18.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/12


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni

(2022/C 123/02)

1.   Introduzzjoni

1.

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt (1). Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri li l-Unjoni hija msawra fuqhom, li huma komuni għall-Istati Membri, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fil-preamboli tat-TUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

Il-baġit tal-Unjoni huwa wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-espressjoni tal-prinċipju tas-solidarjetà (l-Artikolu 2 tat-TUE), wieħed mill-prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, ibbażat fuq il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri biex jużaw b’mod responsabbli r-riżorsi komuni mill-baġit tal-Unjoni. Madankollu, dik il-fiduċja reċiproka stess hija bbażata fuq l-impenn ta’ kull Stat Membru li jikkonforma mal-obbligi imposti fuqu skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea u li jirrispetta kontinwament il-valuri fl-Artikolu 2 tat-TUE, li jinkludu l-valur tal-istat tad-dritt. Il-konformità minn Stat Membru mal-valuri fl-Artikolu 2 tat-TUE hija kondizzjoni għat-tgawdija tad-drittijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati għal dak l-Istat Membru (2).

3.

Ir-Regolament dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (3) (ir-“Regolament dwar il-Kondizzjonalità”) għandu l-għan li jipproteġi l-baġit tal-Unjoni kontra ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tiegħu jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett. Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huwa strument permanenti li japplika lil hinn mil-limiti ta’ qafas finanzjarju pluriennali partikolari (4).

4.

L-għan ta’ dawn il-linji gwida huwa li jispjegaw ħames aspetti tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità: (i) il-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri; (ii) ir-relazzjoni bejn ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u strumenti oħra; (iii) il-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu proposti lill-Kunsill; (iv) il-proċedura u l-proċess ta’ valutazzjoni; u (v) il-protezzjoni tad-drittijiet tar-riċevituri jew tal-benefiċjarji finali.

5.

Dawn il-linji gwida ma humiex legalment vinkolanti u ma joħolqu jew ma jibdlu l-ebda dritt jew obbligu meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fit-TUE u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-Regolament Finanzjarju (5), fir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, fir-Regolament dwar l-OLAF (6), fir-Regolament dwar l-UPPE (7) jew atti rilevanti oħra tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali (il-“Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” (8)).

2.   Il-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri

6.

L-objettiv tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huwa li jipproteġi l-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru. Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jistabbilixxi serje ta’ kondizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex tinbeda l-proċedura stabbilita minnu.

7.

F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, “[g]ħandhom jittieħdu miżuri xierqa fejn ikun stabbilit skont l-Artikolu 6 li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett”. Skont l-Artikolu 4(2), il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandu jikkonċerna waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet imsemmija f’dak l-Artikolu. Fejn dan ikun il-każ, dak il-ksur jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

8.

Il-Kummissjoni tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità meta ssib li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 huma ssodisfati. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dawn il-kondizzjonijiet huma ssodisfati biss meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex tikkunsidra li (i) tal-anqas wieħed mill-prinċipji tal-istat tad-dritt imsemmija fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jkun inkiser fi Stat Membru, (ii) dan il-ksur ikun jikkonċerna mill-inqas waħda mis-sitwazzjonijiet attribwibbli għal awtorità ta’ Stat Membru jew mill-inqas istanza waħda ta’ kondotta ta’ tali awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament, sakemm dawk is-sitwazzjonijiet jew dik il-kondotta jkunu rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, (iii) dan il-ksur ikun jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament dik il-ġestjoni finanzjarja tajba jew dawk l-interessi finanzjarji, b’mod dirett biżżejjed, b’rabta ġenwina (9) jew reali bejn dak il-ksur u dak l-effett jew riskju serju ta’ effett (10). Meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 4, il-Kummissjoni tibda l-proċedura sakemm ma tqisx li proċeduri oħrajn stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jippermettulha tipproteġi l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv. Dik il-proċedura tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet proċedurali tal-Istat Membru kkonċernat.

9.

Meta tivvaluta l-każijiet skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni tapplika approċċ komprensiv, proattiv, ibbażat fuq ir-riskju u mmirat, li għandu l-għan li jiżgura l-applikazzjoni effettiva tiegħu u b’hekk li jissalvagwardja l-baġit tal-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2.1.   Ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt

10.

Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li l-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità “jiddikjara… li l-kunċett tal-‘istat tad-dritt’, kif definit għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmi regolament, ‘għandu jinftiehem fid-dawl tal-valuri u l-prinċipji l-oħra tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 2 TUE’. Minn dan isegwi li r-rispett għal dawk il-valuri u l-prinċipji – sa fejn dawn jiffurmaw parti mid-definizzjoni stess tal-valur tal-‘istat tad-dritt’ li jinsab fl-Artikolu 2 tat-TUE jew, kif jirriżulta mit-tieni sentenza ta’ dak l-artikolu, huma marbuta mill-qrib ma’ soċjetà li tirrispetta l-istat tad-dritt – jistgħu jkunu meħtieġa fil-kuntest ta’ mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità orizzontali bħal dak stabbilit mir-regolament ikkontestat. (11)

11.

L-Artikolu 2(a) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jistabbilixxi biss, għall-finijiet esklużivi ta’ dak ir-Regolament, għadd ta’ prinċipji li jkopri u li huma l-aktar rilevanti fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (12). Dik id-dispożizzjoni ma hijiex maħsuba biex tipprovdi definizzjoni eżawrjenti tal-kunċett tal-istat tad-dritt.

12.

Fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, il-Qorti ċċarat li r-referenza għalihom “issir biss permezz ta’ illustrazzjoni tar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva”. Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, għall-kuntrarju, huwa parti mid-definizzjoni tal-istat tad-dritt fih innifsu: “Huwa ċar li Stat Membru li s-soċjetà tiegħu hija kkaratterizzata minn diskriminazzjoni ma jistax jitqies bħala li jiżgura r-rispett għall-istat tad-dritt, skont it-tifsira ta’ dak il-valur komuni” (13).

13.

Il-Premessa 15 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tirreferi għal “ksur individwali” u għal “ksur mifrux jew minħabba prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew għal miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet.” Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jkopri ksur kemm individwali kif ukoll sistemiku, li huma koperti sa fejn huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.” Għalhekk, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta kemm l-azzjonijiet kif ukoll in-nuqqas ta’ azzjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi.

14.

L-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huwa maħsub biex jiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità billi jipprovdi lista ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu indikattivi ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt (14). Peress li din il-lista hija sempliċiment indikattiva, azzjonijiet, prattiki jew ommissjonijiet oħra tal-awtoritajiet pubbliċi jew sitwazzjonijiet legali oħra koperti mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament jistgħu jkunu rilevanti taħt ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

15.

Il-Qorti sostniet li “hemm relazzjoni ċara bejn, minn naħa, ir-rispett għall-valur tal-istat tad-dritt u, min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni” (15). Il-Qorti żiedet li “l-ġestjoni finanzjarja tajba u dawk l-interessi finanzjarji jistgħu jiġu kompromessi serjament minn ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt imwettaq fi Stat Membru, peress li dak il-ksur jista’ jirriżulta, fost l-oħrajn, f’li ma jkun hemm l-ebda garanzija li n-nefqa koperta mill-baġit tal-Unjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ finanzjament kollha stabbiliti mid-dritt tal-UE […]” (16).

16.

Il-Qorti sostniet li l-konformità ma’ dawk il-kondizzjonijiet u l-objettivi ta’ finanzjament segwiti mill-Unjoni meta tiffinanzja n-nefqa “ma tistax tiġi ggarantita bis-sħiħ fin-nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv imfassal biex jiżgura l-konformità mad-dritt tal-UE; l-eżistenza ta’ stħarriġ bħal dan, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE, minn qrati u tribunali indipendenti, hija essenzjali għall-istat tad-dritt” (17). Dan huwa mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit ta’ rabta diretta biżżejjed mal-baġit tal-Unjoni.

17.

Il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandu jikkonċerna waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet jew kondotta tal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti jew attribwibbli għal tali awtoritajiet, sa fejn ikunu rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (18).

18.

Il-Qorti sostniet li tali rilevanza tista’ tiġi preżunta fir-rigward tal-attivitajiet tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, jiġifieri l-awtoritajiet li jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni u dawk li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar (19).

19.

Fir-rigward tas-servizzi ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni pubblika, huwa kopert il-funzjonament xieraq ta’ dawk is-servizzi, skont il-punt (c) ta’ dik id-dispożizzjoni, biss sa fejn dan ikun relatat ma’ ksur tad-dritt tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-istess japplika għall-prevenzjoni u s-sanzjonar, mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi, tal-ksur tad-dritt tal-UE msemmi fil-punt (e). Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju msemmi fil-punt (d), dan huwa kopert biss sa fejn jikkonċerna l-kondotta tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c). L-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament, previst fil-punt (f), ikopri biss fondi mill-baġit tal-Unjoni, li huwa wkoll il-każ għall-kooperazzjoni mal-OLAF u mal-UPPE, imsemmija fil-punt (g). Fl-aħħar nett, il-punt (h) jirreferi b’mod espliċitu għal kwalunkwe sitwazzjoni jew kondotta oħra tal-awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (20).

20.

Il-konsegwenza ta’ dan il-fehim hija li, fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma ġenerali u mhux limitati għall-implimentazzjoni jew għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, il-kondotta tagħhom jew sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jaqgħu biss fl-ambitu tar-Regolament sa fejn ikun rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

21.

Il-Kummissjoni tinnota li, fost dawn is-sitwazzjonijiet speċifiċi jew il-kondotta tal-awtoritajiet pubbliċi, il-kooperazzjoni mhux effettiva jew mhux fil-ħin mal-UPPE u mal-OLAF tikkostitwixxi raġuni għal azzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (21). Fir-rigward tal-UPPE (22), l-ambitu ta’ din il-kooperazzjoni jinkludi l-obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fl-UPPE biex jassistu u jappoġġaw b’mod attiv l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali tal-UPPE (23). Fir-rigward tal-OLAF, l-ambitu ta’ din il-kooperazzjoni jinkludi d-dritt għall-OLAF (24) li jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bl-assistenza meħtieġa biex dawn jitwettqu b’mod effettiv, u li jkollhom aċċess għall-informazzjoni, għad-data u għad-dokumenti rilevanti jew biex jiddeċiedu jekk jiftħux investigazzjoni jew biex iwettqu investigazzjonijiet b’mod effettiv u mingħajr dewmien żejjed. Dan jinkludi wkoll l-obbligi relatati għall-Istat Membru kkonċernat, inkluż (25) li: (i) jinforma lill-OLAF (26), (ii) jipprovdi lill-OLAF bl-assistenza meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv fit-twettiq ta’ tali investigazzjoni (27), (iii) jieħu miżuri ta’ prekawzjoni xierqa, b’mod partikolari miżuri biex tiġi ssalvagwardjata l-evidenza rilevanti (28), (iv) jieħu azzjoni xierqa abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-OLAF, qabel ma l-OLAF jieħu deċiżjoni dwar jekk jiftaħx investigazzjoni jew le (29), u (v) jiżgura li jkun hemm segwitu xieraq u fil-ħin għar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF mat-tlestija tal-investigazzjonijiet tiegħu, u jirrapporta lura lill-OLAF dwar l-azzjoni meħuda (30).

