|
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/58 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 88/07)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
Crémant de Bordeaux
PDO-FR-A0488-AM06
Data tal-komunikazzjoni: 26 ta’ Novembru 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA/I APPROVATA/I
1. Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali
Il-communes taż-żona ġeografika ġew aġġornati f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali.
Il-punt 6 tad-Dokument Uniku ġie emendat.
2. Varjetajiet tad-dwieli
Ġew miżjuda l-varjetajiet tad-dwieli Muscadelle B, Sauvignon B, Sauvignon Gris G u Sémillon B għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti rożè.
Dawn il-varjetajiet tad-dwieli diġà kienu fost dawk użati għall-produzzjoni tal-inbejjed spumanti bojod.
L-użu ta’ varjetajiet ta’ għeneb bojod fil-btieti tal-inbejjed spumanti rożè kien limitat għal dak li għandu x’jaqsam ma’ din iż-żieda.
Iż-żieda ta’ dawn il-varjetajiet tad-dwieli tagħti ċerta freskezza lill-inbejjed filwaqt li tippreserva l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbejjed spumanti rożè.
Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.
3. Dispożizzjonijiet agroambjentali
Żdiedu d-dispożizzjonijiet agroambjentali li ġejjin mal-Ispeċifikazzjoni:
Id-dwieli mejtin iridu jitneħħew mill-irqajja’. Ma tista’ tinżamm l-ebda dielja mejta fuq l-irqajja’.
Il-kontroll kimiku sħiħ tal-ħaxix ħażin fl-irqajja’ huwa pprojbit.
Il-vitikulturi kollha jridu jikkalkulaw u jirreġistraw l-indiċi tal-frekwenza tat-trattament (IFT) tagħhom.
Dawn l-emendi huma maħsuba biex iqisu aktar l-ambjent u d-domanda ġenerali biex jintużaw inqas prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
Dawn l-emendi ma jeħtieġu l-ebda bidla fid-Dokument Uniku.
4. Trasport tal-ħsad
Il-kundizzjonijiet għat-trasport tal-ħsad ġew iċċarati biż-żieda ta’ dan li ġej:
Id-daqs tal-kontenituri ma għandux jaqbeż 1,20 x 1,00 m fuq kull naħa jew għoli ta’ 0,80 m, b’għoli tat-tagħbija ta’ mhux aktar minn 0,60 m. Il-perjodu ta’ żmien bejn il-ħsad tal-għeneb u l-għasir ma għandux jaqbeż l-24 siegħa.
Din l-emenda tagħmilha possibbli li jiġi evitat it-tisħiq tal-għeneb waqt it-trasport u b’hekk ittejjeb il-kwalità tiegħu.
Il-punt 5.1 tad-Dokument Uniku ġie emendat skont dan.
5. Għasir
Ġie speċifikat li l-għeneb jitferra’ fil-pressa mingħajr ma jinsaħaq u mingħajr ma jitneħħielu z-zokk.
Dan jissottolinja li l-għeneb irid ikun sħiħ għal finijiet ta’ kontroll.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
6. Omoġenizzazzjoni
Ġie miżjud li l-operatur/il-produttur tal-inbid irid jagħti prova li għandu mezz biex jomoġenizza l-likur ta’ spedizzjoni mal-inbid billi jħawwad il-fliexken, li magħhom ikun ġie miżjud iz-zokkor, diversi drabi matul il-proċess tal-isbokkament.
Dan jiżgura li l-fliexken jiġu omoġenizzati sew, speċjalment fir-rigward tal-inbejjed nofshom misjura.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
7. Postijiet ta’ ħażna
Għall-ħażna, ġie speċifikat li l-operatur irid jagħti prova bi kwalunkwe mezz disponibbli li għandu post għall-ħażna b’temperatura massima li ma taqbiżx l-14 °C waqt il-fermentazzjoni sekondarja u l-20 °C sal-isbokkament.
L-għan ta’ din l-emenda huwa li jiġi ottimizzat is-suċċess tal-fermentazzjoni sekondarja billi jiġi żgurat ambjent stabbli.
Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.
8. Data għaċ-ċirkolazzjoni bejn l-imħażen awtorizzati
Tħassar il-punt IX(5)(b) tal-Kapitolu 1 dwar id-data tad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni tal-inbejjed bejn l-imħażen awtorizzati.
Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.
9. Miżura tranżitorja
Il-miżuri tranżitorji li skadew tħassru mill-Ispeċifikazzjoni.
Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.
10. Stqarrija ta’ dikjarazzjoni ta’ sbokkament
L-istqarrija ta’ dikjarazzjoni ġiet sostitwita minn stqarrija ta’ dikjarazzjoni ta’ sbokkament.
Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.
11. Aġġustament tal-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati
Il-punti ewlenin li għandhom jiġu vverifikati rigward l-istqarrija ta’ dikjarazzjoni ta’ sbokkament u l-inbejjed wara l-isbokkament.
Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.
12. Referenza għall-korp ta’ spezzjoni
Ir-referenza għall-korp ta’ spezzjoni ġiet ifformulata mill-ġdid biex tiġi allinjata mal-formulazzjoni użata fi speċifikazzjonijiet oħra tal-prodott. Hija emenda purament formali.
Din l-emenda ma teħtieġx tibdil fid-Dokument Uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Crémant de Bordeaux
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbejjed spumanti ta’ kwalità bojod jew rożè
DESKRIZZJONI QASIRA BIL-MIKTUB
L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta’ ≥ 9 %.
Wara l-fermentazzjoni fil-flixkun, l-inbejjed ikollhom:
|
— |
qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ ≥ 11 %; |
|
— |
kontenut ta’ aċidità volatili ta’ ≤ 18 meq/L; |
|
— |
kontenut totali ta’ diossidu tal-kubrit ta’ ≤ 150 mg/L; |
|
— |
f’każ ta’ arrikkiment tal-most, qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ ≤ 13%. |
L-inbejjed għandhom kuluri jgħajtu, b’ragħwa persistenti, u jħallu togħma dejjiema u ta’ frott.
Ikkaratterizzati minn bżieżaq żgħar u semifrizzanti, l-inbejjed bojod huma nbejjed friski u aġitati, b’mod partikolari meta jsiru mill-varjetajiet tad-dwieli Sauvignon B u Sémillon B. Waqt il-maturazzjoni fil-karfa tal-inbid, jidhru noti aromatiċi aktar maturi, li spiss ikunu akkumpanjati minn noti ta’ butir jew ta’ ħobż mixwi.
L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment minn varjetajiet tad-dwieli Merlot N u Cabernet Franc N u għandhom noti ta’ frott. Dawn l-inbejjed huma maħsuba biex jinxtorbu ftit wara li jiġu prodotti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
|
|
Aċidità totali minima |
f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1.
Metodu tal-kultivazzjoni
Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 4 000 pjanta għal kull ettaru. Id-distanza bejn ir-ringieli tal-vinji ma tistax tkun akbar minn 2,5 metri, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,85 metri.
Din id-densità tat-tħawwil tista’ titnaqqas għal 3 300 pjanta għal kull ettaru. F’dan il-każ, id-distanza bejn ir-ringieli ma tistax tkun akbar minn 3 metri, u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela ma tistax tkun inqas minn 0,85 metri.
2.
Metodu tal-kultivazzjoni
Huma permessi biss iż-żbir b’fergħat qosra u ż-żbir b’fergħat twal.
Għall-varjetajiet tad-dwieli Merlot N, Muscadelle B u Sémillon B, l-għadd ta’ rimjiet fiż-żabra ma jistax jaqbeż il-50 000 għal kull ettaru u l-20 għal kull pjanta.
Għall-varjetajiet tad-dwieli l-oħra, l-għadd ta’ rimjiet fiż-żabra ma jistax jaqbeż is-60 000 għal kull ettaru jew it-22 għal kull pjanta.
Iż-żbir isir mhux aktar tard mill-istadju tal-weraq miftuħ (stadju 9 ta’ Lorenz).
3.
Metodu tal-kultivazzjoni
L-għeneb jiġi ttrasportat f’kontenitur mhux issiġillati. Id-daqs tal-kontenituri ma għandux jaqbeż 1,20 x 1,00 m fuq kull naħa jew għoli ta’ 0,80 m, b’għoli tat-tagħbija ta’ mhux aktar minn 0,60 m. Il-perjodu ta’ żmien bejn il-ħsad tal-għeneb u l-għasir ma għandux jaqbeż l-24 siegħa.
4.
Prattika enoloġika speċifika
L-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed bojod jitferra’ sħiħ fil-pressa għall-għasir tal-inbid.
L-użu ta’ kwalunkwe sistema ta’ tneħħija tal-ilma u ta’ tisħiq tal-għeneb bl-użu ta’ kamin elikojdali huwa pprojbit.
