|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 72/7 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità
L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati
(Test b’Rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 72/07)
|
Stat Membru |
Spanja |
||||||||||
|
Rotot ikkonċernati |
Badajoz – Madrid Badajoz - Barċellona |
||||||||||
|
Data tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotot tal-OSP għal trasportaturi tal-ajru komunitarju |
28 ta’ Ottubru 2022 |
||||||||||
|
L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra relatata mal-obbligu tas-servizz pubbliku. |
|
Ir-rotot suġġetti għall-obbligi tas-servizz pubbliku jistgħu jiġu operati abbażi ta’ aċċess ħieles għall-kompetizzjoni sa mit-28 ta’ Ottubru 2022. F’każ li l-ebda trasportatur tal-ajru ma jissottometti programm ta’ servizzi li jkun konformi mal-obbligi imposti tas-servizz pubbliku, l-aċċess se jiġi ristrett għal trasportatur wieħed tal-ajru permezz tal-proċedura tal-offerti pubbliċi korrispondenti, f’konformità mal-Artikolu 16(9) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008.