12.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 159/44


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda mhux minuri, għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2022/C 159/14)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni ta’ emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ PRODOTT GĦAL DENOMINAZZJONI TA’ ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres”

Nru tal-UE: PDO-FR-0137-AM01- 3.12.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem: Syndicat des Laiteries Charentes-Poitou (L-Assoċjazzjoni tal-Imħaleb ta’ Charentes-Poitou)

Indirizz: 44 rue Jean Jaurès, 17700 Surgeres, France

Tel. +33 546075800

Faks +33 546076055

Email: contact@aclccp.com

Kompożizzjoni u interess leġittimu: l-Assoċjazzjoni tal-Imħaleb ta’ Charentes-Poitou hija korp kummerċjali tal-produtturi tal-ħalib, il-persuni li jiġbru l-ħalib/il-produtturi tal-“Beurre Charentes-Poitou”. Għalhekk għandha dritt leġittimu li titlob emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn: aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti fl-Istat Membru u tal-grupp applikant, it-tip ta’ prodott, il-korpi ta’ spezzjoni, u r-rekwiżiti nazzjonali

4.   Tip ta’ emenda/i

☐ Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

☒ Emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti)

5.   Emenda/i

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, is-sentenza li ġejja:

Il-butir bid-denominazzjonijiet ta’ oriġini jrid ikollu togħma pura u pjaċevoli. Irid ikollu riħa delikata u friska. Irid ikun ta’ kulur uniformi u faċli jindilek.

ġiet sostitwita bi:

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” huwa magħmul mill-ħalib tal-baqra, huwa ta’ kulur uniformi minn lewn il-krema għal isfar ċar u għandu riħa lattika, delikata u togħma pjaċevoli ta’ krema friska u ta’ ġellewż.

Ġie miżjud it-tip ta’ ħalib użat (“magħmul mill-ħalib tal-baqra”).

Id-deskrizzjoni tal-kulur tal-butir ġiet issupplimentata (biż-żieda tal-kliem “minn lewn il-krema għal isfar ċar”), u ġew issupplimentati wkoll id-deskrizzjoni tar-riħa (“riħa lattika, delikata”) u t-togħma (“togħma pjaċevoli ta’ krema friska u ta’ ġellewż”) tiegħu.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, is-sentenza li ġejja:

Irid ikun ta’ kulur uniformi u faċli jindilek.

ġiet sostitwita bi:

Idub fil-ħalq u għandu sawra li hija kemm soda kif ukoll li tista’ tiġi ffurmata, li tagħmlu mill-aktar adattat biex issir l-għaġina b’ħafna saffi.

Il-parti relatata mas-sawra tal-butir li “faċli jindilek” ġiet emendata biex is-sawra tiegħu tiġi ddefinita b’mod aktar ċar.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet is-sentenza li ġejja:

Il-butir jista’ jkun jew immellaħ jew mhux immellaħ.

Ġie ċċarat fit-taqsima “Deskrizzjoni” li l-butir jista’ jkun jew immellaħ jew mhux immellaħ, u b’hekk din saret konformi mat-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni”, li tipprevedi ż-żieda possibbli tal-melħ waqt il-produzzjoni.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedet is-sentenza li ġejja:

Il-butir għandu pH ta’ 6 jew inqas.

Din is-sentenza tmexxiet mit-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni” għat-taqsima “Deskrizzjoni” għaliex tgħin tistabbilixxi l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassret is-sentenza li ġejja:

Kompożizzjoni għal kull 100 g tal-prodott lest: mill-inqas 82 % xaħam, mhux aktar minn 2 g solidi li ma humiex xaħam u mhux aktar minn 16-il g ilma, sa massimu ta’ 2 g għal kull 100 g.

Dawn l-aspetti huma rregolati bil-liġi.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassret is-sentenza li ġejja:

Iż-żieda ta’ koloranti, antiossidanti jew sustanzi ta’ deaċidifikazzjoni hija pprojbita.

Il-parti relatata mal-projbizzjoni taż-żieda ta’ koloranti, antiossidanti jew sustanzi ta’ deaċidifikazzjoni tħassret u tmexxiet għat-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni”.

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, tħassret is-sentenza li ġejja:

Il-ħalib u l-krema użati biex isir il-butir taħt id-denominazzjoni tal-oriġini jridu jkunu pastorizzati.

Ir-rekwiżit li l-ħalib u l-krema jiġu pastorizzati tħassar mid-deskrizzjoni sabiex ikun jista’ jiġi prodott butir mhux ipproċessat taħt id-DOP. Wara l-iskoperta tal-pastorizzazzjoni fis-seklu 20, il-produzzjoni tal-butir mhux ipproċessat, li kien il-butir oriġinali prodott fir-reġjun, saret limitata ħafna, iżda kompliet. Issa, il-grupp applikant jixtieq ikun jista’ jirrikonoxxi dan il-prodott taħt id-DOP.

Id-Dokument Uniku ġie emendat ukoll.

Is-sentenza li ġejja:

Butir ta’ kulur ċar b’sawra soda, ikkaratterizzat mill-aroma fina tiegħu.

ġiet sostitwita bi:

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” huwa magħmul mill-ħalib tal-baqra, huwa ta’ kuluri uniformi minn lewn il-krema għal isfar ċar u għandu riħa lattika delikata u togħma pjaċevoli ta’ krema friska u ġellewż.

Idub fil-ħalq u għandu sawra li hija kemm soda kif ukoll li tista’ tiġi ffurmata, li tagħmlu mill-aktar adattat biex issir l-għaġina b’ħafna saffi.

Il-butir jista’ jkun jew immellaħ jew mhux immellaħ.

Il-butir għandu pH ta’ 6 jew inqas.

5.2.   Żona ġeografika

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iż-żona ġeografika ma nbidlitx, iżda l-mod li bih hija ppreżentata ġie rivedut sabiex jiġu elenkati d-départements u l-muniċipalitajiet ikkonċernati. Dan sar biex ikun hemm konformità mal-linji gwida tal-abbozzar għad-Dokumenti Uniċi u peress li l-kliem “ir-reġjuni tal-Loire u Poitou” ma jagħtux lill-konsumaturi informazzjoni preċiża biżżejjed. Issa qed jingħad ukoll li l-ippakkjar u l-iffriżar iridu jsiru wkoll fiż-żona ġeografika.

Fir-rigward tal-ippakkjar, din l-emenda tinvolvi l-inkorporazzjoni ta’ dispożizzjoni eżistenti mit-test nazzjonali dwar id-denominazzjoni tal-oriġini li kienet tħalliet barra meta tfasslet l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP.

Fir-rigward tal-iffriżar, din hija żieda.

Il-prodott irid jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika. L-ippakkjar irid isir ftit wara l-produzzjoni. L-ippakkjar primarjament jagħmilha possibbli li l-butir jingħata l-forma li se jinbiegħ fiha, iżda barra minn hekk jipproteġih mid-daqqiet li jistgħu jagħmlulu ħsara u l-irwejjaħ li jistgħu jibdlu l-karatteristiċi tiegħu. Imbagħad il-butir jitkessaħ biex ikun jista’ jikkristallizza u biex jiżviluppaw l-aromi u s-sawra tiegħu qabel ma jinbiegħ.

Il-butir li diġà jkun ġie ppakkjat u li huwa maħsub għall-użu fl-industrija tal-ikel jew għall-esportazzjoni biss jista’ jiġi ffriżat. L-iffriżar irid isir fi żmien 30 jum mill-produzzjoni. Il-butir jiġi ffriżat wara l-kristallizzazzjoni, biex b’hekk jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat.

Dan kollu ġie deskritt fil-punt 3.5 tad-Dokument Uniku, u ż-żona ġeografika ġiet iddefinita kemm jista’ jkun fil-qosor billi ġew elenkati d-départements, il-cantons u l-muniċipalitajiet, f’konformità mal-linji gwida tal-abbozzar ta’ dak id-dokument.

Fir-rigward tal-konfini tagħha, iż-żona ġeografika li fiha jiġi prodott il-ħalib ma nbidlitx, iżda nbidel il-mod kif hija ppreżentata, biż-żieda ta’ lista tad-départements u l-muniċipalitajiet li tinkludi.

Fl-aħħar nett, żdiedet is-sentenza li ġejja mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Il-mapep taż-żona ġeografika jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Institut national de l’origine et de la qualité (l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità – INAO).

5.3.   Prova tal-oriġini

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti nazzjonali, żdiedet taqsima intitolata “Prova li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika” mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni u r-rekwiżiti taż-żamma tar-rekords fir-rigward tat-traċċabBiltà tal-prodott u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.