L-użu ta’ kwalunkwe sistema tal-għasir tal-għeneb maħsud, bl-użu ta’ kamin elikojdali jew bi ktajjen huwa pprojbit.
L-użu ta’ apparat tal-użin huwa obbligatorju u għandu jkun adattat għat-tipi ta’ kontenituri li jintużaw għall-ħsad.
L-għeneb għandu jibqa’ intatt meta jintefa’ u jitressaq permezz ta’ konvejer fil-pressa għall-għasir tal-inbid. B’mod partikolari, kwalunkwe użu ta’ sistema jew mezz “kontra l-imblukkar” li jaffettwa l-integrità tal-għenba għandu jiġi rivedut jew eliminat.
Il-pressa għandha titgħabba f’darba biss bil-kwantità li tikkorrispondi għall-kapaċità tagħha. It-tagħbija bi kwantità iżgħar hija eċċezzjoni.
Il-frazzjonament tal-most huwa obbligatorju.
Il-meraq tal-frott mill-għasir awtomatiku, li jirriżulta mis-sistema ta’ ġarr, permezz ta’ konvejer, tal-għeneb maħsud, jiġi sseparat. Dan il-meraq tal-frott ma jitqiesx fil-kalkolu tal-volum ta’ għasir finali. Irid jittieħed għad-distillazzjoni qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena inkwistjoni.
Il-pressa tal-għasir tal-inbid trid tinħasel kuljum.
Il-kontenituri għall-għeneb maħsud iridu jinħaslu kuljum.
L-art tal-post fejn jinġieb u jingħasar l-għeneb għandha tkun faċli biex titnaddaf.
5.
Prattika enoloġika speċifika
Għall-inbejjed ta’ bażi arrikkiti, il-kontenut ta’ zokkor fermentabbli huwa ta’ ≤ 5 g/L.
Wara l-fermentazzjoni sekondarja, fil-każ ta’ arrikkiment tal-most, l-inbejjed ma għandhomx jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
78 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-communes li ġejjin tad-département ta’ Gironde fuq il-bażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2021: Abzac, Aillas, Ambarès-et-Lagrave, Ambès, Anglade, Arbanats, Arcins, Arsac, Artigues-près-Bordeaux, Arveyres, Asques, Aubiac, Auriolles, Auros, Avensan, Ayguemorte-les-Graves, Bagas, Baigneaux, Barie, Baron, Barsac, Bassanne, Bassens, Baurech, Bayas, Bayon-sur-Gironde, Bazas, Beautiran, Bégadan, Bègles, Béguey, Bellebat, Bellefond, Belvès-de-Castillon, Bernos-Beaulac, Berson, Berthez, Beychac-et-Caillau, Bieujac, Birac, Blaignac, Blaignan-Prignac, Blanquefort, Blasimon, Blaye, Blésignac, Bommes, Bonnetan, Bonzac, Bordeaux, Bossugan, Bouliac, Bourdelles, Bourg, Branne, Brannens, Braud-et-Saint-Louis, Brouqueyran, Bruges, Budos, Cabanac-et-Villagrains, Cabara, Cadarsac, Cadaujac, Cadillac, Cadillac-en-Fronsadais, Camarsac, Cambes, Camblanes-et-Meynac, Camiac-et-Saint-Denis, Camiran, Camps-sur-l’Isle, Campugnan, Canéjan, Capian, Caplong, Carbon-Blanc, Cardan, Carignan-de-Bordeaux, Cars, Cartelègue, Casseuil, Castelmoron-d’Albret, Castelnau-de-Médoc, Castelviel, Castets et Castillon, Castillon-la-Bataille, Castres-Gironde, Caudrot, Caumont, Cauvignac, Cavignac, Cazats, Cazaugitat, Cénac, Cenon, Cérons, Cessac, Cestas, Cézac, Chamadelle, Cissac-Médoc, Civrac-de-Blaye, Civrac-sur-Dordogne, Civrac-en-Médoc, Cleyrac, Coimères, Coirac, Comps, Coubeyrac, Couquèques, Courpiac, Cours-de-Monségur, Cours-les-Bains, Coutras, Coutures, Créon, Croignon, Cubnezais, Cubzac-les-Ponts, Cudos, Cursan, Cussac-Fort-Médoc, Daignac, Dardenac, Daubèze, Dieulivol, Donnezac, Donzac, Doulezon, Escoussans, Espiet, Etauliers, Eynesse, Eyrans, Eysines, Faleyras, Fargues, Fargues-Saint-Hilaire, Flaujagues, Floirac, Floudès, Fontet, Fossés-et-Baleyssac, Fours, Francs, Fronsac, Frontenac, Gabarnac, Gaillan-en-Médoc, Gajac, Galgon, Gans, Gardegan-et-Tourtirac, Gauriac, Gauriaguet, Générac, Génissac, Gensac, Gironde-sur-Dropt, Gornac, Gours, Gradignan, Grayan-et-l’Hôpital, Grézillac, Grignols, Guillac, Guillos, Guîtres, Haux, Hure, Illats, Isle-Saint-Georges, Izon, Jau-Dignac-et-Loirac, Jugazan, Juillac, La