|
29.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 372/40 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li ma hijiex minuri, fi Speċifikazzjoni tal-Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2022/C 372/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA/INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Pane Toscano”
Nru tal-UE: PDO-IT-01016-AM01-29.4.2021
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikant u interess leġittimu
|
Consorzio di Tutela del Pane Toscano DOP [L-Assoċjazzjoni għall-Protezzjoni tad-DOP “Pane Toscano”] |
|
via Tiziano Vecelio 32 - 52100 AREZZO |
Telefown: +39 0575314289
Email: info@panetoscano.net
Posta elettronika ċċertifikata: panetoscano@legalmail.it
Dan il-grupp huwa awtorizzat biex jippreżenta applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-14 ta’ Ottubru 2013 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem tal-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☐ |
Żona ġeografika |
|
☐ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☐ |
Oħrajn [speċifika] |
4. Tip ta’ emenda/i
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata, li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti). |
5. Emendi
Deskrizzjoni tal-prodott
|
1. |
Fl-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku, it-test:
“dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0” huwa emendat kif ġej: “dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0 jew tat-tip 1 jew tat-tip 2”. Din l-emenda tipprevedi l-possibbiltà li jintużaw wkoll id-dqiq tat-tip 1 jew 2 biex tiġi prodotta d-DOP “Pane Toscano”. L-għan huwa li tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber minn parti kbira tal-konsumaturi (39 %) li fl-2019 iddikjaraw li kielu ħobż magħmul minn dqiq inqas raffinat sabiex jadottaw dieta b’ħafna fibra u b’hekk aħjar għas-saħħa. |
|
2. |
Il-punt li ġej tal-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku li jikkonċernaw il-karatteristiċi tal-frak:
“Il-qalba: għat-tip 0, ta’ lewn bajdani, jagħti f’lewn l-avorju, karatterizzata minn toqob irregolari;” ġie ssupplimentat kif ġej: “Il-qalba: għat-tip 0, ta’ lewn bajdani, jagħti f’lewn l-avorju, jew għat-tip 1 jew it-tip 2, kulur ambra uniformi kkaratterizzat minn toqob irregolari;” L-emenda tqis li issa jista’ jintuża dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2 u għandha l-għan li tiddeskrivi l-impatt li dan għandu fuq il-kulur tal-qalba. |
|
3. |
Il-kontenut ta’ ndewwa ta’ “ma jaqbiżx it-30 % tal-piż” imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.2 tad-Dokument Uniku nbidel għal “ma jaqbiżx l-40 %”.
Il-proposta hija li jiġi indikat il-kontenut ta’ ndewwa stipulat fid-dritt Taljan (il-Liġi Nru 580 tal-4 ta’ Lulju 1967, “Regoli għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċereali, dqiq, ħobż u għaġin”), peress li l-valur attwali ma jkunx xieraq għad-daqsijiet akbar tad-DOP “Pane Toscano” magħmula bit-tip 0 jew għal dawk magħmula bid-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2. |
Metodu ta’ produzzjoni
|
4. |
Il-punt li ġej tal-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.3 tad-Dokument Uniku huma allinjati mal-ewwel emenda:
