
L-għeneb Saint Emilion, Novac, Mamaia, Cristina, Alicante Bouschet 18 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru |
12. |
Petit Verdot, Sangiovese 105 ettolitri għal kull ettaru |
13. |
Viognier 109 ettolitri għal kull ettaru |
14. |
Negru de Drăgășani, Crâmpoșie selecționată, Băbească gri 112-il ettolitru għal kull ettaru |
15. |
Cabernet Sauvignon, Malbec, Mourvèdre 115-il ettolitru għal kull ettaru |
16. |
Busuioaca de Bohotin 120 ettolitru għal kull ettaru |
17. |
Chardonnay, Pinot Gris 122 ettolitru għal kull ettaru |
18. |
Semillon 124 ettolitru għal kull ettaru |
19. |
Muscat Ottonel, Pinot Noir, Syrah, Burgund mare, Băbească Neagră 128 ettolitru għal kull ettaru |
20. |
Sauvignon, Riesling Italian, Riesling de Rhin, Merlot, Fetească Neagră, Fetească Regală, Fetească Albă, Tămâioasă Românească 135 ettolitru għal kull ettaru |
21. |
Traminer roz, Traminer aromat, Crâmpoşie, Columna, Aligoté, Iordană, Aromat de Iaşi, Rkaţiteli 135 ettolitru għal kull ettaru |
22. |
Saint Emilion, Novac, Mamaia, Cristina, Alicante Bouschet 135 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-kontea ta’ Constanța
Il-belt ta’ Murfatlar – Murfatlar, Siminoc;
Il-komun ta’ Valu lui Traian – ir-raħal ta’ Valu lui Traian;
Il-komun ta’ Poarta Albă – l-irħula ta’ Poarta Albă u Nazarcea;
Il-belt ta’ Ovidiu – il-komun ta’ Ovidiu, ir-raħal ta’ Poiana;
Il-komun ta’ Ciocârlia – ir-raħal ta’ Ciocârlia;
Il-belt ta’ Medgidia – Medgidia, Remus Opreanu, Valea Dacilor;
Il-komun ta’ Castelu – l-irħula ta’ Castelu, Cuza Vodă, Nisipari;
Il-komun ta’ Siliştea – ir-raħal ta’ Siliştea;
Il-komun ta’ Tortoman – ir-raħal ta’ Tortoman;
Il-komun ta’ Peştera – l-irħula ta’ Peştera, Ivrinezu Mic;
Il-komun ta’ Mircea Voda – l-irħula ta’ Mircea Voda, Satu Nou, Ţibrinu, Saligny, Stefan cel Mare, Gherghina;
Il-komun ta’ Adamclisi – l-irħula ta’ Adamclisi, Abrud, Haţeg, Urluia, Zorile;
Ir-raħal ta’ Cernavodă – il-komun ta’ Cernavodă;
Il-komun ta’ Seimeni – ir-raħal ta’ Seimeni, Seimenii Mici;
Il-komun ta’ Rasova – l-irħula ta’ Rasova, Cochirleni;
Il-komun ta’ Mihai Viteazu – l-irħula ta’ Mihai Viteazu, Sinoie;
Il-komun ta’ Istria – l-irħula ta’ Istria, Nuntaşi;
Il-komun ta’ Cogealac – l-irħula ta’ Cogealac, Tariverde, Fântânele;
Il-belt ta’ Mangalia;
Il-belt ta’ Hârşova;
Il-komun ta’ Chirnogeni – ir-raħal ta’ Chirnogeni;
Il-komun tat-23 ta’ Awwissu – ir-raħal tat-23 ta’ Awwissu;
Il-komun ta’ Horia – l-irħula ta’ Horia, Tichileşti;
Il-komun ta’ Crucea – ir-raħal ta’ Crucea;
Il-komun ta’ Topalu – ir-raħal ta’ Topalu;
Il-komun ta’ Ciobanu – ir-raħal ta’ Ciobanu;
Il-komun ta’ Gârliciu – ir-raħal ta’ Gârliciu;
Il-komun ta’ Saraiu – ir-raħal ta’ Saraiu;
Il-komun ta’ Cobadin – ir-raħal ta’ Viişoara;
Il-kontea ta’ Tulcea
Il-belt ta’ Babadag;
Il-komun ta’ Sarichioi – l-irħula ta’ Enisala, Visterna, Zebil, Sabangia;
Il-komun ta’ Valea Nucarilor – l-irħula ta’ Valea Nucarilor, Agighiol, Iazurile;
Il-belt ta’ Tulcea;