22.

Il-konformità mill-Istat Membru kkonċernat ma’ dawn l-obbligi hija tabilħaqq essenzjali biex tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni se timmonitorja l-kooperazzjoni effettiva u fil-ħin mal-OLAF, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Dan huwa partikolarment importanti għall-Istati Membri li ma jiħdux sehem fil-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tal-UPPE, peress li f’dawk l-Istati Membri, l-OLAF huwa kompetenti biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, nuqqas sistematiku ta’ segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-OLAF jista’ jammonta għal kondotta tal-awtoritajiet pubbliċi li tista’ tkun ikkonċernata minn ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

23.

Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2)(h) ikopri kwalunkwe sitwazzjoni jew kondotta oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Qorti sostniet li l-Artikolu 4(2)(h) għandu jiġi interpretat flimkien mal-Artikolu 4(1), li huwa l-“proprju qalba tal-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità orizzontali stabbilit minn dak ir-regolament” (31). il-Qorti sostniet ukoll li l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, “b’mod partikolari l-punt (h) tiegħu, la huwa tali li jagħmel is-sitwazzjonijiet koperti mill-mekkaniżmu ta’ kondizzjonalità stabbilit mir-regolament ikkontestat u lanqas ma huwa preċiż biżżejjed biex jifforma parti minnu” (32).

24.

Sabiex jingħata eżempju wieħed minn dawk possibbli, sitwazzjoni jew imġiba ta’ (jew ommissjonijiet minn) awtoritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(h) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tista’ tkopri l-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet responsabbli mir-reġistri tal-art u mill-kontrolli relatati fuq il-kiri u/jew is-sjieda tal-art agrikola (inklużi azzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi, fejn xieraq), sa fejn tali lokazzjoni u/jew sjieda tkun rilevanti għar-riċevuta ta’ sussidji skont il-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni.

25.

Ta’ min ifakkar li r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità japplika għall-fondi kollha tal-UE. F’dan ir-rigward, il-koleġiżlaturi ċċaraw ukoll li r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jiġi skattat fejn ma jkunx żgurat il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jimplimentaw il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/241 (“ir-Regolament dwar l-RRF”) (33). Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll li r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jkun relatat ukoll ma’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwa l-ġbir tar-riżorsi proprji tal-Unjoni (34).

2.2.   L-effetti fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

26.

Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, sabiex kondotta jew sitwazzjoni partikolari jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni jeħtieġ li tidentifika ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u li tivvaluta jekk tali ksur (i) jaffettwax, jew għandux riskju li jaffettwa serjament, il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, (ii) b’mod dirett biżżejjed. Din il-valutazzjoni għandha ssir fuq bażi ta’ każ b’każ.

27.

L-ewwel kondizzjoni fil-paragrafu 24 ta’ hawn fuq (ara l-punt (i): “taffettwa”), tirrikjedi li l-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ikollu effett fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

28.

Dak l-effett jista’ jikkonsisti, l-ewwel nett, fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni b’mod li ma jkunx konformi mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba kif minquxa fl-Artikolu 317 tat-TFUE u fir-regoli adottati għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 2(59) tar-Regolament Finanzjarju jiddefinixxi “ġestjoni finanzjarja tajba” bħala “l-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività”. L-Artikoli 33 sa 36 tar-Regolament Finanzjarju jistabbilixxu t-tifsira, l-ambitu u l-konsegwenzi ta’ dawk il-prinċipji f’aktar dettall.

29.

It-tieni, dak l-effett jista’ jiġi stabbilit ukoll fir-rigward ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li huma ta’ detriment għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, minquxa fl-Artikolu 325 tat-TFUE u fil-leġiżlazzjoni sekondarja rilevanti. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament Finanzjarju, dan ikopri l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi kollha mfassla, fost l-oħrajn, biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi fl-implimentazzjoni tal-baġit. L-“interessi finanzjarji tal-Unjoni” huma definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 883/2013 bħala li jinkludu “d-dħul, l-infiq u l-assi koperti mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u dawk koperti mill-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji u l-baġits immexxija u mmonitorjati minnhom”. Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ “interessi finanzjarji tal-Unjoni”, skont it-tifsira tal-Artikolu 325(1) tat-TFUE, jinkludi kemm id-dħul disponibbli għall-baġit tal-Unjoni kif ukoll l-infiq kopert minn dak il-baġit (35).

30.

Barra minn hekk, meta tiddetermina l-firxa tal-effett fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tqis kif xieraq kriterji bħan-natura, id-durata, is-serjetà u l-ambitu tal-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, li jisgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi ta’ dak il-ksur (36). Barra minn hekk, l-intenzjoni tal-Istat Membru rilevanti li jtemm il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, inkluż il-grad ta’ kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, tista’ tkun rilevanti, fost l-oħrajn, għall-fini tal-kejl tal-impatt, id-durata u l-ambitu tal-ksur rilevanti dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (37).

31.

Fir-rigward tas-sitwazzjoni fejn il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jinvolvi “riskju serju” li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Qorti sabet li “ikun inkompatibbli mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni li tiġi limitata l-adozzjoni ta’ miżuri xierqa għal każijiet ta’ effetti ppruvati fuq dik il-ġestjoni finanzjarja tajba jew fuq dawk l-interessi finanzjarji. Tali limitazzjoni tkun suxxettibbli li tikkomprometti l-għan tar-Regolament.” (38) Il-prevenzjoni tal-effetti msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament hija “rekwiżit permanenti u orizzontali tal-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-UE” (39). “Riskju serju” jista’ jiġi stabbilit f’każijiet fejn l-effetti tal-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, għalkemm ma tkunx għadha ngħata prova tagħhom, jistgħu madankollu jiġu previsti b’mod raġonevoli, peress li hemm probabbiltà għolja li jseħħu (40). Għalhekk irid jintwera li r-riskju għandu probabbiltà għolja li jseħħ, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet jew tal-forom ta’ kondotta tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Pereżempju, jekk ċerti atti tal-awtoritajiet nazzjonali li jimplimentaw il-fondi tal-Unjoni permezz tal-akkwist pubbliku, jew il-ġbir tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, jew it-twettiq ta’ kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar tal-fondi tal-Unjoni, jew l-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ frodi, ta’ korruzzjoni jew ta’ ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-fondi jew tad-dħul tal-Unjoni, ma jistgħux jiġu mistħarrġa b’mod effettiv minn qrati kompletament indipendenti, dan jista’ jinvolvi riskju serju sa fejn ikunu kkonċernati l-fondi tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

32.

Fl-aħħar nett, ma huwiex biżżejjed li ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jenħtieġ li jagħmel dak “b’mod suffiċjentement dirett” (it-tieni kondizzjoni fil-paragrafu 24 ta’ hawn fuq (ara l-punt (ii)).

33.

Skont dan ir-rekwiżit, jenħtieġ li jiġi stabbilit li hemm relazzjoni diretta biżżejjed bejn il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-effetti tiegħu, Jew riskji serji tiegħu, fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li t-termini “b’mod suffiċjentement dirett” jirrikjedu li r-rabta bejn il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-impatt jew ir-riskji għall-baġit tal-Unjoni għandha tkun “ġenwina” jew “reali” (41). Dan ifisser li l-proċedura tar-Regolament ma għandhiex tinbeda fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet li fihom il-konnessjoni tkun sempliċiment ipotetika, inċerta wisq jew vaga wisq.

3.   Ir-relazzjoni bejn ir-regolament dwar il-kondizzjonalità u proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-unjoni

34.

Meta l-Kummissjoni ssib li jkollha raġunijiet raġonevoli biex tqis li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huma ssodisfati, qabel ma tibda l-proċedura, hija tikkunsidra jekk humiex meħtieġa miżuri xierqa, jiġifieri jekk proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod aktar effettiv, kif stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

35.

Fil-fatt, il-leġiżlazzjoni finanzjarja tal-Unjoni u r-regoli applikabbli speċifiċi għas-settur diġà jipprevedu proċeduri oħra għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

36.

Pereżempju, ir-Regolament Finanzjarju jipprevedi sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (“EDES”) (42), li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika persuni jew entitajiet li jirrappreżentaw riskji li jheddu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni fi stadju bikri, u teskludihom milli jirċievu fondi mill-baġit tal-Unjoni, jekk jiġu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet.

37.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ timponi interruzzjoni jew sospensjoni tal-pagamenti, u għandha timponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri (43) jekk ma jikkonformawx mal-liġi applikabbli u ma jipproteġux l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża (44).

38.

Skont ir-Regolament dwar l-RRF u l-ftehimiet ta’ finanzjament u ta’ self iffirmati skontu, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tnaqqas l-appoġġ b’mod proporzjonali u tirkupra kwalunkwe ammont dovut għall-baġit tal-Unjoni f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi tal-Unjoni u li ma ġewx ikkoreġuti mill-Istati Membri. Barra minn hekk, għadd ta’ pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza jinkludu miżuri direttament marbuta ma’ kwistjonijiet tal-istat tad-dritt, li l-issodisfar sodisfaċenti tagħhom huwa meħtieġ għar-rilaxx tal-pagamenti skont l-RRF.

39.

Madankollu, jista’ ma jkunx dejjem possibbli li dawk il-proċeduri jiġu skattati fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3 u 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Jista’ jkun hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn il-miżuri skont ir-Regoglament dwar il-Kondizzjonalità jistgħu jkunu aktar effettivi fil-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-proċeduri tar-Regolament (UE) 2021/1060 (CPR) jew tar-Regolament (UE) 1306/2013 u, mill-1 ta’ Jannar 2023 ir-Regolament (UE) 2021/2116, peress li dawn tal-aħħar jistgħu jitnedew biss skont ir-raġunijiet speċifiċi elenkati f’dawk ir-Regolamenti (45) u jistgħu jkunu relatat biss mal-infiq diġà ddikjarat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni. Pereżempju, l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE huma kondizzjoni abilitanti orizzontali skont it-tifsira tal-Artikolu 15 tas-CPR. Din il-kondizzjoni abilitanti hija kondizzjoni li hija prerekwiżit għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-objettivi speċifiċi ta’ programm. Skont is-CPR, jekk Stat Membru ma jissodisfax kondizzjoni abilitanti, il-Kummissjoni ma għandhiex trodd lura l-infiq relatat mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi kkonċernat(i), bl-eċċezzjoni ta’ dak l-infiq li jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-kondizzjoni abilitanti korrispondenti. Din il-miżura tapplika biss wara li l-programm rilevanti jew l-emenda tiegħu jkunu ġew approvati mill-Kummissjoni. F’każijiet ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li jaffettwaw l-implimentazzjoni ta’ programm tal-Unjoni, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jkun aktar effettiv sa fejn jipprevedi wkoll il-possibbiltà li tiġi sospiża l-approvazzjoni jew l-emenda ta’ programm u, b’konsegwenza ta’ dan, tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni bis-saħħa tal-effett preventiv tagħha.