Brède, La Lande-de-Fronsac, La Réole, La Rivière, La Roquille, La Sauve, Labarde, Labescau, Ladaux, Lados, Lagorce, Lalande-de-Pomerol, Lamarque, Lamothe-Landerron, Landerrouat, Landerrouet-sur-Ségur, Landiras, Langoiran, Langon, Lansac, Lapouyade, Laroque, Laruscade, Latresne, Lavazan, Le Bouscat, Le Fieu, Le Haillan, Le Nizan, Le Pian-Médoc, Le Pian-sur-Garonne, Le Pout, Le Puy, Le Taillan-Médoc, Le Tourne, Le Verdon-sur-Mer, Léogeats, Léognan, Les Artigues-de-Lussac, Les Billaux, Les Eglisottes-et-Chalaures, Les Esseintes, Les Lèves-et-Thoumeyragues, Les Peintures, Les Salles-de-Castillon, Lesparre-Médoc, Lestiac-sur-Garonne, Libourne, Lignan-de-Bazas, Lignan-de-Bordeaux, Ligueux, Listrac-de-Durèze, Listrac-Médoc, Lormont, Loubens, Loupes, Loupiac, Loupiac-de-la-Réole, Ludon-Médoc, Lugaignac, Lugasson, Lugon-et-l’Ile-du-Carnay, Lussac, Macau, Madirac, Maransin, Marcenais, Margaux-Cantenac, Margueron, Marimbault, Marions, Marsas, Martignas-sur-Jalle, Martillac, Martres, Masseilles, Massugas, Mauriac, Mazères, Mazion, Mérignac, Mérignas, Mesterrieux, Mombrier, Mongauzy, Monprimblanc, Monségur, Montagne, Montagoudin, Montignac, Montussan, Morizès, Mouillac, Mouliets-et-Villemartin, Moulis-en-Médoc, Moulon, Mourens, Naujac-sur-Mer, Naujan-et-Postiac, Néac, Nérigean, Neuffons, Noaillac, Noaillan, Omet, Ordonnac, Paillet, Parempuyre, Pauillac, Pellegrue, Périssac, Pessac, Pessac-sur-Dordogne, Petit-Palais-et-Cornemps, Peujard, Pineuilh, Plassac, Pleine-Selve, Podensac, Pomerol, Pompéjac, Pompignac, Pondaurat, Porchères, Porte-de-Benauge, Portets , Préchac, Preignac, Prignac-et-Marcamps, Pugnac, Puisseguin, Pujols, Pujols-sur-Ciron, Puybarban, Puynormand, Queyrac, Quinsac, Rauzan, Reignac, Rimons, Riocaud, Rions, Roaillan, Romagne, Roquebrune, Ruch, Sablons, Sadirac, Saillans, Saint-Aignan, Saint-André-de-Cubzac, Saint-André-du-Bois, Saint-André-et-Appelles, Saint-Androny, Saint-Antoine-du-Queyret, Saint-Antoine-sur-l’Isle, Saint-Aubin-de-Blaye, Saint-Aubin-de-Branne, Saint-Aubin-de-Médoc, Saint-Avit-de-Soulège, Saint-Avit-Saint-Nazaire, Saint-Brice, Saint-Caprais-de-Bordeaux, Saint-Christoly-de-Blaye, Saint-Christoly-Médoc, Saint-Christophe-de-Double, Saint-Christophe-des-Bardes, Saint-Cibard, Saint-Ciers-d’Abzac, Saint-Ciers-de-Canesse, Saint-Ciers-sur-Gironde, Sainte-Colombe, Saint-Côme, Sainte-Croix-du-Mont, Saint-Denis-de-Pile, Saint-Emilion, Saint-Estèphe, Saint-Etienne-de-Lisse, Sainte-Eulalie, Saint-Exupéry, Saint-Félix-de-Foncaude, Saint-Ferme, Sainte-Florence, Sainte-Foy-la-Grande, Sainte-Foy-la-Longue, Sainte-Gemme, Saint-Genès-de-Blaye, Saint-Genès-de-Castillon, Saint-Genès-de-Fronsac, Saint-Genès-de-Lombaud, Saint-Genis-du-Bois, Saint-Germain-de-Grave, Saint-Germain-de-la-Rivière, Saint-Germain-d’Esteuil, Saint-Germain-du-Puch, Saint-Gervais, Saint-Girons-d’Aiguevives, Sainte-Hélène, Saint-Hilaire-de-la-Noaille, Saint