Il-komun ta’ Ostrov – l-irħula ta’ Ostrov, Piatra;
Il-komun ta’ Somova – l-irħula ta’ Somova, Mineri, Parcheş;
Il-komun ta’ Niculițel – ir-raħal ta’ Niculițel;
Il-komun ta’ Izvoarele – l-irħula ta’ Izvoarele, Alba;
Il-komun ta’ Valea Teilor – ir-raħal ta’ Valea Teilor;
Il-komun ta’ Frecăţei – l-irħula ta’ Teliţa, Poşta;
Il-belt ta’ Isacea;
Il-komun ta’ Luncaviţa – ir-raħal ta’ Luncaviţa;
Il-komun ta’ Văcăreni – ir-raħal ta’ Văcăreni;
Il-komun ta’ Jijila – ir-raħal ta’ Jijila;
Il-belt ta’ Măcin;
Il-komun ta’ Greci – ir-raħal ta’ Greci;
Il-komun ta’ Cerna – ir-raħal ta’ Cerna;
Il-komun ta’ Carcaliu – ir-raħal ta’ Carcaliu;
Il-komun ta’ Baia – ir-raħal ta’ Baia.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
Alicante Bouschet N - Alicante Henri Bouschet
Aligoté B - Plant de trois, Plant gris, Vert blanc, Troyen blanc
Aromat de Iași B
Burgund Mare N - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger
Busuioacă de Bohotin Rs - Schwarzer Muscat, Muscat fioletovâi, Muscat violet cyperus, Tămâioasă violetă
Babeasca gri G
Băbească neagră N - Grossmuttertraube, Hexentraube, Crăcana, Rară neagră, Căldărușă, Serecsia
Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Burdeos tinto
Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay
Columna B
Cristina N
Crâmpoșie B
Crâmpoşie selecţionată B
Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka
Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii
Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal
Iordană B - Iordovană, Iordan
Malbec N - Cotes rouges, Pied de Perdrix, Plant d’Arles
Mamaia N
Merlot N - Bigney rouge
Mourvedre N
Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc
Negru de Drăgășani N
Novac N
Petit Verdot N
Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer
Pinot noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klăvner Morillon Noir
Riesling de Rhin B - Weisser Riesling, White Riesling
Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling
Rkatiteli B - Dedali Rkatiteli, Korolioc Rkatiteli
Saint Emilion B - Trebbiano Toscano, Ugni blanc
Sangiovese N - Brunello di Montalcino, Morellino
Sauvignon B - Sauvignon verde
Syrah N - Shiraz, Petit Syrah
Semillon B - Semillon blanc
Traminer Rose Rs - Rosetraminer, Savagnin Rose, Gewürztraminer
Traminer aromat alb B
Tămâioasă românească B - Rumänische Weihrauchtraube, Tamianka
Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Dettalji taż-żona ġeografika
Iż-żona hija t-territorju ta’ Dobrogea fix-Xlokk tar-Rumanija, demarkat mill-partijiet t’isfel tad-Danubju (fil-Punent u t-Tramuntana), il-Baħar l-Iswed (fil-Lvant) u l-fruntiera Bulgara (fin-Nofsinhar). Hija kkaratterizzata minn predominanza ta’ riżalti tat-tip qortin b’sottostrat tal-loess, u kundizzjonijiet ekoloġiċi, tal-ħamrija u klimatiċi kklassifikati fil-kategoriji ta’ steppa u foresta-steppa. Kull wieħed minn dawn il-komponenti jgħin joħloq ambjent ekoloġiku li huwa tajjeb għat-tkabbir tad-dwieli.
Il-biċċa l-kbira tad-dwieli jinsabu fuq sottostrat ġeoloġiku tal-loess (ħxuna ta’ 3-40 m), li parzjalment jgħatti blat iebes u antik (pre-Paleożojku, Paleożojku, Mesożojku u Terzjarju), awtoktonu jew spustat.
It-Tramuntana ta’ Dobrogea hija prinċipalment muntanjuża (artijiet elevati b’depressjonijiet bil-kenn, li jvarjaw bejn 100 m u 467 m ’l fuq mil-livell tal-baħar), filwaqt li n-Nofsinhar ta’ Dobrogea huwa kkaratterizzat minn pajsaġġ ta’ qortin strutturali ċatt (inqas minn 200-300 m). Dawn iż-żewġ pajsaġġi huma sseparati mill-qortin iffurmat mill-erożjoni li ħafna minnu huwa għoljiet tad-Dobrogea ċentrali (250-350 m).
Dan huwa r-reġjun tar-Rumanija fejn ix-xita u l-ilma tal-pjan huma l-aktar skarsi: id-disponibbiltà hija irregolari, u l-ilma spiss ikun aktar mineralizzat. Jintużaw is-sekwestru, il-ħsad u l-irrigazzjoni biex din is-sitwazzjoni tiġi mmitigata.
Il-klima tipikament kontinentali hija parzjalment moderata mill-prossimità tal-Baħar l-Iswed u l-Imraġ u d-Delta tad-Danubju. It-temperatura medja annwali hija ta’ madwar 11 °C b’medda tat-temperatura ta’ aktar minn 25 °C bejn il-valuri medji għal Jannar u Lulju, u aktar minn 75 °C f’termini ta’ estremi assoluti fuq diversi snin. L-ammont medju annwali ta’ xita spiss ikun inqas minn 400 mm. Il-benefiċċji taż-żona huma kundizzjonijiet termali tajbin: hija waħda mir-reġjuni l-aktar sħan tar-Rumanija (b’radjazzjoni solari ta’ aktar minn 120-125 kalorija għal kull ċentimetru kwadru, tul ta’ ħin ta’ xemx ta’ aktar minn 2 200 siegħa u temperaturi pożittivi medji ta’ kuljum li jammontaw għal 4 000-4 200 °C tul is-sena), li tiżgura li l-għeneb jista’ jsir u saħansitra anke jsir iżżejjed.
Il-ħamrija żonali hija bil-wisq il-kategorija ta’ ħamrija dominanti fiż-żoni vinikoli: mollisoli tal-isteppa (kastanozems u chernozems) u mollisoli tal-foresta-steppa (chernozems tal-kalċju u, aktar rari, chernozems taflin illuvjali, rendzina u greyzems), il-biċċa l-kbira tagħhom iffurmati fuq sottostrat tal-loess.
8.2. Dettalji tal-prodotti
L-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei jistgħu jkunu bojod, ħomor jew rożè.
L-inbejjed bojod u rożè għandhom dehra limpida, u lewn minn isfar jagħti fl-aħdar sa isfar dehbi, jew roża ċar jew medju lewn is-salamun, b’togħma bellusija.
F’termini ta’ riħa u togħma, il-maġġoranza tan-noti huma ta’ fjuri. L-inbejjed għandhom akkumulazzjoni tajba ta’ zokkrijiet u huma bbilanċjati, b’noti ta’ għasel, ward, frott taċ-ċitru f’varjetajiet aromatiċi u kultant ta’ xehda f’inbejjed imqaddmin magħmulin bl-użu ta’ varjetajiet aromatiċi.
L-inbejjed ħomor għandhom sensazzjoni bellusija fil-ħalq u huma ta’ lewn aħmar lewn ir-rubin, aħmar lewn il-granata, aħmar jagħti fil-vjola skur jew aħmar skur.
Ir-riħa u t-togħma għandhom aromi friski ta’ frott tal-foresti misjur sew, bi ħjiel ta’ pruna, sensazzjoni bellusija fil-ħalq u żejtnija, flimkien ma’ aromi ta’ lampun, ribes aħmar, cranberry, tut tal-għollieq u tut iżraq friski. L-inbejjed għandhom struttura u karattru tanniċi, bi fwieħet l-inbid ta’ tut iżraq u msiemer tal-qronfol, u kultant b’noti mmarkati ta’ bżar, filwaqt li t-tqaddim għal żmien qasir jagħti aromi ta’ vanilla. Huma xierqa għat-tqaddim fi btieti tal-ballut.
8.3. Interazzjoni kawżali
L-ispeċifiċità tal-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei hija mogħtija mill-most li jintuża biex isiru. Dan jorbot lura għall-varjetajiet tal-għeneb, li jgawdu radjazzjoni solari għolja – il-kundizzjonijiet termali huma fost l-aktar sħan fir-Rumanija – u ammont baxx ta’ xita. Dawn il-fatturi jgħinu lill-għeneb isir sew, u jirriżultaw f’mostijiet b’ammont kbir ta’ zokkrijiet. L-influwenza tal-baħar tista’ tinħass fiż-żona. Hija partikolarment ta’ benefiċċju fil-ħarifa, peress li taġixxi bħala regolatur tat-temperatura. Id-Danubju hija preżenza influwenti f’Cernavodă, b’mod partikolari fil-vinji l-eqreb tagħha. Il-ħamrija, rikka fil-karbonat tal-kalċju, hija fattur importanti għall-kwalità tal-inbid. Il-kwalità tal-inbejjed hija mmarkata mill-influwenza benefika tal-lagi Razim u Sinoe fil-qrib u ħamrija tajba għall-vitikultura, flimkien mal-fatt li l-inbejjed huma bbilanċjati fl-alkoħol u fl-aċidità u għandhom karatteristiċi organolettiċi espressi tajjeb (noti ta' fjuri/frott tal-foresta, taħwir).
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Rekwiżiti applikabbli għall-prodott finali
Qafas ġuridiku:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati kif xieraq, l-inbejjed jistgħu jiġu kkundizzjonati u bbottiljati barra miż-żona li fiha tkabbar l-għeneb.
Dawn il-proċessi jistgħu jsiru fl-istess unità amministrattiva, f’unità amministrattiva li tmiss magħha jew f’żoni li jmissu magħha li għandhom indikazzjonijiet ġeografiċi.
F’dan il-każ, il-produttur jew il-bottiljatur u l-post tal-ibbottiljar iridu jiġu identifikati fuq it-tikketta, kif xieraq.
Dwar is-suġġett tal-ibbottiljar, u b’reazzjoni għad-domandi kummerċjali mis-swieq tal-UE u tal-esportazzjoni, huwa permess il-bejgħ bl-ingrossa tal-inbejjed tal-IĠP Colinele Dobrogei.
L-awtoritajiet iridu jiġu nnotifikati bil-konsenji bl-ingrossa permezz tas-sevizz ta’ spezzjoni lokali. Il-konsenji bl-ingrossa jrid ikollhom magħhom id-dokumentazzjoni applikabbli kif ukoll iċ-ċertifikat li jagħti prova tal-intitolament tagħhom li jużaw l-indikazzjoni protetta u jikkummerċjalizzaw l-inbid.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.onvpv.ro/sites/default/files/caiet_de_sarcini_ig_colinele_dobrogei_modif_cf_cerere_3_2021_modif_anterioare_cerere_989_18.05.2022_no_track_changes_0.pdf