|
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/46 |
Avviż lill-impriżi li biħsiebhom jimportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew jesportaw minnha xi sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u lill-impriżi li fl-2023 biħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-2023
(2022/C 104/14)
1.
Dan l-Avviż huwa indirizzat lill-impriżi li huma kkonċernati mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1) (ir-Regolament) u li fl-2023 biħsiebhom:|
a) |
jimportaw jew jesportaw lejn l-Unjoni Ewropea jew minnha, sustanzi elenkati fl-Anness I tar-Regolament, jew |
|
b) |
jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni Ewropea. |
Il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq (2) jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. Dan ifisser li r-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan l-avviż għandhom jinftiehmu li jinkludu l-Irlanda ta’ Fuq.
2.
Huma kkonċernati l-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin:|
Grupp I |
: |
CFC 11, 12, 113, 114 jew 115 |
|
Grupp II |
: |
CFCs oħrajn kompletament aloġenati |
|
Grupp III |
: |
alon 1211, 1301 jew 2402 |
|
Grupp IV |
: |
tetraklorur tal-karbonju |
|
Grupp V |
: |
1,1,1 trikloroetan |
|
Grupp VI |
: |
bromur tal-metil |
|
Grupp VII |
: |
idrobromofluworokarburi |
|
Grupp VIII |
: |
idroklorofluworokarburi |
|
Grupp IX |
: |
bromoklorometan |
3.
Kwalunkwe importazzjoni jew esportazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati (3) teħtieġ liċenzja mill-Kummissjoni, għajr f’każijiet ta’ proċedura ta’ tranżitu, ta’ ħżin temporanju, ta’ ħżin doganali jew ta’ proċedura ta’ żona libera kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4), li ma ddumx iktar minn 45 jum. Kwalunkwe produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel.
4.
Barra minn hekk, l-attivitajiet li ġejjin huma soġġetti għal limiti kwantitattivi:|
a) |
Il-produzzjoni u l-importazzjoni għal użi fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi, |
|
b) |
L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi kritiċi (aloni), |
|
c) |
L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala materja prima, |
|
d) |
L-importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni Ewropea għal użi bħala aġenti tal-proċessi. |
Il-Kummissjoni talloka kwoti għal a), b), c) u d). Il-kwoti huma stabbiliti abbażi tal-applikazzjonijiet għall-kwoti u:
|
— |
għall-każ a) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 10(6) tar-Regolament u mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (5) |
|
— |
għall-każijiet b), c) u d) ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament. |
Għall-attivitajiet elenkati fil-paragrafu 4
|
5. |
Kwalunkwe impriża li fl-2023 tixtieq timporta jew tipproduċi sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi, jew li tixtieq timporta sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użi bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-proċessi jeħtieġ li ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 6 sa 9. |
|
6. |
L-impriża, li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS (https://webgate.ec.europa.eu/ods2) jeħtieġ li tagħmel dan qabel it-23 ta’ Mejju 2022. |
|
7. |
L-impriża jeħtieġ li timla u tippreżenta l-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS.
Il-formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti se tkun disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS mit-23 ta’ Mejju 2022. |
|
8. |
Il-formoli tal-applikazzjoni għall-kwoti mimlija kif suppost u mingħajr żbalji li jaslu sat-23 ta’ Ġunju 2022 biss jitqiesu validi mill-Kummissjoni.
L-impriżi huma mħeġġa jippreżentaw il-formoli ta’ applikazzjoni għall-kwoti tagħhom kemm jista’ jkun malajr, u biżżejjed qabel id-data tal-iskadenza biex jekk jinqala’ l-bżonn ta’ korrezzjonijiet, dawn ikunu jistgħu jsiru u l-formoli jiġu ppreżentati mill-ġdid qabel id-data tal-iskadenza. |
|
9. |
Il-preżentazzjoni ta’ formola ta’ applikazzjoni għall-kwoti waħedha ma tagħtix id-dritt ta’ importazzjoni jew ta’ produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal skopijiet ta’ analiżi, jew id-dritt ta’ importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi kritiċi (aloni), għal użi bħala materja prima, jew għal użi bħala aġenti tal-proċessi. Qabel ma sseħħ importazzjoni jew produzzjoni ta’ dan it-tip fl-2023, l-impriżi jridu japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja, li tinsab online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
Għall-importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 u għall-esportazzjoni
|
10. |
Kwalunkwe impriża li fl-2023 tixtieq tesporta s-sustanzi kkontrollati jew timporta s-sustanzi kkontrollati għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jeħtieġ li ssegwi l-proċedura deskritta fil-paragrafi 11 u 12. |
|
11. |
Kull impriża li għadha ma rreġistratx fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS, jeħtieġ li tagħmel dan mill-iktar fis possibbli. |
|
12. |
Qabel ma ssir importazzjoni għal użi oħra għajr dawk elenkati fil-paragrafu 4 jew qabel ma ssir esportazzjoni fl-2023, l-impriżi jridu japplikaw għal liċenzja billi jużaw il-formola ta’ applikazzjoni għal liċenzja li hija disponibbli online fis-Sistema għall-Ħruġ tal-Liċenzji tal-ODS. |
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.
(2) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A12020W/TXT#d1e32-102-1
(3) Ta’ min wieħed jinnota li jistgħu jiġu permessi biss l-importazzjoni jew l-esportazzjoni eżentati mill-projbizzjoni ġenerali tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni skont l-Artikoli 15 u 17.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).