Il-materja prima użata għall-preparazzjoni tad-DOP “Pane Toscano” hija dqiq tal-qamħ tat-tip 0, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, prodott minn varjetajiet ta’ qmuħ imkabbra, maħżuna u mitħuna esklużivament fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3. Dan ġie ssupplimentat kif ġej: Il-materja prima użata għall-preparazzjoni tad-DOP “Pane Toscano” hija dqiq tal-qamħ tat-tip 0, tat-tip 1 jew tat-tip 2 li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, prodott minn varjetajiet ta’ qmuħ imkabbra, maħżuna u mitħuna esklużivament fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3. Huwa għalhekk speċifikat li dqiq tal-qamħ tat-tip 1 jew tat-tip 2, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, prodott minn varjetajiet ta’ qmuħ imkabbra, maħżuna u mitħuna esklużivament fiż-żona ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 3, ukoll jista’ jintuża bħala materja prima għad-DOP “Pane Toscano”, minbarra d-dqiq tat-tip 0 użat bħalissa. |
|
5. |
Fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, wara l-intestatura tal-paragrafu
“Tħin” tiżdied is-sentenza li ġejja: “Id-dqiq tat-tip 0 jiġi mitħun bl-irrumblar, filwaqt li d-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2 jista’ jew jiġi mitħun bl-irrumblar jew jiġi mitħun bil-ġebel.” Din l-emenda tintroduċi l-possibbiltà tat-tħin tad-dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2 bl-użu tal-ġebel tal-mitħna sabiex terġa’ tingħata ħajja lil metodu tradizzjonali. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. |
|
6. |
Fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu “Tħin”, it-test li ġej
“It-temperatura operattiva fil-mitħna bir-romblu matul il-proċess tat-tħin ma tistax taqbeż l-40°C.” huwa emendat kif ġej: “It-temperatura operattiva fil-mitħna bir-romblu matul il-proċess tat-tħin ma tistax taqbeż l-40°C. Għall-produzzjoni tad-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2 mitħun bil-ġebel, iż-żerriegħa tal-qamħ tidħol fil-ġebel tal-mitħna u tiġi mitħuna fi dqiq fi proċess wieħed, biex jinkiseb dqiq 100 % biż-żerriegħa tal-qamħ b’kollox, li mbagħad jiġi mgħarbel u mibdul fi dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2; fi tmiem il-proċess tat-tħin id-dqiq ikollu temperatura massima ta’ 35 °C. Id-dqiq miksub b’dan il-mod ikun fih iż-żerriegħa tal-qamħ kollha kemm hi.” Din l-emenda tissupplimenta dik ta’ qabilha billi tiddeskrivi kif id-dqiq jiġi mitħun permezz tas-sistema tal-ġebel tal-mitħna. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. |
|
7. |
Fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu “Tħin”, il-frażi
“Immedjatament wara t-tħin, id-dqiq irid jinħażen fil-mitħna għal mill-inqas 10 ijiem mit-tmiem tat-tħin sabiex jiġi żgurat li jitqaddem.” hija ssupplimentata kif ġej: “Immedjatament wara t-tħin, id-dqiq irid jinħażen fil-mitħna għal mill-inqas 10 ijiem għad-dqiq tat-tip 0 u għal mill-inqas 7 ijiem għad-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2 sabiex jiġi żgurat li jitqaddem.” Din l-emenda, li hija konformi mal-ewwel emenda, għandha l-għan li tispeċifika l-perjodu tat-tqaddim għad-dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2, bl-istess mod bħad-dqiq tat-tip 0. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. |
|
8. |
Fl-Artikolu 5.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, fil-paragrafu “Tħin”, u fil-paragrafu 3.3 tad-Dokument Uniku, wara l-karatteristiċi tad-dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0, jingħataw il-karatteristiċi tal-prodott u tekniċi li ġejjin għad-dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2:
Din l-emenda, li hija konformi mal-ewwel emenda, għandha l-għan li tispeċifika l-karatteristiċi tal-prodott għad-dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2 bl-istess mod bħad-dqiq tat-tip 0. |
|
9. |
Fl-Artikolu 5.3 Il-proċess tal-produzzjoni tal-ħobż tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, kull referenza għal “dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0” hija emendata għal “dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0 jew tat-tip 1 jew tat-tip 2”.
