|
24.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 88/46 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2022/C 88/06)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU
Rioja
PDO-ES-A0117-AM09
Data tal-komunikazzjoni: 25 ta’ Novembru 2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Projbizzjoni fuq il-pjantaġġuni mħalltin
Deskrizzjoni:
Il-pjantaġġuni fejn jitkabbru varjetajiet differenti ta’ għeneb li ilhom minn qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ordni tat-2 ta’ Ġunju 1976 – fejn, fil-prattika, ma huwiex possibbli li l-varjetajiet differenti jinħasdu kompletament separatament – ġew ipprojbiti.
It-Taqsima 3(a)(1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5(a) tad-Dokument Uniku ġew emendati skont dan.
Din hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Dawn il-pjantaġġuni mħalltin – fejn il-varjetajiet ma jistgħux jinħasdu separatament – ilhom ipprojbiti b’rabta mal-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Rioja mill-1976. Din l-emenda tfisser li l-projbizzjoni hija inkluża fl-istandard xieraq, jiġifieri l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
2. Klassifikazzjoni tal-art u rapportar tal-bidliet għall-vinji
Deskrizzjoni:
Ġie speċifikat li l-Bord Regolatorju tad-DOP Rioja huwa responsabbli għall-klassifikazzjoni tal-art fiż-żona tal-produzzjoni li hija adattata għat-tħawwil tal-vinji, u għar-rapportar tal-bidliet minħabba vinji ġodda jew imħawla mill-ġdid u ċirkostanzi mibdula li jistgħu jaffettwaw il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Fil-kapaċità tiegħu bħala l-korp ta’ ġestjoni u monitoraġġ tad-DOP Rioja, il-Bord Regolatorju jrid jivverifika l-kwalitajiet tal-art li fuqha għandhom jitħawlu vinji li l-għeneb tagħhom jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-inbid protett. Irid ukoll jivverifika li kwalunkwe tibdil f’dawk il-vinji jikkonforma mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
3. Definizzjoni ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar ġodda msejħa “vinji individwali”
Deskrizzjoni:
Ġew rikonoxxuti għadd ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar ġodda, u ġew imsemmija u ddefiniti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 4 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-taqsima 6 tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE (l-Artikolu 55(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33), l-unitajiet ġeografiċi iżgħar iridu jkunu ddefiniti sew fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku.
4. Rekwiżiti applikabbli għall-faċilitajiet tal-maturazzjoni
Deskrizzjoni:
L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet issupplimentata biex tinkludi r-rekwiżiti applikabbli għall-faċilitajiet fejn l-inbejjed għandhom jiġu mqaddma, jiġifieri l-vibrazzjonijiet iridu jiġu evitati, il-faċilitajiet iridu jkunu ventilati tajjeb, u japplikaw ċerti limiti tat-temperatura u l-umdità. Bl-istess mod, ġew stabbiliti rekwiżiti fir-rigward tal-livelli minimi tal-istokk, in-numru minimu ta’ btieti u kemm jesgħu l-btieti.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima 8(b)(10)(11) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard, peress li ma tikkorrispondi għall-ebda wieħed mit-tipi elenkati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33.
Raġunijiet:
Ġew stabbiliti rekwiżiti għal dawn il-faċilitajiet ta’ maturazzjoni għal skopijiet ta’ monitoraġġ u kwalità.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Rioja
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed bojod u rożè (xotti u nofshom misjura)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Inbejjed bojod: ta’ kulur isfar lewn it-tiben bi ħjiel ta’ lajm, nodfa u jgħajtu. Aroma ta’ frott aħdar, fjuri u ħxejjex, tipika tal-varjetà. Aċidità moderata b’sensazzjoni ta’ freskezza.
Inbejjed rożè: ta’ kulur il-frawli b’laqta ta’ lampun (lewn is-salamun fil-każ tal-inbejjed ta’ “Crianza”), jgħajtu u nodfa. Aroma ta’ frott aħmar u noti ta’ fjuri. Bilanċ bejn l-aċidità u t-togħma ta’ frott fil-ħalq, b’sensazzjoni ta’ freskezza.