Dawn jinkludu:

Dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni għall-operaturi li jixtiequ jkunu involuti fil-produzzjoni, il-ġbir jew l-ipproċessar tal-ħalib, fl-intier tagħhom jew parzjalment:

Żdied il-paragrafu li ġej:

“4.1.   Identifikazzjoni tal-operaturi

L-operaturi li jixtiequ jkunu involuti fil-produzzjoni, il-ġbir jew l-ipproċessar tal-ħalib, fl-intier tagħhom jew parzjalment, huma meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ identifikazzjoni. Dik id-dikjarazzjoni tingħata lill-grupp, li jirreġistraha. Trid issir skont il-mudell approvat mid-Direttur tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO).

Il-grupp irid iżomm lista aġġornata tal-operaturi identifikati.

Diversi rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni relatati mal-waqfien temporanju tal-produzzjoni (“dikjarazzjoni minn qabel tal-intenzjoni li ma jkunx hemm produzzjoni” u “dikjarazzjoni minn qabel ta’ bidu mill-ġdid tal-produzzjoni”) u n-notifika u l-monitoraġġ ta’ prodotti maħsuba għall-bejgħ taħt id-DOP (monitoraġġ tal-volumi u tal-ħażniet):

Żdied il-paragrafu li ġej:

“4.2.   Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni

(a)

Dikjarazzjoni tal-intenzjoni li ma jkunx hemm produzzjoni u dikjarazzjoni ta’ bidu mill-ġdid tal-produzzjoni

Fejn xieraq, il-produtturi jridu jibagħtu lill-grupp dikjarazzjoni minn qabel tal-intenzjoni li ma jkunx hemm produzzjoni taħt id-denominazzjoni tal-oriġini, li tista’ tkopri wħud mill-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħhom jew kollha kemm huma, tal-inqas ġimagħtejn qabel ma tieqaf il-produzzjoni taħt id-denominazzjoni tal-oriġini.

Il-grupp irid jinforma lill-korp ta’ spezzjoni b’dan u jżomm id-dikjarazzjoni għal 5 snin.

Jekk ikunu jixtiequ jerġgħu jibdew il-produzzjoni, l-operaturi jridu jibagħtu lill-grupp dikjarazzjoni minn qabel ta’ bidu mill-ġdid tal-produzzjoni tal-inqas ġimagħtejn qabel ma jerġgħu jibdew il-produzzjoni. Dik id-dikjarazzjoni trid tiddikjara, b’mod partikolari, id-data stabbilita biex terġa’ tibda l-produzzjoni.

Il-grupp irid jinforma lill-korp ta’ spezzjoni b’dan u jżomm id-dikjarazzjoni għal 5 snin.

(b)

Rekwiżiti ta’ dikjarazzjoni fir-rigward tan-notifika u l-monitoraġġ ta’ prodotti maħsuba għall-bejgħ taħt id-denominazzjoni tal-oriġini

Fi tmiem kull perjodu ta’ 6 xhur, l-operaturi kkonċernati jridu jissottomettu l-volum totali tal-butir mibjugħ, li jindika l-volum tal-butir mibjugħ taħt id-denominazzjoni tal-oriġini u l-ħażniet miżmuma fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 6 xhur li jkun għadu kif intemm.

Il-grupp irid iżomm dawk id-dokumenti għal mill-inqas 5 snin.

Kull sena, il-grupp irid jibgħat lill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità sommarju tal-istatistika relatata mal-‘Beurre Charentes-Poitou’.

Iż-żamma tar-rekords, li jispeċifikaw l-obbligi tal-operaturi li jżommu reġistru tal-inputs u l-outputs sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli l-intraċċar tal-kwantitajiet ta’ ħalib u krema użati u l-kwantitajiet ta’ butir prodotti, ippakkjati u ffriżati:

Żdied il-paragrafu li ġej:

“4.3.   Żamma tar-rekords

L-operaturi kollha jridu jagħmlu disponibbli lill-korpi ta’ spezzjoni r-reġistri tagħhom u kull dokument ieħor meħtieġ biex jiġu vverifikati l-oriġini, il-kwalità u l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib u l-butir.

(a)

Traċċabbiltà

L-operaturi kollha jridu jżommu reġistru aġġornat tal-inputs u l-outputs, jew dokument ieħor ta’ kontabbiltà ekwivalenti. Dak ir-reġistru jrid jindika, b’mod partikolari:

il-kwantitajiet ta’ ħalib miġbura jew mixtrija miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib u maħsuba għall-produzzjoni tal-butir taħt id-denominazzjoni tal-oriġini;

il-kwantitajiet ta’ krema miġbura jew mixtrija u maħsuba għall-produzzjoni tal-butir taħt id-denominazzjoni tal-oriġini, flimkien mal-oriġini tal-ħalib użat;

il-kwantitajiet ta’ butir prodotti taħt id-denominazzjoni tal-oriġini;

fejn xieraq, il-kwantitajiet ta’ butir mixtrija taħt id-denominazzjoni tal-oriġini, b’indikazzjoni tal-oriġini tagħhom;

il-kwantitajiet totali ta’ butir li jinżammu għall-bejgħ taħt id-denominazzjoni tal-oriġini, b’indikazzjoni ta’:

il-kwantitajiet ta’ butir iffriżat;

il-kwantitajiet ta’ butir imsawwar.

L-impjanti kollha tal-ippakkjar iridu jżommu reġistru aġġornat li jindika l-kwantitajiet ta’ butir koperti mid-denominazzjoni tal-oriġini (li jidħlu u li joħorġu).

Dawk id-dokumenti jridu jinżammu għal mill-inqas sentejn wara s-sena li jikkorrispondu għaliha r-rekords.

Il-persuni li jiġbru l-ħalib huma soġġetti għall-istess obbligi b’rabta mal-attivitajiet tagħhom.

Id-dokumenti meħtieġa għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni relatati mal-għalf (it-tip, l-oriġini, u l-kwantità) u l-ġbir tal-ħalib (nota ta’ kunsinna, fattura):

Żdied il-paragrafu li ġej:

“(b)

Monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni

Il-produtturi tal-ħalib iridu jipprovdu lill-korpi ta’ spezzjoni dokumenti li juru, b’mod partikolari, it-tip, l-oriġini u l-kwantità ta’ foraġġ u għalf użati biex jitimgħu l-merħla. Iridu wkoll jirrekordjaw id-dati tal-perjodi tar-ragħa.

Il-produtturi tal-ħalib iridu jżommu fatturi u/jew noti ta’ kunsinna li juru l-kwantitajiet u l-oriġini ta’ kwalunkwe għalf mixtri.

Dawn id-dokumenti jridu jinżammu għal 5 snin.

Il-proċessuri jridu jipprovdu lill-korpi ta’ spezzjoni d-dokumenti meħtieġa biex jivverifikaw dan li ġej:

iż-żona tal-ġbir ġewwa ż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib,

id-data tal-ġbir,

il-konformità mal-parametri tal-produzzjoni,

it-tul ta’ żmien bejn il-produzzjoni u l-iffriżar.

Dawn id-dokumenti jridu jinżammu għal sentejn.

Il-persuni li jiġbru l-ħalib huma soġġetti għall-istess obbligi b’rabta mal-attivitajiet tagħhom.

Il-verifiki tal-prodott, li qabel kienu koperti minn testi nazzjonali oħra, issa huma previsti b’mod espliċitu fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Huma bbażati fuq testijiet analitiċi u sensorji, li jsiru għal għarrieda u bit-teħid tal-kampjuni.

Żdied il-paragrafu li ġej:

“4.4.   Verifiki tal-prodotti

It-testijiet analitiċi u sensorji jsiru għal għarrieda billi jittieħdu kampjuni tal-butir ippakkjat.

5.4.   Metodu ta’ produzzjoni

5.1.   Produzzjoni tal-ħalib

Ġew miżjuda dispożizzjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-ħalib fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Dawn id-dispożizzjonijiet isaħħu r-rabta bejn il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” u l-post tal-oriġini tiegħu billi jistabbilixxu l-prattiki segwiti mill-bdiewa lokali li jrabbu l-bhejjem biex jitimgħu l-merħla b’mod ġenerali u l-baqar tal-ħalib b’mod partikolari.

Żdied il-paragrafu li ġej:

“(a)

Ġestjoni tal-merħla:

Għall-finijiet ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

‘merħla’ tfisser il-merħla sħiħa ta’ baqar tal-ħalib fir-razzett, li tikkonsisti f’baqar li jipproduċu l-ħalib, baqar li ma jipproduċux ħalib u għoġġiela;

‘għoġġiela’ tfisser annimali li ġew miftuma iżda li għadhom ma welldux;

‘baqar tal-ħalib’ tfisser baqar li jipproduċu l-ħalib, baqar li ma jipproduċux ħalib u għoġġiela xahar qabel iwelldu.

Kull razzett irid ikollu żoni ta’ għelejjel tal-foraġġ biex jipprovdu għalf lill-merħla, inklużi mill-inqas 0,2 ha ta’ ħaxix jew maslin (taħlita ta’ ħaxix u għelejjel tal-proteini) għal kull baqra tal-ħalib.