Din l-emenda, li hija konformi mal-ewwel emenda, għandha l-għan li tispeċifika l-karatteristiċi tal-prodott għad-dqiq tat-tip 1 u tat-tip 2, bl-istess mod bħad-dqiq tat-tip 0. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. |
|
10. |
Fl-Artikolu 5.3 Il-proċess tal-produzzjoni tal-ħobż tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-frażi:
“Il-ħobż imbagħad jitħalla joqgħod għal perjodu ta’ mill-inqas sagħtejn u nofs sakemm jogħla sal-aħjar punt, u mbagħad jitqiegħed fil-forn biex jinħema.” hija ssupplimentata bis-sentenza li ġejja: “Jistgħu jintużaw fran li jaħdmu bl-injam.” Din l-emenda tippermetti li jiġi promoss tip tradizzjonali ta’ ħami li huwa popolari ħafna mal-konsumaturi. Dan ma jaffettwax id-Dokument Uniku. |
|
11. |
Fl-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fil-punt 5 tad-Dokument Uniku, ir-referenza għal
“dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0” hija emendata kif ġej: “dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0 jew tat-tip 1 jew tat-tip 2”. Din l-emenda ma taffettwax il-metodu tipiku tal-ħami tal-ħobż użat fit-Toskana u hija maħsuba biex tagħmel l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u d-Dokument Uniku konformi mal-emenda msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dokument. |
Rabta
|
12. |
Il-paragrafu li ġej mill-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
“Il-karatteristiċi tad-DOP ‘Pane Toscano’ jiġu mill-metodu qadim u tipiku tal-ħami tal-ħobż użat fit-Toskana, li jeskludi l-użu tal-melħ bħala ingredjent fl-għaġina u jeħtieġ ħmira prima naturali li tgħin lill-għaġina togħla, l-użu ta’ dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, miksub minn varjetajiet magħżula mkabbra fit-Toskana għal kważi mitt sena u varjetajiet oħra derivati minnhom.” huwa emendat kif ġej: “Dawn il-karatteristiċi jiġu mill-metodu qadim u tipiku tal-ħami tal-ħobż użat fit-Toskana, li jeskludi l-użu tal-melħ bħala ingredjent fl-għaġina u li jeħtieġ ħmira prima naturali li tgħin lill-għaġina togħla, l-użu ta’ dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0, tat-tip 1 jew tat-tip 2 li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, miksub minn varjetajiet magħżula mkabbra fit-Toskana għal kważi mitt sena u varjetajiet oħra derivati minnhom.” Il-punt 5 korrispondenti tad-Dokument Uniku: “Id-DOP ‘Pane Toscano’ huwa kkaratterizzat mill-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa, li hija indikazzjoni li għola kif suppost, għaliex dan jipproteġih mill-moffa għal perjodu ħafna itwal minn dak għal ħobż ieħor li jinsab fis-suq illum il-ġurnata. Huwa distint għall-kwalitajiet organolettiċi, partikolarment ir-riħa ta’ ġewż inkaljat, it-togħma newtrali, jiġifieri mingħajr melħ u b’qalba kemm kemm qarsa, il-qoxra tqarmeċ u bil-qalba ta’ lewn bajdani tagħti f’lewn l-avorju u bit-toqob irregolari.” huwa emendat kif ġej: “Id-DOP ‘Pane Toscano’ huwa kkaratterizzat mill-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa, li hija indikazzjoni li għola kif suppost, għaliex din li tipproteġih mill-moffa għal perjodu ħafna itwal minn dak għal ħobż ieħor li jinsab fis-suq illum il-ġurnata. Huwa distint għall-kwalitajiet organolettiċi, partikolarment ir-riħa ta’ ġewż inkaljat, it-togħma newtrali, jiġifieri mingħajr melħ u b’qalba kemm kemm qarsa, il-qoxra tqarmeċ u bil-qalba ta’ lewn bajdani tagħti f’lewn l-avorju u bit-toqob irregolari fil-każ tad-dqiq tat-tip 0 jew lewn ambra uniformi fil-każ tad-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2.” Din l-emenda ma taffettwax il-metodu tipiku tal-ħami tal-ħobż użat fit-Toskana, li jeskludi l-użu tal-melħ bħala ingredjent fl-għaġina u li jeħtieġ ħmira prima naturali li tgħin lill-għaġina togħla, l-użu tad-dqiq tal-qamħ komuni, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, magħmul minn varjetajiet magħżula li storikament kienu mkabbra fit-Toskana u varjetajiet oħra derivati minnhom. L-għan ta’ din l-emenda huwa li d-Dokument Uniku jiġi allinjat mal-emenda msemmija fil-punt 1. |
Tikkettar
|
13. |
L-Artikolu 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 3.6 tad-Dokument Uniku:
Il-paragrafu: “Madankollu huwa permess:
huwa emendat kif ġej: “Madankollu huwa permess:
Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jidhru fuq it-tikketta bil-kundizzjoni li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tad-denominazzjoni ‘Pane Toscano’”; L-emendi introdotti jagħmluha possibbli li jiġu enfasizzati l-karatteristiċi tal-prodott, il-materja prima u l-proċess kollu tal-produzzjoni, bil-għan li l-konsumaturi jingħataw aktar informazzjoni. |
DOKUMENT UNIKU
“Pane Toscano”
Nru tal-UE: PDO-IT-01016-AM01-29.4.2021
DOP (X) IĠP ( )
1. Isem
“Pane Toscano”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 2.4. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara;
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Id-DOP “Pane Toscano” tirreferi għal ħobż magħmul b’metodu tipiku użat fit-Toskana, li jeħtieġ l-użu esklużiv ta’ ħmira prima, ilma u dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0, tat-tip 1 jew tat-tip 2, li jkun fih iż-żerriegħa tal-qamħ, magħmul minn varjetajiet ta’ qmuħ imkabbra fiż-żona tal-produzzjoni kif definit fil-punt 4.