40.

Meta tikkunsidra jekk il-proċedura stabbilita mir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tipproteġix il-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv minn proċeduri oħra, il-Kummissjoni, filwaqt li tibni fuq l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tagħha stabbiliti fih, tqis sett miftuħ ta’ kriterji, li għandu jiġi applikat fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull sitwazzjoni. F’xi sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni tista’ tapplika r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità flimkien mal-adozzjoni jew wara l-adozzjoni ta’ miżuri speċifiċi għas-settur jew finanzjarji li tista’ tkun marbuta li tieħu, meta r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jkun jipproteġi b’mod aktar effettiv il-baġit tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u b’hekk jintwera l-valur miżjud tiegħu. Inkella, il-valur miżjud u l-effettività tar-Regolament, bħala strument ġenerali u orizzontali mmirat lejn il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġu mċaħħda mill-effett utli tagħhom.

41.

Il-Kummissjoni tqis li l-kriterji indikattivi li ġejjin jistgħu jintużaw biex tiġi determinata l-effettività tal-protezzjoni pprovduta mir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità meta mqabbla ma’ strumenti eżistenti oħra għall-protezzjoni tal--interessi finanzjarji tal-Unjoni.

42.

L-ewwel kriterju jirrigwarda l-ambitu tal-effett fuq il-baġit tal-Unjoni u/jew il-firxa tar-riskju li l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jista’ jinvolvi għall-effiċjenza tal-ġestjoni finanzjarja tajba tiegħu jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-proċeduri skont regoli finanzjarji oħra tal-Unjoni jistgħu japplikaw biss għal programmi speċifiċi ta’ nfiq u għalhekk jistgħu ma jkunux biżżejjed, f’xi każijiet, għal ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li huwa “ksur mifrux jew minħabba prattiki rikorrenti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, jew għal miżuri ġenerali adottati minn tali awtoritajiet” (46). Dan jista’ jseħħ ukoll meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ikollu riskju serju li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, filwaqt li regoli finanzjarji oħra tal-Unjoni jistgħu minflok jirrelataw ma’ effetti diġà mmaterjalizzati fuq il-baġit tal-Unjoni. Pereżempju, fejn il-liġijiet nazzjonali jillimitaw ir-responsabbiltà kriminali għall-frodi jew għall-korruzzjoni, jew jimminaw il-qafas legali kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni jew il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, każijiet ta’ frodi, korruzzjoni jew kunflitt ta’ interess jistgħu ma jkollhomx investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi, u dan jista’ jwassal għal riskji serji għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Bl-istess linja ta’ raġunament, liġijiet ġenerali li jipprekludu stħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jiġġestixxu fondi tal-Unjoni b’mod sħiħ jew parzjali jistgħu jinvolvu wkoll riskji serji għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li l-użu tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jkun aktar effettiv minn strumenti oħra tal-Unjoni.

43.

Kriterju rilevanti ieħor jirrelata mat-tipi ta’ rimedji disponibbli u mal-adegwatezza tagħhom għal sitwazzjonijiet differenti. Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jipprovdi varjetà kbira ta’ possibbiltajiet biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tal-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jistgħu jiġu applikati b’mod kumulattiv (47). Jekk ir-rimedji disponibbli skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jkunu inqas xierqa biex jiġi indirizzat il-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jitqies aktar effettiv. Tali sitwazzjonijiet jistgħu jseħħu meta l-baġit tal-Unjoni jkun qiegħed jiġi affettwat b’mod wiesa’, jew ikun hemm riskju li jseħħ dan, minħabba, pereżempju, liġi nazzjonali li tipprekludi stħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet amministrattivi biex jiġi implimentat il-baġit tal-Unjoni jew li tfixkel ir-riferimenti ta’ kawżi rilevanti lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew minħabba nuqqas ta’ indipendenza tal-qrati nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, il-miżuri ta’ sospensjoni jew ta’ projbizzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità imposti b’mod kumulattiv sakemm jintemm il-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jistgħu jipproteġu l-baġit tal-Unjoni b’mod aktar effettiv peress li jistgħu jipprevjenu effetti negattivi fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni u fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan jista’ jkopri sitwazzjonijiet fejn ir-riskji finanzjarji ġenerali għall-baġit tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma akbar mir-riskji li jistgħu jiġu indirizzati mill-miżuri indirizzati lejn programm speċifiku u disponibbli taħt strument settorjali wieħed.

4.   Miżuri li jistgħu jiġu proposti mill-kummissjoni - proporzjonalità

44.

F’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet li l-kondizzjonijiet biex tiġi skattata l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huma ssodisfati, hija tipproponi lill-Kunsill miżuri li huma proporzjonati (48), li jfisser li jridu jkunu xierqa u meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet misjuba u jipproteġu l-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, mingħajr ma jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jilħqu l-għan tagħhom.

45.

Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament, il-miżuri jenħtieġ li jkunu strettament proporzjonati, jiġifieri “limitati għal dak li huwa strettament meħtieġ fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fuq il-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni” (49).

46.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tqis kif xieraq in-natura, id-durata, is-serjetà u l-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt inkwistjoni (50). Peress li dawn il-kriterji jgħinu biex jiġi ddeterminat il-limitu tal-impatt, li jista’ jvarja skont il-karatteristiċi tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jinstab, il-kunsiderazzjoni tagħhom tinfluwenza l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri (51). Filwaqt li ma huwiex possibbli li jiġu definiti u evalwati t-tipi kollha possibbli ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt minn qabel, kif ukoll l-impatt eżatt tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, f’dan l-istadju u fin-nuqqas ta’ esperjenza fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni teżamina l-elementi ta’ hawn taħt fir-rigward ta’ kull waħda minn dawn il-karatteristiċi.

47.

Fir-rigward tan-natura ta’ ksur, il-ksur kollu tal-prinċipji tal-istat tad-dritt huwa rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità sal-punt li dan jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, is-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità għandhom importanza partikolari, peress li jissemmew b’mod espliċitu fih. Madankollu, dan ma jfissirx li ksur ieħor tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ta’ natura simili se jitqies li huwa inqas importanti. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqis ukoll b’mod xieraq karatteristiċi oħra tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, bħal jekk huwiex marbut b’mod intrinsiku jew mill-qrib mal-proċess li taħtu l-fondi tal-Unjoni jintużaw mill-Istat Membru kkonċernat (pereżempju f’każijiet ta’ funzjonament mhux xieraq tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu dwar l-għoti ta’ għotjiet jew kuntratti ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni), f’liema każ l-impatt fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jista’ jkun partikolarment sinifikanti.

48.

Fir-rigward tad-durata, huwa probabbli li aktar ma jdum ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, jew aktar ma jkun rikorrenti, aktar jaffettwa ħażin jew jirriskja li jaffettwa serjament b’mod ġenerali l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għalhekk, din il-konklużjoni jkollha effett ukoll fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proporzjonalità tal-miżuri li tista’ tipproponi.

49.

Fir-rigward tal-gravità ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni tqis li, meta ksur wieħed jew aktar tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jikkonċerna partijiet importanti tas-settur pubbliku ta’ Stat Membru, bħall-fergħa leġiżlattiva u/jew il-ġudikatura li jista’ jkollha impatt negattiv potenzjali fuq il-ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, jew meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ikun sistemiku jew mifrux, dawn il-fatturi jenħtieġ li jitqiesu fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri. Fir-rigward tal-ambitu tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni tqis li, meta ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa bosta programmi jew fondi tal-Unjoni, l-impatt tiegħu fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jista’ jkun mistenni li jkun sostanzjali. B’mod ġenerali, il-gravità tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jkollha t-tendenza li tkun riflessa fil-gravità tal-impatt reali jew potenzjali tagħha fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

50.

Il-Kummissjoni tqis li l-preżenza kumulattiva jew in-nuqqas tal-elementi msemmija hawn fuq ikkunsidrati fid-dawl tal-impatt reali jew potenzjali tal-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jiggwidaw il-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-miżuri li għandhom jiġu proposti skont ir-Regolament. Għalhekk, ksur sistemiku tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwa b’mod kumulattiv u/jew għal perjodu ta’ żmien sinifikanti l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jista’ jiġġustifika l-proposta ta’ miżuri li jinvolvu impatt finanzjarju sinifikanti għall-Istat Membru kkonċernat.

51.

Minbarra dawn l-elementi, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra wkoll fatturi oħra, b’mod partikolari, l-intenzjoni tal-Istat Membru li jtemm il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, il-grad ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat (52), jew ir-rifjut tiegħu li jikkoopera b’mod sinċier mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċeduri skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, jew persistenza jew ripetizzjoni possibbli ta’ ksur simili tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, minkejja rakkomandazzjonijiet jew proposti ta’ miżuri magħmula preċedentement mill-Kummissjoni. L-intenzjoni u l-grad ta’ kooperazzjoni tal-Istat Membru huma rilevanti wkoll għall-fini li jiġu ddeterminati t-tul u l-ambitu ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt (53). Il-Kummissjoni tiżgura valutazzjoni oġġettiva u imparzjali meta tqis dawn il-fatturi.

52.

Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jirrikjedi li l-miżuri jimmiraw, sa fejn ikun possibbli, lejn l-“azzjonijiet tal-Unjoni affettwati mill-ksur” (54). Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tindika programmi jew fondi speċifiċi affettwati mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jew dawk li huma f’riskju li jiġu affettwati u tipproponi, sa fejn ikun possibbli, miżuri mmirati lejn dawk il-programmi jew il-fondi. Madankollu, f’każijiet fejn dan ma jkunx possibbli, inkluż f’każijiet fejn il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ikollu impatt fuq il-ġbir tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri relatati ma’ azzjonijiet tal-Unjoni minbarra dawk affettwati mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dan jista’ jkun relatat ma’ sitwazzjonijiet fejn dawn l-azzjonijiet tal-aħħar ma jistgħux (55) jew ma jistgħux jibqgħu jiġu mmirati, jew jistgħu jiġu mmirati biss b’mod inadegwat, sabiex jintlaħaq l-objettiv tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, li jikkonsisti fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu, bir-riżultat li dawk il-miżuri huma meħtieġa sabiex jintlaħaq dak l-objettiv (56). Inkella, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità ma jkunx jista’ jilħaq l-objettiv tiegħu. Barra minn hekk, f’każijiet fejn ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jiġi applikat b’mod addizzjonali jew sussegwentement għal leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, il-Kummissjoni tqis l-impatt ġenerali tal-miżuri biex tiżgura r-rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità.

53.