Sabiex tissaħħaħ ir-rabta, ġie miżjud kapitolu dwar l-oriġini tal-għalf, li jelenka l-materja prima li trid tiġi miż-żona u li jiddikjara li mill-inqas 80 % tal-konsum bażiku tal-merħla jrid jiġi miż-żona.

Żdied il-paragrafu li ġej:

“(b)

Oriġini tal-għalf

Il-materja prima li ġejja trid tiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib:

foraġġ: il-forom kollha ta’ pjanti taċ-ċereali friski jew ippreservati, ħaxix, pjanti erbaċej u legumi; tiben;

pjanti kruċiferi (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), imqassma friski;

għeruq u tuberi;

ħbub tal-qamħ, inkluż il-qamħirrum u prodotti dderivati minnu;

żrieragħ li jagħtu ż-żejt u żrieragħ legumi.

Mill-inqas 80 % tal-konsum totali annwali tal-merħla, espress bħala materja niexfa, irid jiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib.

Il-proporzjon ta’ għalf supplimentari tal-proteini b’kontenut totali ta’ materja nitroġenuża ta’ >20 % / materja niexfa totali minn barra ż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib ma għandux jaqbeż l-1 200 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib kull sena kalendarja.

Prodotti miksuba mill-materja prima elenkata hawn fuq iżda pproċessati barra miż-żona jistgħu jiġu inklużi fl-għalf tal-merħla u jingħaddu fil-proporzjon tal-għalf prodott fiż-żona, soġġett għall-kundizzjoni tat-traċċabbiltà.

Ġiet miżjuda wkoll lista tal-ingredjenti tal-għalf ipprojbiti.

Żdied il-paragrafu li ġej:

Dawn li ġejjin huma pprojbiti mill-għalf tal-merħla:

l-urea u d-derivattivi tagħha, kif definiti fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali;

l-użu ta’ żejt tal-palm, żejt tal-karawett, żejt tal-ġirasol, żejt tal-kittien, żejt taż-żebbuġa u żejt tal-ġewż tal-Indi f’forma ta’ żejt; żejt residwu fl-għalf u żejt miżjud bħala għajnuna għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ konċentrati ma huwiex affettwat;

kwalunkwe trattament kimiku (b’mod partikolari soda u ammonijaka) tal-għalf maħsub għall-merħla;

għalf derivat minn prodotti ġenetikament modifikati (OĠM).

Ingħatat ukoll kjarifika fir-rigward tal-addittivi awtorizzati fl-għalf.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

L-enzimi u l-inokulanti batterjali huma l-uniċi addittivi awtorizzati fil-foraġġ.

Ġie speċifikat ukoll il-proporzjon ta’ kuljum ta’ qamħirrum mogħti lill-baqar tal-ħalib. Il-proporzjon tal-qamħirrum fl-għalf jikkontribwixxi għall-karatteristiċi tal-butir bid-DOP “Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres”. Jikkontribwixxi kemm għall-kontenut ta’ xaħam tal-ħalib u tal-krema kif ukoll għas-sawra tal-butir li hija simultanjament soda u li tista’ tiġi ffurmata, kwalità li hija partikolarment imfittxija mill-furnara u l-koki tal-prodotti tal-għaġina.

Iż-żidiet li saru jistabbilixxu l-prattiki segwiti mill-produtturi lokali tal-ħalib, li adattaw il-ġestjoni tagħhom tal-merħla għal-limiti tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ġeografika. Karatteristika speċifika tad-dieta f’dan ir-reġjun hija li hija regolari u konsistenti, jiġifieri ftit hemm varjazzjoni fil-kompożizzjoni tal-ħalib, tal-krema u tal-butir.

Żdied il-paragrafu li ġej:

“(d)

Għalf għall-baqar tal-ħalib

Il-konsum ta’ kuljum għall-baqar tal-ħalib, f’termini ta’ materja niexfa, irid jinkludi:

mill-inqas 2 kg ta’ foraġġ għajr qamħirrum tal-foraġġ,

minimu ta’ 50 % u mill-inqas 7 kg qamħirrum (fil-forom kollha tiegħu).

Il-kwantità tal-qamħirrum tista’ titnaqqas matul il-perjodu tar-ragħa, iżda ma tistax tkun inqas minn 1,5 kg.

Jekk il-konsum ta’ kuljum jinkludi pjanti kruċiferi friski (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), dawn għandhom jammontaw għal mhux aktar minn 10 % tal-materja niexfa.

L-ammont tal-għalf supplimentari li ġej mogħti lill-annimali huwa ristrett għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib għal kull sena kalendarja:

ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom,

żrieragħ li jagħtu ż-żejt u żrieragħ legumi u prodotti derivati minnhom,

minerali u prodotti derivati minnhom,

vitamini,

prodotti sekondarji mill-fermentazzjoni bil-mikroorganiżmi.

Fl-aħħar nett, żdiedu d-dispożizzjonijiet li ġejjin biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tal-annimali fil-maqjel (materjal tal-marqad, mifrex, ventilazzjoni).

Żdied il-paragrafu li ġej:

“(e)

Kundizzjonijiet tat-trobbija tal-bhejjem

Irid jiġi żgurat li jkun hemm ventilazzjoni meta l-annimali jkunu preżenti, jew permezz ta’ ċirkolazzjoni tal-arja naturali jew, fejn meħtieġ, permezz ta’ ventilazzjoni mekkanika.

Il-materjal tal-marqad irid ikun artab, biex tiġi żgurata l-akbar kumdità għall-annimali.

It-tiben jew materjali oħra użati bħala mifrex iridu jkunu ta’ kwantità suffiċjenti u jinbidlu spiss biżżejjed biex jiġi żgurat li l-mifrex ikun niexef u artab.

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, żdiedu l-paragrafi li ġejjin mal-punt 3.3 tad-Dokument Uniku:

L-għalf tal-baqar tal-ħalib ma jistax jiġi kompletament miż-żona ġeografika. Il-ħtiġijiet tal-proteini tal-baqar tal-ħalib mhux dejjem jistgħu jiġu sodisfatti mill-art ikkultivata fiż-żona ġeografika, iżda mill-inqas 80 % tal-konsum totali annwali tal-merħla, espress bħala materja niexfa, irid jiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib.

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm rabta mill-qrib bejn iż-żona ġeografika u l-prodott, il-materja prima li ġejja trid tiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib:

foraġġ: il-forom kollha ta’ pjanti taċ-ċereali friski jew ippreservati, ħaxix, pjanti erbaċej u legumi; tiben;

pjanti kruċiferi (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), imqassma friski;

għeruq u tuberi;

ħbub tal-qamħ, inkluż il-qamħirrum u prodotti dderivati minnu;

żrieragħ li jagħtu ż-żejt u żrieragħ legumi.

Il-proporzjon ta’ għalf supplimentari tal-proteini b’kontenut totali ta’ materja nitroġenuża ta’ >20 % / materja niexfa totali minn barra ż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib ma għandux jaqbeż l-1 200 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib kull sena kalendarja.

Dawn li ġejjin huma pprojbiti mill-għalf tal-merħla:

l-urea u d-derivattivi tagħha, kif definiti fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali.

l-użu ta’ żejt tal-palm, żejt tal-karawett, żejt tal-ġirasol, żejt tal-kittien, żejt taż-żebbuġa u żejt tal-ġewż tal-Indi f’forma ta’ żejt; żejt residwu fl-għalf u żejt miżjud bħala għajnuna għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ konċentrati ma huwiex affettwat;

kwalunkwe trattament kimiku (b’mod partikolari soda u ammonijaka) tal-għalf maħsub għall-merħla;

għalf derivat minn prodotti ġenetikament modifikati (OĠM).

L-enzimi u l-inokulanti batterjali huma l-uniċi addittivi awtorizzati fil-foraġġ.

Il-konsum ta’ kuljum għall-baqar tal-ħalib, f’termini ta’ materja niexfa, irid jinkludi:

mill-inqas 2 kg ta’ foraġġ għajr qamħirrum tal-foraġġ,

minimu ta’ 50 % u mill-inqas 7 kg qamħirrum (fil-forom kollha tiegħu).

Il-kwantità tal-qamħirrum titnaqqas għal tal-inqas 1,5 kg matul il-perjodu tar-ragħa.

Jekk il-konsum ta’ kuljum jinkludi pjanti kruċiferi friski (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), dawn għandhom jammontaw għal mhux aktar minn 10 % tal-materja niexfa.

L-ammont tal-għalf supplimentari li ġej mogħti lill-annimali huwa ristrett għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib għal kull sena kalendarja:

ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom,

żrieragħ taż-żejt u żrieragħ legumi u prodotti derivati minnhom,

minerali u prodotti derivati minnhom,

vitamini,

prodotti sekondarji mill-fermentazzjoni bil-mikroorganiżmi.

5.2.   Proċessar

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-taqsima dwar l-ipproċessar ġiet estiża biex tingħata deskrizzjoni aħjar tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-butir u biex jiġu stabbiliti t-tekniki tal-produzzjoni tal-butir użati fiż-żona tal-produzzjoni.

