24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/10 |
Avviż mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7(3)(b) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra
Akkumulazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi l-oħra tal-Afrika tal-Punent, Stati oħra tal-AKP u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni Ewropea, kif previst fl-Artikolu 7(1) u (2) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE
(2022/C 35/02)
L-Artikolu 7(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika interim (“l-FSE”) bejn il-Ghana u l-Unjoni Ewropea (l-“Unjoni”) (1), jippermetti lill-esportaturi fl-Unjoni jikkunsidraw materjali li joriġinaw minn:
— |
pajjiżi oħra tal-Afrika tal-Punent (2) li jibbenefikaw minn aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-Unjoni; |
— |
Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (“AKP”) oħrajn li applikaw FSE mill-inqas fuq bażi proviżorja; jew |
— |
il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej tal-Unjoni (il-“PTEE”); |
bħala materjali li joriġinaw fl-Unjoni meta jkunu inkorporati fi prodott manifatturat fl-Unjoni u esportat lejn il-Ghana fil-qafas tal-FSE, soġġett għal kundizzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 7.
L-Artikolu 7(2) tal-Protokoll 1 jippermetti lill-esportaturi fl-Unjoni jikkunsidraw il-ħidma jew l-ipproċessar imwettqa fi Stati oħra tal-AKP li jkunu applikaw FSE tal-inqas b’mod proviżorju jew fil-PTEE, bħala li jkun twettaq fl-Unjoni fuq prodott magħmul fl-Unjoni u esportat lejn il-Ghana fil-qafas tal-FSE, soġġett għal kundizzjonijiet oħra stabbiliti fl-Artikolu 7.
L-Unjoni għandha ftehimiet jew arranġamenti li jipprevedu kooperazzjoni amministrattiva mal-Istati tal-AKP li japplikaw l-FSE, il-PTEE, u l-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent benefiċjarji mill-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi tal-pajjiżi tal-UE, li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa. Il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet dettalji ta’ tali ftehimiet jew arranġamenti lill-Ghana. Għalhekk, l-Unjoni ssodisfat ir-rekwiżiti amministrattivi indikati fl-Artikolu 7(3) tal-Protokoll 1.
L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7 tal-Protokoll 1 tista’ għalhekk tiġi applikata fl-Unjoni mill-1 ta’ Frar 2022, kif ġej:
L-akkumulazzjoni prevista fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll 1 tista’ tiġi applikata mal-pajjiżi li ġejjin:
— |
L-Istati AKP aderenti mal-FSE li japplikaw FSE:
|
— |
Il-PTEE:
|
L-akkumulazzjoni tal-oriġini prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Protokoll 1 tista’ tiġi applikata mal-pajjiżi li ġejjin, kif ukoll ma’ dawk elenkati hawn fuq:
— |
Ir-Reġjun tal-Afrika tal-Punent (pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP): il-Benin, il-Burkina Faso, Cabo Verde, il-Gambja, ir-Repubblika tal-Guinea, il-Guinea-Bissau, il-Liberja, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone u t-Togo. |
L-avviż preżenti huwa ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 7(3)(b) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim bejn il-Ghana u l-UE.
(1) Id-Deċiżjoni Nru 1/2020 tal-Kumitat tal-FSE stabbilit mill-Ftehim ta’Sħubija Ekonomika interim bejn il-Ghana, fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, tal-20 ta’ Awwissu 2020 fuq l-adozzjoni tal-Protokoll Nru 1 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (ĠU L 350, 21.10.2020, p. 1).
(2) Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Cabo Verde, il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Guinea, il-Guinea Bissau, il-Liberja, il-Mali, il-Mauritania, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone u t-Togo.