|
21.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Emenda għall-Qafas Temporanju ta’ Kriżi għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġaw l-ekonomija wara l-aggressjoni kontra l-Ukrajna mir-Russja
(2022/C 280/01)
1. Introduzzjoni
|
1. |
Fit-23 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni adottat il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi. |
|
2. |
Il-Qafas Temporanju ta’ Kriżi għandu l-għan li jippermetti lill-Istati Membri jirrimedjaw in-nuqqas ta’ likwidità ffaċċjata minn dawk l-impriżi affettwati direttament jew indirettament mit-taqlib serju tal-ekonomija kkawżat mill-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna, il-miżuri restrittivi (sanzjonijiet) imposti mill-Unjoni jew mis-sħab internazzjonali tagħha u l-kontromiżuri ekonomiċi meħuda, pereżempju, mir-Russja. |
|
3. |
Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li l-miżuri stabbiliti fil-Qafas Temporanju ta’ Kriżi jiġu aġġustati fl-isfond tal-aggressjoni militari mtawla mir-Russja u tal-effetti diretti u indiretti aggravanti fuq l-ekonomija tal-Unjoni b’mod ġenerali u l-ekonomiji tal-Istati Membri kollha. |
|
4. |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri dwar il-fehmiet tagħhom rigward il-ħtiġijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati fl-isfond tas-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet (1), l-isforzi biex titnaqqas id-dipendenza fuq iż-żejt Russu u l-objettivi tal-Pjan REPowerEU (2). |
|
5. |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-ammonti massimi ta’ għajnuna skont it-taqsima 2.1 tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi għandhom jiżdiedu biex ikopru t-tfixkil ekonomiku kontinwu u l-effetti makroekonomiċi aggravanti ta’ żidiet ulterjuri u fit-tul tal-kostijiet tal-enerġija, l-iskarsezza tal-provvista tal-gass li qed tmur għall-agħar u n-nuqqas ta’ sigurtà dwar id-disponibbiltà futura tiegħu, kif ukoll l-effetti diretti u indiretti tas-sanzjonijiet addizzjonali adottati mill-Unjoni jew mis-sħab internazzjonali tagħha. |
|
6. |
It-tieni, il-Kummissjoni tqis li huma meħtieġa ċerti aġġustamenti fit-taqsima 2.4 tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni effettiva tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-appoġġ mogħti skont dik it-taqsima għandu jkun limitat biex jiġu evitati inċentivi biex jiżdied l-użu tal-enerġija u tal-gass, b’konsegwenza li l-iskarsezza attwali tal-gass taggrava. |
|
7. |
It-tielet, il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jieħdu miżuri addizzjonali f’konformità mal-Pjan REPowerEU biex iħaffu jew jiffaċilitaw l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli (l-enerġija solari, mir-riħ u ġeotermali), il-bijogass u l-bijometan mill-iskart u r-residwi organiċi, l-idroġenu rinnovabbli, il-ħżin u s-sħana rinnovabbli. |
|
8. |
Ir-raba’, il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jieħdu miżuri addizzjonali biex jaċċelleraw id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija u biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati billi jappoġġaw il-miżuri ta’ dekarbonizzazzjoni. |
|
9. |
Fl-isfond ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li lil hinn mill-miżuri ta’ għajnuna permessi skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE u l-possibbiltajiet eżistenti skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, huwa essenzjali wkoll li titħaffef l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin u s-sħana rinnovabbli biex jiġi implimentat il-Pjan REPowerEU u biex jiġu dekarbonizzati l-proċessi ta’ produzzjoni industrijali permezz tal-elettrifikazzjoni u/jew l-użu ta’ idroġenu rinnovabbli u ta’ ċerti tipi ta’ idroġenu elettrolitiku u miżuri ta’ effiċjenza enerġetika. Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom se tikkunsidra jekk dawn il-miżuri humiex kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. Għal dan il-għan, se jiġu introdotti żewġ taqsimiet (it-Taqsimiet 2.5 u 2.6) fil-Qafas Temporanju ta’ Kriżi. |
|
10. |
Minbarra l-emendi proposti, il-Kummissjoni tfakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità tal-impriżi affettwati mill-kriżi attwali skont it-taqsimiet eżistenti 2.1, 2.2 u 2.3 tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi. Il-kostijiet tal-investiment, bħat-tagħmir tal-manifattura jew il-materjali meħtieġa biex jiġu implimentati l-objettivi tar-REPowerEU jistgħu jiġu appoġġati b’self jew garanziji sussidjati skont it-taqsimiet 2.2 u 2.3 tal-Qafas Temporanju ta’ Kriżi. |
2. Emendi għall-Qafas Temporanju ta’ Kriżi
|
11. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-emendi li ġejjin għall-Qafas Temporanju ta’ Kriżi mill-20 ta’ Lulju 2022. |
|
12. |
Il-punt 14bis jiddaħħal kif ġej:
(*) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/876 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 11); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 15); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/879 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 53); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/880 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 75); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 77); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 88); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 92); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 128); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/885 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 139).”" |
|
13. |
Il-punt 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) COM/2022/230 final, 18 ta’ Mejju 2022.”" |
|
14. |
Jiddaħħal il-punt 25bis li ġej:
|
|
15. |
Jiddaħħlu l-punti 26bis, 26ter, 26quater u 26quinquies li ġejjin:
(*) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.103012 (2022/NN) - Miżura ta’ inċentiv għall-ħżin tal-gass naturali fil-faċilità ta’ ħżin ta’ Bergermeer għall-perjodu ta’ tisħin li jmiss." (**) Kif emendat bir-Regolament (UE) 2022/1032 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-29 ta’ Ġunju 2022 (ĠU L 173, 30.6.2022, p. 17)." (*) COM(2022) 360/2, 20 ta’ Lulju 2022." |
|
16. |
Il-punt 41(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) Għajnuna mogħtija fuq il-bażi ta’ skemi approvati f’din it-taqsima li tkun ġiet rimborżata qabel ma tingħata għajnuna ġdida f’din it-taqsima mhijiex se titqies fid-determinazzjoni ta’ jekk il-limitu rilevanti jinqabiżx." (**) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h)." (***) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g).”" |
|
17. |
Il-punt 42(a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) L-għajnuna mogħtija abbażi ta’ skemi approvati taħt din it-taqsima li tkun tħallset lura qabel ma ngħatat għajnuna ġdida taħt din it-taqsima ma għandhiex titqies biex jiġi determinat jekk inqabiżx il-limitu massimu rilevanti." (**) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h)." (***) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g).”" |
|
18. |
Il-punt 43 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti skont il-punti 41(a) u 42(a), l-Istat Membru kkonċernat irid jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 500 000 għal kull impriża. Meta impriża tkun attiva esklussivament fis-setturi koperti mill-punt 42(a), jenħtieġ li l-ammont massimu globali ta’ EUR 75 000 ma jinqabiżx għal kull impriża.” |
|
19. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal f’punt 45:
|
|
20. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal f’punt 47(e) l-ittra (i):
|
|
21. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal f’punt 47(e) ittra (ii):
|
|
22. |
Fil-punt 49, ir-referenza għall-punt 47(d) hija sostitwita b’“il-punt 47 (e)”. |
|
23. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal fil-punt 50(b):
|
|
24. |
Il-link fin-nota f’qiegħ il-paġna 48 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“https://ec.europa.eu/competition-policy/state-aid/legislation/reference-discount-rates-and-recovery-interest-rates_en” |
|
25. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal f’punt 50(c):
|
|
26. |
It-tabella li ġejja tiddaħħal f’punt 50(e) ittra (i):
|
|
27. |
In-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja tiddaħħal f’punt 50(e) ittra (ii):
|
|
28. |
Il-punt 50(e) l-ittra (iii) hija sostitwita b’dan li ġej:
(*) Ġustifikazzjoni rilevanti tista’ tkun relatata ma’ benefiċjarji attivi f’setturi li huma partikolarment affettwati mill-effetti diretti jew indiretti tal-aggressjoni Russa, inklużi miżuri ekonomiċi restrittivi meħuda mill-Unjoni u s-sħab internazzjonali tagħha, kif ukoll kontromiżuri meħuda mir-Russja. Dawn l-effetti jistgħu jinkludu interruzzjonijiet fil-ktajjen tal-provvista jew pagamenti pendenti mir-Russja jew mill-Ukrajna, iżidu l-volatilità tal-prezzijiet fis-swieq tal-enerġija u l-ħtiġijiet kollaterali relatati, riskji akbar ta’ attakki ċibernetiċi, jew żieda fil-prezzijiet għal inputs jew materja prima speċifiċi affettwati mill-kriżi attwali." (**) Kif definit fl-Anness I tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa." (***) Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll il-kostijiet tal-investiment.”" |
|
29. |
Il-punt 51 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
30. |
Il-punt 52 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) Permezz ta’ deroga, meta l-għajnuna tingħata biss wara verifika ex post tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn tal-benefiċjarju u l-Istat Membru jiddeċiedi li ma jinkludix il-possibbiltà li jagħti pagamenti bil-quddiem skont il-punt 52 (h), l-għajnuna tista’ tingħata sal-31 ta’ Marzu 2023 sakemm jiġi rispettat il-perjodu eliġibbli kif definit fil-punt 52(e)." (**) Jekk l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni tat-taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie mogħti dan il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022." (***) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanziji f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 47(h)." (****) Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’self f’din it-taqsima, japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali fil-punt 50(g)." (*****) Għall-finijiet tat-taqsima 2.4 esklussivament, ‘benefiċjarju’ tfisser impriża jew entità ġuridika li tifforma parti minn impriża." (******) Kif muri mill-benefiċjarju pereż. fuq il-bażi tal-kont rispettiv. Il-konsum finali biss se jingħadd, il-bejgħ u l-produzzjoni proprja huma esklużi." (*******) (p(t) - p(ref) * 2) * q(t), fejn p tirrappreżenta l-prezz unitarju, q (quantity) il-kwantità kkonsmata, ref il-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021, u t l-perjodu partikolari fil-perjodu mill-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Diċembru 2022.”" |
|
31. |
Il-punt 53 huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51)." (**) Fuq il-bażi tar-rapporti tal-kontabbiltà finanzjarja għas-sena kalendarja 2021 jew l-aħħar kontijiet annwali disponibbli." (***) L-impriża titqies li għandha telf operatorju meta l-EBITDA (il-qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament, esklużi l-indebolimenti ta’ darba) għall-perjodu eliġibbli jkun negattiv. Dan it-telf operatorju għandu jintwera mill-benefiċjarju fuq bażi ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur, sakemm ma jkunx debitament ġustifikat mod ieħor." (****) Benefiċjarju se jitqies bħala attiv f’settur jew sottosettur elenkat fl-Anness I skont il-klassifikazzjoni tal-benefiċjarju fil-kontijiet nazzjonali settorjali jew jekk waħda jew aktar mill-attivitajiet li jwettaq u li huma inklużi fl-Anness I iġġeneraw aktar minn 50 % tal-fatturat jew tal-valur tal-produzzjoni tiegħu fil-perjodu ta’ referenza.”" |
|
32. |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
“2.5. Għajnuna għall-aċċellerazzjoni tal-adozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-ħżin u s-sħana rinnovabbli rilevanti għar-REPowerEU
(*) COM/2022/230 final, 18 ta’ Mejju 2022" (*) Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82)." (**) Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1)." (***) Dawn il-fatturi jistgħu pereżempju jinkludu konfinament obbligatorju tal-popolazzjoni minħabba pandemija, jew interruzzjonijiet madwar id-dinja fil-katina tal-provvista tat-tagħmir meħtieġ għall-proġetti. Madankollu, dan ma jinkludix dewmien fil-kisba tal-permessi meħtieġa għall-proġett." (****) Bħal EUR għal kull tunnellata ta’ tnaqqis ta’ CO2." (*****) Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1)." (******) Kuntratt għad-differenza jintitola lill-benefiċjarju għal pagament ugwali għad-differenza bejn prezz fiss ‘strike’ u prezz ta’ referenza – bħal prezz tas-suq, għal kull unità ta’ output. Il-kuntratti għad-differenza jistgħu jinvolvu wkoll ħlasijiet lura mill-benefiċjarji lil kontribwenti jew konsumaturi għal perjodi li fihom il-prezz ta’ referenza jaqbeż il-prezz tal-eżerċitar.”" |
|
33. |
Tiddaħħal it-taqsima li ġejja:
“2.6 Għajnuna għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni industrijali permezz tal-elettrifikazzjoni u/jew l-użu tal-idroġenu rinnovabbli u tal-idroġenu elettrolitiku li jissodisfa ċerti kundizzjonijiet u tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika
(*) It-tnaqqis fl-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jrid jitkejjel b’referenza għall-medja tal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra li seħħew matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna (emissjonijiet medji fuq bażi annwali)." (**) It-tnaqqis fil-konsum tal-enerġija jrid jitkejjel b’referenza għall-konsum tal-enerġija li jkun seħħ matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna (il-konsum medju fuq bażi annwali)." (***) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29)." (****) Dawn il-fatturi jistgħu pereżempju jinkludu konfinament obbligatorju tal-popolazzjoni minħabba pandemija, jew interruzzjonijiet madwar id-dinja fil-katina tal-provvista tat-tagħmir meħtieġ għall-proġetti. Madankollu, dan ma jinkludix dewmien fil-kisba tal-permessi meħtieġa għall-proġett." (*****) Kif definit fil-punt 19(89) tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 (ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1)." (******) It-tnaqqis fl-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jew fil-konsum tal-enerġija jrid jitkejjel b’referenza għall-medja tal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra jew tal-konsum tal-enerġija li jkun seħħ matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna (emissjonijiet/konsum medji fuq bażi annwali).”" |
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/876 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 1); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 11); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 15); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/879 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 53); Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/880 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 75); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 77); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 88); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 92); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/884 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 128); Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/885 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022, p. 139).
(2) COM/2022/230 final, 18 ta’ Mejju 2022.