-Hilaire-du-Bois, Saint-Hippolyte, Saint-Jean-de-Blaignac, Saint-Jean-d’Illac, Saint-Julien-Beychevelle, Saint-Laurent-d’Arce, Saint-Laurent-des-Combes, Saint-Laurent-du-Bois, Saint-Laurent-du-Plan, Saint-Laurent-Médoc, Saint-Léon, Saint-Loubert, Saint-Loubès, Saint-Louis-de-Montferrand, Saint-Macaire, Saint-Magne-de-Castillon, Saint-Maixant, Saint-Mariens, Saint-Martial, Saint-Martin-de-Laye, Saint-Martin-de-Lerm, Saint-Martin-de-Sescas, Saint-Martin-du-Bois, Saint-Martin-du-Puy, Saint-Martin-Lacaussade, Saint-Médard-de-Guizières, Saint-Médard-d’Eyrans, Saint-Médard-en-Jalles, Saint-Michel-de-Fronsac, Saint-Michel-de-Lapujade, Saint-Michel-de-Rieufret, Saint-Morillon, Saint-Palais, Saint-Pardon-de-Conques, Saint-Paul, Saint-Pey-d’Armens, Saint-Pey-de-Castets, Saint-Philippe-d’Aiguille, Saint-Philippe-du-Seignal, Saint-Pierre-d’Aurillac, Saint-Pierre-de-Bat, Saint-Pierre-de-Mons, Saint-Quentin-de-Baron, Saint-Quentin-de-Caplong, Sainte-Radegonde, Saint-Romain-la-Virvée, Saint-Sauveur, Saint-Sauveur-de-Puynormand, Saint-Savin, Saint-Selve, Saint-Seurin-de-Bourg, Saint-Seurin-de-Cadourne, Saint-Seurin-de-Cursac, Saint-Seurin-sur-l’Isle, Saint-Sève, Saint-Sulpice-de-Faleyrens, Saint-Sulpice-de-Guilleragues, Saint-Sulpice-de-Pommiers, Saint-Sulpice-et-Cameyrac, Sainte-Terre, Saint-Trojan, Saint-Vincent-de-Paul, Saint-Vincent-de-Pertignas, Saint-Vivien-de-Blaye, Saint-Vivien-de-Médoc, Saint-Vivien-de-Monségur, Saint-Yzan-de-Soudiac, Saint-Yzans-de-Médoc, Salaunes, Salleboeuf, Samonac, Saucats, Saugon, Sauternes, Sauveterre-de-Guyenne, Sauviac, Savignac, Savignac-de-l’Isle, Semens, Sendets, Sigalens, Sillas, Soulac-sur-Mer, Soulignac, Soussac, Soussans, Tabanac, Taillecavat, Talais, Talence, Targon, Tarnès, Tauriac, Tayac, Teuillac, Tizac-de-Curton, Tizac-de-Lapouyade, Toulenne, Tresses, Uzeste, Val-de-Livenne, Val de Virvée, Valeyrac, Vayres, Vendays-Montalivet, Vensac, Vérac, Verdelais, Vertheuil, Vignonet, Villandraut, Villegouge, Villenave-de-Rions, Villenave-d’Ornon, Villeneuve, Virelade, Virsac, Yvrac.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Cabernet Franc N |
|
|
Cabernet Sauvignon N |
|
|
Carmenère N |
|
|
Cot N – Malbec |
|
|
Merlot N |
|
|
Muscadelle B |
|
|
Petit Verdot N |
|
|
Sauvignon B – Sauvignon Blanc |
|
|
Sauvignon Gris G – Fié Gris |
|
|
Sémillon B |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Iż-żona ġeografika tgawdi minn kundizzjonijiet klimatiċi privileġġjati relattivament omoġenji għall-produzzjoni tal-inbid, peress li tinsab qrib korpi kbar tal-ilma (l-oċean Atlantiku, l-Estwarju ta’ Gironde, il-widien ta’ Garonne u ta’ Dordogne) li għandhom rwol importanti fir-regolazzjoni tat-temperatura. Madankollu, l-influwenzi oċeaniċi li jimmoderaw il-ġlata tar-rebbiegħa jonqsu hekk kif wieħed jitbiegħed mill-baħar u mill-widien ewlenin, u jersaq lejn il-foresti ta’ Landes, ta’ Saintonge u ta’ Double en Périgord. Dawn il-karatteristiċi jispjegaw għaliex fit-tarf tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar/tal-Lbiċ taż-żona ġeografika ftit jitħawlu dwieli. Dan jestendi fuq it-territorju ta’ 497 mill-538 commune tad-département ta’ Gironde, eskluża n-naħa tal-Lbiċ tad-département, li ma hijiex tajba għall-vitikultura, u li hija riżervata għas-silvikultura.
Mis-sekli 17 u 18, il-varjetajiet tad-dwieli ta’ Bordeaux li kienu jitkabbru fi klima oċeanika kienu jeħtieġu arbli ta’ appoġġ (échalas) u suċċessivament użu mifrux ta’ kannizzatti biex jiġi żgurat tqassim tajjeb tal-għeneb li jrid jinħasad, u wiċċ tal-werqa kbir biżżejjed għal sintesi korretta tal-klorofilla biex tiġi żgurata maturità ottimali.
Il-ħsad li jsir meta l-għeneb ikun laħaq maturità ottimali jiżgura bilanċ tajjeb ħafna bejn iz-zokkor u l-aċidità, li huwa meħtieġ kemm għall-finijiet ta’ freskezza kif ukoll ta’ fermentazzjoni sekondarja tajba.
It-tipi differenti ta’ ħamrija u l-esponimenti varji wasslu għall-għażla u għall-adattament ta’ varjetajiet tad-dwieli differenti skont il-karatteristiċi tal-ambjent, u jispjegaw l-orjentazzjoni storika lejn l-inbejjed imħalltin. Għalhekk jistgħu jiġu identifikati erba’ tipi differenti:
|
— |
il-ħamrija tat-tafal u tal-franka u l-ħamrija b’taħlita ta’ tafal u ġir u tal-franka, mifruxa ħafna fuq l-għoljiet ideali għall-varjetà Merlot N; |
|
— |
il-ħamrija tas-silika mħallta mat-tafal u ma’ elementi tal-franka li huma perfetti għall-Merlot N u għas-Sauvignon B, pereżempju; |
|
— |
il-ħamrija taflija ramlija (“boulbènes”) b’elementi tas-silika fini hija ħamrija aktar ħafifa, adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed bażi minn varjetajiet ta’ dwieli bojod; |
|
— |
il-ħamrija biż-żrar, magħmula minn żrar, kwarz irrumblat u ramel kemxejn oħxon tikkostitwixxi għelieqi mtarrġa mnixxfin sew, sħan u ideali għad-dwieli u b’mod partikolari għall-Cabernet Sauvignon N. |
Il-produtturi jimmaniġġjaw il-proċess ta’ taħlit tagħhom billi jiddependu fuq l-esperjenza li kisbu fil-vinifikazzjoni separata tal-varjetajiet tad-dwieli. Dan it-taħlit isir b’ħila kbira, billi jitqiesu l-varjetajiet tad-dwieli u s-sena tal-produzzjoni, biex tiġi żgurata ċerta konsistenza bejn l-aċidità u t-togħma ta’ frott tal-inbejjed.
Il-preservazzjoni tal-integrità tal-għenba, minn meta tinħasad u waqt it-trasport, u r-regoli dettaljati dwar l-għasir stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jiggarantixxu ċ-ċarezza tal-meraq tal-frott. L-użu limitat ta’ sulfitazzjoni huwa essenzjali għall-kwalità tal-fermentazzjoni sekondarja. It-tqaddim tal-inbejjed fuq il-karfa jagħtihom aromi terzjarji li jtejbu l-kumplessità tagħhom.