Għall-valutazzjoni tagħha dwar il-proporzjonalità tal-miżuri proposti, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 6(8) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, trid tqis ukoll l-istess sorsi użati biex jiġi identifikat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, kif imsemmi fit-taqsima 5.2 ta’ dawn il-linji gwida.

5.   Il-proċedura u l-metodoloġija tal-proċess ta’ valutazzjoni

5.1.   Valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni

54.

Sabiex tidentifika u tivvaluta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni kwalitattiva bir-reqqa fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li tqis kif xieraq iċ-ċirkostanzi u l-kuntesti speċifiċi, li jkunu jistrieħu fuq il-prinċipji u l-karatteristiċi tal-metodoloġija stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin ta’ dawn il-Linji Gwida.

55.

Il-Kummissjoni twettaq il-valutazzjoni tagħha b’mod oġġettiv, imparzjali u ġust (57) .

56.

L-oġġettività tirrikjedi li l-valutazzjoni tkun ibbażata fuq fatti jew evidenza reali li l-Kummissjoni jkollha għad-dispożizzjoni tagħha. Minbarra d-diversi kuntatti bejn il-Kummissjoni, korpi oħra u l-Istati Membri, l-Artikolu 6(4) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jagħmilha ċara wkoll li l-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni supplimentari meħtieġa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha u tagħmel dan meta tqis li dan ikun xieraq. Pereżempju, tista’ titlob informazzjoni addizzjonali bl-għan li tikkonferma l-issodisfar tal-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, filwaqt li tivvaluta l-estent tal-impatt fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (jew ir-riskju tiegħu), jew tivvaluta aktar fid-dettall kwalunkwe miżura ta’ rimedju li l-Istat Membru jkun stabbilixxa jew ikun qed jippjana li jistabbilixxi. Minħabba li wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità għandu jintuża bħala għodda preventiva biex jipproteġi l-baġit tal-Unjoni u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tiżgura djalogu u kooperazzjoni sinċiera mal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li l-proċedura tibqa’ għaddejja bir-ritmu t-tajjeb.

57.

L-imparzjalità fil-valutazzjoni tal-kawżi skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità timplika trattament ugwali fost l-Istati Membri. L-Artikolu 4(2) tat-TUE jirrikjedi wkoll li l-Unjoni tirrispetta l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati. F’konformità mal-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dan ifisser li l-ewwel u qabel kollox sitwazzjonijiet komparabbli ma għandhomx jiġu ttrattati b’mod differenti u sitwazzjonijiet differenti ma għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx iġġustifikat b’mod oġġettiv (58) abbażi taċ-ċirkostanzi speċifiċi li jikkaratterizzaw kull sitwazzjoni konkreta. Filwaqt li l-Kummissjoni trid tagħmel il-valutazzjonijiet tagħha b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi partikolari tas-sistema legali tal-Istat Membru inkwistjoni u d-diskrezzjoni li jgawdi fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, dan ma jfissirx li l-obbligi fir-rigward tar-riżultat li għandu jinkiseb li jirriżulta minnhom jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li r-rispett għall-istat tad-dritt jenħtieġ li jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji uniformi, u li l-kontenut tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ikun ċar, jistabbilixxi obbligi vinkolanti ċari u preċiżi tar-riżultat, u huwa magħruf sew mill-Istati Membri (59). Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-Istati Membri huma f’pożizzjoni li jiddeterminaw bi preċiżjoni suffiċjenti l-kontenut essenzjali u r-rekwiżiti li jirriżultaw minn kull wieħed mill-prinċipji elenkati fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (60).

58.

Fir-rigward tal-ġustizzja tal-valutazzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni tqis li dan jimplika li għandha tittieħed fehma komprensiva dwar iċ-ċirkostanzi kollha li qed jiġu kkunsidrati biex jiġi identifikat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li huwa rilevanti skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

59.

Is-servizzi tal-Kummissjoni l-ewwel jivverifikaw jekk is-sorsi rilevanti jirreferux għal ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li diġà ġie identifikat, jew, jekk ma jkunx ġie identifikat qabel, jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex jitqies li jkun seħħ tali ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjonijiet finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huma konklużivi. Imbagħad tivverifika jekk dak il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jikkonċernax sitwazzjoni jew kondotta tal-awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previsti fl-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament.

60.

It-tieni, peress li s-sempliċi sejba li jeżisti ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt ma hijiex biżżejjed biex jiskatta r-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, is-servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw jekk il-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jaffettwax jew jirriskjax li jaffettwa serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, meta jitqiesu l-kriterji analizzati fit-taqsima 2.2 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-Kummissjoni se tagħti importanza partikolari lill-miżuri korrettivi jew lil rimedji oħra li tkun diġà ħadet f’każijiet simili skont il-proċeduri msemmija fit-taqsima 3 hawn fuq jew proċeduri oħra tad-dritt tal-Unjoni, sakemm dawk kellhom rabta ma’ sitwazzjonijiet li huma indikattivi ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

61.

Is-servizzi tal-Kummissjoni fl-aħħar nett jivvalutaw jekk il-ksur identifikat tal-prinċipji tal-istat tad-dritt għandux rabta diretta biżżejjed mal-effetti fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew mal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjonijiet finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-miżuri korrettivi preċedenti jew rimedji oħra li diġà ħadet f’każijiet simili skont il-proċeduri msemmija fit-taqsima 3 ta’ hawn fuq huma partikolarment rilevanti.

5.2.   Sorsi ta’ informazzjoni

62.

Il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tivvaluta kwistjonijiet rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità b’mod diliġenti u dettaljat, abbażi ta’ firxa wiesgħa ta’ evidenza, sa fejn dan ikun rilevanti biex jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Il-firxa u l-ambitu tal-evidenza se jitqiesu abbażi tal-merti ta’ kull każ, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha. Il-Kummissjoni se tiżgura li l-informazzjoni li tuża tkun rilevanti u li s-sorsi ta’ dik l-informazzjoni jkunu affidabbli.

5.2.1.   Sorsi ġenerali ta’ informazzjoni

63.

Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tuża diversi sorsi biex tidentifika, tagħmel kontroverifika u tivvaluta l-ksur rilevanti tal-prinċipji tal-istat tad-dritt sabiex tilħaq il-konklużjonijiet tagħha dwar jekk il-kondizzjonijiet tar-Regolament humiex issodisfati. Ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, fil-premessa 16 tiegħu, jikkwota sorsi speċifiċi bħal “sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, rapporti tal-Qorti tal-Awdituri, ir-Rapport Annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt u t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE, rapporti tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) kif rilevanti, u konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet u networks internazzjonali rilevanti, inklużi l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa bħall-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO) u l-Kummissjoni ta’ Venezja, b’mod partikolari l-lista ta’ kontroll tagħha dwar l-istat tad-dritt, u n-networks Ewropej tal-qrati supremi u l-kunsilli tal-ġudikatura.”

64.

Minbarra dawk is-sorsi, li ma għandhomx valur probatorju speċifiku jew assolut, il-Kummissjoni se tqis ukoll informazzjoni rilevanti oħra, fejn xieraq. Din tista’ tinkludi, pereżempju, ir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-“Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Il-ġlieda kontra l-frodi” (“rapporti PIF”) u r-riżoluzzjonijiet annwali relatati tal-Parlament Ewropew, l-informazzjoni li fuqha kienu bbażati r-rapporti rilevanti tal-Kummissjoni, tal-OLAF u tal-UPPE, l-informazzjoni li tinsab fir-rapporti tal-awditi tas-servizzi tal-Kummissjoni, kif ukoll l-informazzjoni li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati, u informazzjoni oħra fid-dominju pubbliku, bħal sentenzi ta’ qrati nazzjonali jew deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali.

65.

Il-Kummissjoni għandha wkoll il-possibbiltà li tikkuntattja direttament lil korpi oħra u lil istituzzjonijiet rikonoxxuti, bħas-servizz nazzjonali ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi (“AFCOS”). Filwaqt li l-premessa 16 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tiddikjara li l-Kummissjoni “tista’ tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kummissjoni ta’ Venezja jekk ikun meħtieġ biex titħejja bir-reqqa il-valutazzjoni kwalitattiva”, il-possibbiltà ta’ dawn il-konsultazzjonijiet ma hijiex limitata għal dawn iż-żewġ korpi u l-Kummissjoni se tikkuntattja lil kwalunkwe istituzzjoni jew korp li tqis li huwa meħtieġ li tikkuntattja bil-ħsieb li jiġi identifikat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u tittejjeb il-valutazzjoni tal-kawżi skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

5.2.2.   Ilmenti

66.

Sors siewi ieħor ta’ informazzjoni huwa s-sottomissjoni ta’ lmenti sostanzjati minn kwalunkwe parti terza li tista’ tkun konxja ta’ informazzjoni u evidenza rilevanti dwar ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li jista’ jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett.

67.

Bħala għodda baġitarja, ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità ma jipprovdix rimedji jew drittijiet ta’ rimedju li jista’ jfittex ilmentatur (61). L-ilmentaturi li jfittxu miżuri ta’ rimedju indirizzati lilhom, inklużi danni, ma jistgħux jiksbuhom mill-Kummissjoni iżda jistgħu jikkunsidraw li jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet nazzjonali jew iressqu azzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali. L-Unjoni Ewropea toffri mezzi biex jitressqu l-ilmenti fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, fil-każ ta’ Stat Membru li ma jikkonformax mad-dritt tal-Unjoni, kwalunkwe ċittadin, negozju jew parti kkonċernata oħra jistgħu jirrapportaw ksur lill-Kummissjoni (62).

68.

Wara li jirċievu lment relatat mar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, is-servizzi tal-Kummissjoni jivvalutaw jekk fihx informazzjoni sostanzjata u evidenza li l-Kummissjoni tista’ tuża għall-valutazzjoni tagħha skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-ilmenti li jirreferu għal ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt mingħajr ebda indikazzjoni dwar l-effett li jista’ jkollhom jew ir-riskji li jistgħu jippreżentaw fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni mhux se jkunu biżżejjed biex jitqies li l-kondizzjonijiet skont ir-Regolament huma ssodisfati, sakemm il-Kummissjoni ma tistabbilixxix dan l-effett jew dawn ir-riskji abbażi ta’ raġunijiet addizzjonali. Skont iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jistiednu lill-ilmentatur jipprovdi informazzjoni addizzjonali biex jissostanzja l-ilment f’limitu ta’ żmien speċifiku. Jekk ma tingħata l-ebda informazzjoni addizzjonali sal-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni żżomm rekord tal-informazzjoni sottomessa iżda ma tistax issegwi l-ilment.

69.