Meta l-prodott tad-DPO “Pane Toscano” jitqiegħed fis-suq, dan għandu jkollu dawn il-karatteristiċi:
|
— |
Il-forma u l-piż tiegħu: ħobż b’forma tawwalija (rombojd) u b’piż bejn 0,45 kg u 0,55 kg, lokalment magħruf bħala “filoncino”; ħobż rettangolari bil-kantunieri fit-tond b’piż jew bejn 0,90 kg u 1,10 kg jew inkella bejn 1,80 kg u 2,20 kg, lokalment magħruf bħala “filone”; |
|
— |
Il-ħxuna tal-ħobża: bejn 5 u 10 cm; |
|
— |
Il-qoxra: titfarrak u tqarmeċ, matta u lewn kannella skur; |
|
— |
Il-qalba: għat-tip 0, ta’ lewn bajdani, jagħti f’lewn l-avorju, jew għat-tip 1 jew it-tip 2, kulur ambra uniformi kkaratterizzat minn toqob irregolari; |
|
— |
Ir-riħa: ta’ ġewż inkaljat; |
|
— |
It-togħma: newtrali, jiġifieri mingħajr melħ, u kemm kemm qarsa; |
|
— |
Indewwa: mhux aktar minn 40 % skont il-piż. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 0, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, bil-karatteristiċi tal-prodott u tekniċi li ġejjin:
|
Parametru |
Valur |
|
W (Chopin) |
Bejn 160 u 230 |
|
P/L (indiċi) |
Bejn 0,35 u 0,65 |
|
Assorbiment tal-ilma |
Aktar minn 54 % |
|
C:D (stabbiltà Brabender) |
Aktar minn 6” |
|
Numru Falling |
Aktar minn 260 |
Dqiq tal-qamħ komuni tat-tip 1 jew tat-tip 2, li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, bil-karatteristiċi tal-prodott u tekniċi li ġejjin:
|
Parametru |
Valur |
|
W (Chopin) |
Bejn 140 u 230 |
|
P/L (indiċi) |
Bejn 0,30 u 0,90 |
|
Assorbiment tal-ilma |
Aktar minn 54 % |
|
C:D (stabbiltà Brabender) |
Aktar minn 5” |
|
Numru Falling |
Aktar minn 280 |
Għall-preparazzjoni tal-ħmira prima biss, it-tipi ta’ dqiq jista’ jkollhom valur ta’ W (Chopin) ogħla minn dak indikat fit-tabella.
Ilma.
Il-ħmira naturali jew prima li jkun fiha porzjon ta’ għaġna ta’ qabel, u li tkun ġiet ikkonservata f’ambjent adattat, tgħaddi minn proċess gradwali ta’ fermentazzjoni u aċidifikazzjoni. Din il-ħmira prima, meta titnissel kif adattat, tkun tista’ tibda l-proċess tat-tlugħ meta titħallat mal-għaġna l-ġdida.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Tkabbir, ħsad u ħażna tal-qamħ; imbagħad tħin taż-żerriegħa tal-qamħ biex jinkiseb id-dqiq biż-żerriegħa tal-qamħ.