Fiż-żewġ każijiet, il-proċess tal-maturazzjoni jwassal biex l-aromi jitħalltu ma’ oħrajn tal-injam tal-ballut (noti tal-vanilla, mixwija u affumikati) u l-aċidità tiġi integrata man-noti tal-injam mixwi.
|
* |
Il-kontenut tal-alkoħol ivarja skont iż-żona sekondarja u l-maturazzjoni. |
|
* |
Volatilità akbar fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena. |
|
* |
SO2 massimu 180 mg/l jekk iz-zokkor huwa < 5 g/l. |
|
* |
Għal kwalunkwe limitu li mhux kopert, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
240 |
2. Inbejjed bojod u rożè (ħelu mezzan u ħelu)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Inbejjed bojod: ta’ kulur isfar lewn it-tiben bi ħjiel ta’ lajm, nodfa u jgħajtu. Aroma ta’ frott aħdar, fjuri u ħxejjex, tipika tal-varjetà. Aċidità moderata, sensazzjoni ta’ freskezza u ħlewwa fil-ħalq skont it-tip.
Inbejjed rożè: ta’ kulur il-frawli b’laqta ta’ lampun (lewn is-salamun fil-każ tal-inbejjed ta’ “Crianza”), jgħajtu u nodfa. Aroma ta’ frott aħmar u noti ta’ fjuri. Bilanċ bejn l-aċidità/it-togħma ta’ frott, sensazzjoni ta’ freskezza u ħlewwa fil-ħalq skont it-tip.
Fiż-żewġ każijiet, il-proċess tal-maturazzjoni jwassal biex l-aromi jitħalltu ma’ oħrajn tal-injam tal-ballut (noti tal-vanilla, mixwija u affumikati) u l-aċidità tiġi integrata man-noti tal-injam mixwi.
|
* |
Il-kontenut tal-alkoħol ivarja skont iż-żona sekondarja u l-maturazzjoni. |
|
* |
Volatilità akbar fl-inbejjed li għandhom aktar minn sena. |
|
* |
SO2 massimu 180 mg/l jekk iz-zokkor huwa < 5 g/l. |
|
* |
Għal kwalunkwe limitu li mhux kopert, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
25 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
240 |
3. Inbejjed ħomor (xotti u nofshom misjurin)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
L-inbejjed mhux imqaddmin huma ta’ kulur vjola bi sfumaturi ta’ vjola ċar. L-inbejjed “Crianza’ huma ta’ kulur marun u aħmar lewn iċ-ċirasa. L-inbejjed “Reserva” huma ta’ kulur aħmar lewn iċ-ċirasa bi ħjiel ta’ aħmar lewn ir-rubin. L-inbejjed “Gran Reserva” huma aħmar lewn ir-rubin bi sfumaturi ta’ aħmar samrani. Aroma: qawwija ta’ frott, varjetali, ta’ fjuri, b’aromi tal-injam tal-ballut mixwi fil-każ tal-inbejjed “Crianza”. L-inbejjed “Reserva” u “Gran Reserva” huma aktar kumplessi b’aromi pikkanti. Togħma: mimlija togħma b’bilanċ bejn l-aċidità/il-kontenut ta’ alkoħol/tannini. Il-maturazzjoni żżid is-sottillezza u testendi l-persistenza fil-ħalq.
|
* |
Il-limiti tal-kontenut tal-alkoħol ivarjaw skont iż-żona u l-maturazzjoni. |
|
* |
Aċidità volatili: inbejjed xotti ta’ aktar minn sena, massimu ta’ 1 g/l sa 10 % vol. u 0,06 g/l għal kull grad ta’ alkoħol ’il fuq minn 10 % vol. |
|
* |
SO2: massimu ta’ 140 mg/l jekk iz-zokkor ikun < 5 g/l. |
|
* |
Għal kwalunkwe limitu li mhux kopert, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
3,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
13,3 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
180 |
4. Inbejjed spumanti ta’ kwalità (bojod jew rożè)
DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA
Inbid li kontinwament jerħi d-diossidu tal-karbonju, li jieħu l-forma viżwali ta’ bżieżaq fini meta jitferra.