Meta l-informazzjoni sottomessa tkun issostanzjata u rilevanti biżżejjed għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jitolbu aktar informazzjoni jew evidenza jekk tkun meħtieġa. Jekk jitqies xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jiltaqgħu wkoll mal-ilmentaturi jew mar-rappreżentanti tagħhom biex jiċċaraw l-allegazzjonijiet magħmula u jiddiskutu kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ilment. Is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu wkoll jikkuntattjaw lil korpi jew lil istituzzjonijiet oħrajn b’rabta mal-informazzjoni sottomessa mill-ilmentatur biex jikkorroboraw jew biex jikkomplementaw l-informazzjoni u l-evidenza pprovduti mill-ilmentatur, f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

70.

Il-Kummissjoni tistinka biex tinforma lill-ilmentaturi dwar l-azzjoni li tipproponi li tieħu dwar ilment f’perjodu ta’ żmien indikattiv ta’ [cf. tmien xhur] minn meta tirċievi l-ilment. Madankollu, dan huwa soġġett għaċ-ċirkostanzi tal-każ individwali u, b’mod partikolari, jiddependi fuq jekk il-Kummissjoni tkunx irċeviet biżżejjed informazzjoni mingħand l-ilmentatur. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u tipproponi miżuri xierqa lill-Kunsill, fil-prinċipju tinforma lill-ilmentatur (1) wara li tibgħat l-ittra ta’ notifika lill-Istat Membru u (2) wara li tibgħat il-proposta tagħha lill-Kunsill.

71.

Biex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni tal-ilmenti skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni stabbiliet fis-Servizz Finanzjarju Ċentrali tagħha tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tagħha l-indirizz postali ddedikat BUDG-CONDITIONALITY-REGIME-COMPLAINTS@ec.europa.eu li permezz tiegħu parti terza tista’ ġġib għall-attenzjoni tal-Kummissjoni allegat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt rilevanti għar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. L-Anness II tal-Linji Gwida jipprovdi l-informazzjoni li tista’ tiġi inkluża meta tiġi kkuntattjata l-Kummissjoni, kif ukoll formola rakkomandata li tista’ tintuża biex jiġu ppreżentati tali lmenti. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, l-identità tal-ilmentatur se tinżamm strettament kunfidenzjali u l-Kummissjoni se tiżgura li r-regoli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937 (63) jiġu rrispettati.

5.2.3.   Kuntatti preliminari mal-Istat Membru kkonċernat

72.

Il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma tibgħat in-notifika bil-miktub skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, jekk dan ikun meħtieġ għall-valutazzjoni preliminari tagħha. Għalhekk, jekk, wara lment jew abbażi ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra miġbura, il-Kummissjoni tkun għadha ma hijiex f’pożizzjoni li tiddetermina jekk għandhiex raġunijiet raġonevoli biex tikkunsidra li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament huma ssodisfati, din għandha tkun tista’ tikkuntattja lill-Istat Membru kkonċernat biex tiġbor l-informazzjoni jew l-ispjegazzjonijiet li jista’ jkollha bżonn f’limitu ta’ żmien raġonevoli u xieraq. Fl-istess limitu ta’ żmien, l-Istat Membru jista’ juża l-opportunità biex jirrimedja s-sitwazzjoni.

73.

F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex ikollha djalogu miftuħ mal-Istat Membru kkonċernat, bil-għan li tippermetti kooperazzjoni msaħħa u possibbilment tindirizza t-tħassib fi stadju bikri. Dan l-approċċ jirrifletti wkoll il-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera, kif minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE, kif ukoll li wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huwa l-prevenzjoni. Meta l-Kummissjoni titlob kjarifiki inizjali bil-miktub minn Stat Membru, tistabbilixxi skadenzi li jirriflettu l-firxa u l-kumplessità tal-kjarifiki mitluba.

74.

Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jirreaġixxix jew ma jikkooperax fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni tiffinalizza l-valutazzjoni preliminari tagħha abbażi tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha, mingħajr dewmien.

75.

Il-Kummissjoni tapplika l-istess prinċipji ta’ oġġettività, imparzjalità u ġustizzja għall-Istati Membri kollha matul kwalunkwe kuntatt preliminari mal-Istati Membri, f’każijiet fejn tali kuntatti preliminari jkunu tqiesu meħtieġa, u tagħmel l-istess matul il-proċedura u l-valutazzjoni tagħha.

5.3.   Proċedura formali skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità

76.

Meta l-Kummissjoni ssib li jkollha raġunijiet raġonevoli biex tqis li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni ta’ miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huma ssodisfati u li proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod aktar effettiv, tibgħat notifika bil-miktub lill-Istat Membru kkonċernat, li tistabbilixxi l-elementi fattwali u r-raġunijiet speċifiċi li fuqhom tkun ibbażat is-sejbiet tagħha, u tibda l-proċedura skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (il-“proċedura”).

77.

L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista’ jipproponi jew jadotta miżuri ta’ rimedju biex jindirizza s-sejbiet tal-Kummissjoni stabbiliti fin-notifika bil-miktub jew fit-talba għal osservazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6(7) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, sa limitu ta’ żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li għandu jkun mill-inqas xahar u mhux aktar minn tliet xhur mid-data tan-notifika jew tat-talba għall-osservazzjonijiet (64). Wara l-iskambji previsti mill-Artikolu 6, paragrafi 1 sa 7 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, jekk il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità huma ssodisfati u tqis li l-miżuri ta’ rimedju li setgħu ġew offruti ma humiex adegwati, hija tipproponi l-adozzjoni ta’ miżuri lill-Kunsill biex jipproteġu l-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

78.

Meta tiddeċiedi jekk għandhiex tipproponi miżuri, il-Kummissjoni tivvaluta kif xieraq l-informazzjoni riċevuta u kwalunkwe osservazzjoni magħmula mill-Istat Membru kkonċernat matul il-proċedura (65) kollha, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju proposta matul il-proċedura. Sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha dwar il-miżuri li jistgħu jiġu proposti, il-Kummissjoni tibbaża wkoll fuq l-informazzjoni kollha miġbura fil-kuntest ta’ kwalunkwe kuntatt preliminari possibbli mal-Istat Membru kkonċernat, inkluż qabel ma tinbeda l-proċedura, fejn rilevanti, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti minn sorsi disponibbli, inklużi deċiżjonijiet, konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra u istituzzjonijiet rikonoxxuti oħrajn.

79.

Minbarra l-garanzija tad-drittijiet proċedurali tal-Istat Membru kkonċernat, il-proċedura titwettaq ukoll f’konformità mal-prinċipji tal-oġġettività, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali tal-Istat Membru kkonċernat, u titwettaq skont approċċ ibbażat fuq l-evidenza u mhux partiġġjan (66). F’konformità mal-premessa 23 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni hija impenjata li tagħmel l-aktar użu xieraq mid-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 237 tat-TFUE u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (67) bil-għan li tiżgura li l-Kunsill jieħu deċiżjoni fil-ħin dwar il-proposta għal miżuri (68).

5.4.   Proċedura għat-tneħħija tal-miżuri

80.

Wara l-adozzjoni tal-miżuri mill-Kunsill, il-Kummissjoni timmonitorja regolarment is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat. Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq inizjattiva proprja u mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni ta’ miżuri mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tivvaluta mill-ġdid is-sitwazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tqis l-evidenza ppreżentata minnu, kif ukoll l-adegwatezza ta’ kwalunkwe miżura ta’ rimedju adottata mill-Istat Membru kkonċernat.

81.

L-Istat Membru kkonċernat jista’, fi kwalunkwe ħin, jadotta miżuri ta’ rimedju ġodda u jissottometti lill-Kummissjoni notifika bil-miktub li tinkludi evidenza li turi li l-kondizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri ma għadhomx issodisfati.

82.

Meta tivvaluta n-notifika bil-miktub ippreżentata mill-Istat Membru kkonċernat jew kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tkun ġabret wara l-adozzjoni tal-miżuri mill-Kunsill, il-Kummissjoni tipproċedi f’konformità mal-metodoloġija u mal-prinċipji tal-oġġettività, l-imparzjalità u l-ġustizzja deskritti fid-dettall fit-taqsima 5.1 ta’ dawn il-Linji Gwida. Biex twettaq il-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tibbaża fuq is-sorsi kollha ta’ informazzjoni msemmija fit-taqsima 5.2 ta’ dawn il-Linji Gwida (69), miġbura wara l-adozzjoni tal-miżuri mill-Kunsill.

83.

Jekk, wara l-valutazzjoni tan-notifika bil-miktub ippreżentata mill-Istat Membru jew il-valutazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Kummissjoni tkun ġabret wara l-adozzjoni tal-miżuri mill-Kunsill, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tiddetermina b’mod raġonevoli li s-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri ġiet irrimedjata, tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru kkonċernat jew minn kwalunkwe parti terza li tista’ tipprovdi informazzjoni rilevanti, qabel ma tikkonkludi l-valutazzjoni tagħha, f’konformità mal-Artikoli 7(2), l-aħħar paragrafu, u 6(4) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

84.

L-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u jista’ jipproponi jew jadatta l-miżuri ta’ rimedju proposti inizjalment biex jindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni, sa limitu ta’ żmien speċifikat mill-Kummissjoni, li għandu jkun mill-inqas xahar u mhux aktar minn tliet xhur mid-data tan-notifika jew tat-talba għall-osservazzjonijiet (70). Wara dawn l-iskambji u l-valutazzjoni finali tal-Kummissjoni, jekk il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri ġiet irrimedjata, hija tippreżenta proposta lill-Kunsill għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tneħħi l-miżuri adottati, f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Meta l-Kummissjoni ssib li s-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri ġiet irrimedjata parzjalment, hija tippreżenta lill-Kunsill proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tadatta l-miżuri adottati.

85.

Il-miżuri jistgħu jitneħħew jew jiġu adattati meta l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, minkejja li jippersisti, ma jibqax ikollu impatt fuq il-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni (71). Meta l-Kummissjoni ssib li s-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri ma tkunx ġiet irrimedjata, għandha tindirizza deċiżjoni motivata lill-Istat Membru kkonċernat u tinforma lill-Kunsill b’dan.

86.

Minbarra l-garanzija tad-drittijiet proċedurali tal-Istat Membru kkonċernat, il-proċedura titwettaq ukoll f’konformità mal-prinċipji tal-oġġettività, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali tal-Istat Membru kkonċernat, u titwettaq skont approċċ ibbażat fuq l-evidenza u imparzjali (72). F’konformità mal-premessa 23 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, il-Kummissjoni hija impenjata li tagħmel l-aktar użu xieraq mid-drittijiet tagħha skont l-Artikolu 237 tat-TFUE u r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (73) bil-għan li tiżgura li l-Kunsill jieħu deċiżjoni fil-ħin dwar il-proposta għat tneħħija jew l-adattament tal-miżuri (74).

6.   Il-protezzjoni tad-drittijiet leġittimi tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-unjoni skont ir-regolament dwar il-kondizzjonalità

87.