(a)

Ġbir tal-ħalib

It-taqsima dwar il-ġbir tal-ħalib ġiet estiża sabiex jiġu rregolati l-prattiki segwiti.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

Il-ħalib irid jinġabar fi żmien 72 siegħa mill-ewwel ħalba.

Dan il-limitu ta’ żmien jagħmilha possibbli li jiġi organizzat il-ġbir tal-ħalib f’żona li hija pjuttost kbira u li jinġabar il-ħalib mill-produtturi kollha, ikun xi jkun il-volum tal-produzzjoni tagħhom. Il-limitu ta’ żmien ġie stabbilit għal 72 siegħa minħabba li l-produtturi tal-ħalib huma mifruxa pjuttost ’il bogħod minn xulxin fiż-żona ġeografika.

Is-sentenza li ġejja:

Wara li jasal fil-imħaleb, il-ħalib miġbur fiż-żona definita jinħażen fit-temperatura tal-ġbir, jiġifieri bejn 4 °C u 6 °C.

ġiet sostitwita bi:

Wara li jasal fl-imħaleb, il-ħalib miġbur jista’ jinħażen.

F’dak il-każ, irid jinħażen f’temperatura ta’ bejn 2 °C u 6 °C.

Ir-rekwiżit li jinħażen il-ħalib tħassar, iżda l-ħalib xorta jista’ jinħażen fit-temperaturi speċifikati, biex b’hekk ikun jista’ jinżamm mingħajr ma jsirlu tibdil. It-temperatura li fiha jinħażen il-ħalib ġiet emendata biex tkun permessa l-ħażna f’temperaturi aktar kesħin (bejn 2 °C u 6 °C minflok bejn 4 °C u 6 °C).

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

Il-ħalib jista’ jiġi ppastorizzat.

Ir-rekwiżiti tal-pastorizzazzjoni tal-ħalib tħassru mit-taqsima “Deskrizzjoni” biex tkun permessa l-produzzjoni tal-butir mhux ipproċessat. Madankollu, il-pastorizzazzjoni għadha permessa.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

Huwa pprojbit li jintużaw koloranti jew antiossidanti jew li jintużaw sustanzi ta’ deaċidifikazzjoni biex titnaqqas l-aċidità tal-ħalib qabel il-pastorizzazzjoni.

Il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi jew materjali tħassret mit-taqsima “Deskrizzjoni” minħabba li hija relatata mal-metodu ta’ produzzjoni. Inżammet u reġgħet ġiet affermata fl-istadji kollha tal-produzzjoni, inkluż fir-rigward tal-ħalib.

Fid-Dokument Uniku, żdiedu l-paragrafi li ġejjin mal-punt 3.3:

Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-‘Beurre Charentes-Poitou’ jiġi miż-żona ġeografika ddefinita f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(b)

Xkumar

Is-sentenza li ġejja:

Qabel il-produzzjoni, il-ħalib jinġieb f’temperatura ta’ 40 °C għall-ixkumar.

ġiet sostitwita bi:

It-temperatura tal-ixkumar tvarja bejn 40 °C u 60 °C, ħlief għall-butir mhux ipproċessat, li għalih trid tkun ta’ 40 °C jew inqas.

It-temperatura tal-ixkumar inizjalment kienet stabbilita għal 40 °C, iżda, fil-prattika, dan il-valur ma jistax ikun iffissat, u għalhekk huwa meħtieġ li minflok tiġi stabbilita medda. It-temperatura tal-ixkumar issa taqa’ f’medda ta’ bejn 40 °C u 60 °C. Il-medda tat-temperatura tagħmilha possibbli li tiġi estratta aktar materja grassa mill-ħalib, skont il-materjali użati, mingħajr ebda riskju li jinbidlu l-kwalitajiet organolettiċi tal-prodott.

Barra minn hekk, żdied limitu speċifiku għall-produzzjoni tal-butir mhux ipproċessat.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

Il-krema minn ħalib pastorizzat biss tista’ tinħażen, f’temperatura ta’ inqas minn 6 °C, qabel il-pastorizzazzjoni.

Għalhekk il-ħażna tal-krema minn ħalib mhux ipproċessat hija pprojbita. Il-krema mhux ipproċessata hija prodott fraġli li għandu jintuża kemm jista’ jkun malajr għal raġunijiet ta’ stabbiltà batterjoloġika.

Ġiet miżjuda s-sentenza li ġejja:

Il-kontenut tax-xaħam tal-krema jrid ikun mill-inqas 36 g għal kull 100 g tal-prodott.

L-iffissar ta’ kontenut minimu ta’ xaħam għall-krema jagħmilha possibbli li tiġi ggarantita l-kwalità tal-krema li tista’ tintuża għall-produzzjoni tal-butir.

(c)

Pastorizzazzjoni tal-krema

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-parti relatata mal-pastorizzazzjoni tal-krema ġiet emendata biex tirregola l-prattiki segwiti.

Is-sentenza li ġejja:

Il-krema miksuba trid tiġi pastorizzata [...] flimkien mal-użu ta’ sustanzi ta’ deaċidifikazzjoni, koloranti jew antiossidanti.

ġiet sostitwita bi:

Il-krema tista’ tiġi pastorizzata, f’liema każ il-pastorizzazzjoni trid titwettaq f’temperatura li ma taqbiżx is-96 °C u b’valur ta’ pastorizzazzjoni ta’ 100 sekonda jew aktar.

Bħal fil-każ tal-ħalib, il-pastorizzazzjoni tal-krema ma għadhiex obbligatorja iżda għadha permessa u issa hija rregolata mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-valuri speċifikati jippermettu t-trattament ġentili tal-krema, u jipprevjenu milli sseħħ wisq reazzjoni Maillard, li tirriżulta f’togħma ta’ prodott imsajjar.

L-inokulazzjoni tal-krema hija ttrattata f’paragrafu separat.

Żdiedu s-sentenzi li ġejjin:

Huwa pprojbit li jintużaw koloranti jew antiossidanti jew li jintużaw sustanzi ta’ deaċidifikazzjoni biex titnaqqas l-aċidità tal-krema qabel il-pastorizzazzjoni.

Huwa pprojbit li l-krema jsirulha xi trattamenti ta’ sanitazzjoni għajr il-pastorizzazzjoni.

Kif intqal aktar ’il fuq, il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi jew materjali tħassret mit-taqsima “Deskrizzjoni tal-prodott” u tmexxiet għall-istadji ta’ produzzjoni rilevanti kollha li fir-rigward tagħhom jeħtieġ li tinżamm u tiġi affermata mill-ġdid.

Ġiet miżjuda projbizzjoni fuq l-użu ta’ kwalunkwe trattament ta’ sanitazzjoni għajr il-pastorizzazzjoni tal-krema. Tekniki bħal dawn ma jikkonformawx mal-prattiki tradizzjonali u x’aktarx li jaffettwaw il-karatteristiċi tal-prodott.

(d)

Inokulazzjoni tal-krema

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-paragrafu li ġej:

imbagħad titkessaħ għal temperatura ta’ madwar 12 °C u fl-aħħar tiġi inokulata b’kolturi speċifiċi. L-użu tal-krema tax-xorrox jew ta’ krema ffriżata jew iffriżata f’temperatura baxxa ħafna huwa pprojbit. […]

ġie sostitwit bi:

Il-krema titkessaħ u tiġi inokulata f’temperatura ta’ mhux aktar minn 21 °C.

L-użu tal-krema tax-xorrox jew ta’ krema ffriżata jew iffriżata f’temperatura baxxa ħafna huwa pprojbit.

It-tul ta’ ħin bejn l-ixkumar tal-ħalib u l-inokulazzjoni jrid ikun inqas minn 48 siegħa.

It-tipi ta’ kolturi użati jridu dejjem jinkludu biss razez ta’ batterji li jipproduċu l-aċidu u t-togħma.

Dawn jiżdiedu jew direttament jew fil-forma ta’ starter.

Ma jistgħu jiżdiedu l-ebda sustanzi li jħaxxnu l-prodott jew li jagħtu togħma.

L-istadju tal-inokulazzjoni oriġinarjament kien miġbur fil-qosor bil-kliem “fl-aħħar tiġi inokulata b’kolturi speċifiċi”, iżda issa huwa stabbilit f’paragrafu separat. Id-deskrizzjoni tal-inokulazzjoni tal-krema ġiet estiża biex tinkludi l-kundizzjonijiet tat-temperatura, l-intervall tal-ħin, it-tipi ta’ kolturi awtorizzati u l-prattiki pprojbiti.

Wara l-ixkumar u/jew il-pastorizzazzjoni, il-krema titkessaħ. It-temperatura li għaliha titkessaħ il-krema ġiet speċifikata billi ngħata limitu massimu (≤ 21 °C). Dan għaliex il-frażi “madwar 12 °C” ma setgħetx tikkostitwixxi mira għal skopijiet ta’ monitoraġġ, u l-prattiki tal-operaturi jvarjaw. L-emenda saret biex jitqies l-għarfien tal-proċessuri individwali fl-għażla u l-użu tal-kolturi lattiċi għall-produzzjoni tal-butir.

Żdiedet projbizzjoni fuq l-użu ta’ krema ffriżata jew iffriżata f’temperatura baxxa ħafna mal-projbizzjoni fuq l-użu ta’ krema tax-xorrox.

L-inokulazzjoni trid issir kemm jista’ jkun malajr wara l-ixkumar, u f’massimu ta’ 48 siegħa, sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tal-butir.

(e)

Sajran bijoloġiku tal-krema

Is-sentenza li ġejja:

Wara s-sajran għal perjodu minimu obbligatorju ta’ 12-il siegħa, il-krema titkessaħ, tiġi mmastellata u mbagħad tiġi ppakkjata f’pakketti individwali lesti għall-bejgħ.

ġiet sostitwita bi:

Is-sajran bijoloġiku tal-krema huwa obbligatorju. Dan isir għal minimu ta’ 16-il siegħa f’temperatura ta’ bejn 7 °C u 21 °C.

Din il-parti essenzjali tal-produzzjoni tal-butir inżammet u tibqa’ obbligatorja. Tiddistingwi l-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” mit-tipi ta’ butir prodotti industrijalment u hija essenzjali għall-kwalità tal-prodott.

Il-perjodu ta’ sajran għall-krema żdied minn 12 għal 16-il siegħa. Iż-żieda fil-perjodu ta’ sajran hija pożittiva, minħabba li s-sajran bil-mod jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi.

Dan l-istadju jisfrutta l-għarfien tal-operaturi individwali, li l-immaniġġjar kapaċi tagħhom tar-relazzjoni bejn il-ħin u t-temperatura huwa marbut mal-għażla tal-kolturi użati u l-miri tal-produzzjoni. L-istadju ta’ sajran bijoloġiku jippermetti li jiżviluppaw il-kolturi, u għalhekk l-aromi, iżda jipprepara wkoll il-globuli tax-xaħam għall-immastellar u għalhekk jinfluwenza l-plastiċità tal-butir. Biex dan l-istadju jirnexxi, il-krema trid tgħaddi minn diversi livelli ta’ temperatura differenti aktar milli tibqa’ f’temperatura kostanti matul is-sajran. Dan isir biex jitqiesu dawn il-livelli ta’ temperatura differenti, li huma speċifiċi għall-għarfien tal-produttur tal-butir u għat-tagħmir użat, li hija meħtieġa medda ta’ temperatura ta’ bejn 7 °C u 21 °C. L-immaniġġjar kapaċi tat-temperatura jagħmilha possibbli li tiġi influwenzata l-plastiċità tal-butir.

(f)

Immastellar tal-krema

Żdied il-paragrafu li ġej:

Wara t-tkessiħ, il-krema tiġi mmastellata f’mastella tal-injam, f’mastella tal-azzar li ma jissaddadx jew f’magna li tagħmel il-butir.

Jekk il-krema tiġi mmastellata f’mastella, il-frak tal-butir irid jitlaħlaħ.

L-immastellar jibdel il-krema f’butir, hekk kif jifforma frak tal-butir u jissepara ruħu minn max-xorrox tal-butir. Dawn iż-żidiet jispeċifikaw it-tagħmir li jista’ jintuża u jistabbilixxu l-prattika tradizzjonali tat-tlaħliħ tal-frak tal-butir fil-mastella.

(g)

L-ipproċessar tal-frak tal-butir

Żdied il-paragrafu li ġej:

Il-frak tal-butir jiġi pproċessat għal massimu ta’ 60 minuta f’mastella u għal massimu ta’ 10 minuti f’magna li tagħmel il-butir.

Il-butir ma jistax jitħallat jew jitħabbat.

Din l-operazzjoni ġiet miżjuda biex tikkompleta d-deskrizzjoni tal-proċess tal-produzzjoni tal-butir.

Is-sentenza li ġejja:

Jista’ jiżdied il-melħ mal-butir, sa massimu ta’ 2 %.

ġiet sostitwita bi:

Jista’ jiżdied il-melħ mal-butir, sa massimu ta’ 2,5 g għal kull 100 g għall-melħ fin jew 3 g għal kull 100 g għall-melħ kristallizzat.

Sabiex jiġi prodott butir immellaħ, jiżdied il-melħ waqt l-ipproċessar tal-frak tal-butir. Għaldaqstant is-sentenza oriġinali mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet inkorporata f’dan il-paragrafu. Ġiet emendata biex tispeċifika l-kwantità ta’ melħ miżjuda, billi tagħmel distinzjoni bejn il-melħ fin u l-melħ kristallizzat. Il-kwantità ta’ melħ miżjuda biex jiġi prodott butir immellaħ żdiedet minn 2 g għal 2,5 g għal kull 100 g għall-melħ fin u ġiet stabbilita għal 3 g għal kull 100 g għall-melħ kristallizzat. L-għan huwa li l-butir jingħata togħma mielħa li tiddistingwih b’mod aktar ċar mill-butir mhux immellaħ. Hija meħtieġa kwantità akbar ta’ melħ kristallizzat biex tipproduċi effett organolettiku simili, peress li d-distribuzzjoni tal-kristalli fil-butir hija differenti.

Is-sentenza li ġejja:

Huwa pprojbit li jiżdiedu kolturi lattiċi waqt l-ipproċessar tal-frak tal-butir.

ġiet sostitwita bi:

L-użu ta’ kwalunkwe proċedura maħsuba biex iżżid il-kontenut ta’ solidi li ma humiex xaħam tal-butir huwa pprojbit, b’mod partikolari ż-żieda ta’ kolturi lattiċi waqt l-ipproċessar tal-frak tal-butir.

Il-projbizzjoni fuq l-użu ta’ ċerti proċeduri nżammet u ġiet affermata mill-ġdid.

Tħassret is-sentenza li ġejja:

Il-pH tal-butir bid-denominazzjoni tal-oriġini ma għandux ikun ogħla minn 6 fil-mument tal-ippakkjar.

Tmexxiet għat-taqsima “Deskrizzjoni”.

Tħassret is-sentenza li ġejja:

Barra minn hekk, għandu jikseb riżultat negattiv tat-test tal-fosfatażi.

Il-fosfatażi hija markatur tal-pastorizzazzjoni, u peress li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet estiża biex tinkludi l-produzzjoni tal-butir mhux ipproċessat, ir-rekwiżit li jsir it-test tal-fosfatażi tħassar.

(h)

Dispożizzjonijiet speċjali relatati mal-butir maħsub għall-użu fl-agroindustrija.

Żdied il-paragrafu li ġej:

Il-butir maħsub għall-użu fl-agroindustrija biss jista’ jsirlu trattament fiżiku għal kristallizzazzjoni kkontrollata.

Dan jinvolvi l-ipproċessar mekkaniku u/jew it-tkessiħ suċċessiv, sa temperatura finali taħt is-16 °C.

Din l-emenda tinvolvi l-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ trattament fiżiku għall-kristallizzazzjoni kkontrollata tal-butir maħsub għall-użu fl-agroindustrija. L-għan huwa li jiġu stabbiliti l-prattiki żviluppati mill-produtturi lokali tal-butir biex jaċċentwaw il-proprjetajiet mekkaniċi tal-“Beurre Charentes-Poitou”/“Beurre des Charentes”/“Beurre des Deux-Sèvres” u jsaħħu l-adegwatezza tiegħu għall-produzzjoni tal-għaġina b’ħafna saffi. Dan it-trattament bl-ebda mod ma jbiddel it-togħma tal-butir. Il-prodotti tal-ħami u tal-għaġina juru l-kwalitajiet kollha tad-DOP “Beurre Charentes-Poitou” f’forma differenti.

Dan l-istadju ma huwiex obbligatorju. Mhux kull butir isirlu tali trattament.

(i)

Ippakkjar

Żdied il-paragrafu li ġej mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Il-butir jiġi ppakkjat f’unitajiet ta’ mhux aktar minn 25 kg.

L-ippakkjar primarjament jagħmilha possibbli li l-butir jingħata l-forma li se jinbiegħ fiha, iżda barra minn hekk jipproteġih mid-daqqiet li jistgħu jagħmlulu ħsara u l-irwejjaħ li jistgħu jibdlu l-karatteristiċi tiegħu. Imbagħad il-butir jitkessaħ biex ikun jista’ jikkristallizza u biex jiżviluppaw l-aromi u s-sawra tiegħu.

Huwa pprojbit li jiġi ffriżat il-butir mhux ipproċessat.

Il-butir li diġà jkun ġie ppakkjat u li huwa maħsub għall-użu fl-industrija tal-ikel jew għall-esportazzjoni biss jista’ jiġi ffriżat fiż-żona ġeografika.

L-iffriżar irid isir fi żmien 30 jum mill-produzzjoni. Il-butir jiġi ffriżat wara l-kristallizzazzjoni, biex b’hekk jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat.

Il-butir iffriżat jinżamm f’temperatura minima ta’ –18 °C għal massimu ta’ 12-il xahar.

Jekk il-butir maħsub għall-esportazzjoni jiġi ffriżat għat-trasport, irid jinħall biex jinbiegħ lill-konsumaturi.

Dawn id-dispożizzjonijiet huma maħsuba biex jipprevjenu kull bidla fil-kwalitajiet organolettiċi tal-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres”.

Fir-rigward tal-ippakkjar, din l-emenda tinvolvi l-inkorporazzjoni ta’ dispożizzjoni eżistenti mit-test nazzjonali dwar id-denominazzjoni tal-oriġini li kienet tħalliet barra meta tfasslet l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għad-DOP.

Fir-rigward tal-iffriżar, l-għan huwa li jiġi rregolat l-użu ta’ din it-teknika ta’ preservazzjoni. L-iffriżar ma jibdilx il-karatteristiċi organolettiċi tal-butir. Tabilħaqq, din il-prattika komuni, li tintuża ħafna fl-industrija tal-ħalib, issa wriet l-utilità tagħha għall-konservazzjoni u l-preservazzjoni tal-kwalitajiet organolettiċi. Iż-żieda hija maħsuba, b’mod partikolari, li tiffaċilita l-esportazzjoni globali, li għaliha ma hemm l-ebda alternattiva oħra. F’dak il-każ, il-butir jiġi ffriżat biss għal raġunijiet loġistiċi, u l-konsumatur finali ma jsibx butir iffriżat fil-ħwienet.

Għall-istess raġunijiet u biex tiġi żgurata l-konsistenza, żdiedu l-paragrafi li ġejjin mal-punt 3.5 tad-Dokument Uniku:

Il-butir jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika f’unitajiet ta’ mhux aktar minn 25 kg.

L-ippakkjar primarjament jagħmilha possibbli li l-butir jingħata l-forma li se jinbiegħ fiha, iżda barra minn hekk jipproteġih mid-daqqiet li jistgħu jagħmlulu ħsara u l-irwejjaħ li jistgħu jibdlu l-karatteristiċi tiegħu.

Imbagħad il-butir jitkessaħ biex ikun jista’ jikkristallizza u biex jiżviluppaw l-aromi u s-sawra tiegħu.

Huwa pprojbit li jiġi ffriżat il-butir mhux ipproċessat.

Il-butir li diġà jkun ġie ppakkjat u li huwa maħsub għall-użu fl-industrija tal-ikel jew għall-esportazzjoni biss jista’ jiġi ffriżat fiż-żona ġeografika.

L-iffriżar irid isir fi żmien 30 jum mill-produzzjoni. Il-butir jiġi ffriżat wara l-kristallizzazzjoni, biex b’hekk jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat. Dan l-istadju, li huwa mmaniġġjat bil-ħila mill-operaturi lokali, jagħmilha possibbli li jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat u li jiġu ssorveljati l-kundizzjonijiet li fihom jiġi ffriżat il-butir, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm irwejjaħ barranin, li għalihom il-butir huwa partikolarment suxxettibbli.

Il-butir iffriżat jinżamm f’temperatura minima ta’ –18 °C għal massimu ta’ 12-il xahar.

Jekk il-butir maħsub għall-esportazzjoni jiġi ffriżat għat-trasport, irid jinħall biex jinbiegħ lill-konsumaturi.

5.5.   Rabta

It-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet riformulata għalkollox biex tagħmel ir-rabta bejn il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” u ż-żona ġeografika aktar ċara, mingħajr ma nbidlet is-sustanza tar-rabta nnifisha.

Tpoġġiet enfasi partikolari fuq il-karatteristiċi tal-“Beurre Charentes-Poitou”/“Beurre des Charentes”/“Beurre des Deux-Sèvres” u r-rabta tagħhom mad-dieta tal-baqar tal-ħalib, li fiha ħafna qamħirrum. Dawn il-prattiki huma ddettati mill-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi tar-reġjun, li huwa sħun u xott fis-sajf, li tfisser li l-produzzjoni tal-ħalib tiddependi fuq il-kultivazzjoni taċ-ċereali u l-għelejjel għall-foraġġ biex tingħalef il-merħla.

Il-punt dwar “Speċifiċità taż-żona ġeografika” jtenni l-fatturi naturali u umani taż-żona ġeografika, billi jiġbor fil-qosor l-aspetti storiċi u jenfasizza l-għarfien u l-prattiki speċifiċi.

Il-punt dwar “Speċifiċità tal-prodott” huwa konsistenti mad-deskrizzjoni tal-prodott.

Fl-aħħar nett, il-parti “Rabta kawżali” tispjega l-interazzjonijiet bejn il-fatturi naturali u umani u l-prodott.

It-taqsima tar-rabta tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP ġiet riprodotta b’mod sħiħ taħt il-punt 5 tad-Dokument Uniku.

5.6.   Tikkettar

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, is-sentenza li ġejja:

L-ippakkjar irid ikollu l-kliem ‘Appellations d’Origine Contrôlée’ [Denominazzjonijeit ta’ Oriġini Kkontrollati] fuq stiker li trid titwaħħal jew tiġi riprodotta f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Digriet.

ġiet sostitwita bi:

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa mir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid juri l-isem irreġistrat tal-prodott u l-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.

Jekk tinbiegħ taħt marka privata, il-kodiċi jew l-isem tal-impjant tal-produzzjoni jridu jidhru b’mod ċar u leġibbli fuq l-ippakkjar.

It-taqsima dwar it-tikkettar ġiet aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea.

Il-paragrafu li ġej żdied mal-punt 3.6 tad-Dokument Uniku:

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa mir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid juri l-isem irreġistrat tal-prodott u l-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.

Jekk tinbiegħ taħt marka privata, il-kodiċi jew l-isem tal-impjant tal-produzzjoni jridu jidhru b’mod ċar u leġibbli fuq l-ippakkjar.

5.7.   Oħrajn

Awtorità kompetenti fl-Istat Membru

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO), bħala l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ġew aġġornati.

Grupp applikant

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-grupp applikant ġew aġġornati u d-dettalji tan-natura u l-kompożizzjoni tal-grupp ġew miżjuda.

Tip ta’ prodott

Ir-referenza għall-klassi tal-prodott ġiet emendata biex tikkonforma mal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014.

Din l-emenda saret ukoll fid-Dokument Uniku.

Korp ta’ spezzjoni

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi uffiċjali ġew aġġornati. Din it-taqsima tipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet fil-livell nazzjonali, jiġifieri: l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Prevenzjoni tal-Frodi (DGCCRF). Ġiet miżjuda nota li tgħid li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jiġu kkonsultati fuq is-sit web tal-INAO u l-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.

Rekwiżiti nazzjonali

Żdiedet taqsima dwar ir-“Rekwiżiti nazzjonali” mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Fiha tabella li tistabbilixxi l-aspetti ewlenin li għandhom jiġu ċċekkjati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw.

DOKUMENT UNIKU

“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres”

Nru tal-UE: PDO-FR-0137-AM01- 3.12.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem(Ismijiet) [tad-DOP jew tal-IĠP]

“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” huwa magħmul mill-ħalib tal-baqra, huwa ta’ kuluri uniformi minn lewn il-krema għal isfar ċar u għandu riħa lattika delikata u togħma pjaċevoli ta’ krema friska u ġellewż.

Idub fil-ħalq u għandu sawra li hija kemm soda kif ukoll li tista’ tiġi ffurmata, li tagħmlu mill-aktar adattat biex issir l-għaġina b’ħafna saffi.

Il-butir jista’ jkun jew immellaħ jew mhux immellaħ.

Il-butir għandu pH ta’ 6 jew inqas.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

L-għalf tal-baqar tal-ħalib ma jistax jiġi kompletament miż-żona ġeografika. Il-ħtiġijiet tal-proteini tal-baqar tal-ħalib mhux dejjem jistgħu jiġu sodisfatti mill-art ikkultivata fiż-żona ġeografika, iżda mill-inqas 80 % tal-konsum totali annwali tal-merħla, espress bħala materja niexfa, irid jiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib.

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm rabta mill-qrib bejn iż-żona ġeografika u l-prodott, il-materja prima li ġejja trid tiġi miż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib:

foraġġ: il-forom kollha ta’ pjanti taċ-ċereali friski jew ippreservati, ħaxix, pjanti erbaċej u legumi; tiben;

pjanti kruċiferi (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), imqassma friski;

għeruq u tuberi;

ħbub tal-qamħ, inkluż il-qamħirrum u prodotti dderivati minnu;

żrieragħ taż-żejt u żrieragħ legumi.

Il-proporzjon ta’ għalf supplimentari tal-proteini b’kontenut totali ta’ materja nitroġenuża ta’ >20 % / materja niexfa totali minn barra ż-żona tal-produzzjoni tal-ħalib ma għandux jaqbeż l-1 200 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib kull sena kalendarja.

Dawn li ġejjin huma pprojbiti mill-għalf tal-merħla:

l-urea u d-derivattivi tagħha, kif definiti fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali;

l-użu ta’ żejt tal-palm, żejt tal-karawett, żejt tal-ġirasol, żejt tal-kittien, żejt taż-żebbuġa u żejt tal-ġewż tal-Indi f’forma ta’ żejt; żejt residwu fl-għalf u żejt miżjud bħala għajnuna għall-ipproċessar fil-produzzjoni ta’ konċentrati mhux affettwat;

kwalunkwe trattament kimiku (b’mod partikolari soda u ammonijaka) tal-għalf maħsub għall-merħla;

għalf derivat minn prodotti ġenetikament modifikati (OĠM).

L-enzimi u l-inokulanti batterjali huma l-uniċi addittivi awtorizzati fil-foraġġ.

Il-konsum ta’ kuljum għall-baqar tal-ħalib, f’termini ta’ materja niexfa, irid jinkludi:

mill-inqas 2 kg ta’ foraġġ għajr qamħirrum tal-foraġġ;

minimu ta’ 50 % u mill-inqas 7 kg qamħirrum (fil-forom kollha tiegħu).

Il-kwantità tal-qamħirrum titnaqqas għal tal-inqas 1,5 kg matul il-perjodu tar-ragħa.

Jekk il-konsum ta’ kuljum jinkludi pjanti kruċiferi friski (kaboċċi, żerriegħa tal-kolza, ġdur u żerriegħa tal-ġidra), dawn għandhom jammontaw għal mhux aktar minn 10 % tal-materja niexfa.

L-ammont tal-għalf supplimentari li ġej mogħti lill-annimali huwa ristrett għal 1 800 kg ta’ materja niexfa għal kull baqra tal-ħalib għal kull sena kalendarja:

ħbub taċ-ċereali u prodotti derivati minnhom;

żrieragħ li jagħtu ż-żejt u żrieragħ legumi u prodotti derivati minnhom;

minerali u prodotti derivati minnhom;

vitamini;

prodotti sekondarji mill-fermentazzjoni bil-mikroorganiżmi.

Il-ħalib użat għall-produzzjoni tal-“Beurre Charentes-Poitou” jiġi miż-żona ġeografika ddefinita f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-ħalib jiġi prodott u l-butir isir fiż-żona ġeografika kif definita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-butir jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika f’unitajiet ta’ mhux aktar minn 25 kg.

L-ippakkjar primarjament jagħmilha possibbli li l-butir jingħata l-forma li se jinbiegħ fiha, iżda barra minn hekk jipproteġih mid-daqqiet li jistgħu jagħmlulu ħsara u l-irwejjaħ li jistgħu jibdlu l-karatteristiċi tiegħu.

Imbagħad il-butir jitkessaħ biex ikun jista’ jikkristallizza u biex jiżviluppaw l-aromi u s-sawra tiegħu.

Huwa pprojbit li jiġi ffriżat il-butir mhux ipproċessat.

Il-butir li diġà jkun ġie ppakkjat u li huwa maħsub għall-użu fl-industrija tal-ikel jew għall-esportazzjoni biss jista’ jiġi ffriżat fiż-żona ġeografika.

L-iffriżar irid isir fi żmien 30 jum mill-produzzjoni. Il-butir jiġi ffriżat wara l-kristallizzazzjoni, biex b’hekk jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat. Dan l-istadju, li huwa mmaniġġjat bil-ħila mill-operaturi lokali, jagħmilha possibbli li jiġu ggarantiti l-kwalitajiet organolettiċi tal-butir iffriżat u li jiġu ssorveljati l-kundizzjonijiet li fihom jiġi ffriżat il-butir, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm irwejjaħ barranin, li għalihom il-butir huwa partikolarment suxxettibbli.

Il-butir iffriżat jinżamm f’temperatura minima ta’ –18 °C għal massimu ta’ 12-il xahar.

Jekk il-butir maħsub għall-esportazzjoni jiġi ffriżat għat-trasport, irid jinħall biex jinbiegħ lill-konsumaturi.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja meħtieġa mir-regoli dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikkettar irid juri l-isem irreġistrat tal-prodott u l-logo tad-DOP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv.

Jekk jinbiegħ taħt marka privata, il-kodiċi jew l-isem tal-impjant tal-produzzjoni jridu jidhru b’mod ċar u leġibbli fuq l-ippakkjar.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika għad-DOP “Beurre Charentes-Poitou” tinkludi d-départements, il-cantons u l-muniċipalitajiet li ġejjin:

id-département ta’ Charente, fl-intier tiegħu;

id-département ta’ Charente-Maritime, fl-intier tiegħu;

id-département ta’ Dordogne: il-muniċipalitajiet fil-cantons ta’ Périgord Vert Nontronnais (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Champs-Romain, Milhac-de-Nontron, Saint-Front-la-Rivière, Saint-Pardoux-la-Rivière u Saint-Saud-Lacoussière) u Ribérac (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Celles, Saint-André-de-Double u Saint-Vincent-de-Connezac) u l-muniċipalitajiet ta’ Brantôme en Périgord (il-muniċipalità delegata ta’ Saint-Crépin-de-Richemont biss), Rudeau-Ladosse, Mareuil en Périgord, Parcoul-Chenaud, La Rochebeaucourt-et-Argentine, La Roche-Chalais, Saint Aulaye-Puymangou, Sainte-Croix-de-Mareuil, Saint-Félix-de-Bourdeilles, Saint Privat en Périgord, Saint-Vincent-Jalmoutiers u Servanches;

id-département ta’ Gironde: il-muniċipalitajiet fil-canton ta’ Nord-Gironde (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Cubzac-les-Ponts, Gauriaguet, Périssac, Peujard, Saint-André-de-Cubzac, Saint-Genès-de-Fronsac, Saint-Gervais, Saint-Laurent-d’Arce, Val de Virvée u Virsac) u l-muniċipalitajiet ta’ Anglade, Braud-et-Saint-Louis, Les Eglisottes-et-Chalaures, Etauliers, Eyrans, Lapouyade, Pleine-Selve, Reignac, Saint-Antoine-sur-l’Isle, Saint-Aubin-de-Blaye, Val-de-Livenne, Saint-Christophe-de-Double, Saint-Ciers-d’Abzac, Saint-Ciers-sur-Gironde, Saint-Palais u Tizac-de-Lapouyade;

id-département ta’ Indre: il-muniċipalitajiet ta’ Bélâbre, Chalais, Ciron, Concremiers, Ingrandes, Lignac, Lureuil, Mauvières, Pouligny-Saint-Pierre, Prissac, Saint-Hilaire-sur-Benaize, Tilly u Tournon-Saint-Martin;

id-département ta’ Indre-et-Loire: il-muniċipalitajiet fil-cantons ta’ Descartes (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Betz-le-Château, Bossée, Bournan, La Chapelle-Blanche-Saint-Martin, Charnizay, Ciran, Cussay, Esves-le-Moutier, Ferrière-Larçon, Ligueil, Louans, Le Louroux, Manthelan, Mouzay, Saint-Flovier, Varennes u Vou) u Sainte-Maure-de-Touraine (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Anché, Assay, Avon-les-Roches, Brizay, Champigny-sur-Veude, Chaveignes, Chezelles, Cravant-les-Côteaux, Crissay-sur-Manse, Crouzilles, L’Ile-Bouchard, Lémeré, Ligré, Panzoult, Parçay-sur-Vienne, Richelieu, Rilly-sur-Vienne, Sazilly, Tavant, Theneuil u Trogues);

id-département ta’ Loire-Atlantique: il-muniċipalitajiet ta’ Boussay, Gétigné, Legé, La Planche, Remouillé, Corcoué-sur-Logne, Saint-Hilaire-de-Clisson u Vieillevigne;

id-département ta’ Maine-et-Loire: il-muniċipalitajiet fil-cantons ta’ Cholet, Cholet-2 (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Cernusson, Montilliers u Lys-Haut-Layon (il-muniċipalitajiet delegati ta’ La Fosse-de-Tigné, Tancoigné, Tigné u Trémont biss) u Saint-Macaire-en-Mauges (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ May-sur-Evre u Sèvremoine (il-muniċipalitajiet delegati ta’ La Renaudière, Saint-Crespin-sur-Moine, Saint-Germain-sur-Moine, Saint-Macaire-en-Mauges u Tillières biss) u l-muniċipalitajiet ta’ Antoigné, (Le) Puy-Notre-Dame u Saint-Macaire-du-Bois;

id-département ta’ Deux-Sèvres, fl-intier tiegħu;

id-département ta’ Vendée, fl-intier tiegħu;

id-département ta’ Vienne, fl-intier tiegħu;

id-département ta’ Haute-Vienne: il-muniċipalitajiet fil-cantons ta’ Châteauponsac (ħlief għall-muniċipalitajiet ta’ Balledent, Châteauponsac, Dompierre-les-Eglises, Droux, Magnac-Laval, Rancon, Saint-Amand-Magnazeix, Saint-Hilaire-la-Treille, Saint-Léger-Magnazeix, Saint-Sornin-Leulac u Villefavard), Saint-Junien u Val-d’Oire-et-Gartempe u l-muniċipalitajiet ta’ La Chapelle-Montbrandeix, Chéronnac, Dournazac, Gajoubert, Maisonnais-sur-Tardoire, Marval, Val d’Issoire, Montrol-Sénard, Mortemart, Nouic, Pensol, Rochechouart, Saint-Martial-sur-Isop, Saint-Mathieu, Les Salles-Lavauguyon, Vayres u Videix.

Id-denominazzjoni tal-oriġini “Beurre Charentes-Poitou” hija rriżervata għall-butir prodott, ippakkjat u, fejn applikabbli, iffriżat f’impjanti fid-départements ta’ Charente, Charente Maritime, Deux-Sèvres, Vendée u Vienne.

Dik id-denominazzjoni tal-oriġini tista’ tiġi ssostitwita b’“Beurre des Charentes” għall-butir prodott, ippakkjat u, fejn applikabbli, iffriżat fid-départements ta’ Charente jew Charente-Maritime jew b’“Beurre des Deux-Sèvres” għal butir prodott, ippakkjat u, fejn applikabbli, iffriżat fid-département ta’ Deux-Sèvres.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” għandu sawra kemm soda kif ukoll li tista’ tiġi ffurmata, li tiddistingwih minn tipi ta’ butir oħra fis-suq u storikament kienet apprezzata u mfittxija mill-furnara u l-koki tal-prodotti tal-għaġina professjonali biex jagħmlu għaġina b’ħafna saffi.

Is-sawra li hija simultanjament soda u tista’ tiġi ffurmata tal-butir u, b’mod aktar speċifiku, il-kontenut tax-xaħam tiegħu, huma marbutin b’mod dirett mad-dieta tal-baqar tal-ħalib, li fiha ħafna qamħirrum. F’dan ir-reġjun, li fis-sajf huwa sħun u xott, il-produzzjoni tal-ħalib bażikament tiddependi fuq il-kultivazzjoni taċ-ċereali u l-għelejjel tal-foraġġ għat-tmigħ tal-merħla. Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal reġjun li storikament kien wieħed ta’ tranżitu u tranżizzjoni, bejn il-baċin ta’ Pariġi u l-baċin ta’ Aquitaine fuq naħa u l-Massif Central u l-Massif Armorikan fuq in-naħa l-oħra. Il-ġeografi spiss jiddeskrivuha bħala limitu topografiku, ġeoloġiku u klimatiku. Ftit għandha riljiev. Il-pajsaġġ huwa ddominat minn pjanuri vasti u plateaux immewġin, depressjonijiet u widien ġeneralment wesgħin b’għoljiet ġentili li fil-qiegħ tagħhom intradmu depożiti alluvjali.

Il-klima oċeanika pura fil-kosta tinbidel malajr fi klima oċeanika modifikata fl-art interna, b’riskju ta’ nixfa persistenti matul ix-xhur tas-sajf.

F’dan ir-reġjun, li dar għat-trobbija tal-bhejjem b’għelejjel imħallta wara li l-kriżi tal-phylloxera ddeċimat il-vinji fl-aħħar tas-seklu 19, il-klima hija favorevoli għat-tkabbir tal-qamħirrum, waħda mill-eqdem għelejjel ta’ Franza. Dan jitkabbar bħala foraġġ u malajr sar wieħed mill-fatturi essenzjali tad-dieta tal-baqar tal-ħalib. Illum, bħal fl-imgħoddi, l-annimali jinżammu bi trobbija mill-qrib ħafna; iqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom fil-maqjel tal-baqar u jiġu mitmugħa hemmhekk.

Il-ħolqien tal-ewwel maħleb kooperattiv qrib Surgères (Charente-Maritime) fl-1888 jimmarka l-bidu tal-ispeċjalizzazzjoni tar-reġjun fil-produzzjoni tal-butir, li żżid il-valur tal-ħalib prodott hemmhekk. Dak iż-żmien, l-unika butir li kien jiġi prodott kien il-butir mhux ipproċessat. Għal raġunijiet iġjeniċi, il-pastorizzazzjoni qabdet malajr ħafna fl-industrija tal-ħalib fil-bidu tas-seklu 20, għall-produzzjoni tal-prodotti kollha, u speċjalment tal-butir. Billi tejbet il-kwalitajiet taż-żamma tal-butir, il-pastorizzazzjoni ppermettiet li jiġi distribwit ’il bogħod u jikseb rikonoxximent barra l-post tal-oriġini tiegħu. Madankollu, il-produzzjoni tal-butir mhux ipproċessat għadha għaddejja sal-lum.

Illum, il-ħiliet tal-produtturi tal-butir għadhom jiffokaw fuq is-sajran bijoloġiku tal-krema. Dan l-istadju jiddistingwi l-butir minn butir prodott industrijalment u huwa essenzjali għall-kwalità aromatika tiegħu. L-għarfien tal-produtturi tal-butir huwa prinċipalment fl-għażla tal-kolturi li huma partikolarment adattati għall-kompożizzjoni tax-xaħam tal-ħalib prodott lokalment. Aktar reċentement, l-iżvilupp tal-kristallizzazzjoni kkontrollata għall-butir maħsub għall-użu fil-produzzjoni tal-għaġina, b’mod partikolari, għamilha possibbli li tittejjeb il-plastiċità inerenti tal-butir.

Il-butir inbiegħ għall-ewwel darba kummerċjalment taħt l-isem “Beurre Charentes-Poitou”, iżda hekk kif is-settur sar aktar strutturat u l-kooperattivi ffurmaw fi gruppi, beda jinbiegħ ukoll bl-ismijiet “Beurre des Charentes” u “Beurre des Deux-Sèvres”.

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” huwa kkaratterizzat mill-konsistenza tiegħu fil-kulur, is-sawra u r-riħa. Għandu kulur minn lewn il-krema sa isfar ċar u jdub fil-ħalq. Is-sawra tiegħu hija kemm soda kif ukoll tista’ tiġi ffurmata, li tiddistingwih minn butiri oħra fis-suq.

Il-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” jispikka wkoll għall-kwalitajiet aromatiċi tiegħu, b’mod partikolari t-togħma ta’ ġellewż u krema friska.

L-għalf mogħti lill-baqar tal-ħalib jippromwovi l-produzzjoni ta’ ħalib b’kontenut għoli ta’ xaħmijiet u li għalhekk huwa partikolarment adattat għall-produzzjoni tal-butir. Il-qamħirrum, li huwa parti mid-dieta tal-baqar tal-ħalib tul is-sena kollha f’ammonti sinifikanti, huwa wieħed mill-elementi ewlenin li jiddetermina l-karatteristiċi tal-ħalib. Is-sawra simultanjament soda u li tista’ tiġi ffurmata tal-butir hija marbuta b’mod dirett ma’ dik id-dieta. Il-qamħirrum fid-dieta tal-baqar tal-ħalib jirriżulta f’ħalib b’kontenut konsistenti ta’ xaħam u b’livelli naturali għolja ta’ aċidi grassi saturati, li huwa tajjeb għall-kapaċità li jiġi ffurmat.

Barra minn hekk, din is-sistema ta’ regolazzjoni tad-dieta tal-baqar tfisser li hija stabbli matul is-sena kollha, irrispettivament minn fejn jinsab ir-razzett fiż-żona ġeografika. Dik l-istabbiltà fid-dieta hija riflessa fil-konsistenza tal-karatteristiċi tal-“Beurre Charentes-Poitou”/“Beurre des Charentes”/“Beurre des Deux-Sèvres”, kwalità li hija apprezzata u mfittxija mill-utenti tal-prodott, b’mod partikolari l-furnara u l-koki tal-prodotti tal-għaġina. Il-kristallizzazzjoni kkontrollata hija għażla li toffri konvenjenza akbar meta l-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” jintuża biex isiru l-għaġina b’ħafna saffi u l-prodotti tal-għaġina.

Il-kompożizzjoni tal-butir turi wkoll li fih ħafna lattoni, molekuli aromatiċi assoċjati ma’ noti tal-frott. Din ir-rikkezza aromatika hija r-riżultat tas-sajran bijoloġiku fit-tul tal-krema, stadju li huwa essenzjali għall-kwalità aromatika tal-butir, li jiddistingwi l-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” minn butir prodott industrijalment. L-ispettru wiesa’ ta’ komposti ffurmati waqt is-sajran jagħti lill-“Beurre Charentes-Poitou” / “Beurre des Charentes” / “Beurre des Deux-Sèvres” fwieħa karatteristika ta’ aromi u togħma ta’ ġellewż u krema friska.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-5fce1a8c-5cdc-49ec-829a-1713050d597f


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.