L-inbid spumanti ta’ kwalità, bħall-inbid bażi wara l-ewwel fermentazzjoni, huwa ċar, mingħajr partikoli sospiżi, u bi sfumaturi differenti ta’ isfar u roża fil-kulur.
L-aroma tiegħu għandha attributi pożittivi ta’ freskezza u frott, bil-kumplessità li tirriżulta mill-fatt li jinżamm fuq il-karfa matul it-tieni fermentazzjoni. Din tidher l-aktar fl-inbejjed “Reserva” u “Gran Añada”. Irid ikun mingħajr difetti, speċjalment dawk li jirriżultaw mill-ossidazzjoni jew it-tnaqqis.
|
* |
Għal kwalunkwe limitu li mhux kopert, tapplika l-leġiżlazzjoni attwali. |
|
* |
Qawwa alkoħolika proprja massima: 13 %. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
5,5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
10,83 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
140 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattika ta’ kultivazzjoni
Il-vinji huma kkunsidrati li jibdew jipproduċu fir-raba’ ċiklu ta’ tkabbir tagħhom (jew qabel, soġġett għal awtorizzazzjoni).
Il-pjantaġġuni mħalltin fejn mhux possibbli li l-varjetajiet jinħasdu b’mod kompletament separat huma pprojbiti, ħlief f’ċerti każijiet.
Densità: min. 2 850–mass. 10 000 dielja/ha.
Sistemi ta’ rmondar/tħarriġ: irmondar f’forma ta’ sġajriet u varjanti, cordon doppju, virga u behem, cordon wieħed jew unilaterali, Guyot doppju (għal Chardonnay, Sauvignon Blanc, Verdejo, Maturana Blanca, Tempranillo Blanco u Turruntés biss).
Tagħbija massima: 12-il blanzun/dielja; 16 għall-varjetajiet bojod imsemmija u 14 għal Garnacha. Eċċezzjonijiet possibbli.
Tisqija: Permessa bejn il-15 ta’ Awwissu u l-ħsad bl-użu ta’ sistemi lokalizzati biss u soġġett għas-sottomissjoni ta’ notifika bil-miktub 24 siegħa bil-quddiem; it-tisqija bil-friefet hija permess jekk jingħata l-permess; huma pprojbiti metodi oħra.
Fil-każ tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità, l-għeneb irid jinħasad bl-idejn (il-ħsad mekkaniku huwa pprojbit).
Prattika enoloġika speċifika
Il-proporzjon tal-varjetajiet skont it-tip ta’ nbid:
ĦOMOR: min. 95 % varjetajiet ħomor jekk l-għeneb jitneħħielu z-zokk u 85 % jekk ikun f’għenieqed sħaħ.
BOJOD: 100 % għeneb abjad.
ROŻÈ: min. 25 % għeneb aħmar.
INBEJJED SPUMANTI TA’ KWALITÀ (BOJOD U ROŻÈ): b’għeneb abjad u/jew aħmar. L-inbejjed rożè jrid ikollhom mill-inqas 25 % għeneb aħmar.
It-taħlit fakultattiv tal-kuluri tal-għeneb irid isir wara l-kunsinna.
Karatteristiċi tal-għeneb: f’saħħtu u b’saħħa naturali minima ta’ 11 % vol. għall-inbejjed ħomor, 10,5 % vol. għall-inbejjed bojod u 9,5 % vol. għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità.
Rendiment massimu ta’ proċessar:
|
— |
70 litru għal kull 100 kg maħsud f’każ ta’ nbejjed. Dan jista’ jvarja f’ċerti limiti f’każijiet eċċezzjonali. |
|
— |
62 litru għal kull 100 kg maħsud f’każ ta’ nbejjed spumanti ta’ kwalità. Dan jista’ jvarja f’ċerti limiti f’każijiet eċċezzjonali. |
|
— |
65 litru għal kull 100 kg maħsud f’każ ta’ nbejjed li se jkollhom l-indikazzjoni “viñedo singular” (vinja individwali). Ma hija permessa l-ebda varjazzjoni. |
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Projbizzjonijiet:
|
— |
L-użu ta’ frazzjonijiet tal-most jew tal-inbid miksuba minn pressjonijiet inadegwati fl-inbejjed protetti |
|
— |
L-użu ta’ pressi bil-kamin kontinwi, magni tat-tgħaffiġ b’azzjoni ċentrifuga, it-tisħin minn qabel tal-għeneb jew it-tisħin tal-most jew tal-inbid fil-preżenza tal-karfa sabiex tiġi sfurzata l-estrazzjoni ta’ materjal koloranti |
|
— |
L-użu ta’ biċċiet tal-injam tal-ballut fil-produzzjoni, il-maturazzjoni u l-ħażna |
|
— |
It-taħlit ta’ tipi differenti ta’ nbid biex jinkiseb inbid li huwa differenti mill-inbejjed imħalltin |
Kundizzjonijiet speċifiċi tal-produzzjoni tal-inbid:
|
— |
Fermentazzjoni fil-bittija: fil-każ ta’ nbejjed bojod u rożè biss, li jridu jibqgħu fil-bittija għal mill-inqas xahar. |
|
— |
Maċerazzjoni karbonika: il-perċentwal massimu ta’ għeneb abjad permess fil-produzzjoni ta’ nbejjed ħomor huwa ta’ 5 % jekk l-għeneb ikun tneħħielu z-zokk u 15 % jekk ikun f’għenieqed sħaħ. |
|
— |
Inbid spumanti ta’ kwalità: skont il-metodu tradizzjonali. Mill-inqas 15-il xahar konsekuttivi bejn it-tirage u l-isbokkament, fl-istess flixkun. Il-proċess kollu tal-produzzjoni, inkluż it-tikkettar, isir fl-istess kantina tal-inbid. Fil-fermentazzjoni sekondarja, il-qawwa alkoħolika proprja ma għandhiex taqbeż il-1,5 % vol. Il-likur ta’ spedizzjoni ma għandux iżid il-qawwa alkoħolika proprja b’aktar minn 0,5 % vol. Wara l-isbokkament, it-trasferiment mingħajr il-filtrazzjoni lejn fliexken tal-ħġieġ b’kapaċità ta’ inqas minn 0,75 l jew 3 l jew aktar huwa permess. L-aċidifikazzjoni u t-tneħħija tal-kulur huma pprojbiti. |
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet tal-għeneb aħmar |
6 500 kilogramma għeneb għal kull ettaru
|
2. |
Varjetajiet tal-għeneb aħmar |
45,5 ettolitru għal kull ettaru
|
3. |
Varjetajiet tal-għeneb abjad |
9 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
|
4. |
Varjetajiet tal-għeneb abjad |
63 ettolitru għal kull ettaru
|
5. |
Għeneb aħmar maħsub għall-produzzjoni tal-inbid “viñedo singular” (vinja individwali) |
5 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru
|
6. |
Għeneb aħmar maħsub għall-produzzjoni tal-inbid “viñedo singular” |
32,5 ettolitru għal kull ettaru
|
7. |
Għeneb abjad maħsub għall-produzzjoni tal-inbid “viñedo singular” |
6 922 kilogramma għeneb għal kull ettaru
|
8. |
Għeneb abjad maħsub għall-produzzjoni tal-inbid “viñedo singular” |
44,99 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
RIOJA ALTA
Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja
Ábalos
Alesanco
Alesón
Anguciana
Arenzana de Abajo
Arenzana de Arriba
Azofra
Badarán
Bañares
Baños de Río Tobía
Baños de Rioja
Berceo
Bezares
Bobadilla
Briñas
Briones
Camprovín
Canillas
Cañas
Cárdenas
Casalarreina
Castañares de Rioja
Cellórigo
Cenicero
Cidamón
Cihuri
Cirueña
Cordovín
Cuzcurrita de Río Tirón
Daroca de Rioja
Entrena
Estollo
Foncea
Fonzaleche
Fuenmayor
Galbárruli
Gimileo
Haro
Hervías
Herramélluri
Hormilla
Hormilleja
Hornos de Moncalvillo
Huércanos
Lardero
Leiva
Logroño
Manjarrés
Matute
Medrano
Nájera
Navarrete
Ochánduri
Ollauri
Rodezno
Sajazarra
San Asensio
San Millán de Yécora
San Torcuato
San Vicente de la Sonsierra
Santa Coloma
Sojuela
Sorzano
Sotés
Tirgo
Tormantos
Torrecilla sobre Alesanco
Torremontalbo
Treviana
Tricio
Uruñuela
Ventosa
Villalba de Rioja
Villar de Torre
Villarejo
Zarratón
Il-Provinċja ta’ Burgos (Miranda de Ebro): El Ternero (enklav)
RIOJA ORIENTAL
Il-Komunità Awtonoma ta’ La Rioja
Agoncillo
Aguilar del Río Alhama
Albelda
Alberite
Alcanadre
Aldeanueva de Ebro
Alfaro
Arnedillo
Arnedo
Arrúbal
Ausejo
Autol
Bergasa
Bergasilla
Calahorra
Cervera del Río Alhama
Clavijo
Corera
Cornago
El Redal
El Villar de Arnedo
Galilea
Grávalos
Herce
Igea
Lagunilla de Jubera
Leza del Río Leza
Molinos de Ocón
Murillo de Río Leza
Muro de Aguas
Nalda
Ocón (La Villa)
Pradejón
Préjano
Quel
Ribafrecha
Rincón de Soto
Santa Engracia de Jubera (iż-żona tat-Tramuntana)
Santa Eulalia Bajera
Tudelilla
Villamediana de Iregua
Villarroya
Il-Komunità Awtonoma ta’ Navarre
Andosilla
Aras
Azagra
Bargota
Mendavia
San Adrián
Sartaguda
Viana
RIOJA ALAVESA
Il-Provinċja ta’ Álava
Baños de Ebro
Barriobusto
Cripán
Elciego
Elvillar de Álava
Labastida
Labraza
Laguardia
Lanciego
Lapuebla de La barca
Leza
Moreda de Álava
Navaridas
Oyón
Salinillas de Buradón
Samaniego
Villabuena de Álava
Yécora
Il-vinji li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Lodosa fuq ix-xatt tal-lemin tal-Ebro li ddaħħlu fir-reġistru tad-dwieli tal-Bord fid-29 ta’ April 1991 se jibqgħu reġistrati sakemm jibqgħu jeżistu.
Kwalunkwe bidla fil-konfini ta’ muniċipalità inkluża fiż-żona tal-produzzjoni ma tirriżultax fit-tneħħija tal-vinji rreġistrati mir-reġistru tad-dwieli.
Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi unitajiet ġeografiċi iżgħar li huma identifikati bħala “viñedos singulares” (vinji individwali). Dawn huma iżgħar minn muniċipalità u jistgħu jikkonsistu f’roqgħa katastali waħda jew diversi differenti. Id-dwieli jrid ikollhom mill-inqas 35 sena.
Il-vinji individwali rikonoxxuti huma demarkati fl-Anness għall-Ordni APA/816/2019 tat-28 ta’ Ġunju 2019 (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 181 tat-30 ta’ Lulju 2019) (https://www.boe.es/boe/dias/2019/07/30/pdfs/BOE-A-2019-11186.pdf), l-Anness għall-Ordni APA/780/2020 tat-3 ta’ Awwissu 2020 (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 214 tat-8 ta’ Awwissu 2020) (https://www.boe.es/boe/dias/2020/08/08/pdfs/BOE-A-2020-9446.pdf), l-Anness għall-Ordni APA/468/2021 tal-5 ta’ Mejju 2021 (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 115 tal-14 ta’ Mejju 2021) (https://www.boe.es/boe/dias/2021/05/14/pdfs/BOE-A-2021-8011.pdf) u r-Rettifika għall-Ordni APA/468/2021 tal-5 ta’ Mejju 2021 (Gazzetta Uffiċjali tal-Istat 137 tad-9 ta’ Ġunju 2021) (https://www.boe.es/boe/dias/2021/06/09/pdfs/BOE-A-2021-9611.pdf).
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
ALARIJE - MALVASÍA RIOJANA
ALBILLO MAYOR - TURRUNTÉS
CHARDONNAY
GARNACHA BLANCA
GARNACHA TINTA
GRACIANO
MACABEO - VIURA
MATURANA BLANCA
MATURANA TINTA
MAZUELA
SAUVIGNON BLANC
TEMPRANILLO
TEMPRANILLO BLANCO
VERDEJO
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Inbid
L-inbejjed magħmulin minn għeneb imkabbar f’Rioja Alta huma kkaratterizzati mill-influwenza speċjali tal-klima Atlantika, li tagħtihom qawwa alkoħolika moderata, korpożità u aċidità għolja. Dawn il-kwalitajiet jagħmlu l-inbejjed tajbin għall-maturazzjoni fil-btieti. Iż-żona jkollha inqas sigħat ta’ dawl matul il-ġurnata waqt iċ-ċiklu tat-tkabbir miż-żona aktar fin-Nofsinhar koperta mid-denominazzjoni. Tagħmel ukoll aktar xita, li għandha effett dirett fuq l-aċidità tal-inbejjed. Dawn il-fatturi, flimkien mal-protezzjoni mogħtija minn Sierra de Cantabria, itejbu l-karatteristiċi tal-inbejjed deskritti hawn fuq, sew jekk waħedhom jew jekk imħallta ma’ nbejjed minn żoni oħra. Fil-każ taż-żona ta’ Rioja Alavesa, il-konverġenza tal-klimi tal-Atlantiku u tal-Mediterran tfisser li l-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika kemxejn ogħla minn dawk imsemmija qabel. Għandhom ukoll aċidità kemxejn aktar baxxa u huma aktar versatili peress li jistgħu jitgawdew mhux imqaddmin iżda huma wkoll tajbin għall-maturazzjoni. Din iż-żona hija protetta saħansitra aktar minn Sierra de Cantabria, fit-Tramuntana. Is-sigħat ta’ dawl matul il-ġurnata huma simili għal dawk ta’ Rioja Alta filwaqt li tagħmel kemxejn inqas xita. Il-versatilità tagħhom tagħmilhom ukoll ideali għall-użu fil-produzzjoni ta’ nbejjed imħalltin. Fl-aħħar nett, fil-każ taż-żona l-aktar fin-Nofsinhar, Rioja Oriental, insibu inqas xita u klima notevolment Mediterranja ġeneralment ikkaratterizzata minn aktar xemx. L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika ogħla, għandhom ħafna estratti u huma ideali għat-taħlit biex jipproduċu nbejjed maħsuba għall-maturazzjoni. Jistgħu wkoll jitgawdew mhux imqaddmin.
L-analiżi tal-ħamrija turi li hemm tliet tipi ewlenin. L-ewwel nett, hemm il-ħamrija taflija u tal-ġebla tal-ġir li tinsab fl-aktar parti fit-Tramuntana taż-żona koperta mid-denominazzjoni. Din hija r-riżorsa bażika għat-tkabbir tad-dwieli f’Rioja Alavesa u Rioja Alta. Imbagħad, f’din tal-aħħar u f’Rioja Oriental, hemm ukoll ħamrija taflija alluvjali u b’ħafna ħadid li tipproduċi nbejjed b’palat aktar baxx minn dawk imsemmija qabel.
F’termini ekonomiċi, l-inbid jammonta għal 20 % tal-PDG tar-reġjun. Dan, flimkien mal-fatt li l-inbid ilu jitkabbar fir-reġjun minn żmien il-qedem, ifisser li r-reġjun huwa dipendenti fuq is-sostenibbiltà tat-tkabbir tal-inbid u li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-kundizzjonijiet naturali deskritti. B’mod partikolari, hemm l-ispeċjalità tal-maturazzjoni tal-inbejjed, li rriżultat f’waħda mill-ogħla konċentrazzjonijiet ta’ btieti tal-ballut fid-dinja.
8.2. Inbid spumanti ta’ kwalità
Filwaqt li d-denominazzjoni hija assoċjata l-aktar mal-produzzjoni ta’ nbejjed bla gass, xi kantini tal-inbid madankollu ilhom jipproduċu nbejjed spumanti ta’ kwalità bil-metodu tradizzjonali minn nofs is-seklu dsatax, u għalhekk għandhom l-għarfien u l-esperjenza.
Il-freskezza u l-aċidità huma żewġ elementi ewlenin fil-produzzjoni tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità. Iż-żona koperta mid-denominazzjoni tinsab f’żona ta’ temperaturi aktar friski fuq l-iskala Winkler. Dan jikkontribwixxi għal ċikli qosra ta’ tkabbir li jirriżultaw f’sajran fenoliku korrett mingħajr livelli għoljin ta’ qawwa alkoħolika: karatteristiċi li jipprovdu l-punt tat-tluq ideali għall-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-inbejjed li għandhom jiġu kkummerċjalizzati bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkwalifikata Rioja jridu jiġu bbottiljati f’kantini tal-inbid irreġistrati li huma awtorizzati mill-Bord Regolatorju. Inkella, ma jistgħux jużaw id-denominazzjoni.
Dan ir-rekwiżit ġie stabbilit b’reazzjoni għall-fatt li hemm riskju akbar li tiġi affettwata ħażin il-kwalità tal-prodott finali jekk jiġi ttrasportat u bbottiljat barra ż-żona tal-produzzjoni milli kieku dawk l-operazzjonijiet iseħħu f’dik iż-żona. Ir-rekwiżit iservi biex jipproteġi r-reputazzjoni tajba tal-inbid ta’ La Rioja billi jissaħħaħ il-kontroll tal-karatteristiċi speċjali u tal-kwalità tiegħu. Dan jipproteġi d-denominazzjoni ta’ oriġini kkwalifikata li jibbenefikaw minnha l-produtturi kkonċernati kollha. Id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata b’sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2000.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Il-kelma RIOJA trid tidher b’mod prominenti fuq it-tikkettar. L-elementi li ġejjin iridu jidhru taħt il-kelma RIOJA: il-kliem “Denominación de Origen Calificada” (Denominazzjoni ta’ Oriġini Kkwalifikata); is-siġill tal-Bord Regolatorju; l-isem tad-ditta; l-isem jew l-isem tan-negozju ta’ kantina tal-inbid irreġistrata jew isem kummerċjali.
It-termini “bittija” u “injam” ma għandhomx jintużaw fil-kummerċjalizzazzjoni, ir-reklamar jew it-tikkettar tal-inbejjed sakemm jitlesta l-proċess ta’ maturazzjoni.
L-isem ta’ żona jew muniċipalità jista’ jintuża jekk l-għeneb ikun minn hemm u l-inbid ikun ġie prodott, imqaddem (jekk applikabbli) u bbottiljat hemmhekk. 15 % (mass.) tal-għeneb użat biex isir l-inbid jista’ jiġi minn vinji rreġistrati li jinsabu f’muniċipalitajiet li jmissu maż-żona jew il-muniċipalità fejn ikun ibbażat l-operatur. Għandha tiġi pprovduta evidenza li dak il-perċentwal ta’ għeneb se jkun disponibbli fuq bażi esklużiva għal perjodu ta’ mill-inqas 10 snin konsekuttivi.
Fil-każ tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità, l-espressjoni “Método Tradicional” [Metodu Tradizzjonali] trid tidher eżatt taħt it-terminu li jirreferi għall-kontenut taz-zokkor, b’daqs tat-tipa li ma jkunx akbar minn dak użat għall-isem Rioja.
Fuq it-tikketta li jkun fiha l-informazzjoni obbligatorja, id-daqs tat-tipa tal-espressjoni “Método Tradicional” ma għandux ikun iżgħar minn 0,3 cm.
It-terminu “viñedo singular” [vinja individwali] irid jidher immedjatament taħt l-isem tal-vinja rreġistrata bħala trademark, b’daqs tat-tipa, wisa’ u kulur li huma l-aktar l-aktar ekwivalenti għal dawk użati għall-isem Rioja.
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit ieħor:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, ir-rekwiżiti minimi dwar it-tikkettar stipulati f’konformità mal-Artikolu 17(h)(4) tal-Liġi 6/2015 tat-12 ta’ Mejju 2015 dwar denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti fil-livell sovra-Komunità Awtonoma għandhom jiġu osservati.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/dop_rioja.aspx