|
27.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 369/3 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar linji gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07
(2022/C 369/03)
Meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż il-kwoti allokati lilu, skont l-Artikolu 105(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandha twettaq tnaqqis minn kwoti futuri ta’ dak l-Istat Membru.
Skont l-Artikolu 105(2), fil-każ ta’ sajd żejjed aktar mill-kwota disponibbli għal Stat Membru f’sena speċifika, għandu jitwettaq tnaqqis fis-sena jew is-snin li jsegwu mill-kwota annwali ta’ dak l-Istat Membru.
Jekk ma jistax jitwettaq tnaqqis skont l-Artikolu 105(1) u (2) fuq il-kwota fejn ikun sar sajd żejjed minħabba li dik il-kwota mhijiex disponibbli għall-Istat Membru kkonċernat, jew mhijiex disponibbli b’mod suffiċjenti, skont l-Artikolu 105(5) jista’ jitwettaq tnaqqis, wara konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, fil-kwoti tas-sena jew snin ta’ wara minn stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet oħra disponibbli għal dak l-Istat Membru fl-istess żona ġeografika, jew bl-istess valur kummerċjali.
Bil-għan li tiġi ffaċilitata applikazzjoni trasparenti u konsistenti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet f’konformità mal-prinċipju tat-trattament indaqs, il-Kummissjoni trid tagħmel pubbliċi l-prinċipji li se jiggwidawha fit-tnaqqis tal-kwoti.
Din il-Komunikazzjoni tissostitwixxi l-Komunikazzjoni 2012/C 72/07 (1) u żżid dan li ġej ma’ dak li diġà pprevediet dik il-Komunikazzjoni: it-tnaqqis f’każ ta’ sajd żejjed aktar mill-kwota għal stokkijiet ġestiti minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd disponibbli għal Stat Membru f’sena partikolari għandu, fejn applikabbli, isegwi l-istess skeda ta’ żmien bħal fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernati.
Għalhekk, il-Kummissjoni, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, se tkun immexxija mill-prinċipji li ġejjin.
|
1. |
It-totalità tat-tnaqqis (minn hawn ’il quddiem “għoti lura”), inkluż l-ammonti li jirriżultaw minn fatturi multiplikanti applikabbli, hija dovuta fis-sena ta’ wara li jkun sar is-sajd żejjed. Madankollu, f’każ ta’ sajd żejjed aktar mill-kwota għall-istokkijiet ġestiti minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, l-għoti lura, inklużi l-ammonti li jirriżultaw minn fatturi multiplikanti applikabbli, huwa dovut fis-sena/snin li l-aġġustament isir jew fis-sena/snin deċiżi mill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernata. |
|
2. |
Jekk l-għoti lura jkun ikbar mill-kwota disponibbli, it-tnaqqis se jitwettaq sal-massimu tal-kwota disponibbli fis-sena ta’ wara li jkun sar is-sajd żejjed. It-tnaqqis li jifdal se jitwettaq fuq il-kwoti disponibbli fis-sena jew, jekk ikun meħtieġ, fis-snin ta’ wara, sakemm l-ammont totali ta’ sajd żejjed (inkluż l-ammonti li jirriżultaw minn fatturi multiplikanti applikabbli) jingħata lura. |
|
3. |
B’deroga mill-punt 2 hawn fuq, tista’ tingħata possibbiltà eċċezzjonali ta’ għoti lura aktar bil-mod (jiġifieri, rata ta’ 50/50 fuq sentejn jew għoti lura bħala perċentwal tal-ammont dovut mifrux fuq aktar minn sentejn) jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
4. |
Jekk ma jkunx possibbli li t-tnaqqis jitwettaq fuq l-istokk li fuqu sar sajd żejjed fis-sena ta’ wara dik li fiha jkun sar is-sajd żejjed għaliex l-Istat Membru kkonċernat ma jkollux kwota disponibbli, it-tnaqqis se jitwettaq fuq stokkijiet oħrajn fl-istess żona ġeografika jew bl-istess valur kummerċjali, kif preskritt mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tali stokkijiet se jiġu identifikati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
|
5. |
Fejn it-tnaqqis jikkonċerna stokkijiet ġestiti minn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, il-Kummissjoni tista’ twettaq tnaqqis, inklużi l-ammonti li jirriżultaw minn fatturi multiplikanti applikabbli, skont il-punti 2 sa 4 mis-sena/snin ta’ aġġustament deċiża/deċiżi mill-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ikkonċernata. |
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida għat-tnaqqis tal-kwoti skont l-Artikolu 105(1), (2) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 (ĠU C 72, 10.3.2012, p. 27) kif emendat bil-Komunikazzjoni 2019/C 192/03 (ĠU C 192, 7.6.2019, p. 5).