Il-port ta’ Bordeaux u r-rabtiet storiċi mill-qrib ma’ nazzjonijiet oħra malajr taw lok għal kummerċ b’saħħtu u strutturat. Il-vinji tar-reġjun minn dejjem kienu orjentati lejn il-bqija tad-dinja. Billi bbenefikaw minn u xerrdu l-innovazzjonijiet tekniċi u rawmu d-dinamiżmu tal-azjendi tagħhom, irnexxielhom isaħħu, jiżviluppaw u jesportaw l-għarfien espert tagħhoom, filwaqt li żammew il-prattiki qodma.
Minn mindu ġew stabbiliti relazzjonijiet privileġġjati mal-Ingilterra fis-seklu 12 sal-konkwista tas-swieq Asjatiċi li issa huma miftuħa għall-prodotti tal-inbid, il-produtturi tal-inbid ta’ Bordeaux għarfu jadattaw rwieħhom għall-iżviluppi fis-swieq filwaqt li rrispettaw l-ambjent li fih tħawlet il-vinja. Għalhekk, id-diversità tal-prodotti hija kbira u l-inbejjed “Crémant de Bordeaux”, li l-volum tagħhom qed jiżdied, jirriflettu dan id-dinamiżmu.
Minkejja li jirrappreżentaw biss parti mill-produzzjoni tal-inbid tar-reġjun ta’ Bordeaux, l-inbejjed “Crémant de Bordeaux” juru r-rikkezza tal-potenzjal tal-varjetajiet tad-dwieli tradizzjonali u l-kapaċità storika ta’ approprjazzjoni tat-tekniki tal-vinifikazzjoni u ta’ innovazzjoni mill-produtturi tal-inbid ta’ Bordeaux. Bojod jew rożè, l-inbejjed Crémant de Bordeaux jgħaqqdu l-varjetajiet tad-dwieli ta’ Bordeaux mal-metodi ta’ vinifikazzjoni tradizzjonali li jinvolvu fermentazzjoni sekondarja.
Il-Crémant de Bordeaux huma nbejjed b’kulur jgħajjat, b’ragħwa persistenti u jħallu togħma dejjiema u ta’ frott.
Ikkaratterizzati minn bżieżaq żgħar u semifrizzanti, l-inbejjed bojod huma nbejjed friski u aġitati, b’mod partikolari meta jsiru mill-varjetajiet tad-dwieli Sauvignon B u Sémillon B.
Waqt il-maturazzjoni fil-karfa tal-inbid, jidhru noti aromatiċi aktar maturi, li spiss ikunu akkumpanjati minn noti ta’ butir jew ta’ ħobż mixwi.
L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment minn varjetajiet tad-dwieli Merlot N u Cabernet Franc N u għandhom noti ta’ frott. Dawn l-inbejjed huma maħsuba biex jinxtorbu ftit wara li jiġu prodotti.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Tikkettar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata huwa miktub fuq it-tapp tas-sufra, fuq il-parti tal-għonq tal-flixkun.
L-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkontrollata jistgħu jispeċifikaw fuq it-tikketti tagħhom l-unità ġeografika usa’ ta’ “Vin de Bordeaux” jew ta’ “Grand Vin de Bordeaux”. Id-daqs tal-ittri għall-unità ġeografika usa’ ma għandux ikun akbar, la fl-għoli u lanqas fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.
Ippakkjar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Imballaġġ fiż-żona demarkata
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
L-operazzjonijiet kollha tal-produzzjoni, mill-ħsad tal-għeneb sal-isbokkament, iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika.
L-inbejjed jiġu prodotti esklussivament permezz tat-tieni fermentazzjoni fi fliexken tal-ħġieġ.
Fid-dawl ta’ dan il-proċess, l-inbejjed jiġu ppakkjati fiż-żona ġeografika.
L-ibbottiljar fil-fliexken tal-ħġieġ, li fihom issir il-fermentazzjoni sekondarja, jista’ jsir biss 3 xhur wara d-data tal-ħsad u mhux qabel l-1 ta’ Diċembru ta’ wara l-ħsad.
L-inbejjed jitqiegħdu fis-suq għall-konsumaturi fi tmiem perjodu minimu ta’ maturazzjoni ta’ 12-il xahar mid-data tal-ibbottiljar, inkluż mill-inqas xahar wara l-isbokkament.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-7df3447f-384a-4f7a-819e-2971ef1ae277