Il-miżuri adottati skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità se jkollhom impatt finanzjarju jew ekonomiku. Madankollu, tali impatt jenħtieġ li jkun limitat għall-Istat Membru kkonċernat jew f’każijiet speċifiċi għal ċerti entitajiet nazzjonali li jiġġestixxu l-fondi. Sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor abbażi ta’ raġunijiet debitament ġustifikati f’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni, l-impożizzjoni ta’ dawk il-miżuri ma għandhiex taffettwa l-obbligi preeżistenti tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri li jagħmlu pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali li huma intitolati għal tali pagamenti skont il-programm jew il-Fond tal-Unjoni korrispondenti.

88.

Il-miżuri jistgħu jikkonċernaw il-fondi tal-Unjoni jew il-programmi tal-Unjoni taħt il-modi kollha ta’ ġestjoni tal-baġit tal-Unjoni, jiġifieri implimentati direttament (ġestiti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni, jew permezz ta’ aġenziji eżekuttivi (75)), indirettament (minn waħda mill-entitajiet previsti fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju) jew b’mod konġunt mal-Istati Membri (ġestjoni kondiviża (76)).

89.

L-impożizzjoni ta’ miżuri ma tibdilx l-obbligi preeżistenti tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-programm jew il-fond taħt kwalunkwe mod ta’ ġestjoni, b’mod partikolari l-obbligi legali tagħhom li jagħmlu pagamenti lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali, kif previst mill-istrumenti applikabbli tal-Unjoni u mill-atti legali speċifiċi li ħolqu tali obbligi, sakemm id-deċiżjoni li timponi l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor.

90.

Fi kliem ieħor, l-entitajiet tal-gvern jew l-Istati Membri ma jistgħux jużaw il-miżuri xierqa adottati mill-Kunsill bħala ġustifikazzjoni biex jeħilsu lilhom infushom mill-obbligi preeżistenti tagħhom lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, b’rabta ma’ pagamenti skont ir-regoli applikabbli rilevanti

91.

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jiddikjara li l-obbligi tal-entitajiet tal-gvern jew tal-Istati Membri li jimplimentaw il-programm jew il-fond ma għandhomx jiġu affettwati mill-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa, u b’mod partikolari l-obbligi li għandhom lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, sakemm id-deċiżjoni li tadotta l-miżuri ma tipprevedix mod ieħor. Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjoni dwar jekk id-drittijiet tal-benefiċjarji jew tar-riċevituri finali jistgħux jiġu affettwati b’mod leġittimu mill-miżuri xierqa teħtieġ analiżi każ b’każ, u l-Kummissjoni se tivvaluta kwalunkwe informazzjoni rilevanti f’dan ir-rigward. F’dan l-istadju, tqis li, fil-prinċipju, meta l-benefiċjarju jew ir-riċevitur finali jkun involut fil-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt, bħal f’każijiet ta’ korruzzjoni, frodi sistemika u kunflitti ta’ interess, il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jista’ jkollhom ukoll impatt fuq dak il-benefiċjarju jew ir-riċevitur. Jekk il-Kummissjoni tkun konxja ta’ każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tinkludi fil-proposta tagħha lill-Kunsill (i) il-konklużjoni tagħha dwar jekk benefiċjarji jew riċevituri finali partikolari għandhomx jiġu affettwati mill-miżuri proposti, (ii) ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din il-konklużjoni u (iii) il-proposta speċifika tagħha fir-rigward ta’ dawk il-benefiċjarji jew ir-riċevituri.

Għodod ta’ informazzjoni u rapportar

92.

Il-benefiċjarji jew ir-riċevituri finali tal-programmi jew tal-fondi tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu sensibilizzati dwar id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni stabbiliet il-paġna web iddedikata https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/protection-eu-budget/rule-law-conditionality-regulation_mt fejn iċ-ċittadini, inklużi l-benefiċjarji jew ir-riċevituri finali, jistgħu jfittxu gwida informali. Huma jistgħu jippreżentaw ukoll informazzjoni lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li huma rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità billi jimlew u jissottomettu l-formola tal-ilment disponibbli f’dik il-paġna web għall-indirizz tal-posta elettronika ddedikat BUDG-CONDITIONALITY-REGIME-COMPLAINTS@ec.europa.eu. Fil-paġna web tagħha, il-Kummissjoni se tippubblika informazzjoni dwar il-miżuri adottati mill-Kunsill fuq il-proposta tal-Kummissjoni, sabiex il-benefiċjarji u r-riċevituri finali jkunu konxji mill-miżuri imposti fuq kull Stat Membru.

93.

Jekk, wara l-impożizzjoni ta’ miżuri xierqa mill-Kunsill skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, l-Istat Membru kkonċernat jirrifjuta li jonora l-pagamenti tiegħu lill-benefiċjarji jew lir-riċevituri finali tal-programmi jew tal-fondi tal-Unjoni kkonċernati mill-miżuri, il-benefiċjarji jew ir-riċevituri finali kkonċernati l-ewwel jenħtieġ li jirreferu l-kwistjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jagħmlu użu mill-azzjonijiet kollha għad-dispożizzjoni tagħhom skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, inklużi lmenti lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat. F’każ li kwalunkwe azzjoni bħal din ma tkunx disponibbli jew ma tkunx effettiva (77), il-benefiċjarji jenħtieġ li jinformaw lill-Kummissjoni u, fejn possibbli, jipprovdu evidenza rilevanti f’dan ir-rigward. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet ġuridiċi jingħataw segwitu adegwat, f’konformità mal-qafas legali applikabbli.

94.

Il-benefiċjarji jew ir-riċevituri finali jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ksur potenzjali tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, f’każ li jkunu kkonċernati direttament. Fis-sottomissjonijiet tagħhom, il-benefiċjarji jew ir-riċevituri finali jenħtieġ li jiddikjaraw b’mod ċar (i) il-bażi ġuridika tad-dritt tagħhom li jirċievu pagament mill-Istat Membru, (ii) in-nuqqas ta’ konformità tal-Istat Membru mal-obbligu tiegħu li jħallas skont ir-regoli tal-programm jew tal-fond rilevanti tal-Unjoni, (iii) l-azzjonijiet legali li diġà ttieħdu u l-eżitu relatat, jekk hemm, u jipprovdu l-evidenza u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn kollha meħtieġa biex juru t-tnedija tal-azzjonijiet legali rilevanti, kif ukoll in-nuqqas mill-Istat Membru li jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (jekk disponibbli). Is-sottomissjonijiet jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni kollha mitluba fl-Anness III ta’ dawn il-Linji Gwida.

95.

Skont l-Artikolu 339 tat-TFUE u l-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjali u membri oħra tal-persunal tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx jiddivulgaw informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-Kummissjoni tiżgura wkoll li r-regoli stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/1937 jiġu rispettati (78).

96.

Meta jiġu implimentati fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri kkonċernati mill-miżuri adottati skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità għandhom l-obbligu li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar il-passi konkreti li jieħdu biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jħallsu lir-riċevituri jew benefiċjarji finali taħt il-fond jew il-programm tal-Unjoni affettwat. Tali rapportar jenħtieġ li jinkludi informazzjoni u evidenza ta’ dik il-konformità (eż. rekords kontabilistiċi rilevanti u dokumenti ta’ sostenn) u jenħtieġ li jsir kull tliet xhur mill-adozzjoni tal-miżuri (79).

97.

Abbażi tar-rapportar ipprovdut fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u kwalunkwe prova oħra pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat jew informazzjoni oħra miġbura, inkluż permezz tal-informazzjoni riċevuta mir-riċevituri finali jew mill-benefiċjarji, il-Kummissjoni tivverifika jekk l-obbligi ta’ pagament lejn ir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali stabbiliti skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u drittijiet applikabbli oħra tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-finanzjament taħt ġestjoni kondiviża, ġewx issodisfati. Fejn meħtieġ, se tagħmel ħilitha biex tiżgura li kwalunkwe ammont dovut minn entitajiet tal-gvern jew minn Stati Membri effettivament jitħallas lir-riċevituri jew lill-benefiċjarji finali f’konformità mar-regoli speċifiċi għas-settur rilevanti. Dan jista’ jinvolvi, pereżempju, l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni (80). Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi wkoll li tiftaħ proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istat Membru kkonċernat biex tiżgura l-konformità mal-obbligu tal-Istat Membru stabbilit fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament. Qabel ma tieħu kwalunkwe miżura biex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligu tagħhom li jħallsu lir-riċevituri jew il-benefiċjarji finali, il-Kummissjoni se tiżgura li d-drittijiet proċedurali tal-Istat Membru kkonċernat jiġu rrispettati.

7.   Rieżami ta’ dawn il-linji gwida

98.

Il-Kummissjoni tista’ eventwalment tirrieżamina dawn il-linji gwida, biex tqis l-iżviluppi fil-prattika, il-bidliet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jew il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiżgura ċ-ċertezza legali. Meta tkun qed tirrevedi l-Linji Gwida, il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew.

(1)  Ara s-sentenza tat-23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il-Parlament Ewropew, C-294/83, , ECLI:EU:C:1986:166, il-paragrafu 23. Ara wkoll is-sentenza tal-20 ta’ April 2021, Repubblika vs Il-Prim Ministu, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311, il-paragrafi 61 sa 65.

(2)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafi 126 u 129.

(3)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).

(4)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 188.

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(8)  Ara l-Artikolu 19(1) tat-TUE.

(9)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 165.

(10)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 288.

(11)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 154.

(12)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 227.

(13)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u l-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 229 u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 324.

(14)  Lista ta’ ksur indikattiv tal-prinċipji tal-istat tad-dritt hija inkluża wkoll fl-Anness I tal-Linji Gwida.

(15)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 130; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 148.

(16)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 131; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 149.

(17)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 132; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 150.

(18)  Lista indikattiva ta’ dawn is-sitwazzjonijiet speċifiċi hija inkluża wkoll fl-Anness I tal-Linji Gwida.

(19)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 143.

(20)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/-21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 143.

(21)  Ara l-punt (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(22)  Ara d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, ikkwotat hawn fuq.

(23)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri mhux parteċipanti li jikkooperaw mal-UPPE, skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni, meta jeżerċita l-kompetenzi tiegħu fl-Istati Membri parteċipanti u jirrikjedi tali kooperazzjoni.

(24)  F’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, ikkwotat hawn fuq.

(25)  Dawn l-obbligi huma previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013. Il-lista pprovduta f’dawn il-Linji Gwida ma hijiex eżawrjenti.

(26)  L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(27)  L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(28)  L-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(29)  L-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(30)  L-Artikolu 11(3) u (5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(31)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 294.

(32)  Ara s-sentenzi tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 301; u Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 173.

(33)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(34)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 186.

(35)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 265; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 297.

(36)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 331; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 361.

(37)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 332.

(38)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 262.

(39)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 266; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 298.

(40)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs. Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 262.

(41)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 288.

(42)  Ara r-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 135.

