18.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/3


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

(2022/C 78/03)

Daħla u ċaħda ta’ responsabbiltà

Ir-Regolament dwar ix-Xorb Spirituż (UE) 2019/787 il-ġdid ġie ppubblikat fis-17 ta’ Mejju 2019 u daħal fis-seħħ sebat ijiem wara. Madankollu, il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-produzzjoni u t-tikkettar bdew japplikaw biss mill-25 ta’ Mejju 2021.

F’konformità mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) 2019/787, l-għan ta’ dan id-dokument ta’ gwida – li wkoll beda japplika mill-25 ta’ Mejju 2021 – huwa li jiżgura l-applikazzjoni uniformi tiegħu għall-benefiċċju kemm tal-amministrazzjonijiet nazzjonali kif ukoll tal-operaturi tan-negozji tal-ikel (bħal pereżempju l-produtturi u l-importaturi tal-ispirti) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar stabbiliti fih.

Huwa limitat għall-ispjegazzjoni prattika tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar applikabbli għax-xorb spirituż, b’mod partikolari dwar l-użu ta’ “ismijiet ġuridiċi”, “termini komposti”, “allużjonijiet”, “taħlitiet” u “blends”.

Għal dan il-għan, jagħti diversi eżempji mhux eżawrjenti li qed jingħataw biss għal skopijiet ta’ illustrazzjoni.

Dan id-dokument ta’ gwida huwa biss għall-finijiet ta’ informazzjoni u l-kontenut tiegħu mhuwiex maħsub biex jissostitwixxi l-konsultazzjoni ta’ xi sors legali applikabbli jew il-parir meħtieġ ta’ espert legali, fejn jistħoqq.

La l-Kummissjoni u lanqas kwalunkwe persuna li taġixxi f’isimha ma jistgħu jinżammu responsabbli għall-użu li jsir minn dawn in-noti ta’ gwida u lanqas ma jistgħu jitqiesu bħala interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni.

Dan id-dokument huwa maħsub biex jgħin lin-negozji u lill-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar ix-Xorb Spirituż. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet legali indikati minn hawn ’il quddiem huma intiżi li jirreferu għar-Regolament (UE) 2019/787 (ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż), ħlief jekk espliċitament indikat mod ieħor.

Werrej

1.

REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TIKKETTAR GĦAX-XORB SPIRITUŻ 7

1.1.

Dispożizzjonijiet orizzontali (Ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) 7

1.2.

Prinċipji li jirregolaw ir-Regolament dwar ix-Xorb Spirituż 7

1.3.

Ismijiet ġuridiċi 8

1.4.

Termini li jistgħu jissupplimentaw l-ismijiet ġuridiċi 10

1.5.

Informazzjoni volontarja dwar l-ikel (ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) 12

1.5.1.

Isem ta’ oġġett tal-ikel użat fil-produzzjoni 15

1.6.

Materja prima tal-alkoħol etiliku jew tad-distillati 15

1.7.

Materja prima tal-pjanti użata bħala ismijiet ġuridiċi 17

2.

TERMINI KOMPOSTI 18

2.1.

X’inhu terminu kompost 18

2.2.

Kundizzjonijiet tal-użu 20

2.3.

Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar 21

2.4.

Kontrolli 23

3.

ALLUŻJONIJIET 24

3.1.

X’inhi allużjoni 24

3.2.

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar 25

3.2.1.

Allużjonijiet fuq oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku 26

3.2.2.

Allużjonijiet fuq xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż 27

3.2.3.

Allużjonijiet fuq likuri 28

3.2.4.

Allużjonijiet fuq xorb spirituż għajr likuri 30

3.2.5.

Regoli oħra dwar it-tikkettar għall-allużjonijiet 34

3.3.

Allużjoni għall-aromatizzanti li “jimitaw” xorb spirituż 36

3.4.

Xorb mhux alkoħoliku/b’kontenut baxx ta’ alkoħol li jirreferi għall-ismijiet ta’ xorb spirituż 37

3.5.

Kontrolli 39

3.5.1.

Fuq oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku 39

3.5.2.

Fuq xorb alkoħoliku għajr xorb spirituż 39

3.5.3.

Fuq il-likuri 40

3.5.4.

Fuq xorb spirituż għajr likuri 40

3.5.5.

Dwar aromatizzanti “imitazzjoni” 42

3.5.6.

Allużjonijiet għall-IĠs 42

4.

TAĦLITIET 43

4.1.

X’inhuma taħlitiet 43

4.2.

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar 44

4.2.1.

Regoli ġenerali 44

4.2.2.

Taħlitiet li jikkorrispondu għal kategorija ta’ xorb spirituż 45

4.3.

Kontrolli 45

5.

BLENDS 46

5.1.

X’inhuma blends 46

5.2.

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar 47

5.3.

Kontrolli 48

6.

TABELLI PANORAMIĊI 48

6.1.

Termini Komposti (TC) 48

6.2.

Allużjonijiet 49

6.3.

Taħlitiet 49

6.4.

Blends 50

Tabella ta’ Simboli u Abbrevjazzjonijiet

ABV

Alkoħol bil-volum

CT

Terminu kompost

EAAO

Alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola

Ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Indikazzjoni Ġeografika

QUID

Dikjarazzjoni kwantitattiva tal-ingredjenti

SDR

Ir-Regolament (UE) 2019/787 (Ir-Regolament dwar ix-Xorb Spirituż)

§

Paragrafu f’dawn il-Linji Gwida

#

Numru tal-kaxxa eżemplifikattiva ta’ dawn il-Linji Gwida

1.   REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TIKKETTAR GĦAX-XORB SPIRITUŻ

Il-punti (1), (4) u (8) tal-Artikolu 3

Definizzjonijiet

Il-punti (1), (2), (3) u (4) tal-Artikolu 4

Definizzjonijiet tekniċi u rekwiżiti

L-Artikoli 9, 10 u 13

Ismijiet ġuridiċi u dispożizzjonijiet oħra dwar it-tikkettar

1.1.   Dispożizzjonijiet orizzontali (Ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi)

Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/787 (1) (ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż), “ix-xorb spirituż li jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-preżentazzjoni u t-tikkettar stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (2) , sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament” (3).

Ħlief għad-dispożizzjoni espliċita tal-lex specialis kif stabbilit fir-Regolament dwar ix-xorb spirituż, ir-regoli dwar il-preżentazzjoni u dwar it-tikkettar stabbiliti għal kwalunkwe oġġett tal-ikel bir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (“ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi”) għalhekk japplikaw ukoll għal xorb spirituż bħala tali u meta jkunu preżenti fl-oġġetti tal-ikel.

Fost il-prinċipji ewlenin stabbiliti fil-leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE dwar it-tikkettar tal-ikel (ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) li huma wkoll ta’ importanza kbira għax-xorb spirituż, hemm li l-informazzjoni dwar l-ikel ma għandhiex tkun qarrieqa iżda għandha tkun akkurata, ċara u faċli biex tinftiehem għall-konsumaturi (4).

L-informazzjoni għall-konsumaturi trid tkun akkurata , mhux qarrieqa u faċli biex tinftiehem.

F’dan il-kuntest, ta’ min ifakkar li l-indikazzjoni kwantitattiva obbligatorja ta’ ċerti (kategoriji ta’) ingredjenti skont il-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi – moqri flimkien mal-Artikolu 22 u mal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament – hija wkoll fost ir-regoli orizzontali applikabbli għax-xorb spirituż.

Ir-regoli dwar id-Dikjarazzjoni Kwantitattiva tal-Ingredjenti japplikaw għax-xorb spirituż kif previst fir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi peress li r-Regolament dwar ix-xorb spiritużma jidderogax espliċitament minnhom.

1.2.   Prinċipji li jirregolaw ir-Regolament dwar ix-Xorb Spirituż

Skont it-tradizzjoni stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (5) u li tkompliet bir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (6), ir-Regolament (UE) 2019/787 ikompli jibbaża fuq l-istess prinċipju liberali:

Kull xarba spirituża tista’ titqiegħed fis-suq tal-UE sakemm din tkun ġiet prodotta f’konformità mal-liġi ġenerali dwar l-ikel u tkun ittikkettata korrettament.

Fi kliem ieħor, l-ebda xarba spirituża – bħal kwalunkwe oġġett tal-ikel ieħor – ma hija pprojbita mis-suq tal-UE dment li tikkonforma mar-rekwiżiti previsti għall-produzzjoni tagħha, hija tajba għall-konsum u jkun fiha fuqha informazzjoni adegwata għall-konsumatur.

Madankollu, fir-rigward tax-xorb spirituż, dan il-prinċipju liberali jrid jikkoeżisti mal-protezzjoni msaħħa li d-dritt tal-UE jikkonferixxi fuq l-ismijiet ġuridiċi tagħhom, li jew huma ismijiet riżervati għal kategoriji definiti jew għal indikazzjonijiet ġeografiċi.

L-ismijiet ġuridiċi tax-xorb spirituż (kategoriji u IĠs) igawdu minn protezzjoni speċjali.

Fil-fatt, sabiex tiġi ssalvagwardjata r-reputazzjoni tal-kategoriji u tal-IĠs ta’ xorb spirituż u sabiex jiġi evitat li l-konsumaturi jiġu mqarrqa, ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż jipproteġi prodotti kjarament definiti kontra l-użu illeġittimu fil-preżentazzjoni ta’ prodotti derivati li ma jissodisfawx il-kriterji stretti ta’ produzzjoni applikabbli.

Għaldaqstant, l-operaturi tan-negozji tal-ikel (eż. il-produtturi, l-importaturi) se jkollhom iqisu bir-reqqa d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar stabbiliti fir-Regolament dwar ix-xorb spirituż qabel ma jqiegħdu xi xorb spirituż jew xi ikel li jirreferi għal xorb spirituż fis-suq tal-UE.

Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lir-regoli dwar l-ismijiet ġuridiċi (l-Artikolu 10), dwar it-termini komposti (l-Artikolu 11), l-allużjonijiet (l-Artikolu 12) u dispożizzjonijiet oħra dwar it-tikkettar, inkluż dwar it-taħlitiet u l-blends (l-Artikolu 13).

1.3.   Ismijiet ġuridiċi

Il-liġi tal-UE dwar l-ikel ma tipprevedix definizzjonijiet obbligatorji tal-prodotti ħlief f’każijiet ta’ leġiżlazzjoni vertikali tal-UE bħar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

Kemm ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 jipprevedu protezzjoni msaħħa kemm tad-denominazzjonijiet tal-bejgħ kif ukoll tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, u jeżiġu li kull xarba spirituża kummerċjalizzata fl-UE jkollha isem kjarament definit.

Ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż attwali jżomm l-istess approċċ.

Barra minn hekk, sabiex jiġi allinjat mal-formulazzjoni tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, il-leġiżlatur iddeċieda li jissostitwixxi t-terminu “denominazzjoni tal-bejgħ” bit-terminu “isem ġuridiku”, definit fi:

Il-punt (n) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi bħala “l-isem ta’ xi ikel preskritt fid-dispożizzjonijiet tal-Unjoni applikabbli għalih” […]; u

Il-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż bħala “l-isem li bih xarba spirituża titqiegħed fis-suq”.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi “l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.” Il-paragrafu 4 tal-istess dispożizzjoni jispeċifika li “l-isem tal-ikel m’għandux jiġi sostitwit b’isem li jkun protett bħala proprjetà intellettwali (7) , isem tad-ditta jew isem ornamentali”.

Fl-aħħar nett, f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-isem ġuridiku ta’ xorb spirituż, bħal kwalunkwe informazzjoni obbligatorja oħra dwar l-ikel, “għandha tiġi mmarkata f’post li jidher b’tali mod li tkun tidher faċilment, tinqara sew u, fejn adegwat, ma titħassarx . Ma għandha tkun bl-ebda mod moħbija, mgħottija, imnaqqsa jew imfixkla b’xi kitba oħra jew stampi jew xi materjal ieħor li jintervjeni.

Jekk immorru lura għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, l-Artikolu 10 jipprevedi l-użu tas-segwenti ismijiet ġuridiċi fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża:

a)   OBBLIGATORI:

L-Artikolu 10(2): l-isem tal-kategorija ta’ xorb spirituż li jkun konformi mar-rekwiżiti tagħha (jew xi isem ġuridiku ieħor permess minn dik il-kategorija);

Jekk xarba tikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għal kategorija ta’ xorb spirituż , irid ikollha l-isem ġuridiku korrispondenti.

L-Artikolu 10(3): l-isem ġuridiku “xarba spirituża”, jekk ma tikkonformax mar-rekwiżiti għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I, iżda xorta tikkonforma mad-definizzjoni u mar-rekwiżiti ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Artikolu 2;

Jekk xarba ma tikkonformax mar-rekwiżiti ta’ xi kategorija ta’ xorb spirituż, iżda tikkorrispondi għad-definizzjoni ġenerali ta’ xarba spirituża, għandha tuża l- isem ġeneriku “xarba spirituża”.

b)   FAKULTATTIVI:

L-Artikolu 10(4): l-ismijiet ġuridiċi permessi taħt kategorija waħda jew aktar ta’ xorb spirituż, jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti ta’ aktar minn kategorija waħda ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I;

#01 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Brandy jista’ jitqiegħed fis-suq anke bħala spirtu tal-inbid jekk ikun konformi mar-rekwiżiti tal-kategorija 4 kif ukoll dawk tal-kategorija 5 tal-Anness I

2)

Sambuca jista’ jitqiegħed fis-suq anke bħala likur peress li s-Sambuca bilfors huwa konformi simultanjament mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 u dawk tal-kategorija 36 tal-Anness I

3)

Gin jista’ jitqiegħed fis-suq anke bħala xarba spirituża aromatizzata b’togħma tal-ġnibru jekk ikun konformi mar-rekwiżiti kemm tal-kategorija 19 kif ukoll dawk tal-kategorija 20 tal-Anness I

Il-punt (a) tal-Artikolu 10(5): indikazzjoni ġeografika msemmija fil-Kapitolu III, li tista’ tissupplimenta jew tissostitwixxi l-isem ġuridiku tagħha;

#02 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Cognac jista’ jitqiegħed fis-suq bħala Cognac jew bħala eau-de-vie de Cognac

2)

Cassis de Dijon jista’ jitqiegħed fis-suq bħala Cassis de Dijon jew bħala Crème de Cassis de Dijon

Il-punt (b) tal-Artikolu 10(5): terminu kompost li jinkludi t-terminu “likur” jew “krema”, li jista’ jissostitwixxi l-isem ġuridiku tagħha b’deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 10(6), skont liema terminu kompost jista’ jissupplimenta biss isem ġuridiku (ara § 2.1 hawn taħt), dment li dan ikun konformi mar-rekwiżiti rispettivi stabbiliti għall-kategorija 33 tal-Anness I (jiġifieri likur);

c)   IPPROJBITI:

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7): l-użu tal-ismijiet ġuridiċi permessi taħt kategorija ta’ xorb spirituż jew tal-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba (jiġifieri kemm jekk alkoħolika jew le) li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għal dik il-kategorija jew indikazzjoni ġeografika huwa pprojbit (ara wkoll § 3.3 hawn taħt).

Din il-projbizzjoni tapplika anki meta jkun hemm termini bħalma huma “tip”, “stil”, “magħmul”, “togħma”, użati bil-għan li jindikaw lill-konsumatur li tali xarba ma għandhiex tiġi mfixkla max-xarba spirituża msemmija.

L-uniċi eċċezzjonijiet għal din il-projbizzjoni huma permessi għal “termini komposti”, għal “allużjonijiet” u għal “listi ta’ ingredjenti” kif stabbilit fl-Artikoli 11, 12 u 13(2) sa (4).

NB:

Permezz tar-Regolament (UE) 2019/787, l-Artikoli 9(4) u 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ġew amalgamati fl-Artikolu 10(7) il-ġdid tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. Konsegwentement, id-dispożizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7) saret aktar stretta fir-rigward tal-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li kien jipprojbixxi l-użu tal-isem ta’ xarba spirituża biss fuq ix- xorb alkoħoliku (u mhux fuq “kwalunkwe xarba” bħalma hu l-każ fir-Regolament dwar ix-xorb spirituż il-ġdid ) li ma jkunx konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għal dik ix-xarba spirituża. Din il-bidla fil-formulazzjoni kienet meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, li jipprojbixxi l-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ ta’ kategoriji ta’ xorb spirituż biex jiddeskrivu jew jippreżentaw bi kwalunkwe mod xorb għajr xorb spirituż li ismijiethom huma elenkati fl-Anness II jew reġistrati fl-Anness III.

#03 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

1)

Xarba tat-tip Whisky

2)

Xarba aromatizzata b’togħma ta’ Cognac

3)

Brandy mingħajr alkoħol

4)

Gin mhux alkoħoliku

NB:

Ir-Regolament (UE) 2019/787 introduċa novità fir-rigward tar-referenza għall-ismijiet ta’ xorb spirituż fl-oġġetti tal-ikel għajr xorb. Fil-fatt, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(7), aromatizzanti li jimitaw xarba spirituża jew oġġetti tal-ikel għajr xarba li jkunu użaw dawn l-aromatizzanti fil-produzzjoni tagħhom, jista’ jkollhom fil-preżentazzjoni u fit-tikketti tagħhom referenzi għall-ismijiet ġuridiċi permessi taħt kategorija ta’ xorb spirituż . L-unika kundizzjoni hija li l-konsumatur ikun adegwatament infurmat billi dawk l-ismijiet ġuridiċi jkunu akkumpanjati bit-terminu “togħma” jew termini simili oħra. Madankollu, l-ismijiet ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ma jistgħux jintużaw għal dak l-iskop.

#04 -

Eżempji ta’ tikkettar permess (kategoriji) f’każ tal-użu ta’ aromatizzant li jimita xarba spirituża:

1)

Aromatizzant b’togħma ta’ Rum għat-tisjir - Kejk b’togħma ta’ Rum – jew - Zalza tal-Ananas b’ aromatizzant togħma ta’ rum

2)

Aromatizzant b’togħma ta’ Gin – Ġelat aromatizzat b’togħma ta’ Gin - jew - Jogurt aromatizzat b’togħma ta’ Gin

3)

Ċikkulata b’togħma ta’ Whisky – aromatizzata b’togħma ta’ Whisky - jew - Ħelu b’togħma ta’ whisky

#05 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit: (IĠs) (madankollu permess jekk minflok l-aromatizzant tintuża l-IĠ awtentika):

1)

Aromatizzant tal-ikel b’togħma ta’ Cognac

2)

Ħelu aromatizzat b’togħma ta’ Ouzo

3)

Kejk b’aromatizzant b’togħma ta’ Scotch Whisky

4)

Zalza b’aromatizzant b’togħma ta’ Ron de Guatemala

1.4.   Termini li jistgħu jissupplimentaw l-ismijiet ġuridiċi

L-Artikolu 10(6) jipprovdi lista indikattiva ta’ termini li jistgħu jissupplimentaw l-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż.

F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-verb “jissupplimenta” ma jinftiehemx bħala rekwiżit li t-terminu kkonċernat irid ikun parti integrali mill-isem ġuridiku. Minflok jindika li jista’ jiżdied mat-tikketta bħala element addizzjonali biex tingħata informazzjoni deskrittiva addizzjonali fir-rigward tal-prodott.

Għalhekk, it-“terminu ta’ supplimentazzjoni” mhux bilfors irid ikun fuq l-istess linja tal-isem ġuridiku, iżda jista’ jkun fi kwalunkwe post ieħor fuq it-tikketta.

Għaldaqstant, flimkien mal-isem ġuridiku, fuq it-tikketta jista’ jkun hemm is-segwenti:

(a)

isem jew referenza ġeografika (8) prevista fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istat Membru li fih ix-xarba spirituża titqiegħed fis-suq, sakemm din ma tqarraqx bil-konsumatur”: din il-possibbiltà hija riżervata għat-termini li huma rregolati fuq livell nazzjonali, fejn jeżistu. F’dak il-każ, dawk it-termini jistgħu jissupplimentaw l-isem ġuridiku tax-xorb spirituż imqiegħed fis-suq domestiku. Dak ix-xorb spirituż jista’ jitqiegħed ukoll fis-suq ta’ Stat Membru ieħor sakemm dan ma jitqiesx qarrieqi għall-konsumaturi ta’ dak l-Istat Membru;

#06 -

Eżempji:

1)

Gammel Dansk – likur morr komunement magħruf bħala tali fid-Danimarka għalkemm jista’ jiġi prodott barra mid-Danimarka

2)

Berliner Gin jew Bodensee Obstler – termini rregolati skont ir-regolamenti Ġermaniżi

3)

Korenwijn – (vruchten)brandewijn – termini rregolati mil-liġi Olandiża għax-xorb spirituż imqiegħed fis-suq domestiku

(b)

isem tradizzjonali kif definit fil-punt (o) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (9) , sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur”: din il-possibbiltà hija riżervata għall-ismijiet li tradizzjonalment jintużaw fl-Istati Membri anki jekk ma jkunux formalment regolati. Dawn l-ismijiet jistgħu jissupplimentaw l-isem ġuridiku tax-xorb spirituż imqiegħed fis-swieq nazzjonali fejn jiġi aċċettat mill-konsumaturi mingħajr il-ħtieġa ta’ spjegazzjoni ulterjuri dwar dak l-isem;

#07 -

Eżempji:

1)

Rakia : terminu komunement użat għal ċerti spirti fil-Bulgarija

2)

Schnaps - Klarer : termini komunement użati għal ċerti spirti fil-Ġermanja u fl-Awstrija

3)

Brännvin jew sprit : termini komunement użati għall-ispirti fl-Iżvezja

4)

Viski : terminu komunement użat għall-whisky fl-Estonja

5)

Nalewka : terminu komunement użat fil-Polonja għal xorb spirituż prodott mill-maċerazzjoni ta’ materjali veġetali fl-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, distillati ta’ oriġini agrikola jew xorb spirituż

(c)

terminu kompost jew allużjoni (dwar il-likuri) f’konformità mal-Artikoli 11 u 12” tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (bl-eċċezzjoni ta’ termini komposti li jirriżultaw mill-kombinazzjoni tal-isem ta’ xarba spirituża mat-terminu “likur” jew “krema”), li tista’ tissostitwixxi l-ismijiet ġuridiċi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 10(5).

Għandu jiġi nnotat li, f’konformità mal-Artikolu 11(2), it-termini “alkoħol”, “spirtu”, “xarba”, “xarba spirituża” u “ilma” ma jistgħux ikunu parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkoħolika, ħlief jekk dawk it-termini jkunu parti integrali mill-isem ġuridiku tal-kategorija tax-xarba spirituża li tissemma fit-terminu kompost. Konsegwentement, terminu kompost qatt ma jista’ jinkiteb b’tali mod li jkun parti mill-isem ġuridiku ġeneriku “xarba spirituża”;

#08 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Xarba Spirituża

Spirtu taċ-ċereali u l-Ġinġer (l-isem ġuridiku “Xarba Spirituża” ssupplimentat b’terminu kompost)

2)

Krema taċ-Ċikkulata (Likur)

b’riħa ta’ Rum (l-isem ġuridiku “Krema taċ-Ċikkulata” issupplimentat b’allużjoni)

#09 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit(termini li ma jistgħux ikunu parti minn termini komposti):

1)

Xarba Spirituża bil-Whisky u l-Ġinġer

2)

Ilma bir-Rum

(d)

“it-terminu “blend”, “blending” jew “blended” , sakemm ix-xarba spirituża tkun għaddiet minn blending f’konformità mal-punt (11) tal-Artikolu 3”;

NB:

din l-indikazzjoni hija obbligatorja fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(3a)

#10 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Blended Whisky (l-isem ġuridiku “Whisky” + it-terminu supplimentari)

2)

Blend ta’ Rums (l-isem ġuridiku “Rum” + it-terminu supplimentari)

#11 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

1)

Xarba Spirituża Blended*

2)

Blend ta’ Whisky u Vodka*

*

Skont il-punt (11) tal-Artikolu 3, “blending” tfisser il-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta’ differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin. Għalhekk, “xarba spirituża” ġenerika (jiġifieri li ma tagħmilx parti minn kategorija ta’ xorb spirituż) jew xorb spirituż li jagħmel parti minn kategoriji differenti ma jistax jiġi ttikkettat bħala blend.

(e)

“it-terminu “taħlita”, “imħallat” jew “xarba spirituża mħallta” , sakemm ix-xarba spirituża tkun għaddiet minn taħlit f’konformità mal-punt (9) tal-Artikolu 3”;

NB:

din l-indikazzjoni hija obbligatorja fil-każ imsemmi fl-Artikolu 13(3)

#12 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Rum u Gin (lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi)

Xarba Spirituża Mħallta (l-isem ġuridiku “Xarba Spirituża” + it-terminu supplimentari)

2)

Xarba Spirituża (l-isem ġuridiku)

Taħlita ta’ rum u gin (lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi + it-terminu supplimentari)

#13 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

1)

Spirtu tal-Frott u Meraq tal-Larinġ

Xarba spirituża mħallta*

2)

Taħlita ta’ Aquavit u Ilma*

*

Skont il-punt (9) tal-Artikolu 3, “li tħallat” tfisser li tikkombina xarba spirituża (kategorija jew IĠ) ma’ waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż, distillati ta’ oriġini agrikola , alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola . Għalhekk, il-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ ingredjent mhux alkoħoliku jew mal-ilma ma tistax tiġi ttikkettata bħala taħlita.

(f)

“it-terminu “ xott ” jew “ dry [jiġifieri bl-Ingliż jew b’xi lingwa uffiċjali oħra tal-UE] , bil-kundizzjoni li x-xarba spirituża ma tkunx ġiet dolċifikata, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma”. Is-segwenti eċċezzjonijiet japplikaw fil-każ ta’:

(i)

“xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 2 tal-Anness I” (jiġifieri whisky jew whiskey), li fl-ebda każ ma jista’ jkun ġie dolċifikat, lanqas biex tiġi mirquma t-togħma u għalhekk qatt ma jista’ jiġi ttikkettat bħala “xott” jew “dry” (10);

(ii)

xorb spirituż li jikkonforma mar-“rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-kategoriji 20 sa 22 tal-Anness I” (jiġifieri gin, gin distillatu London gin ), , li għalihom jenħtieġ li jkomplu japplikaw regoli speċifiċi dwar it-taħlil u t-tikkettar fir-rigward tal-użu tat-terminu “xott”, (jiġifieri kontenut ta’ ħlewwa miżjuda li ma jaqbiżx il-0,1 gramma ta’ prodotti ta’ taħlil għal kull litru tal-prodott finali, espress bħala zokkor invertit);

(iii)

“xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33” (jiġifieri likur), li minnu nnifsu għandu jkun dolċifikat. It-terminu xott” jew “dry” jista’ jissupplimenta l-isem ġuridiku ta’ likuri li huma “kkaratterizzati b’mod partikolari minn togħma qarsa, morra, pikkanti, astrinġenti, qarsa jew taċ-ċitru, jiġu ttikkettati irrispettivament mill-grad ta’ dolċifikazzjoni tagħhom” (il-premessa 17). Fil-fatt, minħabba li biex jiġu kklassifikati bħala tali l-likuri jeħtieġ li jkollhom kontenut minimu ta’ zokkor, l-użu tat-terminu “xott” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-likuri mhuwiex probabbli li jiżgwida lill-konsumatur.

#14 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Dry Cider Spirit (jekk dan ma jkunx ġie ddolċifikat lanqas biex tiġi mirquma t-togħma)

2)

Dry Gin (jekk il-prodotti dolċifikanti miżjudin ma jaqbżux iż-0,1 gramma għal kull litru)

3)

Liqueur Triple Sec (jekk il-likur ikun ikkaratterizzat minn pereżempju togħma qarsa jew morra)

#15 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

1)

Dry Whisky (dan qatt mhuwa possibbli għaliex il-whiskies kollha jridu jkunu mingħajr dolċifikanti miżjuda)

2)

Dry Brandy (fejn il-brandy ikun ġie ddolċifikat biex tiġi mirquma t-togħma)

1.5.   Informazzjoni volontarja dwar l-ikel (ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi)

B’żieda ma’ dan ta’ hawn fuq, f’konformità mar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża tista’ tiġi pprovduta informazzjoni volontarja dwar l-ikel (11).

L-Artikolu 36(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi jeħtieġ li “l-informazzjoni dwar l-ikel ipprovduta fuq bażi volontarja għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

hija m’għandhiex tqarraq lill-konsumatur kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

hija m’għandhiex tkun ambigwa jew li toħloq konfużjoni għall-konsumaturi; u

(c)

hija għandha, fejn ikun il-każ, tkun ibbażata fuq id-data xjentifika rilevanti”.

L-Informazzjoni volontarja tista’ tinkludi termini bħal “fin”, “extra”, “premium”, “deluxe”, “100 % pure grain”, “superior”, iżda anke “immaturat f’bettija tal-inbid”, “immaturat f’bettija qadima”, “immaturat f’bettija tax-Sherry” (12), “finish f’bettija tal-iStout/Birra”, eċċ.

Termini li jirreferu għall-ħżin ta’ xarba spirituża għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew għal parti minnu fi btieti tal-injam li qabel ikunu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xarba spirituża oħra ma jistgħux jitqiesu bħala sempliċi informazzjoni volontarja fis-sens tal-Artikolu 36 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, għall-kuntrarju ta’ referenzi għal, pereżempju, btieti tal-inbid u tal-birra. Dan huwa minħabba l-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż dwar l-użu ta’ ismijiet ta’ xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fr-Regolament dwar ix-xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠ rilevanti. L-uniċi eċċezzjonijiet permessi għal din il-projbizzjoni huma relatati mat-tikkettar ta’ termini komposti, allużjonijiet u listi ta’ ingredjenti, kif regolat mill-Artikoli 11, 12 u 13(2) sa (4) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. Għalhekk, ir-referenza għal xarba spirituża li fil-bettija tal-injam tagħha tkun ġiet sussegwentement imqaddma xarba spirituża oħra hija allużjoni regolata mill-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (13) (ara § 3.2.4.2 hawn taħt).

NB:

Din it-taqsima ma tkoprix it-termini permessi mill-fajl tekniku/mill-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ IĠ ta’ xarba spirituża, li fi kwalunkwe każ jistgħu jissupplimentaw l-IĠ, sakemm dan ma jqarraqx bil-konsumatur, b’applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(5).

NB:

Ta’ min ifakkar li ċerti kategoriji ta’ xorb spirituż (b’mod partikolari l-kategoriji 1 sa 14 tal-Anness I) ma jistgħux jiġu aromatizzati, jingħataw xi kulur, jiġu dolċifikati jew ikunu soġġetti għaż-żieda tal-alkoħol: dan ir-rekwiżit ma jistax jiġi ċirkomventat permezz ta’ maturazzjoni fi btieti tal-injam li ma jkunux ġew żvjutjati kompletament mill-kontenut preċedenti tagħhom. Madankollu, il-ħżin fi btieti vojta tal-injam li qabel kienu jżommu xarba alkoħolika oħra ma jitqiesx bħala aromatizzant u l-uniku objettiv tar-referenza għal din il-prattika fuq it-tikketta ta’ xarba spirituża jenħtieġ li jkun li tinforma lill-konsumatur dwar it-tip ta’ kontenitur użat għall-ħżin tax-xarba u trid tkun konformi mal-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi u mal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. Barra minn hekk, fir-rigward tal-IĠs ta’ xorb spirituż, it-tikkettar ta’ tali prattika jrid ikun konsistenti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-użu ta’ tali deskritturi għal IĠ partikolari.

Peress li r-Regolament dwar ix-xorb spirituż ma jirregolax l-użu ta’ informazzjoni volontarja fil-preżentazzjoni, fid-deskrizzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż, japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi:

L-informazzjoni dwar l-ikel m’għandhiex tiżgwida, b’mod partikolari:

a)

fir-rigward tal-karatteristiċi tal-ikel u, b’mod partikolari, fir-rigward tan-natura tiegħu, l-identità, il-proprjetajiet, il-kompożizzjoni, il-kwantità, id-durabbiltà, il-pajjiż ta’ oriġini jew il-post ta’ provenjenza, il-metodu ta’ fabbrikazzjoni jew produzzjoni;

b)

billi tattribwixxi għall-ikel l-effetti jew il-karatteristiċi li ma fihx;

c)

billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-ikel kollu simili fih dawk il-karatteristiċi, b’mod partikolari billi tenfasizza speċifikament il-preżenza jew in-nuqqas ta’ ċerti ingredjenti u/jew nutrijenti;

d)

billi permezz tal-apparenza, id-deskrizzjoni jew ir-rappreżentazzjonijiet bl-istampi, tiġi ssuġġerita l-preżenza ta’ ikel jew ta’ ingredjent partikolari, filwaqt li fir-realtà xi komponent preżenti b’komponent differenti jew ingredjent differenti.”

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma responsabbli għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE u għalhekk jistgħu jagħżlu li jivvalutaw fuq bażi ta’ każ b’każ jekk l-użu ta’ tali informazzjoni volontarja fuq it-tikketta ta’ xorb spirituż huwiex konformi jew le mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Għalhekk, jenħtieġ li din il-valutazzjoni tqis, fost l-oħrajn, li t-termini użati:

jiddeskrivu n-natura vera u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott (pereżempju jsemmu karatteristika speċifika tal-produzzjoni);

jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-produzzjoni permessi mir-rekwiżiti għall-produzzjoni ta’ kategorija jew ta’ IĠ ta’ xarba spirituża (stabbiliti rispettivament fl-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti);

jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-produzzjoni permessi mir-rekwiżiti għall-produzzjoni tal-kategorija jew tal-IĠ tal-oġġetti tal-ikel li għaliha qed issir referenza (eż. prodotti tal-inbid jew IĠs tal-birer);

jirreferu korrettament għal IĠ (eż. fil-każ ta’ btieti tax-Sherry, li l-korp ta’ kontroll u ċertifikazzjoni rilevanti ddikjarahom konformi);

jiddistingwu l-karatteristiċi speċjali tal-prodott li fuqhom jintużaw, minn prodotti (simili) oħrajn li magħhom jista’ jiġi mfixkel;

mhumiex qarrieqa għall-konsumaturi indirizzati.

Għalhekk, jekk ċerti termini jintużaw bħala informazzjoni volontarja b’referenza għal xarba spirituża, l-operatur tan-negozju tal-ikel irid ikun jista’ juri li x-xarba spirituża għandha karatteristiċi speċifiċi f’termini ta’ kwalità, valur materjali, metodu ta’ produzzjoni jew perjodu tal-maturazzjoni, li jiddistingwuha minn xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti minimi tal-istess kategorija.

#16 -

Eżempji ta’ tikkettar permess u ta’ kundizzjonijiet rilevanti għall-użu ta’ informazzjoni volontarja:

1)

Fine Kirsch jew Edelkirsch jista’ jindika l-użu esklussiv ta’ frott ta’ kwalità tajba li huwa tajjeb għall-konsum mingħajr il-ħtieġa ta’ pproċessar ulterjuri (table fruit) minflok frott li jeħtieġ ipproċessar ulterjuri qabel ma jkun tajjeb għall-konsum (windfalls)

2)

Organic Mirabelle jindika l-użu esklussiv ta’ frott imkabbar b’mod organiku jew frott minn biedja integrata kkontrollata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/848  (14) u li x-xarba spirituża hija ċertifikata bħala organika

3)

Brandy

Superior jew Premium jista’ jindika, pereżempju, perjodu partikolarment twil ta’ maturazzjoni

4)

Single Malt Whisky

Immaturat f’Bettija tal-Inbid Chardonnay jista’ jindika li l-Whisky ikun għadda biżżejjed żmien f’bettija li qabel kienet intużat għall-maturazzjoni tal-inbid Chardonnay biex ikollu effett fuq il-karattru organolettiku tax-xarba spirituża*

*

Skont il-punt 2(a)(iii) tal-Anness I (whisky jew whiskey), il-maturazzjoni tad-distillat finali għandu jsir fi btieti tal-injam li l-kapaċità tagħhom ma taqbiżx is-700 litru. Peress li t-tip ta’ bettija tal-injam mhuwiex speċifikat, huwa possibbli li jerġgħu jintużaw btieti li qabel kienu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xorb alkoħoliku ieħor sabiex il-whisky /whiskey jingħata karatteristiċi organolettiċi partikolari.

#17 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit u l-użi illeġittimi ta’ informazzjoni volontarja:

Whisky

Finish f’Bettija tal-Inbid Spumanti

dan it-tikkettar mhuwiex permess billi għall-inbid spumanti jintuża biss il-fermentazzjoni fil-flixkun jew fit-tank tal-pressjoni u l-inbid mingħajr gass isir inbid spumanti bl-iżvilupp tad-dijossidu tal-karbonju.

NB:

Ir-referenza għal isem protett fit-tip ta’ bettija li tintuża għall-maturazzjoni ta’ xarba spirituża trid tkun biss biex tinforma lill-konsumatur dwar it-tip ta’ bettija użata u trid tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż u mal-Artikoli 7 u 36 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

1.5.1.   Isem ta’ oġġett tal-ikel użat fil-produzzjoni

Anke l-isem ta’ oġġett tal-ikel li jkun intuża fil-produzzjoni ta’ xarba spirituża f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I għal kategorija ta’ xorb spirituż jew, fil-każ ta’ IĠ, fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tagħha, jista’ jiġi indikat fil-preżentazzjoni, fid-deskrizzjoni u fit-tikkettar tagħha bħala informazzjoni volontarja (15).

Fil-fatt, kif se naraw aktar ’il quddiem (ara § 2.1 hawn taħt), il-kombinazzjoni tal-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża mal-isem ta’ oġġett tal-ikel previst/permess fil-produzzjoni tagħha ma titqiesx bħala terminu kompost skont il-punt (2) tal-Artikolu 3, li jiddefinixxih bħala l-kombinazzjoni tal-isem ta’ xarba spirituża ma’ (fost l-oħrajn) “l-isem ta’ prodott tal-ikel wieħed jew aktar ħlief xarba alkoħolika u ħlief oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba spirituża skont l-Anness I […]”.

L-isem ta’ oġġett jew ta’ oġġetti tal-ikel li jintużaw fil-produzzjoni ta’ xarba spirituża jista’ jiġi indikat biex jinforma lill-konsumatur dwar il-materja prima li tagħti lill-prodott il-karatteristiċi organolettiċi speċifiċi tiegħu, dment li din l-indikazzjoni tkun vera, akkurata u mhux qarrieqa għall-konsumatur.

F’dak il-każ, l-isem ġuridiku jibqa’ l-isem permess tal-kategorija tax-xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ IĠ.

#18 -

Eżempji ta’ indikazzjoni permessa ta’ oġġett tal-ikel prinċipali wieħed jew aktar użati għall-produzzjoni tax-xarba spirituża:

1)

Gin Distillat tal-Ħops Ġinġer*

2)

Likur tal-Ħawħ - Likur tal-Kafè

3)

Advocaat tal-Kafè

Gin Distillat tar-Rabarbru u l-

Krema taċ-Ċikkulata (Likur)**

Likur tal-Bajd bl-iSpeculoos***

*

Skont il-punt 21(a)(i) tal-Anness I, il-gin distillat jista’ jiġi prodott permezz tad-distillazzjoni tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola fil-preżenza tal-frott tal-ġnibru u ta’ materjali botaniċi naturali oħra, sakemm it-togħma tal-frott tal-ġnibru tkun predominanti. Għalhekk l-ismijiet ta’ tali materjali botaniċi naturali jistgħu jintużaw biex jissupplimentaw l-isem ġuridiku “gin distillat”. Oġġetti tal-ikel oħra, li mhumiex meqjusa bħala materjali botaniċi naturali, bħall-“popcorn”, ma jistgħux jissupplimentaw l-isem ġuridiku “gin distillat” ħlief skont il-kundizzjonijiet stabbiliti għal “termini komposti”.

NB:

il-punt 20(a) tal-Anness I jippermetti biss l-użu tal-frott tal-ġnibru bħala materjali botaniċi naturali fil-produzzjoni tal-gin. Għalhekk, kwalunkwe materjal botaniku naturali ieħor li jiġi miżjud ma’ gin għandu jiġi ttikkettat bħala terminu kompost (jiġifieri l-isem ġuridiku rilevanti għandu jidher fl-istess kamp viżiv).

**

Skont il-punt 33(f) tal-Anness I, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11, 12 u 13(4), l-isem ġuridiku “likur” jista’ jiġi ssupplimentat mill-isem ta’ aromatizzant jew ta’ oġġetti tal-ikel li jagħti t-togħma predominanti tax-xarba spirituża, sakemm it-togħma tingħata lix-xorb spirituż minn oġġetti tal-ikel aromatizzanti, preparazzjonijiet aromatizzanti u sustanzi aromatizzanti naturali, derivati mill-materja prima msemmija fl-isem tal-aromatizzant jew tal-oġġett tal-ikel, issupplimentati biss minn sustanzi aromatizzanti fejn meħtieġ biex tissaħħaħ it-togħma ta’ dik il-materja prima.

***

Skont il-punti 39(c) u 40(c) tal-Anness I, il-Likur tal-Bajd jew l-Advocaat u l-Likur bil-Bajd jistgħu jiġu prodotti bl-użu ta’ - fost l-oħrajn - oġġetti tal-ikel aromatizzanti, bħall-kafè u l-gallettini tal-ispekuloos.

1.6.   Materja prima tal-alkoħol etiliku jew tad-distillati

L-Artikolu 13(1) jipprevedi regoli aktar stretti fir-rigward tal-materja prima agrikola li tintuża għad-distillazzjoni:

Id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni jew it-tikkettar ta’ xarba spirituża jistgħu jirreferu għall-materja prima użata fil-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew ta’ distillati ta’ oriġini agrikola użati fil-produzzjoni ta’ dik ix-xarba spirituża biss fejn dak l-alkoħol etiliku jew dawk id-distillati jkunu inkisbu esklussivament minn dik il-materja prima. F’dan il-każ, kull tip ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillat ta’ oriġini agrikola għandu jissemma f’ordni dixxendenti tal-kwantità bil-volum ta’ alkoħol pur.”

Xarba spirituża tista’ tirreferi biss għall-ismijiet tal- materja prima distillata użata biex jinkiseb l-alkoħol użat fil-produzzjoni tagħha bil-kundizzjoni li dawn ikunu l-unika materja prima użata għad-distillazzjoni.

Kull materja prima użata għandha tissemma f’ordni dekrexxenti fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha.

Sakemm din il-kundizzjoni tkun issodisfata, kull tip ta’ alkoħol etiliku jew distillat (b’indikazzjoni tal-prodott agrikolu użat għall-produzzjoni tiegħu) għandu jissemma f’ordni dekrexxenti tal-kwantità skont il-volum ta’ alkoħol pur preżenti fix-xarba spirituża.

#19 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

Xarba Spirituża: isem ġeneriku ta’ xarba spirituża li jirreferi għall-isem tal-materja prima distillata biex din tinkiseb – NB: possibbli biss jekk ix-xorb li jirriżulta jikkonforma mad-definizzjoni ta’ xarba spirituża (l-Artikolu 2) iżda mhux mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż -:

a)

xarba spirituża miksuba esklussivament permezz tad-distillazzjoni taz-zokkor tal-kannamiela iżda li mhijiexz konformi mar-rekwiżiti tal-kategorija 1 tal-Anness I (rum), pereżempju minħabba li l-livell ta’ dolċifikant fix-xarba spirituża jaqbeż il-limitu massimu stabbilit għal dik il-kategorija ta’ xorb spirituż, jista’ jkollha l-indikazzjoni volontarja “ Xarba Spirituża biz-Zokkor tal-Kannamiela ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha

b)

xarba spirituża miksuba esklussivament permezz tad-distillazzjoni taz-zokkor tal-agave u taz-zokkor tal-kannamiela u li mhijiex konformi mar-rekwiżiti ta’ xi kategorija tal-Anness I, jista’ jkollha l-indikazzjoni volontarja “ Xarba Spirituża bl-Agave u biz-Zokkor tal-Kannamiela ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha

2)

Spirtu taċ-ċereali (xarba spirituża tal-kategorija 3):

Skont il-punt 3(h) tal-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, fl-isem ġuridiku “spirtu taċ-ċereali” jew “brandy taċ-ċereali”, il-kelma “ċereali” tista’ tiġi sostitwita bl-isem taċ-ċereali użat esklussivament fil-produzzjoni tax-xarba spirituża, eż. “ Spirtu tal-Qamħ ” jew “ Brandy tal-Ħafur

3)

Spirtu tal-inbid (xarba spirituża tal-kategorija 4):

a)

spirtu tal-inbid miksub esklussivament bid-distillazzjoni tal-“inbid Chardonnay” prodott f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar l-inbid jista’ jkollu l-indikazzjoni volontarja “ Spirtu tal-Inbid Chardonnay ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tiegħu

b)

spirtu tal-inbid miksub esklussivament bid-distillazzjoni tal-“inbid Chardonnay” u tal-“inbid Merlot” prodott f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar l-inbid, jista’ jkollu l-indikazzjoni volontarja “ Spiritu tal-Inbid Chardonnay u tal-Inbid Merlot ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tiegħu

4)

Vodka (xarba spirituża tal-kategorija 15):

a)

Vodka prodotta esklussivament bl-użu tal- alkoħol etiliku miksub mill-fermentazzjoni taċ-ċereali jista’ jkollha l-indikazzjoni volontarja “ Vodka taċ-Ċereali ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha

b)

Vodka prodotta esklussivament bl-użu tal- alkoħol etiliku miksub mill-fermentazzjoni taċ-ċereali u tal-patata jista’ jkollha l-indikazzjoni volontarja “ Vodka taċ-Ċereali u tal-Patata ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha*

*

Skont il-punt 15(f) tal-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-vodka li ma tiġix prodotta esklussivament mill-patata jew miċ-ċereali jew mit-tnejn għandu jkollhom l-indikazzjoni “prodott minn…” f’post prominenti, supplimentata bl-isem tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola. Din l-indikazzjoni għandha tidher fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku.

5)

Gin (xarba spirituża tal-kategorija 20):

a)

Gin prodott bl-alkoħol etiliku miksub bid-distillazzjoni esklussiva taċ-ċereali jista’ jkollu l-indikazzjoni volontarja “ bl-alkoħol etiliku (ta’ oriġini agrikola) magħmul miċ-ċereali ” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tiegħu*;

b)

Gin prodott bl-alkoħol etiliku miksub bid-distillazzjoni esklussiva tal-qamħ u tal-barli jista’ jkollu l-indikazzjoni volontarja “bl-alkoħol etiliku (ta’ oriġini agrikola) magħmul mill-barli u mill-qamħ/qamħ u barli” fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tiegħu, skont il-proporzjon ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull wieħed minnhom *

*

Skont il-punt 20(a) tal-Anness I, il- gin huwa xarba spirituża b’togħma ta’ ġnibru prodotta bl-aromatizzar tal- alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola bil-frott tal-ġnibru. Skont il-punt 19(a) tal-istess anness, xarba spirituża aromatizzata b’togħma ta’ ġnibru hija xarba spirituża prodotta bl-aromatizzar tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew tal-ispirtu taċ-ċereali jew ta’ distillat taċ-ċereali jew kombinazzjoni tagħhom bil-frott tal-ġnibru.

6)

Likur (xarba spirituża tal-kategorija 33):

a)

likur prodott esklussivament bl-użu tal-alkoħol etiliku jew distillat magħmul mil-lanġas jista’ jkollu t-termini “ Likur prodott b’alkoħol etiliku mil-lanġas ” jew “ Likur prodott b’distillat tal-lanġas ” rispettivament fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tiegħu;

b)

likur prodott bl-użu tal-alkoħol etiliku mil-lanġas kif ukoll mill-berquq jista’ jiġi ttikkettat bħala “ Likur prodott abbażi tal-alkoħol etiliku magħmul mil-lanġas u mill-berquq ” jew “ Likur prodott b’alkoħol etiliku mill-berquq u mil-lanġas ” skont il-proporzjon ta’ alkoħol pur rappreżentat mill-alkoħol etiliku miksub mil-lanġas u mill-alkoħol etiliku miksub mill-berquq.

NB:

Hawnhekk qed issir referenza għal prodotti agrikoli distillati wara l-fermentazzjoni alkoħolika biex jiġi prodott l-alkoħol etiliku jew id-distillati ta’ oriġini agrikola. Materja prima li tiġi mmaċerata fl-alkoħol jew li tiżdied b’xi mod ieħor max-xarba spirituża skont ir-rekwiżit tal-produzzjoni tagħha minflok taqa’ taħt il-kategorija ta’ “oġġetti tal-ikel użati fil-produzzjoni”, li ġiet trattata qabel fi § 1.5.1, filwaqt li oġġetti tal-ikel li jiġu kkombinati ma’ xarba spirituża minkejja l-fatt li ma jkunux meħtieġa/permessi fil-produzzjoni tagħha, għandhom jiġu indikati f’konformità mar-regoli dwar it-termini komposti jew l-allużjonijiet.

1.7.   Materja prima tal-pjanti użata bħala ismijiet ġuridiċi

Skont l-Artikolu 13(5), “l-użu tal-ismijiet ta’ materja prima tal-pjanti li jintużaw bħala l-ismijiet ġuridiċi ta’ ċertu xorb alkoħoliku għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-ismijiet ta’ dik il-materja prima tal-pjanti fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra. L-ismijiet ta’ tali materja prima jistgħu jintużaw fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xorb spirituż ieħor, sakemm tali użu ma jqarraqx bil-konsumatur".

Din id-dispożizzjoni tqieset neċessarja biex tippermetti li l-ismijiet ta’ frott jew ta’ pjanti li r-Regolament dwar ix-xorb spirituż jirriserva bħala ismijiet ġuridiċi għal ċertu xorb spirituż jintużaw ukoll fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar bħala ingredjenti (bħala frott jew pjanti u mhux bħala xorb spirituż) ta’ oġġetti tal-ikel oħra.

L-istess possibbiltà tapplika għal xorb spirituż ieħor, sakemm fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ikun ċar li din ir-referenza mhijiex għax-xorb spirituż (bħala ingredjent) iżda għall-materja prima tal-pjanti nnifisha.

#20 -

Eżempji:

1)

Kirsch (isem ġuridiku għal spirtu tal-frott: tal-kategorija 9): it-terminu Ġermaniż “Kirsch” (ċirasa) jista’ jintuża:

a)

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal- kejk taċ-ċirasa ( Kirschkuchen” ) minkejja l-fatt li dan l-oġġett tal-ikel ġie prodott bil-frott u mhux bix-xarba spirituża;

b)

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal- likur taċ-ċirasa (“ Kirschlikör ”) minkejja l-fatt li dan il-likur ġie prodott bil-frott u mhux bix-xarba spirituża, sakemm ma jkun hemm l-ebda riskju li dan iwassal lill-konsumatur biex jaħseb li l-likur sar bil-Kirsch (xarba spirituża) minflok biċ-ċirasa (frott).

2)

Anis (isem ġuridiku għax-xarba spirituża tal-kategorija 28): it-terminu Franċiż jew Ġermaniż “Anis” (aniżett jew ħlewwa) jista’ jintuża:

a)

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ infużjoni( infusion à l’anis ”) minkejja l-fatt li dan l-oġġett tal-ikel ġie prodott bil-pjanta/prodott botaniku u mhux bix-xarba spirituża;

b)

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ likur tal-aniżett (“ Liqueur d’anis ”) minkejja l-fatt li dan ġie prodott bl-infużjoni tal-aniżett fl-alkoħol u z-zokkor u mhux bl-użu tax-xarba spirituża, dment li l-konsumatur ikun infurmat dwar kif il-likur ikun ġie verament manifatturat.

3)

Gentian (isem ġuridiku għax-xarba spirituża tal-kategorija 18): it-terminu “Gentian” (flimkien mat-traduzzjonijiet tiegħu f’lingwi uffiċjali oħra tal-UE) jista’ jintuża:

a)

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ infużjoni ( te tal-Gentian ”) minkejja l-fatt li dan l-oġġett tal-ikel ġie prodott bil-pjanta/prodott botaniku u mhux bix-xarba spirituża;

b)

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ preparazzjoni tal-ikel bħal pereżempju insalata tal-Gentian.

4)

Blautwurz (terminu użat fl-IĠ tal-likur Ġermaniż “Blutwurz”): it-terminu Ġermaniż “Blutwurz” (jiġifieri l-għerq tal-pjanta tormentil jew Potentilla erecta (L.) Raeusch) jista’ jintuża:

a)

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ likur ieħor (Blutwurzel Likör) bħala l-aromatizzant ewlieni użat għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba spirituża;

b)

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża oħra (eż. Blutwurzel Spirituose) prodotta permezz ta’ infużjoni (jew maċerazzjoni u distillazzjoni).

2.   TERMINI KOMPOSTI

Il-punt (2) ta-Artikolu 3

Definizzjoni

L-Artikolu 11

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

2.1.   X’inhu terminu kompost

L-użu ta’ terminu kompost huwa mod possibbli kif wieħed jiddeskrivi xarba spirituża (kategorija jew IĠ), li minnha joriġina l-alkoħol kollu fil-prodott, li magħha jiġu miżjuda oġġetti tal-ikel oħra u li, bħala konsegwenza ta’ dan, jitlef id-dritt li juża l-isem ġuridiku ta’ dik il-kategorija jew IĠ fid-deskrizzjoni fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar tagħha. Minflok, trid tuża l-isem ġuridiku “xarba spirituża” (16), ħlief meta tkun konformi mar-rekwiżiti li jippermettu li terminu kompost li jinkludi t-termini “likur” jew “krema” (17) jintuża bħala isem ġuridiku.

Jekk il-prodott riżultanti ma jkunx konformi mad-definizzjoni ta’ xarba spirituża u mar-rekwiżiti tagħha (pereżempju minħabba qawwa alkoħolika taħt il-15 % vol (18)), dan għandu juża l-isem tax-xarba alkoħolika rilevanti f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (NB : li qatt ma huwa l-isem tad-ditta tal-prodott (19)).

Skont il-punt (2) tal-Artikolu 3, “terminu kompost” tfisser, fir-rigward tad-deskrizzjoni, l-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xarba alkoħolika, il-kombinazzjoni ta’ jew l-isem ġuridiku previst fil-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew l-indikazzjoni ġeografika għal xarba spirituża, li minnha joriġina l-alkoħol kollu tal-prodott finali, b’wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

l-isem ta’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar għajr xarba alkoħolika u għajr oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba spirituża f’konformità mal-Anness I, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet;

(b)

it-terminu “likur” jew “krema”.

Għalhekk, fi kwalunkwe każ:

l-ingredjent alkoħoliku huwa xarba spirituża ta’ kategorija jew IĠ (waħda biss) li magħha jiżdied oġġett tal-ikel wieħed jew aktar (eż. meraq jew xorb mhux alkoħoliku ieħor, ħxejjex aromatiċi, ħwawar, zokkor, prodotti tal-ħalib) biex jagħtu lill-prodott finali karatteristiċi organolettiċi speċifiċi addizzjonali;

l-oġġett jew l-oġġetti tal-ikel ikkombinati mal-isem tax-xarba spirituża la huma xarba li fiha l-alkoħol u lanqas wieħed mill-oġġetti tal-ikel meħtieġa/permessi għall-produzzjoni tagħha skont ir-regoli rilevanti;

il-kombinazzjoni inevitabbilment twassal għal xarba alkoħolika, jiġifieri jew xarba spirituża oħra bil-qawwa alkoħolika minima meħtieġa ta’ 15 % skont il-volum jew xarba alkoħolika b’inqas minn 15 % ABV;

l-alkoħol kollu tal-prodott finali jrid joriġina mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost (jiġifieri l-prodott finali ma jista’ jkun fih l-ebda komponent alkoħoliku ieħor, ħlief għall-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra użati għall-produzzjoni tax-xarba alkoħolika finali – ara wkoll § 2.2 hawn taħt).

NB:

anke l-użu tat-termini “likur” jew “krema” f’terminu kompost jenfasizza l-fatt li ma’ xarba spirituża jkunu żdiedu dolċifikanti/prodotti tal-ħalib li mhumiex permessi fil-produzzjoni tagħha jew, tal-anqas, mhux f’tali kwantità.

Termini komposti jirrappreżentaw eċċezzjoni għar-regola li tipprojbixxi l-użu ta’ ismijiet ġuridiċi għax-xorb spirituż biex jiddeskrivu xarbiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għalihom.

Termini komposti jintużaw biex jiddeskrivu xorb alkoħoliku li jirriżulta mill- kombinazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel ma’ kategorija jew ma’ IĠ ta’ xorb spirituż li għalhekk ma jibqax intitolat jiġi ttikkettat bħala tali.

NB:

L-isem tal-oġġett jew tal-oġġetti tal-ikel jista’ jiġi espress ukoll permezz ta’ aġġettiv li jirreferi għal dawk l-oġġetti tal-ikel.

NB:

F’terminu kompost, l-isem tax-xarba spirituża u l-isem tal-oġġett(i) tal-ikel jistgħu jiġu kkombinati bi jew mingħajr prepożizzjoni.

#21 -

Eżempji ta’ termini komposti permessi:

1)

Scotch Whisky bl-għasel – Scotch Whisky u Għasel*

2)

Gin and tonic – Whisky and Cola – Coco Rum*

3)

Residwu tal-Għasra bil-Kannella u l-Kawkaw*

4)

Likur tal-Brandy**

5)

Krema tal-Whisky**

*

F’dawn il-każijiet l-isem (ġuridiku) tal-prodott finali għandu jakkumpanja t-terminu kompost.

**

F’dawn il-każijiet it-terminu kompost huwa wkoll l-isem ġuridiku.

L-Artikolu 11(2) jeskludi kategorikament it-termini li ġejjin milli jkunu parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkoħolika (ħlief jekk xi wieħed minn dawk it-termini jkun parti minn isem ġuridiku, pereżempju “spirtu” eż. f’“spirtu tal-inbid” jew “spirtu tal-frott”, jew it-terminu Ġermaniż “Wasser”, pereżempju f’Kirschwasser):

alkoħol

spirtu

xarba

xarba spirituża

ilma

Tali esklużjoni tenfasizza l-interdizzjoni tal-użu ta’ ismijiet relatati ma’ oġġetti tal-ikel li huma parti naturali minnu u l-għan tagħha huwa wkoll li tipprevjeni prattiki li jqarrqu bil-konsumatur.

NB:

Pereżempju, rum li fih prodotti dolċifikanti f’livell li jaqbeż il-limitu permess ta’ 20 gramma kull litru, u li b’hekk ma għadux rum iżda jrid juża l-isem ġuridiku “xarba spirituża”, ma jistax iġorr fuqu t-terminu kompost “rum biz-zokkor” jew “rum biz-zokkor tal-kannamiela”. Jekk jiżdiedu oġġetti tal-ikel oħra li mhumiex permessi taħt il-kategorija 1 tal-Anness I, it-terminu rum jista’ jidher f’terminu kompost bħal “rum u ħwawar”. Jekk le, il-prodott li jirriżulta jkollu jiġi ttikkettat bħala pereżempju “xarba spirituża biz-zokkor tal-kannamiela” (biex jiġi indikat li miegħu żdied iz-zokkor) jew “xarba spirituża biz-zokkor tal-kannamiela” (biex jiġi indikat li z-zokkor ġie distillat biex tiġi prodotta x-xarba spirituża li, madankollu, mhijiex konformi mar-rekwiżiti l-oħra għall-produzzjoni tar-rum).

#22 –

Eżempji ta’ termini komposti pprojbiti:

1)

Brandy u alkoħol

jew

Cognac u Alkoħol

2)

Spirtu b’bażi ta’ Whisky

jew

Spirtu tal-iScotch Whisky

3)

Xarba b’bażi ta’ Rum

jew

Xarba Ron de Guatemala

4)

Rum biz-zokkor tal-kannamiela

jew

Rum ta’ Kuba u zokkor

5)

Xarba spirituża tal-likur

jew

Xarba Spirituża Irish Cream

6)

Ilma bil-Gin

jew

Ilma bil-Genever

Skont il-punt (c) tal-Artikolu 10(6), terminu kompost jista’ jissupplimenta biss l-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża. Għalhekk, terminu kompost ma jistax jintuża bħala isem ġuridiku għal xarba spirituża.

L-unika eċċezzjoni għal din ir-regola hija rappreżentata minn termini komposti li jinkludu t-terminu “likur” jew “krema”, li, skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(5), jistgħu jissostitwixxu l-isem ġuridiku dment li x-xarba riżultanti hija konformi mar-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fil-kategorija 33 ta’ xorb spirituż “likur” tal-Anness I.

#23 -

Eżempji ta’ termini komposti permessi li jinkludu t-terminu “likur” jew “krema”:

1)

Vodka liqueur (EN)

2)

Wodkalikör – Likör aus/mit Wodka (DE)

3)

Liqueur à la vodka (FR)

4)

Liquore alla vodka (IT)

5)

Licor de vodka (ES)

6)

Likier na bazie wódki (PL)

Irish Whiskey Cream (EN)

Berliner Kümmelcream (DE)

Crème de Cognac (FR)

Crema di Grappa (IT)

Crema de Orujo de Galicia (ES)

Krem na bazie Polskiej Wódki (PL)

Fil-każijiet kollha elenkati hawn fuq, is-segwenti għandhom jiġu rispettati:

a)

ix-xarba spirituża msemmija trid tkun awtentika, eż. trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mill-kategorija jew mill-IĠ rispettiva tax-xarba spirituża, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tagħha -> jiġifieri l-ebda dilwizzjoni bl-ilma li twaqqa’ l-qawwa alkoħolika taħt il-minimu previst; u

b)

l-alkoħol użat fil-produzzjoni tagħha joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost (ħlief għall-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra użati għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba) -> jiġifieri l-ebda żieda ta’ xorb spirituż ieħor jew ta’ alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew ta’ distillati ta’ oriġini agrikola ta’ ebda tip; u

c)

ir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 33 tal-Anness I għall-użu tal-isem ġuridiku “ likur ” (jiġifieri qawwa alkoħolika minima ta’ 15 % skont il-volum u kontenut minimu ta’ prodott dolċifikanti ta’ 100 gramma għal kull litru) jew “ krema ” (jiġifieri dawn kollha ta’ hawn fuq + l-użu ta’ ħalib jew ta’ prodotti tal-ħalib).

2.2.   Kundizzjonijiet tal-użu

L-Artikolu 11(1) jipprevedi s-segwenti kundizzjonijiet tal-użu għal isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) f’terminu kompost:

“(a)

l-alkoħol użat fil-produzzjoni ta’ xarba alkoħolika joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost, għajr għall-alkoħol etiliku li jista’ jkun preżenti f’aromatizzanti, koloranti jew ingredjenti awtorizzati oħra użati għall-produzzjoni ta’ dik ix-xarba alkoħolika; u

(b)

ix-xarba spirituża użata ma tkunx ġiet dilwita biż-żieda tal-ilma biss, sabiex il-qawwa alkoħolika tagħha tkun anqas mill-qawwa minima prevista fil-kategorija rilevanti ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I (20) .”

Għalhekk, l-użu ta’ isem ta’ xarba spirituża f’terminu kompost huwa permess biss bil-kundizzjoni li:

a)

tkun intużat biss ix-xarba spirituża awtentika, peress li l-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) ma jistax jintuża jekk il-prodott li għaliha jirreferi mhuwiex konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu;

NB:

fi kliem ieħor, irid ikun konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-kategorija tax-xarba spirituża jew fil-fajl tekniku/l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠ rilevanti.

b)

l-ebda alkoħol ieħor ma jista’ jiżdied mal-prodott finali għajr l-alkoħol li joriġina mix-xarba spirituża, bl-eċċezzjoni tal-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra użati fil-produzzjoni tagħha;

NB:

fi kliem ieħor:

ix-xarba spirituża msemmija ma jistax ikollha livell ta’ alkoħol inqas minn dak previst għaliha (jiġifieri komposti aromatizzanti estratti mix-xarba spirituża mhumiex permessi) u,

ma jista’ jiżdied l-ebda alkoħol etiliku/distillati/xorb spirituż ieħor addizzjonali.

c)

iż-żieda tal-ilma hija permessa biss sakemm ix-xarba spirituża tibqa’ żżomm il-qawwa alkoħolika minima preskritta.

NB:

din il-projbizzjoni tapplika biss għall-ilma peress li x-xarba spirituża tista’ tiġi kkombinata ma’ oġġetti tal-ikel likwidi mhux alkoħoliċi oħra (eż. meraq tal-frott, prodotti tal-ħalib) li ovvjament l-effett tagħhom huwa li jnaqqsu b’mod proporzjonali l-qawwa alkoħolika ġenerali tal-prodott finali.

2.3.   Dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

Meta operatur tan-negozju tal-ikel jiddeċiedi li juża terminu kompost, mhuwiex neċessarju biss li jiġi stabbilit li x-xarba alkoħolika riżultanti hija konformi mal-kundizzjonijiet għall-użu tagħha (ara § 2.1 u 2.2 hawn fuq), iżda l-prodott għandu jiġi adegwatament ittikkettat.

L-Artikolu 11(3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet li ġejjin dwar it-tikkettar għal termini komposti li jiddeskrivu xarba alkoħolika, li għandhom:

(a)

jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur;

(b)

ma għandhomx jiġu interrotti b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnhom;

(c)

ma għandhomx jidhru f’daqs ta’ tipa akbar mid-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika; u

(d)

f’każijiet fejn ix-xarba alkoħolika tkun xarba spirituża, dejjem ikunu akkumpanjati mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv bħat-terminu kompost, sakemm l-isem ġuridiku ma jiġix sostitwit b’terminu kompost f’konformità mal-Artikolu 10(5), il-punt (b).” (21)

L-għan ta’ dawk id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar huwa li jiġi żgurat li:

(a) u (b):

l-isem tax-xarba spirituża użata fit-terminu kompost ma jkunx aktar prominenti mill-isem tal-oġġett tal-ikel li miegħu huwa kkombinat,

(c):

id-daqs tat-tipa tal-isem (ġuridiku) tax-xarba alkoħolika ma jkunx iżgħar mid-daqs tat-tipa użata għat-terminu kompost sabiex jiġi evitat li dan jiżgwida lill-konsumatur dwar in-natura vera tal-prodott; u

(d):

meta l-prodott finali jkun xarba spirituża, l-isem ġuridiku tagħha dejjem tkun fl-istess kamp viżiv tat-terminu kompost – sakemm it-terminu kompost ma jissostitwixxix leġittimament l-isem ġuridiku – biex jiġi evitat li l-konsumatur jiġi żgwidat dwar in-natura vera tal-prodott.

NB:

L-Artikolu 11(3) ma jirrikjedix li t-terminu kompost ikun fl-istess kamp viżiv tal-isem tax-xorb alkoħoliku li ma jkunx xorb spirituż, iżda madankollu japplikaw ir-rekwiżiti tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi li jgħidu li l-informazzjoni dwar l-ikel ma għandhiex tkun qarrieqa, b’mod partikolari fir-rigward tan-natura u tal-identità tal-ikel (il-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) u li l-isem tal-ikel għandu jiġi mmarkat f’post li jidher b’tali mod li jkun faċilment viżibbli, eċċ. (l-Artikolu 13(1), tal-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi).

NB:

L-Artikolu 11(3) ma jirrikjedix li l-isem ġuridiku tax-xarba alkoħolika u t-terminu kompost jkunu fuq linji separati, iżda d-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikolu 11(2) tipprojbixxi lit-terminu kompost milli jinkludi termini bħalma huma “xarba” u “xarba spirituża”. Għalhekk, il-wiri tal-isem ġuridiku “xarba spirituża” jew l-isem “xarba” – eż. “Xarba (spirituża) tal-Gin and Tonic” – fuq l-istess linja bħat-terminu kompost mhuwiex aċċettat.
Image 1

2.4.   Kontrolli

Il-kontrolli fuq (id-deskrizzjoni), il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ prodott li jkun fih terminu kompost li jirreferi għall-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) jindirizzaw il-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Produzzjoni:

1)

l-ingredjent alkoħoliku huwa xarba spirituża ta’ kategorija jew IĠ (mhux aktar minn xarba spirituża waħda) li magħha jiżdiedu oġġett tal-ikel wieħed jew aktar li mhumiex permessi fil-produzzjoni tagħha u li mhumiex xorb alkoħoliku biex jagħtu lill-prodott finali karatteristiċi organolettiċi speċifiċi addizzjonali;

2)

il-prodott finali huwa xarba alkoħolika;

3)

intużat ix-xarba spirituża awtentika, jiġifieri jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-produzzjoni stabbiliti fil-kategorija rilevanti tax-xorb spirituż tal-Anness I jew fil-fajl tekniku /fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu;

4)

l-alkoħol kollu joriġina mix-xarba spirituża msemmija, ħlief għall-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra;

Tikkettar:

5)

l-isem (ġuridiku) huwa:

a.

“xarba spirituża” għal xorb spirituż li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ ebda kategorija,

b.

terminu kompost li jikkombina l-isem tax-xarba spirituża mat-terminu “likur” jew “krema” għal xarba spirituża riżultanti li jkun konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-kategorija 33 tal-Anness I, jew

c.

l-isem tax-xarba alkoħolika, jekk ix-xarba ma tkunx xarba spirituża (eż. b’inqas minn 15 % ta’ ABV) f’konformità mar-regoli tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (22);

6)

fit-terminu kompost, l-isem tax-xarba spirituża jiġi kkombinat mat-terminu “likur” jew inkella mat-terminu “krema” (jekk ikun konformi mar-rekwiżiti rilevanti kif indikat fil-punt 5.b. hawn fuq) jew mal-isem jew l-aġġettiv tal-oġġetti tal-ikel li mhumiex permessi fil-produzzjoni tagħhom;

7)

l-isem (ġuridiku) tax-xarba alkoħolika jrid ikun f’post prominenti li jidher sabiex ikun faċli li wieħed jarah, ikun jista’ jinqara b’mod ċar u, fejn xieraq, ma jkunx jista’ jitħassar. Ma għandu bl-ebda mod ikun moħbi, oskurat, mitfi jew interrott minn xi materjal testwali jew stampi oħra jew minn xi materjal ieħor li jinterferixxi;

8)

l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża li tirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar dejjem ikun fl-istess kamp viżiv tat-terminu kompost (sakemm it-terminu kompost ma jkunx ukoll l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża skont l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż) (23);

9)

mingħajr preġudizzju għall-ismijiet ġuridiċi previsti fl-Artikolu 10, it-termini “alkoħol”, “spirtu”, “xarba”, “xarba spirituża” u “ilma” ma għandhomx ikunu parti mit-terminu kompost;

10)

it-terminu kompost jinkiteb b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur;

11)

il-kliem li jifforma t-terminu kompost ma jkunx interrott b’xi element testwali jew stampi li mhumiex parti minnhom;

12)

id-daqs tat-tipa tat-terminu kompost huwa l-istess bħal dak użat għall-isem (ġuridiku) tax-xarba alkoħolika jew iżgħar.

3.   ALLUŻJONIJIET

Il-punt (3) tal-Artikolu 3

Definizzjoni

L-Artikolu 12

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

3.1.   X’inhi allużjoni

L-użu ta’ allużjoni huwa mod possibbli kif, f’ċerti ċirkostanzi, issir referenza għall-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) fil-preżentazzjoni (deskrizzjoni) jew fit-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel ieħor.

Skont il-punt (3) tal-Artikolu 3, “‘allużjoni’ tfisser ir-referenza diretta jew indiretta għal isem ġuridiku wieħed jew iktar previsti fil-kategoriji ta’ xorb spirituż stabbiliti fl-Anness I jew għal Indikazzjoni Ġeografika waħda jew iktar ta’ xorb spirituż, għajr għal referenza f’terminu kompost jew f’lista ta’ ingredjenti kif imsemmija fl-Artikolu 13(2) sa (4), fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’:

(a)

oġġett tal-ikel għajr xarba spirituża,

(b)

xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I; jew

(c)

xarba spirituża li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(3a).”

Fi kliem ieħor, allużjoni għal ismijiet ta’ xorb spirituż tista’ ssir:

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku;

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż;

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ likuri;

fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż li mhuwiex likuri [ammess biss f’każijiet speċifiċi li ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala termini komposti jew taħlitiet, li għalihom japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tikkettar (ara l-Kapitolu 2 hawn fuq u l-Kapitolu 4 hawn taħt)].

Skont il-punt (c) tal-Artikolu 10(6), allużjoni tista’ tissupplimenta biss l-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża. Konsegwentement, allużjoni fuq xarba spirituża qatt ma tista’ tissostitwixxi l-isem ġuridiku tagħha iżda jenħtieġ li tiżdied miegħu f’konformità mar-regoli dwar it-tikkettar previsti fl-Artikolu 12(4) (ara § 3.2.3 u 3.2.4 hawn taħt).

Allużjoni hija r- referenza għal isem wieħed jew aktar ta’ xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel ieħor. Meta l-allużjoni ssir fuq xarba spirituża , din qatt ma tista’ tintuża bħala l-isem ġuridiku tagħha .

NB:

Tqajmet il-kwistjoni dwar kif id-dispożizzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż – li tipprojbixxi l-użu ta’ isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għal dik il-kategorija jew l-IĠ tax-xarba spirituża ħlief fil-każ ta’ allużjonijiet, termini komposti u listi tal-ingredjenti – għandha tinftiehem f’dak li għandu x’jaqsam mal-obbligu orizzontali li jiġu indikati d- dettalji tal-operatur tan-negozju tal-ikel f’konformità mal-Artikoli 8(1) u 9(1)(h) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Fil-fatt, jista’ jiġri li l-isem jew l-indirizz ta’ operatur tan-negozju tal-ikel (iżda anke l-logos jew l-ismijiet tal-marka kummerċjali rreġistrati) jinkludi l-isem ta’ kategorija ta’ xorb spirituż (eż. “Distilleriji tar- Rum Guadeloupe” jew “Kumpanija tal- Vodka tal-Marka X”) jew IĠ (eż. Bassano del Grappa ). Din il-mistoqsija hija saħansitra aktar rilevanti jekk ix-xarba spirituża li fuqha jintwera l-isem jew l-indirizz ta’ tali operatur kummerċjali tal-ikel ma tkunx tappartjeni għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż (pereżempju jekk il-“ Kumpanija tal-Vodka tal-Marka X” tipproduċi l- Gin ). It-tweġiba hija li ż-żewġ obbligi legali (wieħed skont ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż u l-ieħor skont ir-regoli tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) mhumiex neċessarjament inkompatibbli: jekk l-isem jew l-indirizz ta’ kumpanija (legalment) jinkludi l- isem ta’ kategorija jew ta’ IĠ ta’ xorb spirituż iżda tali isem ma jkunx qed jintuża bħala l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża , dak l-isem jew l-indirizz jenħtieġ li jiġi indikat peress li ż-żewġ dispożizzjonijiet japplikaw b’mod parallel u d-dispożizzjoni tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż ma timpedixxix l-indikazzjoni tal-isem kummerċjali fl-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. L-istess japplika għall- ismijiet deskrittivi (fis-sens tal-punt (p) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi) ta’ xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż, li jenħtieġ li ma jkunux inkompatibbli mal-projbizzjoni dwar l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

3.2.   Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

Skont l-Artikolu 12, japplikaw regoli differenti f’każ li l-allużjoni għall-isem ta’ xarba spirituża ssir fuq:

a)

oġġett tal-ikel li mhuwiex xarba alkoħolika;

b)

xarba alkoħolika li mhijiex xarba spirituża;

c)

xarba spirituża li taqa’ taħt xi waħda mill-kategoriji 33-40 tal-Anness I (likuri); jew

d)

xarba spirituża li mhijiex likur (f’każijiet speċifiċi u limitati).

L-allużjonijiet għall-ismijiet ta’ xorb spirituż jistgħu jitqiegħdu fuq il-preżentazzjoni (deskrizzjoni) u fuq it-tikkettar ta’ kull tip ta’ oġġett tal-ikel.

Madankollu, allużjonijiet fuq xorb spirituż li mhuwiex likuri huma ammessi biss f’każijiet speċifiċi u limitati.

NB:

Sabiex titqies in-natura speċifika tal- indikazzjonijiet ġeografiċi u l-protezzjoni msaħħa stabbilita biex tiġi evitata kwalunkwe miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni tagħhom, f’każ li allużjoni għall-IĠ ta’ xarba spirituża tintuża bħala ingredjent f’oġġetti tal-ikel oħra, huwa rrakkomandat li:

1)

ix-xarba spirituża koperta mill-isem tal-IĠ jenħtieġ li tintuża fi kwantità suffiċjenti biex tagħti lill-oġġett tal-ikel ikkonċernat karatteristika essenzjali;

2)

l-oġġett tal-ikel li jagħmel l-allużjoni għall-IĠs ta’ xarba spirituża waħda jew aktar ma jkun fih l-ebda “ingredjent komparabbli” ieħor , jiġifieri xi ingredjent ieħor li jista’ jissostitwixxi parzjalment jew kompletament l-ingredjent(i) li jibbenefika(w) minn IĠ. Jekk ikun il-każ, l-isem tal-IĠ jenħtieġ li jidher biss fil-lista ta’ ingredjenti, f’konformità mal-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Ovvjament, din ir-rakkomandazzjoni tapplika biss għax-xorb spirituż li jappartjeni għall-istess kategorija bħall-IĠ/IĠs imsemmija jew għal aromatizzanti “li jimitaw” xorb spirituż, filwaqt li kategoriji oħra ta’ xorb spirituż jistgħu jiżdiedu u jiġu ttikkettati skont l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-allużjonijiet; u

3)

il- perċentwal ta’ inkorporazzjoni tal-prodott kopert mill-isem(ismijiet) tal-IĠ għandu jiġi indikat eżatt ħdejn jew qrib ħafna l-allużjoni għall-IĠ tax-xarba spirituża jew, fejn tiġi pprovduta, fil-lista ta’ ingredjenti, f’relazzjoni diretta mal-ingredjent inkwistjoni, kif previst skont ir-regoli tal-QUID (24).

Fil-każ ta’ allużjonijiet għal ismijiet ta’ IĠs huwa rrakkomandat li:

1)

bħala waħda mill-karatteristiċi essenzjali tiegħu, l-oġġett tal-ikel jenħtieġ li jkollu togħma primarjament attribwibbli għall-preżenza tal-IĠ tax-xarba spirituża li tkun intużat bħala ingredjent;

2)

jenħtieġ li ma jintuża l-ebda ingredjent “komparabbli” ieħor (ħlief għal xorb spirituż ta’ kategoriji oħra); u

3)

il- kwantità użata jenħtieġ li tiġi indikata b’mod ċar.

#25 -

Eżempji:

 

Pralines taċ-ċikkulata mimlija bl-Ouzo (5 %)

tkun ammissibbli biss jekk tkun intużat kwantità suffiċjenti ta’ Ouzo awtentiku biex jagħti lill-pralines taċ-ċikkulata t-togħma primarjament attribwibbli lilu.

 

Birra

 

bir-Rum da Madeira (7 %)

tkun ammissibbli biss jekk mal-birra ma jkun żdied l-ebda ingredjent “komparabbli” (eż. rum ieħor (b’IĠ jew mingħajrha), jew aroma komposta estratta mir-rum (da Madeira) jew togħma “imitata” ta’ rum) flimkien mal-IĠ tar-Rum da Madeira.

NB:

F’każ li mal-birra ma jkunx żdied biss ir-rum da Madeira iżda anke ingredjent jew ingredjenti “komparabbli” oħra, l-isem tal-IĠ ma jistax jintuża bħala allużjoni iżda jista’ jidher biss fil-lista ta’ ingredjenti, flimkien mal-ingredjent jew mal-ingredjenti “komparabbli” u mal-ingredjenti li ntużaw għall-produzzjoni tal-birra nnifisha.

NB:

F’każ li mal-birra ma jkunx żdied biss ir-rum da Madeira iżda anke xarba jew xorb spirituż ieħor li ma jagħmilx parti mill-kategorija 1 tal-Anness I (rum), fl-allużjoni (jew fil-lista ta’ ingredjenti) għandhom jissemmew l- ismijiet kollha tax-xorb spirituż.

NB:

Qed jiġi mfakkar li, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, l-ismijiet tal-IĠs ta’ xorb spirituż ma jistgħux jintużaw biex jiddeskrivu aromatizzanti li jimitaw dawk l-IĠs jew l-użu tagħhom fi kwalunkwe oġġett tal-ikel.

3.2.1.   Allużjonijiet fuq oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku

L-Artikolu 12(1) jippermetti l-allużjoni għall-isem ta’ xorb spirituż wieħed jew aktar (kategoriji jew IĠ) fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel għajr xarba alkoħolika, bil-kundizzjoni li “l-alkoħol użat fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni.”

L-unika eċċezzjoni permessa għal dik il-kundizzjoni hija “l-alkoħol li jista’ jkun preżenti l-aromatizzanti, il-kuluri jew ingredjenti awtorizzati oħrajn użati għall-produzzjoni ta’ dak l-oġġett tal-ikel”, jiġifieri l-alkoħol li jkun intuża biex jiġu ppreparati dawk l-ingredjenti.

Apparti dan, l-alkoħol kollu preżenti fil-prodott finali għandu għalhekk ikun ġej mix-xarba spirituża awtentika, (jiġifieri li tkun konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-kategorija jew għall-IĠ rispettiva – inkluża l-qawwa alkoħolika minima fil-ħin meta jintuża), mingħajr ebda żieda ta’ alkoħol etiliku jew distillati jew xorb spirituż ieħor.

B’mod partikolari, hemm żewġ sitwazzjonijiet possibbli:

a)

oġġett tal-ikel likwidu għajr xarba alkoħolika u li mhuwiex ilma, li miegħu tkun żdiedet aktar minn xarba spirituża waħda (25), li se jirriżulta f’xarba alkoħolika (jiġifieri xarba b’ċerta qawwa alkoħolika, skont il-kwantità ta’ alkoħol li bilfors jiżdied minħabba dak ix-xorb spirituż);

NB:

Qatt ma huwa possibbli li x-xarba li tirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ oġġett tal-ikel likwidu mhux alkoħoliku ma’ xorb spirituż ma jkun fiha l-ebda alkoħol.

b)

oġġett tal-ikel li mhuwiex likwidu li miegħu tkun żdiedet xarba spirituża waħda jew aktar waqt il-preparazzjoni tiegħu, li bħala riżultat ta’ dan jirriżulta f’oġġett tal-ikel b’ċertu kontenut residwu ta’ alkoħol, skont il-kwantità ta’ xorb spirituż użat. Madankollu, xi ftit minn dak l-alkoħol jista’ jevapora waqt il-proċessi ta’ preparazzjoni bħal waqt il-ħami.

It-tikkettar ta’ tali oġġett tal-ikel mhuwiex irregolat mir-Regolament dwar ix-xorb spirituż, għalhekk japplika r-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, b’mod partikolari l-Artikolu 36 dwar l-informazzjoni volontarja u l-Artikolu 7 dwar prassi ġusta dwar l-informazzjoni.

#26 -

Eżempji ta’ allużjonijiet permessi fuq oġġetti tal-ikel għajr ix-xorb alkoħoliku:

Ċikkulata Kirsch*

jew

Pralines tal-Cognac*

Kejk bil-likur tal-bajd*

jew

Gallettini bil-Mirto di Sardegna*

Ġelat tar-rum u ż-żbib*

jew

Ġelat tal-Génépi des Alpes*

Nektar tal-frott raffinat bir-Rum u bil-Brandy**

jew

Meraq tal-frott imħallat bir-Rum u l-Whisky **

*

Dawn mhumiex termini komposti minħabba li l-prodott li jirriżulta mhuwiex xarba alkoħolika.

**

Fil-każ ta’ allużjonijiet għal aktar minn xarba spirituża waħda fuq xorb mhux alkoħoliku, l-alkoħol kollu fil-prodott finali jrid joriġina esklussivament mix-xorb spirituż li għalih issir allużjoni.

3.2.2.   Allużjonijiet fuq xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż

L-Artikolu 12(2) jippermetti l-allużjoni għall-isem ta’ xarba spirituża waħda jew aktar (kategoriji jew IĠs) fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba alkoħolika li mhijiex xarba spirituża, bil-kundizzjoni li:

“(a)

l- alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni; u

(b)

il- proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f’ordni dekrexxenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall- perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali.”

Din id-dispożizzjoni tindirizza x-xorb kollu li fih l-alkoħol li mhuwiex xorb spirituż, inkluż fost l-oħrajn:

1)

Inbid (mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (26));

2)

Prodotti tal-inbid aromatizzati (mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 (27));

3)

Birra;

4)

Sidru, perry u xorb iffermentat ieħor.

Il-leġiżlatur introduċa din id-dispożizzjoni l-ġdida, li ma tinsabx fir-Regolament (KE) Nru 110/2008, sabiex jiċċara l-kundizzjonijiet applikabbli għall-allużjonijiet għal xorb spirituż fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb alkoħoliku ieħor.

Fil-fatt, dan jimplika ż-żieda ta’ alkoħol addizzjonali mal-alkoħol naturalment preżenti fix-xarba alkoħolika, li b’hekk apparentement jikkontradixxi l-prinċipju li l-alkoħol irid joriġina esklussivament mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi.

#27 -

Eżempji ta’ allużjonijiet permessi fuq xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż:

1)

Birra bil-Genever – jew – Birra bi ħjiel ta’ Genever – jew – Birra raffinata bil-Genever: l-alkoħol kollu li jiżdied mal-birra jrid joriġina minn Genever awtentiku (jiġifieri li jkun konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għal din l-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu) mingħajr iż-żieda ta’ xi ingredjent “komparabbli”, alkoħol etiliku, distillati jew spirti oħra;

2)

Sidru tat-Tuffieħ Sħun bil-Punch au Rhum: l-alkoħol kollu li jiżdied mas-sidru tat-tuffieħ irid joriġina mill-punch au rhum (jiġifieri jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategorija 33 tal-Anness I u, b’mod partikolari, it-tielet inċiż tal-punt (d) tiegħu).

3)

Xarba alkoħolika

The Diplomat* raffinat bil-Likur Maraschino u l-Cognac : l-alkoħol kollu li jiżdied max-xarba alkoħolika (vermut) irid joriġina minn likur Maraschino awtentiku (jiġifieri jkun konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-kategorija 37 tal-Anness I) u Cognac (jiġifieri jkun konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tiegħu).

*

’The Diplomat’ huwa cocktail li fih il-vermut u likur. Ir-referenza għalih qed issir biss biex tintwera l-possibbiltà li jsiru allużjonijiet fuq prodotti tal-inbid aromatizzat. Minħabba n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet dwar it-termini komposti u l-allużjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 251/2014 u minħabba l-projbizzjoni prevista fih dwar l-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ riżervati għall-prodotti tal-inbid aromatizzat għax-xorb alkoħoliku li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti previsti għall-produzzjoni tagħhom, għandhom jintużaw ismijiet alternattivi biex jiddeskrivu tali xorb alkoħoliku.

NB:

L- eżempji ta’ hawn fuq huma deskrittivi u ma japplikawx id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar li jeħtieġu li l-allużjoni tidher fuq linja separata mill-isem ġuridiku tal-likur u f’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għal dan tal-aħħar.

#28 -

Eżempji ta’ allużjonijiet ipprojbiti fuq xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż:

1)

Birra raffinata b’togħma ta’ Rum *

jew

Birra aromatizzata b’aromi komposti tal-Genever*

2)

Vermut bis-Sambuca **

jew

Sangria raffinata bil-Madeira Rum**

*

L-allużjonijiet fuq ix-xorb (f’dan il-każ il-birra) huma pprojbiti jekk jirreferu għal aromatizzanti u mhux għall-kategorija tax-xarba spirituża awtentika (rum) jew l-IĠ (Genever).

**

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 ma jippermettix l-użu ta’ termini komposti jew ta’ allużjonijiet fuq prodotti tal-inbid aromatizzat u jipprojbixxi l-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ riżervati għall-prodotti tal-inbid aromatizzat għax-xorb alkoħoliku li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu.

Il-kjarifika dwar il-fatt li, fil-każ ta’ allużjonijiet fuq xorb alkoħoliku l-alkoħol miżjud irid joriġina mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi, ippermettiet lil-leġiżlatur jipprevedi li l-istess regola dwar it-tikkettar li qabel kienet prevista mill-Artikolu 11(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għal taħlitiet biss, issa tapplika wkoll għax-xorb alkoħoliku li jagħmel allużjoni għal xarba spirituża waħda jew aktar. L-għan ta’ dan huwa li l-konsumatur jiġi mgħarraf dwar il-proporzjon ta’ alkoħol fil-prodott finali li ġej mix-xarba alkoħolika inizjali u mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni rispettivament.

Għaldaqstant, fil-każ ta’ allużjoni għal xarba spirituża waħda jew aktar, lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tidher mill-inqas darba fl-istess qasam viżiv tal-allużjoni u tindika f’ordni dekrexxenti l-proporzjon (f’perċentwal) ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku fil-prodott finali (il-punt (b) tal-Artikolu 12(2)).

#29 -

Eżempji ta’ tikkettar tal-proporzjon ta’ alkoħol minn kull ingredjent alkoħoliku:

1)

Birra bil-Genever (Alkoħol 6 % vol.: Birra 90 % - Genever 10 %)

2)

Sidru tat-Tuffieħ Sħun bil-Punch au Rhum (8 % vol: Sidru tat-Tuffieħ 95 % - Rum 5 %)

3)

The Diplomat* raffinat bil-Cognac u l-Maraschino (Alk. 15 % vol.: Inbid 75 % - Cognac 10 % - Maraschino 8 % - Alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola 7 %)

*

Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 ma jippermettix l-użu ta’ termini komposti jew ta’ allużjonijiet fuq prodotti tal-inbid aromatizzat u jipprojbixxi l-użu ta’ denominazzjonijiet tal-bejgħ riżervati għall-prodotti tal-inbid aromatizzat għax-xorb alkoħoliku li ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu. Madankollu, f’dan il-kuntest l-isem ta’ cocktail bħal “Diplomat” – li fih il-Vermut jista’ jintuża. Peress li l-Vermut huwa nbid aromatizzat li jipprevedi ż-żieda tal-alkoħol, meta l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jintuża fil-produzzjoni tiegħu, il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi jenħtieġ li tispeċifika dan sabiex issir distinzjoni bejn dan l-alkoħol u l-alkoħol li joriġina mill-inbid u mix-xorb spirituż li ssir allużjoni għalih.

NB:

L- eżempji ta’ hawn fuq huma deskrittivi u ma japplikawx id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar li jeħtieġu li l-allużjoni tidher fuq linja separata mill-isem ġuridiku tal-likur u f’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għal dan tal-aħħar.

3.2.3.   Allużjonijiet fuq likuri

L-Artikolu 12(3) jippermetti l-allużjoni għall-ismijiet ta’ xarba spirituża waħda jew aktar (kategoriji jew IĠs) fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I (jiġifieri likuri), bil-kundizzjoni li:

“(a)

l-alkoħol miżjud joriġina esklussivament mix-xarba spirituża jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni;

(b)

il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku jkun indikat mill-inqas darba fl-istess kamp viżiv bħall-allużjoni, f’ordni dekrexxenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon għandu jkun ugwali għall-perċentwali bil-volum ta’ alkoħol pur li huwa jirrappreżenta fil-kontenut ta’ alkoħol pur totali bil-volum tal-prodott finali; u

(c)

it-terminu “krema” [NB: it-terminu Ingliż “cream” biss] ma jidhirx fl-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness I jew fl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż imsemmija fl-allużjoni.”

Din id-dispożizzjoni tindirizza kwalunkwe kategorija mill-kategoriji 33-40 (likuri) b’deroga mid-dispożizzjonijiet dwar it-taħlitiet stabbiliti fl-Artikolu 13(4).

Fil-fatt, iż-żieda ta’ xarba spirituża waħda jew aktar ma’ likur titqies bħala taħlita skont id-definizzjoni prevista fl-Artikoli 3(9) u (10) u jkollha tiġi ttikkettata kif xieraq.

Madankollu, il-leġiżlatur introduċa eċċezzjoni għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-applikabbiltà tar-regoli dwar l-allużjoni, li inizjalment kienet intiża li tkun limitata għall-oġġetti tal-ikel għajr ix-xorb spirituż. Dan sar biex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun infurmat sew dwar il-kontenut ta’ likur li miegħu tkun żdiedet xarba spirituża differenti biex jingħata karatteristika organolettika partikolari. Din hija prattika komuni, minħabba li – fost l-oħrajn – il-likuri jistgħu jiġu prodotti bil-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża waħda jew aktar (ara l-punt 33(a)(ii) tal-Anness I).

Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet dwar it-taħlitiet stabbiliti fl-Artikoli 13(3) u (4) jirrikjedu li l-isem ta’ xorb spirituż (u komponenti alkoħoliċi oħra tat-taħlita) għandu jiġi indikat esklussivament f’lista tal-ingredjenti alkoħoliċi. Minflok, skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-allużjonijiet fuq il-likuri, l-isem tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż miżjud jista’ jkun fi kwalunkwe post, sakemm ikun fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku (kif meħtieġ mill-punt (c) tal-Artikolu 12(4), ara § 3.2.5 hawn taħt). Sabiex jittaffa r-riskju ta’ użu ħażin u ta’ prattiki qarrieqa, fil-każ ta’ allużjonijiet fuq il-likuri (bħal fil-każ ta’ taħlitiet) il-leġiżlatur introduċa wkoll ir-rekwiżit li l-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi tidher tal-anqas darba fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni u li jiġi indikat ukoll il-proporzjon (f’perċentwal) tal-alkoħol rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku fil-prodott finali f’ordni dekrexxenti (il-punt (b) tal-Artikolu 12(3)).

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar previsti fil-punt (a) u (b) tal-Artikolu 12(4), jirrikjedu li l-allużjoni ma tkunx fuq l-istess linja tal-isem ġuridiku tal-likur u għandha tkun b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku jew għal xi termini komposti possibbli.

Madankollu, għall-kuntrarju tal-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi fil-każ ta’ taħlitiet (li għandha tkun b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku: ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3), u l-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(4), kif ukoll § 4.2.1 u 4.2.2 hawn taħt), l-allużjonijiet fuq il-likuri jistgħu jkunu f’karattri ta’ tipa u kulur differenti minn dawk użati għall-isem ġuridiku.

Fl-aħħar nett, il-punt (c) tal-Artikolu 12(4) jipprevedi li l-allużjonijiet fuq il-likuri għandhom “jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.” (ara § 3.2.5 hawn taħt).

NB:

Il-leġiżlatur introduċa limitazzjoni fuq id-dispożizzjoni ta’ hawn fuq, jiġifieri l-ismijiet ġuridiċi inkluż it- terminu “krema mhumiex permessi meta l-likuri jagħmlu allużjoni għal xorb spirituż. Din l-eċċezzjoni tapplika biss għat-terminu bl-Ingliż (u mhux f’lingwi oħra) u l-għan tagħha huwa li tiġi salvagwardjata r-reputazzjoni tal-IĠ tal-Krema Irlandiża.

#30 -

Eżempji ta’ allużjonijiet fuq il-likuri permessi u pprojbiti:

1)

Likur tal-Bajd raffinat bil-Brandy

jew

Likur Blutwurz bil-Cognac

2)

Likur taċ-Ċikkulata bi grokk Gin

jew

Licor de café de Galicia bir-Rum

3)

Likur tal-Bajd prodott bl-Ispirtu taċ-Ċirasa (għalkemm l-alkoħol kollu – jiġifieri 100 % - joriġina mill-Ispirtu taċ-Ċirasa, dan jista’ jissejjaħ allużjoni)

4)

Crème de Brandy avec Rhum

IŻDA MHUX: Krema tal-Brandy avec/bir-Rhum

5)

Crema de Orujo con Whisky

IŻDA MHUX: Krema tal-Orujo con/bil-Whisky

NB:

Likur tal-Bajd bi ħjiel ta’ vodka jista’ jintuża bħala allużjoni . Għall-kuntrarju tal- Likur tal-Vodka li huwa terminu kompost u, bħala tali, ma jippermettix iż-żieda tal-alkoħol għajr dak li joriġina mill-vodka, fl- allużjoni fuq il-likuri , iż- żieda tal-alkoħol hija permessa mir-riċetta għall-produzzjoni tal-likur. Għalhekk, sabiex jiġi evitat li l-konsumatur jiġi mqarraq, l-indikazzjoni tal-proporzjon ta’ alkoħol minn kull ingredjent alkoħoliku hija obbligatorja għall-allużjonijiet fuq il-likuri.

NB:

Krema tal-Whisky (bl-Ingliż) jista’ jkun biss terminu kompost u, bħala tali, jirrikjedi li l-alkoħol kollu joriġina esklussivament mill-whisky.

NB:

L- eżempji ta’ hawn fuq huma deskrittivi u ma japplikawx id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar li jeħtieġu li l-allużjoni għandha tidher fuq linja separata mill-isem ġuridiku tal-likur u b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal dan tal-aħħar.

NB:

Hemm minn jargumenta li l-possibbiltà li l-likuri jkollhom fuqhom allużjoni għal xorb spirituż iddgħajjef ir-rekwiżit li, f’termini komposti, l-alkoħol kollu jrid joriġina mix-xorb spirituż imsemmi. Fil-fatt, filwaqt li f’“Likur tal-Whisky” l-alkoħol kollu jrid ikun ġej mill-whisky, “Likur b’(grokk) Whisky” jista’ jiġi prodott ukoll b’tipi oħra ta’ alkoħol.

Għal din ir-raġuni, huwa rrakkomandat li, fejn isiru allużjonijiet fuq likuri, jenħtieġ li l-isem ġuridiku “likur” ikun dejjem supplimentat bl-isem tal-materja prima ewlenija użata biex dan jingħata t-togħma predominanti tiegħu (eż. Likur tal-Ġewż tal-Indi bi grokk Rum; Likur taċ-Ċikkulata bi ftit Brandy). Inkella, meta jkun hemm allużjonijiet, l-użu tal-isem ġuridiku “likur”, mingħajr ma jkun supplimentat bl-isem tal-aromatizzant ewlieni użat, jista’ jissuġġerixxi intenzjoni sottostanti li dan iqarraq bil-konsumaturi.

3.2.4.   Allużjonijiet fuq xorb spirituż għajr likuri

L-Artikolu 12(3a) jippermetti l-allużjoni għall-isem ta’ xarba spirituża waħda (kategorija jew IĠ) fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża għajr likur (jiġifieri li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ waħda mill-kategoriji minn 33 sa 40 tal-Anness I), “bil-kundizzjoni li:

(a)

ix-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni:

(i)

tkun intużat bħala l-bażi alkoħolika unika għall-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż stipulata fl-Anness I,

(ii)

ma tkunx ġiet ikkombinata ma’ xi oġġetti tal-ikel għajr l-oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni tagħha jew il-produzzjoni tax-xarba spirituża finali, f’konformità mal-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott rilevanti, u

(iii)

ma tkunx ġiet dilwita bl-ilma sabiex il-qawwa alkoħolika tagħha tkun taħt il-qawwa minima prevista fil-kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-Indikazzjoni Ġeografika li tkun tappartjeni għaliha x-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni; jew

(b)

ix-xarba spirituża tkun inħażnet għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew għal parti minnu f’bettija tal-injam li qabel tkun intużat għall-maturazzjoni ta’ xarba spirituża msemmija fl-allużjoni, bil-kundizzjoni li:

(i)

il-bettija tal-injam tkun tbattlet mill-kontenut li kellha qabel għal dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż jew għal dawk l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż li għalihom iż-żieda ta’ alkoħol, dilwit jew mhux, hija pprojbita,

(ii)

l-allużjoni ssir fid-deskrizzjoni tal-bettija użata biex timmatura x-xarba spirituża li tirriżulta,

(iii)

l-allużjoni tidher b’mod inqas prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat, u

(iv)

b’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu (4), l-allużjoni tidher b’tipa ta’ daqs mhux akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew kwalunkwe terminu kompost użat.”.

Skont il-punt (c) tal-Artikolu 12(4), anke f’dawn il-każijiet, l-allużjonijiet għandhom “jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.” (ara § 3.2.5 hawn taħt).

3.2.4.1.    Allużjonijiet għal xorb spirituż użat bħala l-unika bażi alkoħolika

Jista’ jkun il-każ li l-produtturi jkunu jridu joħolqu prodotti innovattivi billi jesperimentaw b’kategoriji jew b’IĠs stabbiliti ta’ xorb spirituż u jbiddluhom f’kategorija differenti ta’ xorb spirituż.

F’każijiet speċifiċi, il-leġiżlatur jippermetti lil dawk il-produtturi jagħmlu allużjoni għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża inizjali fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tax-xarba spirituża finali skont il-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu preċedenti.

Min-naħa l-oħra, ċerti kategoriji ta’ xorb spirituż – eż. vodka aromatizzata – tista’ tiġi prodotta bl-użu ta’ kategoriji oħra ta’ xorb spirituż – fil-każ tal-eżempju: vodka – bħala l-unika bażi alkoħolika u l-produttur jista’ jkollu interess li jagħmel allużjoni għal dak l-ingredjent alkoħoliku fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-prodott finali.

Id-dispożizzjonijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż ikopru preċiżament il-każijiet imsemmija hawn fuq.

Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin tar-reputazzjoni ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ), il-leġiżlatur ippreveda li kull referenza għall-isem ġuridiku tagħha fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xarba spirituża oħra prodotta permezz tax-xarba spirituża li għaliha qed issir l-allużjoni li hija l-unika bażi alkoħolika tagħha, hija permessa biss jekk ix-xarba spirituża finali tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ kategorija ta’ xorb spirituż u għalhekk trid tuża l-isem ġuridiku previst minn dik il-kategorija ta’ xorb spirituż.

Dan jimplika li qatt ma huwa possibbli li ssir allużjoni għal kategorija jew għall-IĠ ta’ xarba spirituża li tintuża bħala l-unika bażi alkoħolika fuq prodott b’tikketta ġenerika ta’ “xarba spirituża”.

Barra minn hekk, il-projbizzjoni taż-żieda ta’ oġġetti tal-ikel li mhumiex permessi fil-produzzjoni tax-xarba spirituża li għaliha qed issir l-allużjoni jew tax-xarba spirituża finali skont ir-regoli rilevanti stabbiliti fl-Anness I għall-kategoriji ta’ xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-IĠs ta’ xorb spirituż, teskludi kwalunkwe sovrapożizzjoni bejn l-allużjonijiet fuq xorb spirituż u termini komposti li preċiżament jeħtieġu l-kombinazzjoni ma’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar (ara § 2.1 hawn fuq).

Fl-aħħar nett, biex issir allużjoni għall-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża fil-preżentazzjoni, fid-deskrizzjoni u fit-tikkettar ta’ xarba spirituża oħra, il-qawwa alkoħolika tax-xarba spirituża finali ma tistax tkun inqas mill-qawwa alkoħolika minima meħtieġa għax-xarba spirituża li għaliha qed issir l-allużjoni f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż għall-kategoriji ta’ xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti għall-IĠs ta’ xorb spirituż (ara l-eżempji f’ #31).

NB:

Tqajmet il-kwistjoni dwar jekk ir-ripetizzjoni tal-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) diġà indikat f’terminu kompost – pereżempju tiddeskrivi karatteristiċi speċifiċi ta’ dik ix-xarba spirituża – għandhiex titqies bħala allużjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż imsemmija hawn fuq kjarament jeskludu tali possibbiltà. F’dak il-każ, ir-referenza ripetuta għall-isem tax-xarba spirituża użata f’kombinazzjoni ma’ oġġett tal-ikel ieħor jenħtieġ li tinftiehem bħala “estensjoni” tal-użu ta’ dak l-isem fit-terminu kompost u jenħtieġ li tosserva r-regoli dwar it-tikkettar stabbiliti fl-Artikolu 11(3) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

#31 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

Spirtu tal-inbid (40 % vol.)

Magħmul mill-Cognac

Finish f’Bettija tal-Bourbon

Peress li l-fajl tekniku/l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-Cognac ma tippermettix il-maturazzjoni tiegħu jekk mhux fi btieti tal-injam li qabel kienu jżommu l-inbid jew l-ispirti tal-inbid, il-Cognac li jkun ġie ffinishjat f’bettija li qabel kienet iżżomm il-Whisky Bourbon ma jibqax intitolat juża dak l-isem tal-IĠ. Madankollu, l-allużjoni għall-fatt li x-xarba spirituża inizjali ġiet prodotta f’konformità mar-rekwiżiti għall-Cognac sakemm tkun inħażnet f’bettija tal-Bourbon tipprovdi informazzjoni utli għall-konsumatur. NB : f’dak il-każ, l-ispirtu tal-inbid għandu jkollu l- qawwa alkoħolika minima meħtieġa għall-Cognac (jiġifieri 40 % ta’ alkoħol bil-volum).

Xarba Spirituża b’togħma ta’ Ġnibru(32 % vol.)

MAGĦMUL MILL-KORN

Skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 19 tal-Anness I, xorb spirituż b’togħma ta’ ġnibru jista’ jiġi prodott – fost l-oħrajn – bit-taħwir tal-ispirtu taċ-ċereali bil-frott tal-ġnibru. Peress li l-Korn huwa spirtu taċ-ċereali rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika, dan it-tikkettar huwa permess bil-kundizzjoni li l- qawwa alkoħolika tal-prodott finali tilħaq il-minimu meħtieġ għall-Korn , (jiġifieri 32 % ta’ alkoħol skont il-volum), li huwa ogħla mill-qawwa alkoħolika minima meħtieġa għax-xorb spirituż b’togħma ta’ ġnibru (jiġifieri 30 % ABV).

Vodka (Aromatizzata) b’Togħma tal-Lampun (37,5 % vol.)

Magħmula b’Vodka distillata erba’ darbiet

Vodka Aromatizzata, li – skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 31 tal-Anness I – tiġi prodotta biż-żieda ta’ aromatizzanti u, possibbilment, ta’ prodotti dolċifikanti mal-vodka, tista’ tagħmel allużjoni għall-vodka użata fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħha skont il-punt (a) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. NB: Il-qawwa alkoħolika minima meħtieġa għall-vodka aromatizzata hija l-istess bħall-qawwa alkoħolika meħtieġa għall-vodka, jiġifieri ta’ 37,5 % vol.

#32 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit (NB: l-allużjoni fuq xarba spirituża li ma tikkorrispondix għal kategorija – u li tuża l-isem ġuridiku “xarba spirituża” – hija dejjem ipprojbita):

1)

Xarba spirituża

Magħmula bir-Rum u bil-Brandy Il-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet spiritużi differenti ma tistax tiġi tikkettata bħala allużjoni. Jekk din il-kombinazzjoni tinkludi biss xorb spirituż, din trid tiġi ttikkettata bħala taħlita . Jekk ikunu żdiedu oġġetti tal-ikel oħra, l-ismijiet tax-xorb spirituż jistgħu jiġu inklużi biss f’lista ta’ ingredjenti għal oġġetti tal-ikel, dment li l-lista tkun f’konformità mal-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, kif stabbilit fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

2)

Xarba Spirituża

B’bażi ta’ Rum Bil-ħwawar Il-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar għajr oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni tagħha skont ir-rekwiżiti speċifiċi tagħha dejjem tipproduċi terminu kompost u għalhekk ma tistax tiġi ttikkettata bħala allużjoni.

3)

Xarba spirituża

Miksuba mir-Rum (15 % vol.) L-allużjonijiet għall-kategoriji jew għall-IĠs ta’ xorb spirituż huma pprojbiti meta dan ikun ġie sempliċiment dilwit bl-ilma sa taħt il-qawwa alkoħolika meħtieġa (37,5 % vol. fil-każ tar-Rum).

3.2.4.2.    Allużjonijiet għal btieti ta’ xorb spirituż ieħor

Kif spjegat hawn fuq (ara § 1.5), it-termini li jirreferu għall-ħżin ta’ xarba spirituża għall-perjodu sħiħ jew għal parti mill-perjodu tal-maturazzjoni fi btieti tal-injam li qabel kienu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xarba spirituża oħra ma jistgħux jitqiesu bħala informazzjoni volontarja fis-sens tal-Artikolu 36 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi minħabba d-dispożizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż li tipprojbixxi l-użu ta’ ismijiet ta’ xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xi xarba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament dwar ix-xorb spirituż jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-IĠ tal-prodott rilevanti.

L-uniċi eċċezzjonijiet permessi għal dik il-projbizzjoni huma relatati mat-tikkettar ta’ termini komposti, ta’ allużjonijiet u ta’ listi ta’ ingredjenti, kif regolat mill-Artikoli 11, 12 u 13(2) sa (4) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. Għalhekk, ir-referenza għal xarba spirituża li fil-bettija tal-injam tagħha tkun ġiet sussegwentement imqaddma xarba spirituża oħra mhijiex biss informazzjoni volontarja skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, iżda anke allużjoni rregolata mill-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

NB:

Fil-każ ta’ xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) li fil-każ tiegħu ż-żieda tal-alkoħol, dilwit jew le, hija pprojbita, l-ittra (i), il-punt (b) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, tirrikjedi li l-bettija tal-injam tiegħu tkun tbattlet mill-kontenut preċedenti tagħha. Dan ir-rekwiżit japplika pereżempju għall-kategoriji 1-14 ta’ xorb spirituż. Għalhekk fil-każ tal-kategoriji jew tal-IĠs ta’ xorb spirituż li fil-każ tagħhom dan ir-rekwiżit ta’ hawn fuq ma japplikax, mhuwiex ipprojbit li fil-bettija tal-injam ikun għad fadal xi ftit mix-xarba spirituża li qabel kienet ġiet imqaddma fih. Madankollu, tali prattika, meta tintuża, teħtieġ li tiġi ttikkettata kif xieraq f’konformità mal-Artikolu 13(3) jew (4) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (jiġifieri d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar għat- taħlitiet ) b’żieda mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar stipulati fl-ittri (ii) sa (iv) tal-punt (b) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, għall-allużjonijiet għall-btieti tax-xorb spirituż (ara l-eżempju 3 f’#33).

NB:

Skont l-ittri (ii) sa (iv) tal-punt (b) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, u b’deroga għar-regola ġenerali dwar it-tikkettar applikabbli għall-allużjonijiet fuq ix-xorb alkoħoliku (jiġifieri li l-allużjoni għandha tidher f’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem tax-xarba alkoħolika jew tat-termini komposti possibbilment użati), l-allużjoni għall-btieti tax-xorb spirituż tista’ tidher f’ tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew għal xi terminu kompost użat, sakemm din tirreferi b’mod ċar għall-bettija li ntużat għall-maturazzjoni tax-xarba spirituża u li din tkun inqas prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew ta’ xi terminu kompost użat. Madankollu, ix-xorb spirituż imsemmi f’dik id-dispożizzjoni li kien ittikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 f’applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 (jiġifieri li jirrikjedi biss li l-allużjoni tidher f’tipa ta’ daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u għat-terminu kompost) jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet. Fi kwalunkwe każ, anki matul dan il-perjodu tranżitorju, huwa rrakkomandat li l-allużjoni għal btieti ta’ xorb spirituż ma tiġix ittikkettata b’mod aktar prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża (eż. billi jintuża sfond, kuluri jew tipa differenti).

Minbarra l-aspetti li jridu jiġu vvalutati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-użu korrett ta’ referenzi għall-maturazzjoni fi btieti tal-injam li qabel kienu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xorb alkoħoliku ieħor (b’mod partikolari nbid jew birra) elenkati taħt § 1.5 hawn fuq, inkluża l-konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, fil-każ ta’ allużjonijiet għal btieti ta’ xorb spirituż huwa rrakkomandat li:

1)

ix-xarba spirituża tkun verament ġiet imqaddma f’bettija tal-injam li qabel kienet intużat għall-maturazzjoni tax-xarba spirituża li għaliha qed issir l-allużjoni: fil-fatt, il-maturazzjoni kif definita mill-punt (11) tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, jinvolvi “il-ħżin ta’ xarba spirituża f’reċipjenti xierqa għal perjodu ta’ żmien sabiex dan ix-xorb spirituż ikun jista’ jgħaddi minn reazzjonijiet naturali li jagħtu karatteristiċi speċifiċi lil dik ix-xarba spirituża”. Dan ifisser, pereżempju, li l-użu ta’ kontenituri inerti bħal tankijiet tal-plastik jew l-użu ta’ laqx tal-injam bħala sostitut għall-maturazzjoni f’bettija tal-injam, mhuwiex permess;

2)

għal dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż fejn iż-żieda tal-alkoħol hija pprojbita (eż. il-kategoriji ta’ xorb spirituż 1 sa 14 tal-Anness I, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 7(2), tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż), il-btieti li jintużaw għall-maturazzjoni jitbattlu mill-kontenut preċedenti tagħhom;

3)

peress li l-bettija użata għall-maturazzjoni ta’ xarba spirituża għandha effett sinifikanti fuq il-karattru tagħha, huwa leġittimu li l-konsumaturi jiġu pprovduti b’informazzjoni dwar il-kontenut preċedenti tal-bettija użata. Madankollu, din l-informazzjoni trid tkun ċara u ma għandhiex tkun ambigwa, għandha tirreferi għall-bettija użata u mhux sempliċiment għax-xarba spirituża li qabel kienet ġiet imqaddma fiha u ma għandhiex tinganna lill-konsumatur kif previst fl-Artikoli 7(1a), 7(2) u 36 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi. Pereżempju:

a)

ir-referenza għal bettija partikolari tista’ tiġi ġġustifikata biss jekk ix-xarba spirituża tkun ġiet imqaddma fil-bettija għal perjodu twil biżżejjed biex jaffettwa l-karattru organolettiku ta’ dik ix-xarba spirituża;

b)

il-kuntest li fih issir referenza għall-allużjoni jenħtieġ li jiġi ċċarat u jenħtieġ li l-uniku skop tagħha jkun biex tinforma lill-konsumatur dwar il-kontenut preċedenti tal-bettija użata, jiġifieri li x-xarba spirituża għaddiet ammont suffiċjenti ta’ żmien f’bettija li qabel kienet intużat għall-maturazzjoni ta’, pereżempju, rum;

c)

l-allużjoni trid tkun preċiża u ma għandhiex tkun qarrieqa. Jenħtieġ li t-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ma jissuġġerux li x-xorb spirituż kollu ġie mqaddem fit-tip ta’ bettija ddikjarat meta dan ma jkunx il-każ. Ikun qarrieqi li whisky jiġi deskritt bħala, pereżempju, “imqaddem fi btieti tar-Rum”, jekk sempliċiment proporzjon tal-btieti użati għall-produzzjoni tal-whisky ikun ġie mqaddem fi btieti tar-rum;

d)

xi xorb spirituż juża t-terminu “finishing” jew “finish”. Dan huwa terminu tradizzjonali tas-settur li jirreferi għall-perjodu tal-maturazzjoni finali f’bettija differenti mill-bettija li ntużat qabel. Peress li l-finishing jikkorrispondi għal parti mill-perjodu tal-maturazzjoni, ir-rekwiżiti msemmija hawn fuq jenħtieġ li japplikaw bl-istess mod għall-perjodu finali ta’ maturazzjoni.

#33 -

Eżempji ta’ tikkettar permess:

1)

RUM

Imqaddem fi btieti tal-Kentucky Bourbon

2)

Single Malt Whisky*

Immaturat f’bettija tal-Cognac/Finish f’Bettija tar-Rum

3)

Xarba Spirituża

Taħlita ta’ Gin 95 % u Rum 5 % Imqaddma f’Bettija tar-Rum jista’ jindika li r-Rum/il-Whisky/il-Gin and Rum qattgħu żmien biżżejjed f’bettija tal-injam/bettija li qabel kienet intużat għall-maturazzjoni tal-Bourbon/Cognac/Rum biex taffettwa l-karattru organolettiku tagħhom.

*

Skont il-punt 2(a)(iii) tal-Anness I (whisky jew whiskey), il-maturazzjoni tad-distillat finali għandha ssir fi btieti tal-injam li l-kapaċità tagħhom ma taqbiżx is-700 litru. Peress li t-tip ta’ bettija tal-injam mhuwiex speċifikat, huwa possibbli li jerġgħu jintużaw btieti li qabel kienu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xorb alkoħoliku ieħor sabiex il-whisky /whiskey jingħata karatteristiċi organolettiċi partikolari.

#34 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

Cognac

Finish f’Bettija tal-Injam tar-Rum

mhuwiex permess minħabba li l-fajl tekniku/l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠ tal-Cognac ma tipprevedix il-finishing f’bettija li preċedentement ma tkunx intużat għall-maturazzjoni finali tal-inbid jew tal-ispirti tal-inbid fil-metodu ta’ produzzjoni tiegħu.

Whisky

Imqaddem f’Bettija tal-Brandy

mhuwiex permess minħabba li l-allużjoni ma tistax tkun aktar prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u d-daqs tat-tipa użat għall-allużjoni ma jistax ikun akbar minn dak użat għall-isem ġuridiku.

Rum

B’Maturazzjoni finali fil-Cognac

mhuwiex permess minħabba li l-allużjoni trid tinkludi referenza għat-tip ta’ bettija użata.

3.2.5.   Regoli oħra dwar it-tikkettar għall-allużjonijiet

L-Artikolu 12(4) jipprevedi li “l-allużjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 3a:

(a)

ma għandhomx ikunu fuq l-istess linja bħall-isem tax-xarba alkoħolika;

(b)

għandhom jidhru b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem tax-xarba alkoħolika u, fejn jintużaw termini komposti, b’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għal tali termini komposti, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 11(3); u

(c)

fil-każ ta’ allużjonijiet fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż, dawn jiġu akkumpanjati dejjem bl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jidher fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni.” (28)

Għalhekk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12(4) huma obbligatorji meta jsiru allużjonijiet fuq xorb alkoħoliku iżda mhux meta jsiru allużjonijiet fuq oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku (il-paragrafu 1 tal-Artikolu 12). Għalihom (pereżempju ġelat tar-rum, Kirschpralinen, Kejk bil-likur tal-bajd), għandhom jiġu applikati r-regoli ġenerali dwar it-tikkettar tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi u b’mod partikolari l-Artikolu 7 dwar prassi ġusta dwar l-informazzjoni.

Barra minn hekk, meta l-allużjonijiet għal xorb spirituż jsiru fuq xorb alkoħoliku għajr xorb spirituż u fuq il-likuri, il-proporzjon tal-alkoħol rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku għandu jiġi indikat mill-inqas darba: fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni u f’ordni dekrexxenti tal-kwantitajiet użati.

Image 2
 (29)

Fl-eżempji ta’ hawn fuq, l-isem tal-oġġett tal-ikel (birra, sidru tat-tuffieħ, inbejjed aromatizzati, likur taċ-ċikkulata, crème de brandy, likur, spirtu tal-inbid) u t-termini komposti (crème de brandy – li jista’ jkun kemm terminu kompost kif ukoll l-isem ġuridiku –, likur taċ-ċikkulata u likur tal-bajd u kannella) mhumiex fuq l-istess linja bħall-allużjoni (bettija tal-Genever, Punch au Rhum, Cognac, Maraschino, Gin, Brandy, Whisky Irlandiż, Rum, Bourbon).

Fi kwalunkwe każ, meta x-xarba riżultanti tkun xarba spirituża, l-isem ġuridiku tagħha għandu dejjem ikun fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni, li għandu jinkiteb b’tipa ta’ daqs li huwa nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u tat-terminu kompost possibbli, jew iżgħar (ħlief fil-każ ta’ allużjonijiet għall-btieti ta’ xorb spirituż, li jistgħu jkunu f’tipa ta’ daqs mhux akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u għat-termini komposti possibbli).

Madankollu l-allużjoni tista’ tkun f’karattri ta’ tipa u kulur differenti jew fuq sfond differenti mill-isem tax-xarba alkoħolika/tat-terminu kompost. Madankollu, huwa rrakkomandat li l-allużjoni tkun inqas prominenti mill-isem tax-xarba alkoħolika. Din ir-rakkomandazzjoni ssir obbligu legali fil-każ ta’ allużjonijiet għall-btieti ta’ xorb spirituż, biex b’hekk jiġi bbilanċjat ir-rekwiżit inqas restrittiv relatat mad-daqs tat-tipa previst għal dawk l-allużjonijiet.

3.3.   Allużjoni għall-aromatizzanti li “jimitaw” xorb spirituż

Kif diġà ssemma (ara § 1.3. aktar ’il fuq), skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7), l-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) ma jista’ jintuża bl-ebda mod fuq (id-deskrizzjoni), il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xi xarba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-produzzjoni stabbiliti fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-kategorija jew tal-IĠ rispettivi tax-xarba spirituża.

Din il-projbizzjoni stretta tinkludi espressament anke l-każijiet fejn fuq (id-deskrizzjoni), il-preżentazzjoni u t-tikkettar ikun iddikjarat b’mod ċar li hija imitazzjoni permezz ta’ termini bħal “simili”, “tip”, “stil”, “magħmula”, “togħma”, eċċ.

L-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) ma jistax jintuża biex (jiddeskrivi), jippreżenta jew jittikketta xarba differenti minn dik ix-xarba spirituża.

Din il-projbizzjoni hija ovvjament mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti għat-termini komposti (l-Artikolu 11), għall-allużjonijiet (l-Artikolu 12) u għal-lista ta’ ingredjenti (alkoħoliċi) (l-Artikoli 13(2) sa (4)), li ovvjament japplikaw dment li jiġu osservati r-regoli rilevanti kollha.

#37 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit:

1)

Xarba alkoħolika aromatizzata b’togħma ta’ vodka

2)

Xarba spirituża aromatizzata bir-Rum

3)

Xarba tat-tip Brandy

4)

Xarba tat-tip Gin b’qawwa alkoħolika baxxa

5)

Xarba mhux alkoħolika simili għall-Whisky

Madankollu, permezz tal-introduzzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(7), il-leġiżlatur iddeċieda li – filwaqt li huwa ċar li, sabiex ma jkunx hemm riskju li l-konsumatur jiġi mqarraq, l-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) ma jistax jintuża biex jiddeskrivi xarba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tagħha – l-ismijiet tal-kategoriji ta’ xorb spirituż jistgħu jintużaw bħala:

1)

parti mir-referenza għal aromatizzant, jew

2)

fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel għajr xarbiet prodotti bl-użu ta’ dawk l-aromatizzanti,

anke jekk dawk il-prodotti ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategorija tax-xarba spirituża li għalihom jirreferu fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tagħhom.

Għalhekk, il-leġiżlatur irrikonoxxa prattika komuni fis-suq, fejn ċerti aromatizzanti jingħataw l-isem ta’ kategoriji ta’ xorb spirituż (eż. togħma ta’ rum jew aromatizzant tal-brandy) għalkemm ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta’ dawk il-kategoriji, li madankollu mhumiex probabbli li jqarrqu bil-konsumatur.

Madankollu, sabiex tingħata protezzjoni aktar stretta lill-IĠs, fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(7), il-leġiżlatur jipprojbixxi espressament li l-ismijiet ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż jintużaw biex jiddeskrivu xi aromatizzant jew ikel aromatizzat b’tali aromatizzanti.

#38 -

Eżempji ta’ allużjonijiet għal xorb spirituż (“imitazzjoni”):

1)

Babà al rum – Babà au rhum – Rum baba : f’dan il-każ, għandu jintuża biss rum reali (li jkun konformi mar-rekwiżiti kollha tal-kategorija 1 tal-Anness I)

2)

Babà aromatisé au rhum – Babà con aroma di rum – Babà aromatizzat b’togħma ta’ rum – Rum b’aromatizzant togħma ta’ babà: F’dan il-każ, aromatizzant b’togħma ta’ rum jista’ jintuża, dment li l-konsumatur ma jiġix imqarraq dwar in-natura tal-aromatizzant użat (jiġifieri li mhuwiex xarba spirituża)

Eżempji oħra :

OĠĠETTI TAL-IKEL MHUX LIKWIDI

3)

Il- ġelat b’aromatizzant togħma ta’ Rum jista’ jkun fih aromatizzant

4)

Il- ġelat bl-Armagnac irid ikun fih Armagnac awtentiku(IĠ)

5)

Il- jogurt aromatizzat b’togħma ta’ Gin and tonic jista’ jkollu aromatizzant

6)

Iċ- ċikkulata aromatizzata b’togħma ta’ Scotch Whisky għandu jkun fiha Scotch Whisky awtentiku (IĠ)

OĠĠETTI TAL-IKEL LIKWIDI (XORB)

7)

Il- meraq tal-larinġ bir-rum u bil-vodka għandu jkun fih rum u vodka awtentiċi

8)

Il- koka aromatizzata b’togħma ta’ Whiskey Irlandiż għandu jkun fiha Whiskey Irlandiż awtentiku (IĠ)

9)

Il- birra raffinata bir-Rum irid ikun fiha rum awtentiku

10)

Il- birra raffinata bil-Genever irid ikun fiha Genever awtentiku (IĠ)

11)

Il- likur tal-bajd b’riħa ta’ Kirschwasser irid ikun fih Kirschwasser awtentiku

12)

Il- likur tal-bajd b’riħa ta’ Cognac irid ikun fih Cognac awtentiku (IĠ)

NB:

L- eżempji ta’ hawn fuq huma deskrittivi u ma japplikawx id-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar li jeħtieġu li l-allużjoni tidher fuq linja separata mill-isem ġuridiku tal-likur u f’tipa ta’ daqs li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għal dan tal-aħħar.

3.4.   Xorb mhux alkoħoliku/b’kontenut baxx ta’ alkoħol li jirreferi għall-ismijiet ta’ xorb spirituż

Kif diġà ssemma (ara § 1.3 u 3.3 hawn fuq), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(7) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż jipprojbixxi l-użu ta’ ismijiet ġuridiċi ta’ kategoriji jew ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż għal xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ kwalunkwe xarba li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-kategorija jew tal-IĠ tax-xarba spirituża rilevanti. Dik il-projbizzjoni tapplika wkoll fejn tali ismijiet ġuridiċi jew indikazzjonijiet ġeografiċi jintużaw flimkien ma’ kliem jew frażijiet bħal pereżempju “bħal”, “tat-tip”, “bi stil”, “magħmul”, “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor.

NB:

Tali projbizzjoni testendi wkoll għal tismijiet jew referenzi ta’ fantasija bħal pereżempju “no Gin”, “għal Gin lovers”, “VirGin”, “Ginfection” biex jiddeskrivu xarbiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 20 tal-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

#39 -

Eżempji ta’ tikkettar ipprojbit (minħabba li jirreferi għal xorb spirituż filwaqt li jsostni li x-xarba ma fiha l-ebda alkoħol):

1)

Xarba Spirituża mhux alkoħolika

– jew –

Xarba Spirituża mingħajr alkoħol

2)

Gin mingħajr alkoħol

– jew –

Gin-Tonic mingħajr alkoħol

3)

Whisky mhux alkoħoliku

– jew –

Whisky u Coke mhux alkoħoliku

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-termini komposti u l-allużjonijiet huma elenkati fost l-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni msemmija hawn fuq. Madankollu, ir-referenza għall-isem ta’ xarba spirituża f’xarba li ma fiha l-ebda alkoħol ma tkunx possibbli skont ir-regoli dwar it-termini komposti jew l-allużjonijiet minħabba l-kundizzjoni li l-alkoħol kollu fil-prodott finali jrid joriġina mix-xarba spirituża msemmija.

Fil-fatt, jekk ix-xarba finali ma jkun fiha l-ebda alkoħol, jista’ jiġi raġonevolment mistenni li x-xarba spirituża msemmija ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha (b’mod partikolari l-qawwa alkoħolika minima meħtieġa) tal-kategorija jew tal-indikazzjoni ġeografika tax-xarba spirituża li l-isem tagħha jkun intuża fuq it-tikketta.

Kwalunkwe xarba li tirreferi għall-isem ta’ xarba spirituża (kemm jekk f’terminu kompost kif ukoll jekk f’allużjoni) hija dejjem xarba alkoħolika.

F’dan il-kuntest, ta’ min jissottolinja li t-terminu “xarba alkoħolika” mhuwiex definit fil-leġiżlazzjoni tal-UE, għalkemm, għall-finijiet proprji, il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jikklassifika xorb b’qawwa alkoħolika skont il-volum ta’ mhux aktar minn 0,5 % bħala xorb “mhux alkoħoliku”, filwaqt li x-xorb li jaqbeż il-0,5 % ta’ alkoħol skont il-volum huwa kklassifikat bħala xorb alkoħoliku (30).

F’dak li għandu x’jaqsam mar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-Artikoli 16(4) u 28(2) tiegħu jirreferu għal xorb alkoħoliku li fih aktar minn 1,2 % ta’ alkoħol skont il-volum mhux bil-għan li jiġi definit x’inhi xarba alkoħolika iżda sempliċiment biex jiġi ddeterminat ix-xorb alkoħoliku (jiġifieri dak li fih aktar minn 1,2 % ta’ alkoħol skont il-volum) li huwa rispettivament eżentat mill-indikazzjoni obbligatorja tad-dikjarazzjoni dwar in-nutrizzjoni u l-lista ta’ ingredjenti jew mill-ħtieġa li l-qawwa alkoħolika proprja tkun indikata fuq it-tikketta.

Madankollu, fin-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ “xarba alkoħolika” fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ikel, u speċifikament għall-finijiet ta’ termini komposti jew ta’ allużjonijiet għall-isem ta’ xorb spirituż fuq it-tikketta ta’ oġġetti tal-ikel oħra, ix-xorb li fih livell ta’ 1,2 % ta’ alkoħol skont il-volum jew inqas xorta jrid jitqies bħala xorb alkoħoliku fil-kuntest tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

Madankollu, kif imsemmi fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali dwar kwistjonijiet li mhumiex speċifikament armonizzati minn dan ir-Regolament dment li ma jipprojbixxux, jimpedixxu jew jirrestrinġu l-moviment liberu tal-prodotti li huma konformi ma’ dan ir-Regolament. Naturalment, tali miżuri nazzjonali ma għandhomx jawtorizzaw prattiki li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur.

Jenħtieġ li jiġi nnotat ukoll li f’dawn l-aħħar snin osservajna tendenza ta’ żieda fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ xorb parzjalment jew totalment dealkoħolizzat. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-birra, li hija prodott li mhuwiex regolat fil-livell tal-UE.

Leġittimament, fin-nuqqas ta’ regoli tal-UE f’dan ir-rigward, u bil-għan li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni adegwata, l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet biex jiddeterminaw il-limiti tal-kontenut alkoħoliku li jistgħu jwasslu għal definizzjonijiet bħalma huma “mhux alkoħoliku”, “b’livell baxx ta’ alkoħol”, “dealkoħolizzat” fuq xorb li mhuwiex regolat fil-livell tal-UE.

Dan ovvjament jeskludi l-użu ta’ tali terminoloġija fuq xorb spirituż, inbid (31) u prodotti tal-inbid aromatizzat, li huma soġġetti għal dispożizzjonijiet speċifiċi fil-livell tal-UE.

Madankollu, xorb ieħor, bħall-birra jew l-alcopops, jiġifieri xorb li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xi xarba ma’ xarba spirituża (bħalma huwa l-każ f’ċerti allużjonijiet, kif definit mill-punt (3)(a) tal-Artikolu 3, u rregolati mill-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż) jistgħu jibbenefikaw minn tali definizzjonijiet nazzjonali (fejn jeżistu).

Konsegwentement, it-tikkettar ta’ xorb bħal pereżempju:

vodka u larinġ (terminu kompost)

xarba mhux alkoħolika’ - b’0,05 % ta’ alkoħol skont il-volum,

mhuwiex permess skont id-dritt tal-UE (32).

Min-naħa l-oħra, minħabba li l-birra mhijiex regolata fil-livell tal-UE, it-tikkettar li ġej jista’ jkun permess mil-leġiżlazzjoni nazzjonali (fejn teżisti):

birra mingħajr alkoħol

bi ħjiel ta’ gin (allużjoni) - b’0,4 % ta’ alkoħol skont il-volum, jew bħala

“birra b’livell baxx ta’ alkoħol

raffinata bir- rum’ (allużjoni) - b’1 % ta’ alkoħol skont il-volum.

Fl-2021, il-Kummissjoni se tniedi sejħa għall-offerti biex isir studju biex jiġu eżaminati aktar il-kwistjonijiet ta’ hawn fuq bil-għan li jiġi ddeterminat jekk hemmx bżonn ta’ leġiżlazzjoni speċifika.

3.5.   Kontrolli

Il-kontrolli fuq (id-deskrizzjoni), il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ prodott li jkun fih allużjoni għall-isem ta’ xarba spirituża (kategorija jew IĠ) jindirizzaw il-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

3.5.1.   Fuq oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku

Produzzjoni:

1.

l-oġġett tal-ikel li jagħmel l-allużjoni għax-xarba jew għax-xorb spirituż huwa oġġett tal-ikel (likwidu jew le) għajr xarba alkoħolika (jiġifieri ma fih l-ebda alkoħol);

2.

il-prodott riżultanti huwa xarba alkoħolika jew oġġett tal-ikel mhux likwidu li fih l-alkoħol, anki jekk sempliċiment traċċi;

3.

ix-xarba jew ix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu fil-kategorija ta’ xorb spirituż rilevanti tal-Anness I jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu, jiġifieri f’allużjoni jista’ jissemma biss xorb spirituż awtentiku; u

4.

l-alkoħol kollu fil-prodott riżultanti joriġina esklussivament mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni (għajr l-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra użati għall-produzzjoni tal-oġġett tal-ikel inizjali).

Tikkettar:

5.

fil-każ ta’ oġġetti tal-ikel likwidi, l-allużjonijiet huma possibbli biss għal aktar minn xarba spirituża waħda (il-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża waħda ma’ oġġetti oħra tal-ikel oħra hija soġġetta għar-regoli dwar it-termini komposti);

6.

il-prodott finali jiġi ttikkettat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

3.5.2.   Fuq xorb alkoħoliku għajr xorb spirituż

Produzzjoni:

1.

l-oġġett tal-ikel li qed jagħmel l-allużjoni għax-xarba jew għax-xorb spirituż huwa xarba alkoħolika għajr xarba spirituża (eż. inbid, prodott tal-inbid aromatizzat, birra, sidru, perry, xarbiet oħra ffermentati);

2.

il-prodott li jirriżulta xorta huwa xarba alkoħolika;

3.

ix-xarba jew ix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu fil-kategorija ta’ xorb spirituż rilevanti tal-Anness I jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu, jiġifieri f’allużjoni jista’ jissemma biss xorb spirituż awtentiku;

4.

l-alkoħol miżjud kollu joriġina mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni (jiġifieri b’żieda mal-alkoħol preżenti b’mod naturali fix-xarba alkoħolika inizjali), bl-eċċezzjoni tal-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra possibbli.

Tikkettar:

5.

l-allużjonijiet possibbli fuq l-inbid u fuq il-prodotti tal-inbid aromatizzat għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni speċifika tal-UE għal dawk il-prodotti;

6.

l-isem tax-xarba alkoħolika jrid jintwera b’mod li jidher sabiex ikun faċilment viżibbli, ikun jista’ jinqara b’mod ċar u, fejn xieraq, ma jkunx jista’ jitħassar. Ma għandu bl-ebda mod ikun moħbi, oskurat, mitfi jew interrott minn xi materjal testwali jew stampi oħra jew minn xi materjal ieħor li jinterferixxi;

7.

l-allużjoni mhijiex fuq l-istess linja tal-isem tax-xarba alkoħolika;

8.

l-allużjoni hija f’tipa ta’ daqs li mhuwiex akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem tax-xarba alkoħolika u tat-termini komposti, meta jintużaw termini komposti; u

9.

il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku huwa indikat mill-inqas darba: fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni u f’ordni dekrexxenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon huwa ugwali għall-volum skont il-volum ta’ alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut totali ta’ alkoħol pur skont il-volum tal-prodott finali.

3.5.3.   Fuq il-likuri

Produzzjoni:

1.

l-oġġett tal-ikel li jagħmel l-allużjoni għax-xarba jew għax-xorb spirituż huwa likur, jiġifieri xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ waħda mill-kategoriji minn 33 sa 40 tal-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (likuri);

2.

il-prodott riżultanti xorta għadu likur, jiġifieri xarba spirituża li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 33 tal-Anness I (likur);

3.

ix-xarba jew ix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu fil-kategorija ta’ xorb spirituż rilevanti tal-Anness I jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu, jiġifieri f’allużjoni jista’ jissemma biss xorb spirituż awtentiku;

4.

l-alkoħol miżjud kollu joriġina mix-xarba jew mix-xorb spirituż imsemmi fl-allużjoni (jiġifieri b’żieda mal-alkoħol preżenti b’mod naturali fil-likur inizjali), bl-eċċezzjoni tal-alkoħol li jista’ jkun preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra possibbli.

Tikkettar:

5.

l-isem ġuridiku huwa “likur” peress li x-xarba spirituża riżultanti għadha konformi mar-rekwiżiti rilevanti tal-kategorija 33 tal-Anness I jew wieħed mill-ismijiet ġuridiċi previsti mill-kategorija l-oħra ta’ likuri li r-rekwiżiti tagħha tissodisfa;

6.

l-isem ġuridiku tal-likur irid jintwera b’mod li jidher sabiex ikun faċilment viżibbli, ikun jista’ jinqara b’mod ċar u, fejn xieraq, ma jkunx jista’ jitħassar. Ma għandu bl-ebda mod ikun moħbi, oskurat, mgħotti jew interrott minn xi materjal testwali jew stampi oħra jew minn xi materjal ieħor li jinterferixxi;

7.

l-allużjoni hija dejjem akkumpanjata mill-isem ġuridiku tal-likur, li għandu jkun fl-istess kamp viżiv (33);

8.

l-allużjoni mhijiex fuq l-istess linja tal-isem ġuridiku tal-likur;

9.

l-allużjoni hija f’tipa ta’ daqs li mhuwiex akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku tal-likur u tat-termini komposti, meta jintużaw termini komposti;

10.

it-terminu “krema” (bl-Ingliż biss) la jidher fl-isem ġuridiku tal-likur u lanqas fl-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jew tax-xorb spirituż li għalih tirreferi l-allużjoni; u

11.

il-proporzjon ta’ kull ingredjent alkoħoliku huwa indikat mill-inqas darba: fl-istess kamp viżiv tal-allużjoni u f’ordni dekrexxenti tal-kwantitajiet użati. Dak il-proporzjon huwa ugwali għall-volum skont il-volum ta’ alkoħol pur li jirrappreżenta fil-kontenut totali ta’ alkoħol pur skont il-volum tal-prodott finali.

3.5.4.   Fuq xorb spirituż għajr likuri

Produzzjoni:

1.

l-oġġettt tal-ikel li jagħmel l-allużjoni għax-xarba spirituża (waħda) huwa xarba spirituża għajr likur,

2.

f’dak il-każ l-allużjoni tista’ sseħħ f’dawn iż-żewġ każijiet:

a.

meta x-xarba spirituża li għaliha qed tirreferi l-allużjoni tkun intużat bħala l-unika bażi alkoħolika għall-produzzjoni tax-xarba spirituża finali bil-kundizzjoni li:

i.

ma żdied l-ebda xorb spirituż ieħor jew alkoħol etiliku jew distillati (li kieku jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar it-taħlitiet) u li x-xarba spirituża finali tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti għal kategorija ta’ xorb spirituż fl-Anness I u għalhekk tuża l-isem ġuridiku ta’ dik il-kategorija (u qatt l-isem ġeneriku “xarba spirituża”);

ii.

ix-xarba spirituża msemmija fl-allużjoni ma ġietx ikkombinata ma’ xi oġġett tal-ikel ieħor għajr l-oġġetti tal-ikel li ntużaw għall-produzzjoni tagħha jew għall-produzzjoni tax-xarba spirituża finali f’konformità mal-Anness I jew mal-Ispeċifikazzjoni tal-prodott rilevanti (li kieku kienet tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet dwar it-termini komposti); u

iii.

ix-xarba spirituża finali ma ġietx dilwita bl-ilma b’tali mod li l-qawwa alkoħolika tagħha taqa’ taħt il-qawwa minima prevista skont il-kategorija tax-xarba spirituża stabbilita fl-Anness I jew fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-Indikazzjoni Ġeografika li għaliha tappartjeni x-xarba spirituża li għaliha tirreferi l-allużjoni; JEW

b.

ix-xarba spirituża nħażnet għall-perjodu sħiħ ta’ maturazzjoni jew għal parti minnu (eż. il-finishing) f’bettija tal-injam li qabel intużat għall-maturazzjoni tax-xarba spirituża li għaliha tirreferi l-allużjoni, bil-kundizzjoni li:

i.

il-bettija tal-injam tbattlet mill-kontenut preċedenti tagħha fil-każ ta’ dawk il-kategoriji ta’ xorb spirituż jew indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż li għalih kwalunkwe żieda ta’ alkoħol hija pprojbita,

ii.

ix-xarba spirituża għaddiet biżżejjed ħin titqaddem fil-bettija biex din taffettwa l-karattru organolettiku tagħha;

iii.

l-uniku skop tal-allużjoni huwa sabiex il-konsumatur jiġi mgħarraf dwar il-proċess tal-produzzjoni u l-kontenut preċedenti tal-bettija użata;

iv.

l-allużjoni hija preċiża u mhux qarrieqa: jenħtieġ li t-tikkettar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott ma jissuġġerux li l-ispirtu kollu ġie mmaturat fit-tip ta’ bettija ddikjarat meta dan ma jkunx il-każ (eż. meta parti biss mix-xorb spirituż tkun ġiet immaturata fi btieti li qabel kienu ntużaw għall-maturazzjoni ta’ xorb spirituż ieħor).

Tikkettar:

3.

l-isem ġuridiku tax-xarba spirituża jrid jintwera b’mod li jidher sabiex ikun faċilment viżibbli, ikun jista’ jinqara b’mod ċar u, fejn xieraq, ma jkunx jista’ jitħassar. Ma għandu bl-ebda mod ikun moħbi, oskurat, mitfi jew interrott minn xi materjal testwali jew stampi oħra jew minn xi materjal ieħor li jinterferixxi;

4.

l-allużjoni hija dejjem akkumpanjata mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża, li għandu jkun fl-istess kamp viżiv (34);

5.

l-allużjoni mhijiex fuq l-istess linja tal-isem ġuridiku tax-xarba spirituża;

6.

fil-każ ta’ allużjonijiet għal xorb spirituż użat bħala l-unika bażi alkoħolika: id-daqs tat-tipa użat għall-allużjoni mhuwiex akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u tat-termini komposti, meta jintużaw termini komposti (35);

7.

fil-każ ta’ allużjonijiet għall-bettija ta’ xarba spirituża:

a.

l-allużjoni trid tirreferi għat-tip ta’ bettija użat (sempliċi referenza għax-xarba spirituża li qabel kienet miżmuma fih mhijiex ammissibbli);

b.

l-allużjoni trid tkun inqas prominenti mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża;

c.

id-daqs tat-tipa użat għall-allużjoni mhuwiex akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża u tat-termini komposti, meta jintużaw termini komposti (36); u

d.

fil-każ ta’ xorb spirituż li fil-każ tiegħu ż-żieda tal-alkoħol hija permessa, jekk il-bettija ma tiġix żvujtjata kompletament u xi ftit mix-xarba spirituża preċedenti titħalla hemm intenzjonalment biex titħallat max-xarba spirituża l-oħra, il-prodott riżultanti jrid jiġi ttikkettat skont id-dispożizzjonijiet għat-taħlitiet, li jista’ jiġi ssupplimentat bl-allużjoni għax-xarba spirituża miżmuma qabel fil-bettija nnifisha.

3.5.5.   Dwar aromatizzanti “imitazzjoni”

1.

L-ismijiet ta’ xorb spirituż (kemm kategoriji kif ukoll IĠs) jintużaw esklussivament:

a.

biex jiddeskrivu, jippreżentaw jew jittikkettaw xarba spirituża li tikkonfroma mar-rekwiżiti tal-kategorija jew tal-IĠ rilevanti; jew

b.

f’terminu kompost, f’allużjoni, f’lista ta’ ingredjenti jew fi blend f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti.

2.

Eċċezzjoni: l-isem ġuridiku ta’ kategorija ta’ xarba spirituża (mhux l-isem tal-IĠ) intuża biex jiddefinixxi:

a.

aromatizzant, jew

b.

oġġett tal-ikel għajr xarba aromatizzata b’dik it-togħma,

anke jekk dawk ma jissodisfawx id-dispożizzjonijiet għall-allużjonijiet, dment li dawn l-ismijiet ġuridiċi jiġu ssupplimentati bit-terminu “togħma” jew kwalunkwe terminu simili ieħor.

3.5.6.   Allużjonijiet għall-IĠs

Minbarra r-rakkomandazzjoni kontra l-użu ta’ ingredjenti “komparabbli” (ħlief għal xorb spirituż ieħor, f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-allużjonijiet), kwalunkwe allużjoni għal xarba spirituża b’indikazzjoni ġeografika jenħtieġ li tirrispetta wkoll il-kundizzjoni li t-togħma tkun rikonoxxibbli u primarjament attribwibbli għal dik l-IĠ.

Dan l-aħħar rekwiżit jirrendi l-kontrolli partikolarment onerużi peress li diġà huwa pjuttost diffiċli li wieħed jikkontrolla l-preżenza tal-whisky jew tal-ispirtu tal-berquq awtentiċi f’oġġetti tal-ikel bħalma huma kejkijiet, ċikkulata jew jogurt, iżda huwa saħansitra aktar diffiċli li wieħed jivverifika analitikament u organolettikament jekk, pereżempju, il-whisky huwiex Scotch Whisky jew jekk l-ispirtu tal-berquq huwiex Kecskeméti barackpálinka.

Huwa rrakkomandat li l-kontrolli jikkonċentraw fuq id-dokumentazzjoni li tista’ tinstab fl-istabbilimenti tal-produzzjoni matul il-kontrolli fuq il-post: il-produttur ta’ oġġetti tal-ikel bħalma huma kejkijiet, ċikkulata, eċċ. (fl-eżempji ta’ hawn fuq) jista’ jintalab jidentifika l-fornitur tax-xarba spirituża tal-IĠ u jipprovdi riċevuti u dokumentazzjoni.

Jista’ jkun hemm ukoll ftehim speċifiku mal-fornitur li jirrigwarda l-awtentiċità tal-prodott. Il-preżenza ta’ tali dokumentazzjoni tista’ tikkontribwixxi biex tingħata prova tal-awtentiċità. Madankollu, in-nuqqas ta’ dokumentazzjoni min-naħa tal-fornitur mhux neċessarjament jindika frodi iżda jista’ jkun raġuni biex isiru aktar indaġni.

Jekk l-eżerċizzju ta’ traċċabbiltà tad-dokumenti ma jagħtix biżżejjed garanzija u jkun għad hemm id-dubji, jistgħu jintużaw testijiet analitiċi.

Skont il-każ, jista’ jkun xieraq li tiġi applikata l-analiżi tal-ispettrometrija tal-massa isotopika u li jintużaw bażijiet ta’ data isotopika bħala referenza.

#40 -

Eżempji:

Fis-seminar ta’ kontroll organizzat mid-DĠ AGRI fl-2018, ġie ppreżentat eżempju dwar kif jista’ jiġi vverifikat jekk vodka ġietx prodotta fil-Polonja jew fl-Iżvezja permezz tal-valuri isotopiċi tal-ilma użat, peress li dawn huma differenti fit-Tramuntana.

Fil-każ ta’ “Kecskeméti barackpálinka”, jintuża l-berquq, u dan jista’ jagħti xejra speċifika li tista’ tiġi ttraċċata meta ssir l-analiżi isotopika.

Naturalment, dawn l-analiżijiet jistgħu jidhru kumplessi iżda dan huwa biss wieħed mill-metodi possibbli biex jiġi identifikat il-prodott u mhumiex rekwiżit sistematiku. Sta għall-awtorità kompetenti li tidentifika l-aħjar strument li tuża.

4.   TAĦLITIET

Il-punti (9) u (10) tal-Artikolu 3

Definizzjonijiet

L-Artikoli 13(3) u (4)

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

4.1.   X’inhuma taħlitiet

F’ċerti kundizzjonijiet, l-ismijiet tax-xarba spirituża (kategoriji jew IĠs) jistgħu jiġu indikati fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż li jkun ġie prodott permezz tal-kombinazzjoni ta’ ingredjenti alkoħoliċi differenti.

Skont il-punt (10) tal-Artikolu 3, ““taħlita” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal taħlit”, filwaqt li skont il-punt (9) tal-Artikolu 3 ““li tħallat”tfisser li tikkombina xarba spirituża li jew tappartjeni għal kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew għal indikazzjoni ġeografika ma’ waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

xorb spirituż ieħor li ma jappartjenix għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I;

(b)

distillati ta’ oriġini agrikola;

(c)

alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola.”

Taħlitiet huma xorb spirituż li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ komponenti alkoħoliċi differenti (jiġifieri xorb spirituż, distillati, alkoħol etiliku)

Jistgħu jiżdied oġġetti tal-ikel oħra esklussivament minħabba l-użu tagħhom bħala ingredjenti fil-produzzjoni tax-xarba spirituża waħda jew aktar li minnhom hija magħmula t-taħlita.

Il-likuri jirrappreżentaw eżempju tipiku ta’ tali xorb spirituż li miegħu jiżdiedu oġġetti tal-ikel oħra, li, skont ir-rekwiżiti tal-kategorija 33 ta’ xorb spirituż, jistgħu jiġu prodotti biż-żieda ta’ prodotti ta’ taħlil, aromatizzanti, prodotti ta’ oriġini agrikola jew oġġetti tal-ikel mal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, ma’ distillati ta’ oriġini agrikola, ma’ xarba spirituża waħda jew aktar jew kombinazzjoni tagħhom.

Permezz taż-żieda ta’ likur ma’ taħlita, l-ingredjenti kollha użati fil-produzzjoni ta’ dak il-likur jiġu introdotti wkoll fit-taħlita nnifisha.

#41 -

Eżempji ta’ taħlitiet permessi:

1)

Angel Face cocktail (Gin, Brandy tal-Berquq, Calvados)

2)

Likur Gran Marnier* (Likur tal-Larinġ u l-Cognac)

3)

B & B cocktail (Cognac u Bénédictine = likur erbali)

4)

Black Nail cocktail (Whisky Irlandiż u Irish Mist)

*

Hawnhekk ir-referenza għall-isem ta’ ditta qed issir biss għal skopijiet illustrattivi (il-Grand Marnier huwa likur magħruf sew b’kompożizzjoni magħrufa f’termini ta’ ingredjenti alkoħoliċi).

NB:

Taħlitiet ta’ żewġ kategoriji ta’ xorb spirituż speċifikament definiti għajr likuri – eż. ta’ brandy taċ-ċereali (il-kategorija 3 tal-Anness I, li teħtieġ qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta’ 35 %) u Williams (il-kategorija 9 tal-Anness I, li jeħtieġ qawwa alkoħolika minima skont il-volum ta’ 37,5 %) – jenħtieġ li jkollhom kontenut effettiv ta’ alkoħol li jikkorrispondi għall-kalkolu tal-kontenut alkoħoliku minimu kkombinat tat-tnejn, pereżempju 36,5 % vol. Fil-fatt, meta jiżdied l-ilma jew xi likwidi oħra sabiex il-qawwa alkoħolika ta’ xi xarba spirituża tkun taħt il-qawwa minima prevista tal-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża stabbilita fl-Anness I, dik ix-xarba spirituża ma tistax tibqa’ tuża wieħed mill-ismijiet previsti fil-kategorija rispettiva bħala isem ġuridiku, jekk kategorija waħda jew aktar ta’ xorb spirituż ikunu indikati fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar tal-prodott finali. L-istess japplika jekk jiżdiedu aromatizzanti, koloranti jew prodotti dolċifikanti bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti għall-kategorija rispettiva tax-xarba spirituża. F’dak il-każ, ix-xarba finali ma tirrappreżentax taħlita fis-sens tal-punti (9) u (10) tal-Artikolu 3, u ma tistax tiġi ttikkettata bħala tali f’konformità mar-regoli tat-tikkettar għat-taħlitiet, u l-ismijiet tax-xorb spirituż użat jistgħu jiġu inklużi biss f’lista ta’ ingredjenti kif previst mill-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

NB:

Għall-finijiet tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, cocktails biss li jirriżultaw esklussivament mill-kombinazzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ xorb spirituż, ta’ distillati ta’ oriġini agrikola u/jew tal-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jistgħu jitqiesu bħala taħlitiet u ttikkettati bħala tali. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-użu u d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar dwar it-taħlitiet huma rilevanti biss għax-xorb ippakkjat minn qabel. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnotat li, f’ċerti riċetti tal-cocktails lesti biex jinxtarbu, il-likuri jistgħu jinkorporaw pereżempju z-zokkor u l-oġġetti tal-ikel (eż. meraq tal-frott/prodotti tal-ħalib) meħtieġa biex isir il-cocktail. F’dak il-każ, il-cocktail xorta jista’ jitqies u jiġi ttikkettat bħala taħlita, bil-kundizzjoni li l-likur(i) użat(i) jikkonforma(w) mar-rekwiżiti stabbiliti fil-kategorija 33 ta’ xorb spirituż (b’mod partikolari l-qawwa alkoħolika minima u l-kontenut minimu ta’ zokkor) u li x-xarba riżultanti tkun għadha xarba spirituża, pereżempju għandha qawwa alkoħolika minima ta’ 15 % skont il-volum.

4.2.   Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

4.2.1.   Regoli ġenerali

L-Artikolu 13(3) jipprevedi l-kundizzjoni ġenerali tal-użu u t-tikkettar għat-taħlitiet.

Sabiex jipproteġi l-ismijiet tax-xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) minn miżapproprjazzjoni indebita, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(3) jipprevedi li, fil-każ ta’ taħlitiet, dawk l-ismijiet “jistgħu jiġu indikati biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi li jidhru fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tax-xarba spirituża”.

F’każ li t-taħlita ma tikkorrispondi għall-ebda kategorija ta’ xorb spirituż l-isem ġuridiku ikun “xarba spirituża”.

F’dak il-każ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3), il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi ta’ taħlita għandha tkun akkumpanjata minn tal-anqas wieħed mit-termini li ġejjin: “taħlita”, “imħallta” jew “xarba spirituża mħallta”.

It-terminu magħżul jista’ jitpoġġa qabel jew wara l-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi jew f’linja oħra, sakemm ikun fl-istess kamp viżiv bħal-lista nnifisha u l-isem ġuridiku tat-taħlita.

Barra minn hekk, kemm il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kif ukoll it-terminu ta’ akkumpanjament għandhom jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku jew inqas (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3)).

Fl-aħħar nett, il-proporzjon perċentwali tal-volum ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku għandu jidher tal-anqas darba fuq it-tikketta, f’ordni dekrexxenti tal-kwantità użata fit-taħlita (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(3)).

NB:

Għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar fuq taħlitiet skont ir-Regolament dwar ix-xorb spirituż, l- ingredjenti alkoħoliċi huma jew xorb spirituż (bħala tali), alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew distillati ta’ oriġini agrikola, kif indikat fil-punt 9 tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż. Min-naħa l-oħra, f’lista ta’ ingredjenti kif regolata mill-Artikoli 18 sa 22 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, l-ingredjenti uniċi ta’ xarba spirituża jridu jiġu elenkati wieħed wieħed (jiġifieri skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi l-ingredjenti ta’ Likur tal-Larinġ, li bħala tali huwa xarba spirituża, għandhom jiġu identifikati f’lista ta’ ingredjenti bħal pereżempju alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola, zokkor u aromatizzant tal-larinġ).

Image 3

4.2.2.   Taħlitiet li jikkorrispondu għal kategorija ta’ xorb spirituż

L-Artikolu 13(4) jipprevedi l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu u t-tikkettar għal taħlitiet li jikkorrispondu għal kategorija waħda jew aktar ta’ xorb spirituż.

Dan huwa tipikament il-każ tal-likuri li jappartjenu għall-kategorija 33 ta’ xorb spirituż. F’dak il-każ, l-isem ġuridiku tat-taħlita jkun wieħed mill-ismijiet ġuridiċi previsti fil-kategorija rilevanti (eż. “likur”, “krema”).

Barra minn hekk, fil-każ ta’ taħlitiet li jikkorrispondu għal kategorija waħda jew aktar, jista’ jkun hemm l-ismijiet tax-xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) li ntużaw fil-produzzjoni tat-taħlita:

“a)

esklussivament f’lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha fit-taħlita li għandhom jidhru b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku; u

b)

fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tat-taħlita tal-inqas darba.”

Barra minn hekk, il-proporzjon perċentwali tal-volum ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku għandu jidher tal-anqas darba fuq it-tikketta, f’ordni dekrexxenti tal-kwantità użata fit-taħlita (it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 13(4)).

Bħala konklużjoni, id-differenzi bejn taħlitiet li ma jappartjenux għal kategorija ta’ xorb spirituż (a) u taħlitiet li jappartjenu għal kategorija ta’ xorb spirituż (b) huma limitati għal dawn li ġejjin:

1)

l-isem ġuridiku ta’ (a) huwa ġenerikament “xarba spirituża” filwaqt li għal (b) huwa wieħed mill-ismijiet ġuridiċi permessi mill-kategorija jew mill-kategoriji ta’ xorb spirituż li għalihom tappartjeni t-taħlita;

2)

f’(b) ma hemmx bżonn li l-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi tkun akkumpanjata mit-terminu li jiddefinixxi taħlita (“taħlita”, “mħallta” jew “xarba spirituża mħallta”).

Il-bqija tal-kundizzjonijiet dwar it-tikkettar huma l-istess fiż-żewġ każijiet.

Image 4

4.3.   Kontrolli

Il-kontrolli fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tat-taħlitiet jindirizzaw ir-rispett tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Produzzjoni:

1)

il-prodott finali huwa xarba spirituża li hija konformi ma’ tal-anqas id-definizzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (jew mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I għall-kategorija ta’ xorb spirituż li għaliha jappartjeni);

2)

intużaw biss komponenti alkoħoliċi distillati (xorb spirituż, distillati ta’ oriġini agrikola u alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola jew kombinazzjoni tagħhom), filwaqt li oġġetti tal-ikel oħra jistgħu jiżdiedu biss bħala ingredjenti mal-likuri li jikkorrispondu għall-kategorija 33 ta’ xorb spirituż tal-Anness I;

3)

ix-xarba jew ix-xorb spirituż imsemmi fil-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi jkunu konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti għall-produzzjoni tiegħu fil-kategorija rilevanti tax-xarba spirituża tal-Anness I jew fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠ, inkluża l-qawwa alkoħolika minima tiegħu.

Tikkettar:

4)

l-isem ġuridiku għal taħlitiet li ma jikkorrispondux għal kategorija ta’ xorb spirituż stabbilita fl-Anness I jew għal xi wieħed mill-ismijiet ġuridiċi previsti fil-kategorija ta’ xorb spirituż li għaliha tappartjenti t-taħlita huwa “xarba spirituża”;

5)

l-ismijiet l-oħra ta’ xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) jidhru esklussivament f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi, akkumpanjati minn terminu li jindika li huwa taħlita (jekk it-taħlita ma tappartjenix għal kategorija ta’ xorb spirituż);

6)

il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi u t-terminu ta’ akkumpanjament għandhom ikunu fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tat-taħlit, b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs li ma tkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku;

7)

it-tikketta turi għallinqas darba proporzjon perċentwali tal-volum ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku, f’ordni dekrexxenti tal-kwantità użata fit-taħlita.

5.   BLENDS

Il-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3

Definizzjonijiet

L-Artikolu 13(3a)

Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

5.1.   X’inhuma blends

Skont il-punt (12) tal-Artikolu 3, ““blend” tfisser xarba spirituża li tkun ġiet suġġetta għal blending” filwaqt li skont il-punt (11) tal-Artikolu 3, “blending” tfisser il-kombinazzjoni ta’ żewġ xarbiet spiritużi jew aktar tal-istess kategorija li huma distinti minn xulxin biss permezz ta’ differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba wieħed jew aktar mill-fatturi li ġejjin:

(a)

il-metodu tal-produzzjoni;

(b)

l-imqatar li jintużaw;

(c)

il-perjodu tal-maturazzjoni jew invekkjament;

(d)

iż-żona ġeografika tal-produzzjoni;

ix-xarba spirituża prodotta b’dan il-mod tappartjeni għall-istess kategorija tax-xorb spirituż bħax-xarbiet spiritużi oriġinali qabel il-blending.”

Blends huma xorb spirituż li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż differenti li jappartjeni għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż. Għalhekk, fihom infushom il-blends jappartjenu għal dik l-istess kategorija ta’ xorb spirituż.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, xorb spirituż differenti tal-istess kategorija jiġi kkombinat biex jinkisbu ċerti proprjetajiet organolettiċi mixtieqa jew biex jiġu ggarantiti karatteristiċi uniformi ta’ xarba spirituża tul is-snin tal-produzzjoni.

Pereżempju fl-Industrija tal-iScotch Whisky, il-master blenders jagħżlu malts uniċi speċifiċi u whiskies ta’ ċereali uniċi biex jagħmlu prodotti partikolari tal-iScotch Whisky.

Din hija prattika ta’ produzzjoni komuni, li ma tqajjem l-ebda tħassib dwar il-possibbiltà li l-konsumaturi jiġu mqarrqa.

Madankollu, id-definizzjoni ta’ blends tkopri wkoll il-kombinazzjoni ta’ xorb spirituż li jappartjeni għall-istess kategorija iżda fl-istess ħin għal indikazzjonijiet ġeografiċi differenti (eż. Cognac u Armagnac) jew ta’ xorb spirituż li jappartjeni għall-istess kategorija, li waħda minnhom hija indikazzjoni ġeografika iżda l-oħra le (eż. Kirsch u Kirsch d’Alsace).

Sabiex tiġi protetta r-reputazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-leġiżlatur estenda kundizzjonijiet analogi tal-użu u r-regoli dwar it-tikkettar diġà previsti għat-taħlitiet (l-Artikolu 13(3a) (37)) għal blends magħmula minn xorb spirituż li jappartjeni għal indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew li jappartjeni biss parzjalment għal indikazzjonijiet ġeografiċi.

5.2.   Kundizzjonijiet tal-użu u dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar

L-Artikolu 13(3a) jipprevedi l-kundizzjoni ġenerali tal-użu u t-tikkettar għall-blends.

L-isem ġuridiku jkun wieħed mill-ismijiet ġuridiċi previsti għall-kategorija ta’ xorb spirituż li għaliha jappartjeni l-blend.

Ovvjament, fl-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 10(5), l-isem ġuridiku jista’ jiġi ssupplimentat jew sostitwit minn indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża, fil-każijiet fejn ikunu konformi mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-fajl tekniku/fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tagħha.

Fil-każ ta’ blends ta’ xorb spirituż li jappartjeni għal indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew li jappartjenu biss parzjalment għal indikazzjonijiet ġeografiċi, japplikaw is-segwenti regoli dwar it-tikkettar:

a)

skont l-Artikolu 13(3a), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-ittra (i), l-ismijiet li jikkorrispondu għax-xorb tal-ispirti mħallta jistgħu jidhru “esklussivament f’lista tal-ingredjenti alkoħoliċi kollha li jinsabu fit-taħlita li għandhom jidhru f’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’daqs tat-tipa li ma jkunx akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem ġuridiku”;

b)

skont l-ittra (ii) tal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3a), dawk l-ismijiet għandhom jidhru “fl-istess kamp viżiv bħall-isem ġuridiku tal-blend tal-inqas darba”;

c)

skont l-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3a), il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi għandha tkun akkumpanjata b’tal-anqas wieħed mit-termini li ġejjin: “blend”, “blending” jew “blended”; It-terminu magħżul jista’ jitpoġġa qabel jew wara l-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi jew jitpoġġa f’linja differenti minnu, sakemm ikun fl-istess kamp viżiv bħal-lista nnifisha u l-isem ġuridiku tal-blend;

d)

skont il-punt (c) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3a), fuq it-tikketta, il-proporzjon perċentwali tal-volum ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku għandu jidher tal-anqas darba f’ordni dekrexxenti tal-kwantità użata fil-blend.

NB:

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq għandhom l-għan partikolari li jipproteġu r-reputazzjoni ta’ ċerti indikazzjonijiet ġeografiċi. Għalhekk, ma japplikawx għall-blends ta’ xorb spirituż li jappartjeni għall-istess IĠ jew li l-ebda wieħed minnhom ma jappartjeni għal IĠ minħabba li l-blending huwa proċess ta’ produzzjoni komuni użat għall-manifattura ta’ xorb spirituż partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-kwantità ta’ kull xarba spirituża differenti fi blend mhijiex rilevanti.
Image 5

5.3.   Kontrolli

Il-kontrolli fuq id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar tal-blends jindirizzaw ir-rispett tal-kundizzjonijiet li ġejjin:

Produzzjoni:

1)

Xorb spirituż tal-istess kategorija biss jista’ jiġi kkombinat fi blend: huma distingwibbli biss minn differenzi żgħar fil-kompożizzjoni minħabba l-fatturi elenkati fil-punt (11) tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż (ara § 5.1 hawn fuq);

2)

il-prodott finali jappartjeni għall-istess kategorija ta’ xorb spirituż bħax-xorb spirituż li jiġi kkombinat fil-blend;

Tikkettar ta’ blends:

3)

l-isem ġuridiku huwa wieħed mill-ismijiet ġuridiċi previsti għall-kategorija ta’ xorb spirituż li għaliha jappartjeni l-blend;

4)

l-isem ġuridiku jista’ jiġi supplimentat jew sostitwit b’indikazzjoni ġeografika tax-xorb spirituż meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti kollha;

5)

fil-każ ta’ blends ta’ xorb spirituż li jappartjeni għal indikazzjonijiet ġeografiċi differenti jew li jappartjeni biss parzjalment għal indikazzjonijiet ġeografiċi:

a.

l-ismijiet tax-xarba spirituża li minnha huwa magħmul il-blend (kategoriji jew IĠs) jidhru esklussivament f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi;

b.

il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi tidher b’karattri uniformi tal-istess tipa u kulur u b’tipa ta’ daqs mhux akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użata għall-isem ġuridiku;

c.

il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi tidher tal-anqas darba fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku tal-blend;

d.

il-lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi hija akkumpanjata minn terminu li jindika li x-xarba hija blend;

e.

fuq it-tikketta l-proporzjon perċentwali tal-volum ta’ alkoħol pur rappreżentat minn kull ingredjent alkoħoliku jidher tal-anqas darba, f’ordni dekrexxenti tal-kwantità użata fil-blend.

6.   TABELLI PANORAMIĊI

6.1.   Termini Komposti (TC)

DEFINIZZJONI:

Il-punt (2) ta-Artikolu 3

Kombinazzjoni (li tirriżulta f’xarba alkoħolika) ta’ isem ta’ xarba spirituża waħda (kategorija jew IĠ) ma’:

1)

l-isem jew l-aġġettivi derivati ta’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar (għajr xarba alkoħolika u għajr oġġetti tal-ikel użati għall-produzzjoni ta’ dak ix-xarba spirituża) , u/jew

2)

it-terminu “likur” jew “krema”.

KUNDIZZJONIJIET TAL-UŻU:

L-Artikolu 11

a)

L-alkoħol kollu joriġina esklussivament mix-xarba spirituża msemmija fit-terminu kompost, ħlief għall-alkoħol preżenti fl-aromatizzanti, fil-koloranti jew f’ingredjenti awtorizzati oħra

b)

Ix-xarba spirituża ma ġietx dilwita biż-żieda tal-ilma biss, sabiex il-qawwa alkoħolika tagħha tkun inqas mill-alkoħol bil-volum meħtieġ

REKWIŻITI DWAR IT-TIKKETTAR:

L-Artikolu 11

L-ebda użu tat-termini “alkoħol”, “spirtu”, “xarba”, “xarba spirituża”, “ilma” fit-terminu kompost

L-isem (ġuridiku):

“xarba spirituża” fil-każ ta’ xorb spirituż li ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ kwalunkwe kategorija,

termini komposti li jikkombinaw l-isem tax-xarba spirituża mat-terminu “likur” jew “krema” fil-każ ta’ xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-kategorija 33 tal-Anness I, jew

l-isem tax-xarba alkoħolika skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, jekk ma tkunx xarba spirituża

Id-daqs tat-tipa tat-termini komposti għandu jkun akbar mid-daqs tat-tipa użat għall-isem (ġuridiku)

It-termini komposti għandhom jidhru b’karattri uniformi (l-istess tipa, daqs u kulur)

It-termini komposti ma għandhomx jiġu interrotti b’xi element testwali jew stampi li ma jifformawx parti minnhom

Fil-każ ta’ kombinazzjoni li tirriżulta f’xarba spirituża, l-isem ġuridiku tagħha għandu dejjem jakkumpanja t-terminu kompost: it-tnejn għandhom ikunu fl-istess kamp viżiv

6.2.   Allużjonijiet

DEFINIZZJONI:

Il-punt (3) tal-Artikolu 3

Referenza diretta jew indiretta għal xarba spirituża waħda jew aktar (kategoriji jew IĠs) fid-(deskrizzjoni), fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’:

1)

oġġetti tal-ikel għajr xorb alkoħoliku

2)

xorb alkoħoliku għajr xorb spirituż

3)

likuri (xorb spirituż tal-kategoriji 33-40)

4)

xorb spirituż għajr likuri (f’każijiet limitati u speċifiċi li ma jikkwalifikawx bħala termini komposti jew taħlitiet)

KUNDIZZJONIJIET TAL-UŻU:

L-Artikolu 12

a)

L-alkoħol (miżjud) kollu joriġina mix-xarba spirituża (ħlief fil-każ ta’ allużjonijiet fuq il-btieti ta’ xorb spirituż)

b)

Għall-IĠs ta’ xorb spirituż biss: jenħtieġ li l-prodott kopert mill-isem tal-IĠ jintuża fi kwantità suffiċjenti (il-perċentwal għandu jiġi indikat fuq it-tikketta) biex jikkonferixxi karatteristika essenzjali fuq l-oġġett tal-ikel ikkonċernat (togħma primarjament attribwibbli għall-preżenza tal-IĠ jew – fejn dan ikun impossibbli li jintwera – evidenza dokumentata xierqa)

c)

Għall-IĠs ta’ xorb spirituż biss: ma ntuża l-ebda ingredjent “komparabbli” ieħor

REKWIŻITI DWAR IT-TIKKETTAR:

L-Artikolu 12

Għal 1) biss: Japplikaw ir-regoli tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Għal 2) biss: l-isem = l-isem tax-xarba alkoħolika skont ir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi

Għal 3) biss: l-isem ġuridiku = “likur” l-isem ġuridiku tal-kategorija l-oħra ta’ likuri li jkun konformi mar-rekwiżiti tagħha + l-ebda użu tat-terminu “krema” bl-Ingliż

Għal 4) biss: l-isem ġuridiku = kwalunkwe wieħed mill-ismijiet permessi minn kategorija ta’ xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tagħha (l-isem ġuridiku “xarba spirituża” huwa permess biss f’każ ta’ allużjonijiet għall-btieti ta’ xorb spirituż)

Għal 2) sa 4): Allużjoni li mhijiex fuq l-istess linja tal-isem (ġuridiku) tax-xarba alkoħolika + f’tipa ta’ daqs mhux akbar minn nofs id-daqs tat-tipa użat għall-isem (ġuridiku) u għat-termini komposti (possibbli) (ħlief fil-każ ta’ allużjonijiet għall-btieti ta’ xorb spirituż, li jistgħu jużaw tipa tal-istess daqs bħall-isem ġuridiku u termini komposti possibbli)

Għal 3) + 4): L-allużjoni hija dejjem akkumpanjata mill-isem ġuridiku tax-xarba spirituża: it-tnejn għandhom ikunu fl-istess kamp viżiv

Għal 2) + 3): Lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi li tindika l-perċentwal ta’ alkoħol f’ordni dekrexxenti mill-inqas darba

6.3.   Taħlitiet

DEFINIZZJONI:

Il-punti (9) u (10) tal-Artikolu 3

Kombinazzjonijiet ta’ diversi ingredjenti alkoħoliċi distillati, jiġifieri xorb spirituż (kategoriji jew IĠs), alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u/jew distillati ta’ oriġini agrikola li jirriżultaw f’dawn li ġejjin:

1)

xarba spirituża li ma tappartjenix għal kategorija; jew

2)

xarba spirituża li tappartjeni għal kategorija (eż. likur)

REKWIŻITI DWAR IT-TIKKETTAR:

L-Artikolu 13(3) u (4)

Għal 1 biss: l-isem ġuridiku = “xarba spirituża”

Għal 2 biss: l-isem ġuridiku = l-isem tal-kategorija

L-ismijiet ta’ xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) imsemmija biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku

Il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi tindika, f’ordni dixxendenti, il-perċentwal tal-alkoħol rappreżentat minn kull ingredjent fit-taħlita mill-inqas darba

Għal 1 biss: indika wieħed mit-termini “taħlita”, “imħallta” jew “xarba spirituża mħallta” fejn tiġi pprovduta l-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi

6.4.   Blends

DEFINIZZJONI:

Il-punti (11) u (12) tal-Artikolu 3

Kombinazzjonijiet ta’ xorb spirituż differenti li jappartjeni għall-istess kategorija b’differenzi żgħar f’dawn li ġejjin:

1)

il-metodu tal-produzzjoni;

2)

l-imqatar li jintużaw;

3)

il-perjodu tal-maturazzjoni jew tal-invekkjament; u/jew

4)

iż-żona ġeografika tal-produzzjoni

REKWIŻITI DWAR IT-TIKKETTAR:

L-Artikolu 13(3a)

L-isem ġuridiku = l-isem tal-kategorija (li jista’ jiġi ssupplimentat jew sostitwit bl-isem ta’ IĠ)

UNIKAMENT għal blends ta’ IĠs differenti jew ta’ IĠ+mhux IĠs:

L-ismijiet ta’ xorb spirituż (kategoriji jew IĠs) ieħor jissemmew biss f’lista ta’ ingredjenti alkoħoliċi fl-istess kamp viżiv tal-isem ġuridiku mill-inqas darba

Indika wieħed mit-termini “blend”, “blending” jew “blended” fejn tiġi pprovduta l-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi

Il-lista tal-ingredjenti alkoħoliċi tindika, f’ordni dekrexxenti, il-perċentwal tal-alkoħol rappreżentat minn kull ingredjent fil-blend mill-inqas darba


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(3)  Dan kien diġà l-każ bir-Regolament (KE) Nru 110/2008, li f’għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar, jirreferi għar-regoli orizzontali tad-Direttiva 2000/13/KE li mit-13 ta’ Diċembru 2014 ġiet imħassra u sostitwita bir-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(4)  Ara l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta’ xorb spirituż (ĠU L 160, 12.6.1989, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(7)  Skont il-punt (a) tal-Artikolu 10(5) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż l-isem ġuridiku ta’ xarba spirituża jista’ jiġi supplimentat jew sostitwit b’indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża.

(8)  Din id-dispożizzjoni ma tirreferix għall-indikazzjonijiet ġeografiċi rregolati bil-Kapitolu III tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

(9)  Il-punt (o) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi: “isem tradizzjonali” tfisser xi isem li hu aċċettat bħala l-isem tal-ikel mill-konsumaturi fl-Istat Membru li fih jinbiegħ, mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar spjegazzjoni dwaru.

(10)  L-istess eċċezzjoni tapplika b’analoġija għall-IĠs ta’ xorb spirituż li l-fajl tekniku/l-Ispeċifikazzjoni tal-prodott tagħhom jipprojbixxi kwalunkwe taħlil, anki biex tiġi mirquma t-togħma (eż. Pálinka): peress li x-xorb spirituż kollu li jappartjeni għall-IĠ ikkonċernata ma jiġi affattu dolċifikat, ikun qarrieqi li xi wieħed minnhom jiġi ttikkettat bħala “xott”.

(11)  Ara l-Kapitolu V tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(12)  Meta fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni jew fit-tikkettar ta’ xarba spirituża ssir referenza għall-IĠ (ta’ xarba spirituża jew ta’ nbid), li l-bettija tal-injam tagħha tkun intużat għall-ħżin ta’ dik ix-xarba spirituża, huwa essenzjali li l-operatur tan-negozju tal-ikel ikun jista’ jipprovdi evidenza, abbażi ta’ elementi oġġettivi, li verament dik il-bettija kienet intużat qabel għall-maturazzjoni tal-IĠ imsemmija.

(13)  Introdotta bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1465 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-definizzjoni ta’ allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ xorb spirituż u l-użu tagħhom fid-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż għajr ix-xorb spirituż li għalih issir l-allużjoni (ĠU L 321, 13.09.2021, p. 12).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(15)  Iżda mhux l-isem tal-materja prima li tiġi distillata biex jinkiseb l-alkoħol użat fil-produzzjoni ta’ xarba spirituża, li minflok huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) (ara § 1.6 hawn taħt).

(16)  Fil-każ tal-“vodka” (xarba spirituża tal-kategorija 15), meta magħha jiżdiedu ingredjenti biex jagħtuha togħma predominanti differenti minn dik tal-materja prima li tintuża għall-produzzjoni tagħha, f’konformità mal-punt 31(e) tal-Anness I tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż, l-isem ġuridiku tagħha irid ikun “vodka aromatizzata ” jew “vodka” issupplimentat bl-isem ta’ kwalunkwe aromatizzant predominanti (xarba spirituża tal-kategorija 31).

(17)  Skont ir-raba’ inċiż tal-punt (d) tal-kategorija 33. Likur, “mingħajr preġudizzju għall-punt (2) tal-Artikolu 3, il-punt (b) tal-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11, għal likuri li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, l-isem ġuridiku jista’ jkun “krema” issupplimentat bl-isem tal-materja prima użata li tagħti t-togħma predominanti lil-likur, bit-terminu “likur” jew mingħajru”.

(18)  “ħlief fil-każ ta’ xorb spirituż li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-kategorija 39 tal-Anness I” kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż.

(19)  Skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, “l-isem tal-ikel m’għandux jiġi sostitwit b’[…] isem tad-ditta”.

(20)  Fil-kawża C-136/96, relatata mal-bejgħ ta’ whisky b’qawwa alkoħolika taħt il-minimu previst (jiġifieri whisky dilwit bl-ilma taħt l-40 %), il-QĠUE ċaħdet l-argument tal-konvenut li kien intitolat jibbenefika mid-dispożizzjonijiet tat-terminu kompost biex ikun jista’ jiddeskrivi l-whisky tiegħu li kellu qawwa alkoħolika taħt il-minimu previst bħala “Blended Whisky Spirit” jew “Spiritueux au Whisky”. Waħda mir-raġunijiet mogħtija għaċ-ċaħda ta’ dak l-argument kienet li dak iż-żmien id-dispożizzjonijiet dwar it-termini komposti kienu jirrigwardaw biss il-likuri. Peress li kien hemm l-intenzjoni li d-dispożizzjonijiet dwar it-termini komposti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jiġu estiżi għax-xorb spirituż kollu (jiġifieri mhux għal-likuri biss), u għall-IĠs, kien hemm għalhekk il-periklu li jiġi argumentat li deskrizzjonijiet bħalma hija “Scotch Whisky u ilma tan-nixxiegħa” jistgħu jintużaw bħala terminu kompost fi “Scotch Whiskies” b’qawwa alkoħolika taħt il-minimu previst minħabba li l-alkoħol kollu fil-prodott kien Scotch Whisky. Dan kien imur kontra l-iskop kollu tal-iffissar ta’ qawwa alkoħolika minima għall-iScotch Whisky/whisky (u għal spirti definiti oħra). Dik kienet ir-raġuni għall-introduzzjoni tal-Artikolu 10(2) fir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (u kkonfermat fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż il-ġdid) biex jiġi żgurat li t-termini komposti ma jistgħux jintużaw meta x-xorb spirituż definit ikun sempliċiment dilwit taħt il-qawwa alkoħolika minima tiegħu; Is-Sentenza tas-16 ta’ Lulju 1998, C-136/96, The Scotch Whisky Association, ECLI: EU:C:1998:366.

(21)  Introdott bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1335 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar ta’ xorb spirituż li jirriżulta mill-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ prodott tal-ikel wieħed jew aktar (ĠU L 289, 12.8.2021, p. 4).

(22)  F’dak li għandu x’jaqsam mal-isem ta’ xorb alkoħoliku li mhuwiex xorb spirituż, japplika l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi “L-isem tal-ikel għandu jkun l-isem ġuridiku tiegħu. Jekk ma jkunx hemm dak l-isem, l-isem tal-ikel għandu jkun l-isem tradizzjonali tiegħu, jew, jekk ma jkollux isem tradizzjonali jew l-isem tradizzjonali ma jintużax, għandu jingħata l-isem deskrittiv tal-ikel.” Ara d-definizzjonijiet rispettivi taħt il-punti (n), (o) u (p) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar l-informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi.

(23)  Xorb spirituż li ma jissodisfax dan ir-rekwiżiti iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġie prodott u ttikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(24)  Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jirriflettu dawk inklużi fid-dokument “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li jużaw denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini (DPO) u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (IĠPs) bħala ingredjenti (2010/C 341/03)”.

(25)  Skont id-definizzjoni pprovduta mill-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar ix-xorb spirituż , il-kombinazzjoni ta’ xarba spirituża ma’ oġġett tal-ikel wieħed jew aktar li tirriżulta f’xarba alkoħolika hija terminu kompost u hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 11. Madankollu, iż-żieda ta’ aktar minn xarba spirituża waħda ma’ xarba mhux alkoħolika għandha tiġi ttrattata bħala allużjoni u hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(1).

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(28)  Introdott bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1334 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allużjonijiet għall-ismijiet ġuridiċi ta’ xorb spirituż jew Indikazzjonijiet Ġeografiċi għal xorb spirituż fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ xorb spirituż ieħor (ĠU L 289, 12.8.2021, p. 1).

(29)  L-ittra (iv) tal-punt (b) tal-Artikolu 12(3a) tar-Regolament (UE) 2019/787 tapplika biss mill-31 ta’ Diċembru 2022. Sadanittant, l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 (li jirrikjedi li allużjoni tidher f’tipa ta’ daqs iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost) jibqa’ japplika.

(30)  L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana: It-Test tan-Nota 3 tal-Kapitolu 22: “3. Għall-finijiet tal-intestatura 22.02, it-terminu “xarbiet mhux alkoħoliċi” ifisser xarbiet ta’ qawwa alkoħolika skont il-volum li ma taqbiżx iż-0,5 % vol. Ix-xarbiet alkoħoliċi huma kklassifikati fl-intestaturi 22.03 sa 22.06 jew fl-intestatura 22.08 kif xieraq.”

(31)  Id-dispożizzjonijiet dwar inbejjed “dealkoħolizzati” jew “parzjalment dealkoħolizzati” huma stipulati fir-Regolament dwar l-OKS (UE) Nru 1308/2013 kif emendat bir-Regolament (UE) 2021/2117.

(32)  Fil-fatt, xorb bħal dan ikun fih ċertu ammont ta’ alkoħol, għalkemm perċentwal żgħir ħafna. Għalhekk, skont id-dritt tal-UE, dawn għandhom jitqiesu bħala xorb alkoħoliku.

(33)  Likuri li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-dispożizzjoni li ma jissodisfawx dan ir-rekwiżiti iżda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġew prodotti u ttikkettati qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(34)  Xorb spirituż li ma jissodisfax dan ir-rekwiżit iżda li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u li ġie prodott u ttikkettat qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(35)  Xorb spirituż li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni u li kien ġie ttikkettat f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(36)  Xorb spirituż li jaqa’ taħt din id-dispożizzjoni u li kien ġie ttikkettat f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 716/2013 qabel il-31 ta’ Diċembru 2022 jista’ jkompli jitqiegħed fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(37)  Introdott bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1096 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar applikabbli għall-blends (ĠU L 238, 6.7.2021, p. 1).