Il-produzzjoni tal-ħmira naturali jew prima, kif inhi jew lijofilizzata, u ż-żamma ta’ “arkivju” ta’ razez li jistgħu jintużaw għat-tnissil tal-ħmira prima; il-preparazzjoni tal-ħmira prima (biga), il-proċess tat-tlugħ, u fl-aħħar nett il-ħami tal-ħobż.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Id-DOP “Pane Toscano” tiġi kkumerċjalizzata f’pakketti tajbin għall-użu mal-ikel, imqatta’ jew mhux imqatta’. Kemm it-tqattigħ kif ukoll l-ippakkjar tal-ħobż imqatta’ u mhux imqatta’ jridu jsiru esklużivament fil-post tal-produzzjoni. Dawn il-proċessi jridu jsiru hekk kif il-ħobż ikun kesaħ biex tinżamm ir-riħa tad-DOP “Pane Toscano” u tiġi evitata l-varjazzjoni eċċessiva fil-kontenut ta’ ndewwa tal-prodott mhux imqatta’ u jew fl-uċuħ tal-ħobż imqatta’, li tista’ tibdel il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott. Il-prodott jista’ wkoll jitqatta’ u jiġi ppakkjat f’atmosfera modifikata.
Bħala alternattiva, il-prodott jista’ jinbiegħ mhux ippakkjat sakemm ikun jista’ jiġi identifikat permezz ta’ tikketta adattata għall-użu mal-ikel, li titpoġġa direttament fuq il-ħobż qabel ma jinħema u tkun tinkludi l-logo tad-DOP flimkien ma’ informazzjoni oħra obbligatorja.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
L-informazzjoni li ġejja trid tingħata fuq il-pakkett:
|
— |
il-logo tad-DOP “Pane Toscano”; |
|
— |
is-simbolu tad-DOP tal-UE, li jrid ikun fl-istess kamp viżiv bħad-denominazzjoni “Pane Toscano”; |
|
— |
l-isem u l-indirizz jew il-post tal-furnar individwali u/jew assoċjat. |
|
— |
Mhux permess li jiżdiedu xi kwalifiki oħra għajr dawk elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, inklużi t-termini: tip, togħma, użu, għażla jew kwalifikaturi simili. |
Madankollu huwa permess dan li ġej:
|
— |
l-użu ta’ ismijiet, ismijiet kummerċjali ta’ kumpaniji u konsorzji u logos privati, sakemm dawn ma jkollhomx għan ta’ ftaħir u ma jkunux intenzjonati li jingannaw lill-konsumatur; |
|
— |
li jsiru referenzi għall-proċess tal-produzzjoni bħal: varjetajiet ta’ qmuħ, “mitħun bil-ġebel” u “moħmi f’forn li jaħdem bl-injam”; |
|
— |
informazzjoni possibbli għall-konsumatur dwar l-użu u l-karatteristiċi organolettiċi tad-DOP “Pane Toscano”, kif ukoll referenzi storiċi u kulturali. |
Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jidhru fuq it-tikketta bil-kundizzjoni li d-daqs tagħhom ma jaqbiżx dak tad-denominazzjoni “Pane Toscano”.
Il-logo tad-DOP “Pane Toscano” jikkonsisti f’immaġni li tirrappreżenta l-perimetru tar-reġjun tat-Toskana.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona Ġeografika
Iż-żona minn fejn jiġu l-qmuħ, id-dqiq u l-ħmira u fejn jiġi prodott u ppakkjat il-prodott tad-DOP “Pane Toscano” tinkludi t-territorju amministrattiv kollu tar-reġjun tat-Toskana.
5. Rabta maż-żona Ġeografika
Ir-rabta maż-żona ġeografika hija bbażata fuq fatturi naturali, il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, kif ukoll il-fattur uman u l-metodu tal-produzzjoni użat fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.
Iż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Pane Toscano” għandha inklinazzjoni ’l isfel u ’l barra lejn il-kosta u mit-Tramuntana lejn in-Nofsinhar u hija mdawra bil-muntanji tal-Appennini li jipproteġuha kontra t-temp ikrah mil-Lvant u b’mod partikolari mill-Grigal, filwaqt li hija kompletament esposta għar-riħ u għall-preċipitazzjoni mill-Punent. Mil-lat klimatiku, iż-żona hija kkaratterizzata minn temperaturi u preċipitazzjoni li jiddistingwuha minn territorji ġirien oħra, meta kkunsidrati fuq livell reġjonali, fil-perjodu ta’ referenza tal-kultivazzjoni tal-qamħ bejn Novembru u Lulju. Id-data klimatika (temperatura minima, medja u massima, il-preċipitazzjoni totali u l-ammont ta’ sigħat ta’ xemx) għall-perjodu mill-1981 sal-2010 turi li t-temperaturi minimi huma l-fattur bl-akbar influwenza fuq il-parametri (W u P/L) tad-dqiq użat, u li minkejja l-varjazzjonijiet li jeżistu madwar ir-reġjun, iż-żona hija distinta b’mod ċar mill-oħrajn. Fiż-żona, il-kultivazzjoni tal-qamħ komuni ssir fuq pjanuri kbar (il-widien tal-Arno u tat-Tevere) iżda l-aktar fiż-żoni għoljin jew muntanjużi tal-Appennini. Dan l-ambjent wassal għal ekotipi lokali differenti ta’ qmuħ, ir-razez lokali, li minnhom ħarġu ħafna mill-varjetajiet li llum huma kkultivati apposta għall-produzzjoni tad-dqiq adattat għall-produzzjoni tad-DOP “Pane Toscano”. L-istess varjetajiet meta kkultivati f’żoni oħra, anke dawk qrib it-Toskana, ma għandhomx l-istess parametri kummerċjali u tekniċi meħtieġa għall-produzzjoni tad-DOP “Pane Toscano”; dan jikkonferma l-ispeċifiċità u l-influwenza tal-kundizzjonijiet klimatiċi, kif ukoll il-wirt ġenetiku. Il-karatteristiċi reoloġiċi tad-dqiq, li huma ddeterminati mill-klima, huma ideali għat-tlugħ tal-ħmira tal-għaġina permezz tal-ħmira prima li tiġi prodotta u tinżamm ħajja minn furnata għall-oħra, bis-saħħa tal-għarfien espert dwar il-produzzjoni fost il-furnara taż-żona li huma kapaċi jistabbilixxu d-doża preċiża u kemm għandhom idumu jagħġnu biex jiksbu dejjem l-istess kwalità fil-produzzjoni.
Id-DOP “Pane Toscano” huwa kkaratterizzat mill-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa, li hija indikazzjoni li għola kif suppost, għaliex din tipproteġih mill-moffa għal perjodu ħafna itwal minn dak għal ħobż ieħor li jinsab fis-suq illum il-ġurnata. Huwa distint għall-kwalitajiet organolettiċi, partikolarment ir-riħa ta’ ġewż inkaljat, it-togħma newtrali, jiġifieri mingħajr melħ u b’qalba kemm kemm qarsa, il-qoxra tqarmeċ u bil-qalba ta’ lewn bajdani tagħti f’lewn l-avorju u bit-toqob irregolari fil-każ tad-dqiq tat-tip 0 jew lewn ambra uniformi fil-każ tad-dqiq tat-tip 1 jew tat-tip 2. Id-DOP “Pane Toscano” huwa distint ukoll mill-valur nutrittiv kbir tiegħu u d-diġestibbiltà marbuta mal-użu ta’ taħlita ta’ tipi ta’ dqiq b’valuri baxxi ta’ glutina kif ukoll mill-valur nutrittiv taż-żerriegħa tal-qamħ (li huwa differenti mill-prattika ġeneralment użata llum fejn iż-żerriegħa tal-qamħ tiżdied waqt l-ipproċessar), kif ukoll mill-prattika tradizzjonali li ma jiżdiedx melħ mal-ingredjenti.
Ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodott tad-DOP “Pane Toscano” hija inerenti fil-proċess twil tal-produzzjoni tal-ħobż, li jippermetti lill-ħmira prima (fin-nuqqas tal-melħ) toħroġ dawk il-komponenti mid-dqiq biż-żerriegħa tal-qamħ li, meta l-ħobż jinħema, jagħtu lill-prodott it-togħma, id-dehra u l-ħajja fuq l-ixkaffa tipiċi tiegħu.
Dawn il-karatteristiċi jiġu mill-metodu qadim u tipiku tal-ħami tal-ħobż użat fit-Toskana li jeskludi l-użu tal-melħ bħala ingredjent fl-għaġina u jeħtieġ ħmira prima naturali li tgħin lill-għaġina togħla, l-użu ta’ dqiq tal-qamħ artab tat-tip 0, tat-tip 1 jew tat-tip 2 li fih iż-żerriegħa tal-qamħ, primarjament miksub minn varjetajiet magħżula li ilhom jitkabbru fit-Toskana mill-bidu tas-seklu 20.
In-nuqqas ta’ melħ fil-“Pane Toscano” jidher li ġej minn tilwima storika, tipikament Toskana, bejn l-ibliet rivali ta’ Firenze u Pisa fis-seklu 12.
B’mod partikolari, il-ħmira prima trid tirreaġixxi ma’ tipi ta’ dqiq li għandhom il-kwalitajiet imsemmija fil-punt 3.3 u li huma prodotti fiż-żona definita fil-punt 4, jiġifieri ebusija baxxa, valur ta’ W baxx u valur medju ta’ P/L. Dawn il-karatteristiċi, li huma statistikament ippruvati li jinsabu fil-varjetajiet ta’ qmuħ ikkultivati fiż-żona tad-DOP “Pane Toscano” iżda mhux ippruvati f’dawk imkabbra f’żoni qrib, huma kkonfermati li għandhom speċifiċità klimatika sinifikanti li tinfluwenza l-ġenotip minħabba t-temperaturi, u b’mod partikolari t-temperaturi minimi.
Il-varjetajiet ta’ qmuħ komuni li huma kkultivati llum għall-produzzjoni ta’ dan il-ħobż, fil-parti l-kbira jiġu minn qmuħ ewlenin magħżula apposta fil-wied tal-Valdichiana fil-bidu tas-seklu 20, li mbagħad saru stabbiliti fiż-żona tal-produzzjoni tad-DOP “Pane Toscano”.
Fattur ieħor huwa li l-furnara jkomplu jużaw id-dqiq prodott mingħajr ma titneħħa ż-żerriegħa tal-qamħ, li mingħajr dubju jagħti lill-ħobż valur nutrittiv ogħla.
Il-preżenza taż-żerriegħa tal-qamħ, li llum jidher li hija nieqsa mit-tipi ta’ dqiq użati fil-ħobż ġeneriku, mhux talli tinfluwenza pożittivament il-karatteristiċi nutrittivi tad-DOP “Pane Toscano”, iżda wkoll tinfluwenza l-proċess tat-tlugħ minħabba li ż-żerriegħa tal-qamħ fiha ħafna enzimi li jgħinu fit-tkissir taz-zokkor kompost. Fattur karatteristiku ieħor ta’ din il-produzzjoni huwa l-użu espert tal-ħmira prima prodotta mill-furnara, li billi sempliċiment iħalltu l-ilma u l-istess dqiq użat għad-DOP “Pane Toscano”, joħolqu l-kundizzjonijiet għall-fermentazzjoni tal-aċidu lattiku, li twassal għal komposti li, waqt il-ħami, jagħtu l-aroma u t-togħma karatteristiċi tal-ħobż. Fl-aħħar nett, in-nuqqas ta’ melħ mhux biss jinfluwenza l-proċessi tal-fermentazzjoni, iżda jikkaratterizza b’mod ċar it-togħma ta’ dan il-prodott tipiku tal-ikel Toskan.
F’dan il-kuntest, fejn hemm interazzjoni bejn diversi fatturi, is-sengħa tal-furnar għandha importanza assoluta għaliex huwa bis-saħħa tal-għarfien profond tal-parametri kwalitattivi li għandhom jiġu rrispettati, flimkien mal-preparazzjoni tal-ħmira prima u l-attenzjoni kbira fil-fażijiet tat-tlugħ tal-ħmira u tal-ħami, li jirriżulta fi prodott tipiku ħafna b’valur nutrittiv għoli.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014)
It-test sħiħ tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa disponibbli fuq is-sit web li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335”
jew inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.