(43)  Ara r-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 101(8); ara wkoll, pereżempju, l-Artikoli 96, 97 u 104 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (“CPR”) ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, u l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(44)  Ara r-Regolament Finanzjarju, l-Artikolu 63(2); ara wkoll, pereżempju, l-Artikoli 69(3) u 103 tas-CPR, kif ukoll l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 1306/2013 u mill-1 ta’ Jannar 2023, l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187).

(45)  Il-pagamenti jistgħu jiġu interrotti jekk: (a) ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas serju li ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi għalih; (b) il-Kummissjoni jkollha twettaq verifiki addizzjonali wara li tirċievi informazzjoni li nefqa f’applikazzjoni għal pagament tista’ tkun marbuta ma’ irregolarità. Il-pagamenti jistgħu jiġu sospiżi, jekk: (a) l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 96 tas-CPR; (b) ikun hemm nuqqas serju; (c) in-nefqa fl-applikazzjonijiet għal pagament tkun marbuta ma’ irregolarità li ma tkunx ġiet ikkoreġuta; (d) ikun hemm opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE dwar kwistjoni li tpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa. Għandhom isiru korrezzjonijiet finanzjarji, jekk: (a) ikun hemm nuqqas serju li jkun poġġa f’riskju l-appoġġ mill-Fondi li jkunu diġà mħallsa lill-programm; (b) in-nefqa inkluża fil-kontijiet aċċettati tkun irregolari u ma tkunx ġiet osservata u rapportata mill-Istat Membru; (c) l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 97 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni.

(46)  Ara l-Premessa 15 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(47)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(48)  Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(49)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 112.

(50)  Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(51)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 331; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 361.

(52)  Ara l-Premessa 18 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(53)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 332.

(54)  Ara l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(55)  Pereżempju, f’każijiet fejn l-effett tal-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt jiġi stabbilit fuq id-dħul tal-baġit tal-Unjoni.

(56)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 275.

(57)  Ara l-Premessa 16 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(58)  Ara, fost każijiet oħra, is-sentenza tal-20 ta’ Settembru 1988, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, 203/86, ECLI:EU:C:1988:420, il-paragrafu 25. Għal kawża aktar riċenti, ara s-sentenza tat-8 ta’ Ottubru 2020, Universitatea “Lucian Blaga” Sibiu u Oħrajn, C-644/19, ECLI:EU:C:2020:810, il-paragrafu 44.

(59)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafi 233 u 235; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafi 265 u 283.

(60)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 240.

(61)  Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tad-drittijiet leġittimi tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità, ara t-taqsima 6 ta’ hawn taħt.

(62)  Lista ta’ dawn ir-riżorsi l-oħra, inkluża l-formola tal-ilmenti għal ksur tad-dritt tal-Unjoni, hija disponibbli fuq https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/problems-and-complaints/complaints-about-breaches-eu-law/how-make-complaint-eu-level_mt.

(63)  Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.

(64)  Ara l-Artikolu 6(5) tar-Regolament dwar il-Kunfidenzjalità.

(65)  Ara l-Artikolu 6(7) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(66)  Ara l-Premessa 26 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(67)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

(68)  Ara l-Artikolu 6(10) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(69)  F’konformità mal-Artikoli 7(2), l-aħħar paragrafu u 6(3) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(70)  Ara l-aħħar sentenza tal-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 6(5) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(71)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 178; u s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 217.

(72)  Ara l-Premessa 26 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(73)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

(74)  Ara l-Artikolu 6(10) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(75)  Ara l-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju.

(76)  Ara l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju.

(77)  Pereżempju, f’każijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali jittardjaw b’mod li mhux raġonevoli t-tweġiba/id-deċiżjoni tagħhom għall-azzjonijiet tal-benefiċjarju.

(78)  Aktar informazzjoni dwar kif il-Kummissjoni tittratta l-ilmenti tista’ tinstab fuq: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/problems-and-complaints/complaints-about-breaches-eu-law/how-make-complaint-eu-level_mt

(79)  Ara l-Artikolu 5(2) u l-Premessa 19 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

(80)  Ara l-Premessa 19 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.


ANNESS I

Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt

Eżempji indikattivi ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt (l-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità)

(a)

it-tqegħid f’periklu tal-indipendenza tal-ġudikatura. Dwar din il-kwistjoni, il-Premessa 10 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tiddikjara li “l-indipendenza tal-ġudikatura tippresupponi, b’mod partikolari, li l-korp ġudizzjarju ikkonċernat ikun jista’ jeżerċita, kemm skont ir-regoli rilevanti kif ukoll fil-prattika, il-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu kompletament b’mod awtonomu, mingħajr ma jkun soġġett għal ebda restrizzjoni ġerarkika jew ikun subordinat għal ebda korp ieħor, u mingħajr ma jirċievi ordnijiet jew struzzjonijiet minn ebda sors, u li għalhekk huwa protett minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza ta’ ġudizzju tal-membri tiegħu u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tagħhom. Il-garanziji tal-indipendenza u tal-imparzjalità jeżiġu regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-korp u tal-ħatra, tat-tul ta’ servizz u tar-raġunijiet għar-rifjut u t-tkeċċija ta’ membri tiegħu, sabiex jitneħħa kwalunkwe dubju raġonevoli li jista’ jkollhom xi wħud dwar l-impermeabbiltà ta’ dak il-korp għal fatturi esterni u dwar in-newtralità tiegħu fir-rigward tal-interessi ppreżentati quddiemu.”

Skont il-ġurisprudenza tal-QĠEU, “il-kunċett ta’ indipendenza jippreżumi li l-istanza kkonċernata teżerċita l-funzjonijiet ġudizzjarji tagħha b’awtonomija sħiħa, mingħajr ma tkun suġġetta għal ebda rabta ġerarkika jew issuġġettar għal kwalunkwe korp ieħor u mingħajr ma tirċievi ordnijiet jew istruzzjonijiet minn xi ħadd ikun min ikun, u li hija tkun għalhekk protetta minn interventi jew minn pressjonijiet esterni li jistgħu jippreġudikaw l-indipendenza ta’ ġudizzju tal-membri tagħha u li tinfluwenza d-deċiżjonijiet tagħhom”  (1).

(b)

in-nuqqas milli jiġu impediti, ikkoreġuti jew issanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż

mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ,

iż-żamma ta’ riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom,

in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta’ interess.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, dawn is-“sitwazzjonijiet jistgħu jwasslu għal nuqqas ta’ osservazzjoni tal-prinċipju li jipprojbixxi l-eżerċizzju arbitrarju tal-poter mill-eżekuttiv jew mill-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva”  (2).

(c)

il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effettività tar-rimedji legali, inkluż permezz ta’

regoli proċedurali restrittivi,

in-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sentenzi,

il-limitazzjoni ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjonar effettivi ta’ ksur tal-liġi.

Fir-rigward ta’ dan ta’ hawn fuq, il-premessi 8 u 9 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità jiddikjaraw li:

(8)

Ġestjoni finanzjarja tajba tista’ tiġi żgurata biss mill-Istati Membri jekk l-awtoritajiet pubbliċi jaġixxu f’konformità mal-liġi, jekk każijiet ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew ksur ieħor tal-liġi, jiġu segwiti b’mod effettiv mis-servizzi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni, u jekk deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali tal-awtoritajiet pubbliċi, inkluż l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.”

(9)

L-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura jenħtieġ li jiġu garantiti dejjem, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jwettqu l-funzjoni tagħhom b’mod xieraq. (…) Il-ġudikatura, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani u proċeduri biex jaġixxu b’mod effettiv u b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt ta’ proċess ġust, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenzi finali jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod effettiv. Dawk il-kondizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni.”

Eżempji ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi jew ta’ kondotta ta’ awtoritajiet (3) li jistgħu jkunu kkonċernati minn ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt (l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità)

(a)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, inkluż self jew strumenti oħrajn iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri għal għotjiet.

(b)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar, u l-funzjonament xieraq ta’ sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta’ rendikont – fuq dan il-punt, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li “l-espressjoni ‘sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta’ rendikont’ […] tirreferi għall-kunċett ta’ ‘ġestjoni finanzjarja’, li jaqa’ fi ħdan il-kunċett ta’ ‘ġestjoni finanzjarja tajba’ li jinsab fit-Trattati nfushom, b’mod partikolari fl-Artikolu 310(5) u fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 tat-TFUE, u ddefinit fl-Artikolu 2(59) tar-Regolament Finanzjarju bħala l-implimentazzjoni tal-baġit f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. L-espressjoni ‘rendikont finanzjarju’, min-naħa tagħha, tirrifletti b’mod partikolari l-obbligi ta’ kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar imsemmija […] fl-Artikolu 4(2)(b) [tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità], filwaqt li l-espressjoni ‘sistemi ... effettivi u trasparenti’ timplika l-istabbiliment ta’ sett ordnat ta’ regoli li jiżguraw b’mod effettiv u trasparenti l-ġestjoni finanzjarja u l-obbligu ta’ rendikont imsemmija”  (4).

Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll li l-espressjoni “rendikont finanzjarju” tirrifletti b’mod partikolari l-obbligi ta’ kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar imsemmija fl-istess Artikolu 4(2)(b), filwaqt li “sistemi ... effettivi u trasparenti” timplika l-istabbiliment ta’ sett ordnat ta’ regoli li jiżguraw b’mod effettiv u trasparenti l-ġestjoni finanzjarja u l-obbligu ta’ rendikont imsemmija”  (5)

(c)

il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’:

frodi, inklużi frodi tat-taxxa, speċjalment fejn tali frodi tista’ tirriżulta f’nuqqas ta’ ġbir ta’ taxxi bħall-VAT u d-dazji doganali li jaffettwaw b’mod dirett ir-riżorsi meħtieġa biex l-Unjoni tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha,

korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(d)

l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c); tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità.

B’mod partikolari, il-Premessa 9 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tiddikjara li “il-ġudikatura, u s-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni jenħtieġ li jkollhom biżżejjed riżorsi finanzjarji u umani u proċeduri biex jaġixxu b’mod effettiv u b’mod li jirrispetta bis-sħiħ id-dritt ta’ proċess ġust, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tad-difiża. Is-sentenzi finali jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod effettiv. Dawk il-kondizzjonijiet huma meħtieġa bħala garanzija minima kontra deċiżjonijiet illegali u arbitrarji ta’ awtoritajiet pubbliċi li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni”-

(e)

il-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta’ pieni effettivi u dissważivi fuq ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi;

(f)

l-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament;

(g)

il-kooperazzjoni effettiva u f’waqtha mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (“OLAF”) u, soġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“UPPE”) fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tagħhom skont l-atti tal-Unjoni applikabbli f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera;


(1)  Is-sentenza tas-27 ta’ Frar 2018, Associação Sindacal dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas, C-64/16, ECLI:EU:C:2018:117, il-paragrafu 44. Ara wkoll, fost l-oħrajn, is-sentenzi tal-24 ta’ Ġunju 2019, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika tal-Polonja, C-619/18, ECLI:EU:C:2019:531 u tal-20 ta’ April 2021 Repubblika vs Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.

(2)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, L-Ungerija vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-156/21 ECLI:EU:C:2022:97, il-paragrafu 245 u l-ġurisprudenza ċċitata fih.

(3)  Dawn l-eżempji huma sempliċiment indikattivi, peress li sitwazzjonijiet jew kondotta oħra tal-awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jistgħu jaqgħu wkoll fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (ara l-punt (h) tal-Artikolu 4(2)).

(4)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 333.

(5)  Ara s-sentenza tas-16 ta’ Frar 2022, Il-Polonja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill, C-157/21 ECLI:EU:C:2022:98, il-paragrafu 333.


ANNESS II

Elementi li jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ilment dwar allegat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità

L-ilmentaturi jenħtieġ li jinkludu d-dettalji li ġejjin meta jikkuntattjaw lill-Kummissjoni dwar allegat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità:

L-identità u d-dettalji ta’ kuntatt (1);

Informazzjoni dwar kif l-istat tad-dritt allegatament inkiser (inkluż liema atti jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi allegatament jiksru l-prinċipji tal-istat tad-dritt) u l-evidenza rilevanti;

Informazzjoni dwar kif l-allegat ksur huwa rilevanti għar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità (deskrizzjoni ta’ kif dan jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-baġit tal-Unjoni jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod dirett biżżejjed) u l-evidenza rilevanti;

Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn li jistgħu – jekk jintalbu – jintbagħtu lill-Kummissjoni.

Sabiex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u l-iżgurar li l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni rilevanti u strutturata, jista’ jintuża l-mudell ta’ hawn taħt, kif disponibbli fuq il-paġna web https://ec.europa.eu/info/strategy/eu-budget/protection-eu-budget/rule-law-conditionality-regulation_mt.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Ilment – Ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwa l-baġit jew l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Ir-Regolament 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (“Regolament dwar il-Kondizzjonalità”)

Din il-formola ta’ ilment sservi biex tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li speċifikament jaffettwa jew jirriskja serjament li jaffettwa l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod suffiċjentement dirett.

Biex tinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe lment ieħor relatat mal-istat tad-dritt, jekk jogħġbok, minflok, uża l-formola ta’ lment disponibbli fuq https://ec.europa.eu/assets/sg/report-a-breach/complaints_mt/

L-oqsma kollha mmarkati b’* huma obbligatorji. Jekk jogħġbok kun konċiż u jekk ikun meħtieġ kompli fuq paġna separata.

1.   Identità u d-dettalji ta’ kuntatt

 

Ilmentatur*

Ir-rappreżentant tiegħek (jekk applikabbli)

Titolu* Is-Sur/Is-Sa/Is-Sra

 

 

Isem*

 

 

Kunjom*

 

 

Organizzazzjoni:

 

 

Indirizz*

 

 

Raħal/Belt*

 

 

Kodiċi postali*

 

 

Pajjiż*

 

 

Telefon

 

 

Posta elettronika

 

 

Lingwa*

 

 

Għandna nibagħtu l-korrispondenza lilek jew lir-rappreżentant tiegħek*:

2.   X’inhu l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li dwaru sar l-ilment?*

it-tqegħid f’periklu tal-indipendenza tal-ġudikatura

in-nuqqas milli jiġu impediti, ikkoreġuti jew issanzjonati deċiżjonijiet arbitrarji jew illegali mill-awtoritajiet pubbliċi, inkluż mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u inkluż permezz taż-żamma ta’ riżorsi finanzjarji u umani li jaffettwaw il-funzjonament tajjeb tagħhom

in-nuqqas milli jiġi żgurat li ma jeżistux kunflitti ta’ interess

il-limitazzjoni tad-disponibbiltà u tal-effettività tar-rimedji legali, inkluż permezz ta’ regoli proċedurali restrittivi u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi

il-limitazzjoni ta’ investigazzjonijiet, ta’ prosekuzzjoni u ta’ sanzjonar effettivi ta’ ksur tal-liġi

oħrajn

Jekk jogħġbok speċifika.

3.   X’jaffettwa l-allegat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt indikati fil-punt 2 hawn fuq fil-fehma tiegħek?*

(aktar minn tweġiba waħda possibbli)

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li qed jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni, inkluż self jew strumenti oħrajn iggarantiti mill-baġit tal-Unjoni b’mod partikolari fil-kuntest tal-akkwist pubbliku jew tal-proċeduri għal għotjiet

il-funzjonament xieraq tal-awtoritajiet li jwettqu kontroll finanzjarju, monitoraġġ u awditjar, u l-funzjonament xieraq ta’ sistemi effettivi u trasparenti tal-ġestjoni finanzjarja u tal-obbligu ta’ rendikont

il-funzjonament xieraq tas-servizzi ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni pubblika fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv minn qrati indipendenti ta’ azzjonijiet jew ommissjonijiet mill-awtoritajiet imsemmija hawn fuq

il-prevenzjoni u s-sanzjonar ta’ frodi, inkluż frodi tat-taxxa, korruzzjoni jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-impożizzjoni ta’ pieni effettivi u dissważivi fuq ir-riċevituri minn qrati nazzjonali jew minn awtoritajiet amministrattivi

l-irkupru ta’ fondi mħallsa indebitament

il-kooperazzjoni effettiva u fil-ħin mal-OLAF fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tiegħu skont l-atti tal-Unjoni applikabbli f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera

[soġġett għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat,] il-kooperazzjoni effettiva u fil-ħin mal-UPPE fl-investigazzjonijiet jew il-prosekuzzjonijiet tiegħu skont l-atti tal-Unjoni applikabbli f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera

sitwazzjonijiet jew imġiba oħra ta’ awtoritajiet li huma rilevanti għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

4.   Liema miżura/i jew prattika/i nazzjonali taħseb li jammontaw għal ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u għaliex?*

 

5.   Iddeskrivi l-problema, billi tipprovdi fatti u raġunijiet għall-ilment tiegħek* (mass. ta’ 10 000 karattru):

 

6.   L-allegat ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt kif jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’mod dirett biżżejjed?

6.1

Il-ksur kif jaffettwa jew jirriskja li jaffettwa serjament il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni?

6.2

Il-ksur huwa wieħed individwali jew sistemiku? Jekk jogħġbok speċifika.

6.3

Diġà seħħ l-effett fuq il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni?

Jekk iva, jekk jogħġbok spjega kif:

Jekk le, jekk jogħġbok spjega għaliex ikun hemm riskju serju għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

Jekk jogħġbok identifika rabta diretta biżżejjed bejn l-allegat ksur u l-effetti jew ir-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

7.   Azzjoni preċedenti meħuda biex tissolva l-problema*

Diġà ħadt xi azzjoni fil-Pajjiż inkwistjoni biex issolvi l-problema?*

JEKK IVA, kienet: o Amministrattiva o Legali/Ġudizzjarja ?

7.1

Jekk jogħġbok iddeskrivi: (a) il-korp/l-awtorità/il-qorti li kienet involuta u t-tip ta’ deċiżjoni li rriżultat; (b) kwalunkwe azzjoni oħra li taf biha.

 

7.2

L-ilment tiegħek ġie solvut mill-korp/awtorità/qorti jew għadu pendenti? Jekk tkun pendenti, meta tista’ tkun mistennija deċiżjoni?*

 

JEKK LE jogħġbok speċifika hawn taħt kif xieraq

o

Hemm kawża oħra dwar l-istess kwistjoni pendenti quddiem Qorti nazzjonali jew tal-UE

o

Ma hemm l-ebda rimedju disponibbli għall-problema

o

Jeżisti rimedju, iżda jiswa wisq flus jew l-użu tiegħu jieħu wisq ħin

o

Il-limitu ta’ żmien għall-azzjoni skada

o

L-ebda pożizzjoni ġuridika (mhux legalment intitolata li tressaq rikors quddiem il-Qorti) jekk jogħġbok indika għaliex:

 

o

L-ebda għajnuna legali/l-ebda avukat

o

Ma nafx liema rimedji huma disponibbli għall-problema

o

Oħrajn – speċifika

 

8.   Jekk diġà kkuntattjajt xi waħda mill-istituzzjonijiet tal-UE li jittrattaw problemi ta’ dan it-tip, jekk jogħġbok agħti r-referenza għall-fajl/korrispondenza tiegħek:

o

Petizzjoni lill-Parlament Ewropew – Ref: … .

o

Il-Kummissjoni Ewropea – Ref….

o

Ombudsman Ewropew – Ref….

o

Oħrajn – semmi l-istituzzjoni jew il-korp li kkuntattjajt u r-referenza għall-ilment tiegħek (eż. SOLVIT, FIN-Net, Ċentri Ewropej tal-Konsumatur)

 

9.   Niżżel kwalunkwe dokument ta’ sostenn/evidenza addizzjonali li tista’ tibgħat lill-Kummissjoni – jekk tintalab tagħmel dan.

Image 1
Tehmeż l-ebda dokument f’dan l-istadju.

 

10.    Data personali*

Tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiżvela l-identità tiegħek fil-kuntatti tagħha mal-awtoritajiet li qed tressaq ilment kontrihom?

o Iva o Le

Image 2
It-tweġiba tiegħek mhux se taffettwa l-mod kif jiġi ttrattat l-ilment tiegħek. Madankollu, f’xi każijiet, id-divulgazzjoni tal-identità tiegħek tista’ tagħmilha aktar faċli għalina biex nindirizzaw l-ilment tiegħek.


(1)  Id-divulgazzjoni tal-identitajiet tal-ilmentaturi u tal-informazzjoni sottomessa minnhom lill-Istat Membru kkonċernat hija soġġetta għall-qbil minn qabel tagħhom u trid tikkonforma, fost l-oħrajn, mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.


ANNESS III

Elementi li jenħtieġ li jkunu parti mill-informazzjoni mill-benefiċjarji/mir-riċevituri finali tal-finanzjament tal-UE

Fil-prinċipju, l-elementi li ġejjin għandhom ikunu parti mill-informazzjoni sottomessa mill-benefiċjarji jew mir-riċevituri finali lill-Kummissjoni dwar ksur potenzjali tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità:

L-identità u d-dettalji ta’ kuntatt (1);

Informazzjoni dwar il-programm/il-fond ikkonċernat;

Informazzjoni dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità;

Dokumenti ta’ sostenn (inkluża prova li r-riċevitur jew il-benefiċjarju finali kkonċernat ikun ippreżenta lment formali lill-awtorità rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat u kwalunkwe informazzjoni u dokument rigward l-eżitu ta’ tali lment, jekk disponibbli).


(1)  Id-divulgazzjoni tal-identitajiet tal-ilmentaturi u tal-informazzjoni sottomessa minnhom lill-Istat Membru kkonċernat hija soġġetta għall-qbil minn qabel tagħhom u trid tikkonforma, fost l-oħrajn, mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE.