IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.11.2022
COM(2022) 686 final
2022/0414(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Ungerija
{SWD(2022) 686 final}
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.11.2022
COM(2022) 686 final
2022/0414(NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Ungerija
{SWD(2022) 686 final}
2022/0414 (NLE)
Proposta għal
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL
dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru r-reżiljenza għall-Ungerija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza 1 , u b’mod partikulari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)It-tifqigħa tal-COVID-19 kellha impatt ta’ tfixkil fuq l-ekonomija tal-Ungerija. Fl-2019, il-prodott domestiku gross per capita (PDG per capita) tal-Ungerija kien 48 % tal-medja tal-Unjoni. Il-PDG reali tal-Ungerija naqas b’4,5 % fl-2020 u żdied bi 2,3 % kumulattivament fl-2020 u fl-2021. Sfidi fit-tul b’impatt fuq il-prestazzjoni ekonomika fuq terminu medju jinkludu t-tkabbir fil-produttività, id-disponibbiltà ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati, investiment fil-kapital uman u kwalità istituzzjonali.
(2)Fid-9 ta’ Lulju 2019, fl-20 ta’ Lulju 2020 u fit-12 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill indirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Ungerija fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. B’mod partikolari, il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija tkompli bl-integrazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, bit-titjib fl-adegwatezza tal-assistenza soċjali u tal-benefiċċji tal-qgħad, bit-titjib fir-riżultati tal-edukazzjoni u biż-żieda fil-parteċipazzjoni tal-gruppi żvantaġġati fl-edukazzjoni tradizzjonali ta’ kwalità. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll li tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tas-saħħa u jittejjeb l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa preventiva u primarja ta’ kwalità. Barra minn hekk, il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija ssaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni, inkluż billi ttejjeb l-isforzi tal-prosekuzzjoni tagħha u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, issaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja, tiżgura l-involviment effettiv tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċess tat-tfassil tal-politika u ttejjeb il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. L-Ungerija kienet irrakkomandata wkoll tissimplifika s-sistema fiskali, filwaqt li ssaħħaħha kontra r-riskju ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa, kif ukoll ittejjeb il-kompetizzjoni u l-prevedibbiltà regolatorja fis-settur tas-servizzi, u tapplika l-iskrutinju tal-kompetizzjoni b’mod sistematiku fit-tranżazzjonijiet tan-negozju. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll li l-Ungerija tiżgura li kwalunkwe miżura ta’ emerġenza tkun strettament proporzjonata u jenħtieġ li din ma tinterferix mal-attivitajiet tan-negozju. Barra minn hekk, il-Kunsill irrakkomanda li l-Ungerija timplimenta miżuri biex tiżgura l-appoġġ ta’ likwidità għall-impriżi żgħar u medji fil-kuntest tal-pandemija, li jkun hemm frontloading ta’ proġetti ta’ investiment pubbliku u li tippromwovi l-investiment privat biex trawwem l-irkupru ekonomiku. Il-Kunsill irrakkomanda wkoll li l-Ungerija ttejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, filwaqt li tippreserva l-adegwatezza b’mod partikolari permezz tal-indirizzar tal-inugwaljanzi fl-introjtu. L-Ungerija kienet irrakkomandata wkoll tiffoka l-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, b’mod partikolari l-produzzjoni u l-użu nodfa u effiċjenti tal-enerġija, it-trasport sostenibbli, u l-infrastruttura diġitali għall-iskejjel, u tippromwovi r-riforma u l-investiment fuq l-immaniġġar sostenibbli tal-ilma u tal-iskart u ċ-ċirkolarità tal-ekonomija, id-diġitalizzazzjoni tan-negozji, il-ħiliet ekoloġiċi u diġitali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Fl-aħħar nett, l-Ungerija kienet irrakkomandata tnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili billi taċċellera l-iskjerament tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari billi tissimplifika l-proċeduri li jippermettu dan u l-aġġornament tal-infrastruttura tal-elettriku, tiddiversifika l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili billi, fost l-oħrajn, issaħħaħ l-interkonnessjoni bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi oħrajn, u tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fil-binjiet u fit-trasport billi żżid l-isforzi għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija għal kulħadd, speċjalment fid-djar residenzjali u għall-elettrifikazzjoni tat-trasport.
(3)Ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Ungerija fl-20 ta’ Lulju 2020 kien fihom aktar gwida ta’ politika speċifika biex tingħeleb il-pandemija tal-COVID-19. Wara li vvalutat il-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fiż-żmien tal-preżentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (recovery and resilience plan, “RRP”), il-Kummissjoni ssib li r-rakkomandazzjoni dwar it-teħid ta’ miżuri meħtieġa biex jindirizzaw b’mod effettiv il-pandemija tal-COVID-19, isostnu l-ekonomija u jappoġġaw l-irkupru sussegwenti ġiet implementata bis-sħiħ. Sar progress sostanzjali fir-rigward tar-rakkomandazzjoni dwar l-għoti ta’ appoġġ ta’ likwidità lill-impriżi żgħar u medji u dwar il-promozzjoni tal-investiment privat.
(4)Fil-11 ta’ Mejju 2021, l-Ungerija ppreżentat l-RRP nazzjonali tagħha lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2021/241. Din il-preżentazzjoni saret wara proċess ta’ konsultazzjoni, immexxi f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, li kien jinvolvi awtoritajiet lokali u reġjonali, sħab soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjoni taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Il-verżjoni ppreżentata f’Mejju 2021 kienet ikkomplementata u aġġornata mill-Ungerija, f’konformità mal-Artikolu19(1) tar-Regolament (UE) 2021/241, u ġiet ippreżentata verżjoni kkonsolidata lill-Kummissjoni fit-3 ta’ Novembru 2022. Is-sjieda nazzjonali tal-RRPs tirfed l-implimentazzjoni b’suċċess tagħhom u l-impatt dejjiemi fil-livell nazzjonali u l-kredibbiltà fil-livell Ewropew. Skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni vvalutat ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-RRP f’konformità mal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-Anness V ta’ dan ir-Regolament.
(5)Jenħtieġ li l-RRPs isegwu l-objettivi ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/241 u tal-Istrument tal-UE għall-Irkupru stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 2 sabiex jiġi appoġġat l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li dawn jippromwovu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jikkontribwixxu għas-sitt pilastri msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241.
(6)L-implimentazzjoni tal-RRPs tal-Istati Membri se jikkostitwixxu sforz ikkoordinat li jinvolvi investiment u riformi madwar l-Unjoni. Permezz tal-implimentazzjoni kkoordinata u simultanja ta’ dawn ir-riformi u l-investimenti u l-implimentazzjoni ta’ proġetti transfruntiera, dawn ir-riformi u investimenti se jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku u jiġġeneraw effetti konsegwenzjali pożittivi madwar l-Unjoni kollha. Għaldaqstant, madwar terz tal-impatt tal-Faċilità dwar it-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol se jiġi minn effetti konsegwenzjali minn Stati Membri oħra.
Rispons ibbilanċjat li jikkontribwixxi għas-sitt pilastri
(7)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (a) u l-Anness V, il-kriterju 2.1 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP jirrappreżenta fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) rispons komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha kemm huma msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament, filwaqt li jqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat.
(8)L-RRP jinkludi miżuri li jikkontribwixxu għas-sitt pilastri kollha, b’għadd ta’ komponenti li jindirizzaw diversi pilastri fl-istess ħin. L-RRP jinkludi firxa wiesgħa ta’ miżuri, b’enfasi partikolari fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, it-trasformazzjoni diġitali, il-bini ta’ reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali, u fuq il-politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss. L-RRP jinkludi wkoll miżuri li jappoġġaw it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u koeżjoni soċjali u territorjali, f’konformità mal-Istrateġija Industrijali Ewropea.
(9)L-RRP jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u għat-trasformazzjoni diġitali. It-tranżizzjoni ekoloġika hija appoġġata b’mod partikolari permezz ta’ riformi u investimenti fil-qasam tat-trasport sostenibbli, l-enerġija, il-ġestjoni tal-ilma u l-ekonomija ċirkolari. Miżuri ewlenin jinkludu investimenti fi trasport pubbliku b’livell żero ta’ karbonju, żviluppi fil-grilja enerġetika u ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Diversi komponenti fihom miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini pubbliku u residenzjali. It-trasformazzjoni diġitali hija appoġġata partikolarment permezz ta’ miżuri li jippromwovu d-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll id-diġitalizzazzjoni tas-setturi tas-saħħa, tal-enerġija u tat-trasport, u l-iżvilupp tal-ħiliet diġitali.
(10)Għadd sinifikanti ta’ riformi u investimenti fl-RRP għandhom l-għan li jtejbu l-kura tas-saħħa u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali. Miżuri fis-settur tal-kura tas-saħħa huma mistennija jtejbu l-effiċjenza u l-aċċess għal kura għal kulħadd. Il-miżuri jinkludu wkoll titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni għan-nies li jgħixu fl-ifqar insedjamenti. Ir-riformi istituzzjonali ewlenin huma mistennija jtejbu r-reżiljenza tal-ekonomija permezz tat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-indipendenza tal-ġudikatura. Ir-riformi previsti għandhom l-għan li jissimplifikaw is-sistema fiskali u jsaħħuha kontra r-riskju ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa, kif ukoll li jsaħħu r-rwol tal-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet biex tittejjeb il-kwalità regolatorja u l-prevedibbiltà. It-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv huwa mistenni jintlaħaq partikolarment permezz ta’ diversi miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, inkluż azzjonijiet immirati li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar u medji, u li jippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni.
(11)Il-koeżjoni soċjali u territorjali hija mistennija tiġi promossa permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri fl-RRP, partikolarment riformi u investimenti li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol kwalifikata u kompetittiva, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali u vokazzjonali, kif ukoll riformi biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Barra minn hekk, diversi miżuri għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tal-aktar insedjamenti żvantaġġati, u miżuri fil-qasam tal-kura tas-saħħa jikkontribwixxu wkoll għal aktar servizzi komprensivi ta’ kura primarja u aċċessibbiltà ta’ kura fl-isptarijiet ta’ kwalità. Fl-aħħar nett, parti sinifikanti tal-RRP hija ddedikata għal politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss, b’mod partikolari bid-diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni, bit-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità u inklużiva u biż-żieda fid-disponibbiltà ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal.
Indirizzar tal-isfidi kollha jew ta’ subsett sinifikanti tagħhom identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż
(12)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (b) u l-Anness V, il-kriterju 2.2 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP huwa mistenni jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti tagħhom (Klassifikazzjoni A) identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti indirizzati lill-Ungerija, inklużi aspetti fiskali tiegħu jew sfidi identifikati f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.
(13)L-RRP jinkludi sett estensiv ta’ riformi li jsaħħu lil xulxin u investimenti li jikkontribwixxu għall-indirizzar effettiv tal-isfidi kollha jew subsett sinifikanti tagħhom deskritti fi-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Ungerija mill-Kunsill fis-Semestru Ewropew fl-2019, fl-2020 u fl-2022, partikolarment rigward it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, l-edukazzjoni, is-suq tax-xogħol, il-politika soċjali, il-kura tas-saħħa, il-qafas kontra l-korruzzjoni, l-indipendenza ġudizzjarja, il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, il-kwalità u t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet, it-tassazzjoni u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u s-sistema tal-pensjonijiet.
(14)L-RRP fih diversi miżuri rilevanti biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika. Fir-rigward tal-produzzjoni tal-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija, il-pjan jinkludi riformi biex jittejbu l-proċeduri ta’ permess għall-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, tiġi simplifikata l-konnessjoni mal-grilja ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli żgħar, u jitneħħew l-ostakli għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ. L-Ungerija impenjat li żżid il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli awtorizzata li tkun konnessa mal-grilja sa mill-inqas 10 000 MW sal-2026. L-RRP jinkludi wkoll investimenti li għandhom l-għan li jżidu l-iskjerament tal-produzzjoni tal-enerġija solari, kif ukoll li jtejbu n-network tal-elettriku sabiex tkun permessa l-integrazzjoni sigura tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli. L-RRP jinkludi wkoll diversi investimenti għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija ta’ binjiet pubbliċi, b’mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll f’binjiet residenzjali. Fir-rigward tat-trasport sostenibbli, l-RRP jinkludi investimenti biex jiġi żviluppat in-network ferrovjarju suburban, in-network ferrovjarju fuq il-kurituri tat-TEN-T, trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero u l-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-ferroviji TEN-T. Barra minn hekk, l-Ungerija se tintroduċi tariffa nazzjonali unika, ħruġ ta’ biljetti u sistema ta’ informazzjoni għal-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferroviji. L-RRP jinkludi wkoll miżuri li għandhom l-għan li jippromwovu riformi u investimenti fuq l-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, kif ukoll il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, inkluż permezz tal-promozzjoni taż-żamma tal-ilma bbażata fuq in-natura.
(15)L-RRP fih ukoll diversi miżuri rilevanti biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tranżizzjoni diġitali. L-RRP jinkludi miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu notebooks diġitali u taħriġ rilevanti għall-għalliema u t-tfal tal-iskola fl-edukazzjoni pubblika, apparat tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT) għall-iskejjel primarji u sekondarji, inkluż l-iskejjel tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, għall-universitajiet u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għall-adulti, u li jżidu d-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa u s-setturi tat-trasport. Barra minn hekk, l-RRP jinkludi xi miżuri biex tiżdied id-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika, b’mod partikolari permezz ta’ pjattaformi elettroniċi ta’ rapportar għal skopijiet ta’ tassazzjoni, aktar żvilupp tas-sistema tal-akkwist elettroniku u t-titjib tas-sistema tal-ġestjoni tal-fajls tas-servizz ta’ prosekuzzjoni.
(16)L-RRP jinkludi diversi miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi fl-edukazzjoni. Il-pjan fih riformi biex tittejjeb l-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim permezz ta’ mekkaniżmu li jiżgura konverġenza gradwali tal-pagi tal-għalliema għal mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji, biex titnaqqas is-segregazzjoni fl-iskejjel kif ukoll biex jiġi żgurat l-aċċess għal-edukazzjoni fl-iskejjel ta’ kwalità, b’mod partikolari billi t-tfal tal-iskola u l-għalliema jingħataw l-apparat meħtieġ biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni diġitali moderna, u billi jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali tal-istudenti u tal-għalliema. L-RRP fih ukoll investimenti li għandhom l-għan li jipprovdu opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid għall-għalliema u taħriġ maniġerjali speċifiku għall-kapijiet u l-viċi kapijiet tal-iskejjel, li tiġi appoġġata l-integrazzjoni tal-istudenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali fl-edukazzjoni formali u li jitnieda proċess ta’ integrazzjoni ta’ klassijiet tal-edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell ta’ skejjel żgħar u bi prestazzjoni baxxa fi skejjel ikbar, bil-ħsieb li titjieb l-effiċjenza u l-kwalità tal-edukazzjoni. Barra minn hekk, l-isfidi relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni huma indirizzati bit-twaqqif tal-laboratorji nazzjonali biex tittejjeb l-ekosistema għax-xjenza u l-innovazzjoni.
(17)Ir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż dwar l-integrazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol hija indirizzata permezz tal-ħolqien ta’ postijiet addizzjonali fil-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal, il-promozzjoni tal-opportunitajiet ta’ xogħol għal dawk li jgħixu fl-aktar insedjamenti żvantaġġati, u investimenti f’tagħmir edukattiv diġitali, kontenut ta’ tagħlim diġitali, korsijiet ta’ taħriġ għall-adulti, u ambjent ta’ tagħlim modernizzat fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u l-universitajiet.
(18)L-RRP jinkludi diversi miżuri biex jiġu indirizzati sfidi speċifiċi relatati mal-politiki soċjali billi jipprovdi appoġġ komprensivi għall-abitanti tal-aktar 300 insedjament żvantaġġat. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jippromwovu l-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet abbażi ta’ speċifiċitajiet lokali, biex jinkisbu eżiti aħjar tat-tagħlim permezz ta’ pedagoġija orjentata lejn il-komunità, biex jinbnew u jiġu rinnovati djar soċjali, u biex jiġu stabbiliti impjanti tal-enerġija solari soċjali.
(19)L-RRP jistabbilixxi sett wiesa’ ta’ riformi u investimenti biex jindirizza l-aktar sfidi kritiċi tas-servizzi tal-kura. Dan jinkludi b’mod partikolari investimenti fl-aġġornament tal-infrastruttura u t-tagħmir tal-isptar, l-ottimizzazzjoni tan-network tal-kura fl-isptar, u l-iżvilupp tal-kura primarja u preventiva billi jistabbilixxi komunitajiet ta’ prattikanti ġenerali li jipprovdu servizzi integrati tal-kura tas-saħħa. Dan huwa kkomplementat b’investimenti fil-kura tas-saħħa diġitali, bħall-programmi ta’ diġitalizzazzjoni u monitoraġġ mill-bogħod għall-kura tal-anzjani. Miżura oħra tappoġġa l-eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-sistema tal-kura tas-saħħa.
(20)L-RRP jinkludi għadd ta’ miżuri biex jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni. Dawn jinkludu l-istabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex issaħħaħ b’mod effettiv il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta’ interess u l-korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħrajn li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija, b’enfasi partikolari fuq l-akkwist pubbliku u l-iżgurar tal-validità tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Skont l-RRP, jenħtieġ li l-Awtorità għall-Integrità jkollha setgħat estensivi biex tintervjeni fil-każijiet kollha fejn fil-fehma tagħha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkunux ħadu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-kunflitt ta’ interess, il-korruzzjoni u illegalitajiet u irregolaritajiet oħrajn li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-indipendenza sħiħa tal-Awtorità għall-Integrità tkun garantita, inkluż permezz tal-proċess tal-għażla għall-persunal tagħha, il-maniġment u l-proċess għall-istabbilizzazzjoni tal-baġit tagħha. Miżura oħra tikkonsisti fit-twaqqif ta’ Task Force kontra l-Korruzzjoni, b’involviment sinifikanti ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti, biex teżamina kontinwament il-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u tfassal proposti li jikkonċernaw it-titjib tal-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar tal-korruzzjoni u prattiki oħrajn bħan-nepotiżmu, il-favoritiżmu jew ir-“revolving doors” bejn is-setturi pubbliċi u privati. Skont l-RRP, jenħtieġ li t-Task Force tkun ippreseduta mill-president tal-Awtorità għall-Integrità, iżda jenħtieġ li din taħdem indipendentement minn dik l-Awtorità. Barra minn hekk, l-RRP jinkludi miżuri biex jappoġġa tisħiħ fil-kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), biex ipoġġi fis-seħħ ambitu personali u materjali estiż għad-dikjarazzjonijiet tal-assi, u biex isaħħaħ is-sorveljanza u t-trasparenza ta’ kif il-fondazzjonijiet għall-amministrazzjoni ta’ assi ta’ interess pubbliku jwettqu attività ta’ interess pubbliku, u persuni ġuridiċi stabbiliti jew mantnuti minnhom, jużaw l-appoġġ tal-Unjoni. L-RRP jinkludi wkoll għadd ta’ riformi li għandhom l-għan li jsaħħu l-arranġamenti leġiżlattivi, istituzzjonali u prattiċi biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u illegalitajiet u irregolaritajiet oħrajn b’mod aktar effettiv fl-użu tal-appoġġ tal-Unjoni. L-RRP jinkludi wkoll riforma biex isaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni billi jistabbilixxi l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjonijiet mis-servizz tal-prosekuzzjoni jew l-awtorità investigattiva li jiċħad rapport ta’ reat jew itemm il-proċedimenti kriminali. Miżura tipprevedi wkoll l-implimentazzjoni sħiħa tal-istrateġija Nazzjonali kontra l-korruzzjoni attwali tal-Ungerija u pjan ta’ azzjoni kif ukoll it-tħejjija ta’ strateġija Nazzjonali kontra l-korruzzjoni u pjan ta’ azzjoni. Diversi miżuri fl-RRP jikkontribwixxu għal żieda fit-trasparenza tad-data pubblika u l-aċċess għaliha, anke bl-għan li jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni billi tiġi ffaċilitata s-sorveljanza indipendenti. Dawn il-miżuri jinkludu t-twaqqif u t-tħaddim ta’ reġistru ċentrali konsultabbli dwar l-użu tal-fondi pubbliċi, l-eliminazzjoni jew l-illimitar tal-kostijiet relatati mat-talbiet għal informazzjoni pubblika, it-tqassir tal-proċeduri tal-qorti fuq kawżi relatati mal-aċċess għall-informazzjoni pubblika, u kontrolli regolari fuq il-korpi pubbliċi kollha biex jiġi vvalutat jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tagħhom fuq l-aċċess għad-data ta’ interess pubbliku.
(21)Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar it-tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja huma indirizzati minn diversi riformi fl-RRP li huma mistennija jsaħħu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u tal-imħallfin stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TFUE u l-acquis tal-UE rilevanti, u b’hekk jogħla l-istandard tal-protezzjoni ġudizzjarja u t-titjib tal-klima tal-investiment fl-Ungerija. Il-pjan jinkludi miżuri biex jissaħħaħ ir-rwol relattiv u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali fir-rigward tas-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura. L-eżerċizzju tal-kontroll effettiv fuq il-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura mill-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali huwa mistenni jnaqqas il-possibbiltà ta’ deċiżjonijiet arbitrarji fl-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati, inkluż fir-rigward tal-ħatriet ġudizzjarji, u , għaldaqstant, isaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja. Skont l-RRP, jenħtieġ li dan jinkiseb partikolarment billi jiġi introdott ir-rekwiżit għal opinjoni vinkolanti motivata tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali dwar deċiżjonijiet individwali, bħall-idoneità tal-kandidati għall-karigi ta’ President u Viċi President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, abbażi ta’ kriterji ta’ idoneità; l-annullament ta’ proċeduri tal-ħatra għal karigi ġudizzjarji u ta’ uffiċjali eżekuttivi; it-trasferiment ta’ mħallfin; u t-tneħħija tal-imħallfin mill-pula ta’ mħallfin għal kawżi speċjali, inklużi dawk amministrattivi. Jenħtieġ li l-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali jagħti wkoll opinjoni vinkolanti motivata dwar regolamenti bħas-sistema ta’ punti għall-karigi ġudizzjarji, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ bonuses, it-taħriġ tal-imħallfin, l-ammont ta’ xogħol nazzjonali, u l-għadd ta’ karigi ġudizzjarji. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-membri mħallfin tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali jkollhom il-possibbiltà li jerġgħu jiġu eletti għall-mandat li jkun imiss, u jenħtieġ li l-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali jkollu aċċess għad-dokumenti kollha, il-kapaċità ġuridika u l-awtonomija fl-iżborż tal-baġit tiegħu, u d-dritt li jressaq kawża quddiem il-qorti kompetenti u l-Qorti Kostituzzjonali biex jiddefendi l-prerogattivi tiegħu. Jenħtieġ li jiġu introdotti wkoll regoli mhux diskrezzjonarji dwar id-deżinjazzjoni ta’ presidenti ta’ qorti ad interim u projbizzjoni għar-reintegrazzjoni tal-imħallfin għal istanza ta’ qorti superjuri wara li jiġu sekondati. Riforma oħra hija mistennija li ssaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria), partikolarment billi jiġu emendati r-regoli dwar l-elezzjoni tal-president tal-Kúria, li jenħtieġ li jkollu mill-inqas ħames snin esperjenza bħala mħallef u jenħtieġ li ma jkollux il-possibbiltà li jerġa’ jiġi elett. Jenħtieġ li l-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar l-idoneità tal-kandidati għal President u Viċi President tal-Kúria. Jenħtieġ li r-riforma tneħħi wkoll il-possibbiltà li l-membri tal-Qorti Kostituzzjonali jinħatru fil-Kúria barra mill-proċedura ta’ applikazzjoni normali, ittejjeb l-iskema tal-allokazzjoni tal-kawżi, u tiżgura setgħat aktar b’saħħithom għall-kunsill ġudizzjarju tal-Kúria. Aktar riformi huma mistennija jneħħu ostakli għal referenzi għal deċiżjonijiet preliminari għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jneħħu l-possibbiltà, introdotta fl-2019, li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw deċiżjonijiet ġudizzjarji finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet finali jittieħdu mill-qrati indipendenti kompetenti.
(22)L-RRP jinkludi wkoll diversi miżuri biex jiġu indirizzati sfidi relatati mal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, inkluż billi tissaħħaħ l-integrità tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Riforma tikkonsisti fl-iżvilupp u fl-użu kontinwu ta’ għodda ta’ monitoraġġ li tivvaluta l-livell u l-kawża tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt li jirriżultaw f’offerti uniċi. Riforma oħra għandha l-għan li tiżviluppa qafas ta’ kejl tal-prestazzjoni biex jiġu vvalutati regolarment l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi, u r-raġunijiet għall-kompetizzjoni limitata fis-setturi l-aktar affettwati mil-livell baxx tal-kompetizzjoni. Jenħtieġ li jitfassal u jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni, ibbażat fuq prattiki internazzjonali tajbin, biex jiżdied il-livell tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. L-RRP, li jibni fuq dawn ir-riformi, jinkludi impenn biex l-Ungerija tnaqqas u żżomm is-sehem tal-akkwisti pubbliċi li jirriżultaw f’offerti uniċi għal inqas minn 15 %, kemm għall-proċeduri ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni kif ukoll għall-proċeduri ffinanzjati unikament minn riżorsi nazzjonali. Biex jakkumpanja dawn ir-riformi, l-RRP jinkludi opportunitajiet ta’ taħriġ u skema ta’ sostenn biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u medji fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt, u miżuri biex tiġi żviluppata s-sistema tal-akkwist pubbliku elettronika biex jiġu ffaċilitati s-sorveljanza indipendenti u l-analiżi tal-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku.
(23)L-RRP jinkludi riformi biex jitjiebu l-kwalità u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz ta’ djalogu soċjali effettiv, impenn ma’ partijiet ikkonċernati u valutazzjonijiet tal-impatt regolari. Miżuri relatati għandhom l-għan li jiżguraw li l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi mħejjija mill-Gvern sistematikament jgħaddu minn konsultazzjoni pubblika għal perjodu suffiċjenti ta’ żmien, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni dovuta, u li l-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu mħejjija u disponibbli għall-pubbliku b’mod konsistenti għall-abbozzi tal-atti leġiżlattivi kollha. L-involviment espliċitu tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati fit-teħid tad-deċiżjonijiet huwa wkoll kundizzjoni ta’ prerekwiżit għal ħafna miżuri fl-RRP. L-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-RRP innifsu huwa wkoll previst permezz tat-twaqqif u t-tħaddim ta’ kumitat ta’ monitoraġġ, li minnu jenħtieġ li mill-inqas nofs il-membri jkunu ġejjin minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kompletament indipendenti mill-awtoritajiet pubbliċi.
(24)L-RRP fih ukoll miżuri rigward l-ambjent tan-negozju, partikolarment dwar it-titjib tas-sistema fiskali. L-RRP jinkludi riformi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa b’mod aktar effettiv, bħaż-żieda fir-rapportar tad-data dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment, l-introduzzjoni tar-rekwiżiti ta’ sustanza minima għat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu għall-kumpaniji fittizji u t-twessigħ tar-regoli tan-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis għal pagamenti ’l barra għal ġuriżdizzjonijiet b’taxxa baxxa jew żero. Fir-rigward tas-simplifikazzjoni tat-taxxa, il-pjan jinkludi miżuri biex jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi u fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa.
(25)L-RRP jinkludi pjan direzzjonali tar-riformi li jtejjeb is-sostenibbiltà fit-terminu medju u fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija, filwaqt li jsaħħaħ l-adegwatezza tal-intitolamenti tal-pensjonanti b’introjtu baxx. L-RRP huwa mistenni wkoll li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi permezz tal-implimentazzjoni tar-rieżamijiet tal-infiq.
(26)Ir-rakkomandazzjonijiet relatati mar-rispons immedjat tal-politika fiskali għall-pandemija jistgħu jitqiesu li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-RRP għall-Ungerija, minkejja l-fatt li l-Ungerija ġeneralment irrispondiet b’mod adegwat u suffiċjenti għall-ħtieġa immedjata li tappoġġa l-ekonomija permezz ta’ mezzi fiskali fl-2020, fl-2021 u fl-2022, f’konformità mal-klawżola liberatorja ġenerali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.
Kontribuzzjoni għall-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali
(27)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (c) u l-Anness V, il-kriterju 2.3 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP huwa mistenni jkollu impatt qawwi (Klassifikazzjoni A) fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, u r-reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali tal-Ungerija, filwaqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, inkluż permezz tal-promozzjoni ta’ politiki għat-tfal u ż-żgħażagħ, u fuq it-taffija tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi tal-COVID-19, u b’hekk isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-konverġenza fl-Unjoni.
(28)Simulazzjonijiet mis-servizzi tal-Kummissjoni juru li l-RRP, flimkien mal-bqija tal-miżuri tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, għandu l-potenzjal li jżid il-PDG tal-Ungerija b’1,0 % sa 1,4 % sal-2025, mingħajr ma jiġi inkluż l-impatt pożittiv possibbli tar-riformi strutturali, li jistgħu jkunu sostanzjali. L-RRP huwa mistenni jippromwovi t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, b’kontribuzzjoni maġġuri għall-investimenti li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, jippromwovu l-innovazzjoni, jiddiġitalizzaw l-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi pubbliċi, u jtejbu l-kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi. Il-miżuri huma mistennija jwasslu għal effiċjenza ogħla fl-enerġija fil-bini pubbliku u sehem ikbar ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli. Huma mistennija wkoll iżidu l-ħiliet diġitali u jtejbu r-riżultati fil-qasam tas-saħħa.
(29)Fit-terminu medju sa dak fit-tul, l-RRP huwa mistenni jżid il-provvista tal-ħaddiema tas-sengħa permezz ta’ riformi u investimenti fl-edukazzjoni pubblika, it-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja. L-RRP huwa mistenni jagħmel kontribuzzjoni partikolari għall-ħiliet diġitali, permezz taż-żieda fl-użu tal-għodod diġitali u s-soluzzjonijiet fl-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Ir-riformi u l-investimenti fil-kura tas-saħħa jistgħu jikkontribwixxu b’mod pożittiv ukoll għall-provvista ta’ ħaddiema. Il-potenzjal innovattiv tal-ekonomija huwa mistenni jingħata spinta mill-investimenti li jrawmu l-kollaborazzjoni ta’ diversi atturi fir-riċerka u l-iżvilupp f’diversi oqsma ta’ importanza strateġika. Miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, jiġġieldu l-korruzzjoni, isaħħu l-indipendenza ġudizzjarja, itejbu l-kwalità tal-leġiżlazzjoni u l-kwalità tan-nefqa pubblika jistgħu jistimulaw ukoll l-output potenzjali billi jtejbu l-kwalità tal-investiment, speċjalment fis-settur pubbliku.
(30)L-RRP huwa mistenni jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u jnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili. Ir-riformi u l-investimenti fl-enerġija rinnovabbli, u l-investimenti fil-grilja elettrika biex jiġu akkomodati aktar sorsi tal-enerġija rinnovabbli, huma mistennija jżidu b’mod sinifikanti s-sehem tal-ġenerazzjoni tal-enerġija b’emissjonijiet żero. Barra minn hekk, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija f’binjiet pubbliċi u residenzjali huma mistennija jnaqqsu l-konsum tal-enerġija fossili u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Miżuri dwar il-mobbiltà sostenibbli, inkluż titjib fil-linji ferrovjarji suburbani u l-karozzi tal-linja elettriċi, huma mistennija jtejbu l-kwalità u l-effiċjenza tat-trasport pubbliku kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jtejbu l-kwalità tal-arja, b’effetti pożittivi fuq ir-riżultati fil-qasam tas-saħħa u l-produttività.
(31)Il-miżuri tal-RRP li huma mistennija jkollhom impatt pożittiv fuq il-koeżjoni soċjali u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tar-riskji soċjali u ekonomiċi ta’ gruppi vulnerabbli jinkludu l-iżvilupp tal-faċilitajiet tal-kura tat-tfal ta’ età żgħira, il-promozzjoni tal-ħiliet diġitali fl-iskejjel, iż-żieda fil-parteċipazzjoni tat-tfal tal-iskola żvantaġġati u l-istudenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali fl-edukazzjoni formali ta’ kwalità, it-tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel, u pakkett ta’ riforma tal-kura tas-saħħa li għandu l-għan li jiżgura aċċess aktar ekwu għas-servizzi tal-kura tas-saħħa permezz ta’ investimenti u l-eradikazzjoni tal-pagamenti informali ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa. Sett komprensiv ta’ miżuri huwa previst ukoll li jappoġġa l-aktar insedjamenti żvantaġġati skont il-ħtiġijiet speċifiċi.
La tagħmilx ħsara sinifikanti
(32)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (d) u l-Anness V, il-kriterju 2.4 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP huwa mistenni jiżgura li l-ebda miżura (Klassifikazzjoni A) għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment inkluża fl-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 3 (il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”).
(33)F’konformità mal-gwida teknika pprovduta fl-Avviż tal-Kummissjoni “Gwida teknika dwar l-applikazzjoni ta’ “la tagħmilx ħsara sinifikanti’ skont ir-Regolament dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza” 4 , l-Ungerija pprovdiet ġustifikazzjoni li l-ebda miżura fl-RRP tagħha ma tagħmel ħsara sinifikanti lil ebda objettiv ambjentali. Fejn meħtieġ, l-Ungerija pproponiet l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex tevita ħsara sinifikanti, li jenħtieġ li titnaqqax fl-istadji importanti u l-miri rilevanti.
(34)Ngħatat attenzjoni partikolari għal miżuri li l-impatt tagħhom fuq l-objettivi ambjentali jiġġustifika skrutinju mill-qrib. B’mod partikolari, għal miżuri li jinvolvu l-bini u r-rikondizzjonar tal-infrastrutturi tal-provvista tal-ilma, l-istadji importanti rilevanti jiżguraw li ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti lill-ambjent, partikolarment permezz tal-implimentazzjoni tar-riżultati u l-kundizzjonijiet tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali, f’konformità mal-liġi ambjentali tal-UE, u permezz tal-iżgurar li jingħataw il-permessi rilevanti għall-astrazzjoni tal-ilma u li jintlaħaq l-istat ekoloġiku tajjeb tas-superfiċe u tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art affettwati minn dawk l-investimenti.
Kontribuzzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità
(35)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (e) u l-Anness V, il-kriterju 2.5 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP jinkludi miżuri li fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluża l-bijodiversità, jew jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 48,1 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament, l-RRP huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża fil-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima 2021-2030.
(36)Ir-riformi u l-investimenti fuq iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli, it-titjib tal-grilja, u l-miżuri fl-effiċjenza fl-enerġija huma mistennija jgħinu lill-Ungerija tilħaq l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni tagħha għall-2030 u jappoġġaw it-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Dan huwa mistenni jintlaħaq partikolarment billi jiġi rivedut il-qafas ġuridiku u amministrattiv biex jiġi promoss l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. It-tneħħija tar-restrizzjonijiet ġenerali eżistenti għall-parkijiet eoliċi fuq l-art, u l-ħolqien ta’ “żoni rakkomandati” fl-aktar reġjuni fejn jagħmel ir-riħ biex ikompli jiffaċilita l-installazzjoni tat-turbini eoliċi, huma mistennija jippermettu l-installazzjoni ta’ kapaċitajiet ġodda ta’ enerġija mir-riħ. It-titjib tal-proċeduri ta’ permess għall-impjanti tal-enerġija li jiddependu fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli huwa mistenni jrawwem l-iskjerament tal-enerġija rinnovabbli. Iż-żieda fit-trasparenza, fil-prevedibbiltà u fid-disponibbiltà tal-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli hija mistennija tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp tagħhom, bl-objettiv li jintlaħqu kapaċitajiet tal-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli ta’10 000 MW awtorizzati għall-konnessjoni mal-grilja sal-2026. F’konformità mal-RRP, jenħtieġ li dawn ir-riformi jiġu kkomplementati b’investimenti għall-iżvilupp ta’ grilji għat-trażmissjoni u għad-distribuzzjoni u grilji intelliġenti, inkluż arloġġi intelliġenti, u għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u faċilitajiet tal-ħżin. Ir-rinnovazzjoni tal-binjiet pubbliċi, b’mod partikolari fil-faċilitajiet tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa, u tal-binjiet residenzjali, partikolarment bis-sostituzzjoni tat-twieqi u l-modernizzazzjoni tat-tisħin residenzjali, se jikkontribwixxu għaż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija.
(37)Pakkett komprensiv ta’ riformi u investimenti fit-trasport sostenibbli għandu l-għan li jappoġġa t-trasport pubbliku tal-passiġġieri u t-trasport tal-oġġetti bil-ferrovija. Dan huwa mistenni jagħti spinta lill-ekosistema ġenerali tal-mobbiltà, li jenħtieġ li tkun ta’ benefiċċju għall-ekonomija, u jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport.
(38)L-RRP jinkludi wkoll riformi u investimenti dwar l-immaniġġar sostenibbli tal-ilma, bl-għan li titjieb il-provvista tal-ilma f’reġjuni speċifiċi affettwati mill-iskarsezza tal-ilma partikolarment permezz tar-rikostruzzjoni ta’ elementi tas-sistema eżistenti tal-immaniġġar tal-ilma u l-ħolqien ta’ rotot tal-provvista tal-ilma, biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet taż-żamma tal-ilma bbażati fuq in-natura, biex tiġi aġġornata s-sistema tal-Ungerija tal-monitoraġġ tal-immaniġġar tal-ilma fil-livelli lokali u nazzjonali, u biex jiġu promossi l-prattiki tal-immaniġġar sostenibbli tal-ilma fost il-bdiewa. L-investimenti relatati mal-immaniġġar tal-ilma huma mistennija jikkontribwixxu għat-titjib taż-żamma tal-ilma fiż-żoni affettwati mill-iskarsezza tal-ilma u jipproteġu r-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art. L-istadji importanti rilevanti jiżguraw l-implimentazzjoni tar-riżultati u l-kundizzjonijiet tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt Ambjentali, f’konformità mal-liġi ambjentali tal-UE, kif ukoll jagħtu l-permessi rilevanti għall-astrazzjoni tal-ilma u li jintlaħaq l-istat ekoloġiku tajjeb tas-superfiċe u tal-korpi tal-ilma ta’ taħt l-art affettwati minn dawk l-investimenti.
(39)L-RRP jinkludi riformi u investimenti fuq il-ġestjoni tal-ilma sostenibbli, li huma mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, billi joħolqu ambjent legali sod u abilitanti biex titrawwem it-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari, u billi jiġi appoġġat l-użu tal-materja prima sekondarja. Dawn il-miżuri huma mistennija jgħinu lill-Ungerija tilħaq il-miri tal-Unjoni tal-2025 u l-2030 għall-immaniġġar tal-iskart.
(40)Għalkemm l-RRP ma jinkludix miżuri speċifiċi li jiffukaw fuq il-bijodiversità, dan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, li jistgħu jkunu benefiċi anke għall-preservazzjoni tal-bijodiversità, billi t-tibdil fil-klima huwa wieħed mit-theddidiet ewlenin għall-bijodiversità. L-Ungerija wettqet valutazzjoni sistematika tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” li indikat li l-ebda waħda mill-miżuri proposti ma tiġġenera ħsara għall-bijodiversità.
Kontribuzzjoni għat-tranżizzjoni diġitali
(41)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (f) u l-Anness V, il-kriterju 2.6 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP jinkludi miżuri li fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw minnha. Il-miżuri li jappoġġaw l-objettivi diġitali jammontaw għal ammont li jirrappreżenta 29,8 % tal-allokazzjoni totali tal-RRP ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.
(42)L-RRP jinkludi diversi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-ħiliet diġitali fl-edukazzjoni fil-livelli kollha, jipprovdu aċċess wiesa’ għall-edukazzjoni diġitali għat-tfal tal-iskola, għall-istudenti u għall-għalliema kif ukoll jintegraw is-soluzzjonijiet tal-edukazzjoni diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-edukazzjoni għolja. Fid-dawl ta’ dawn l-objettivi, l-RRP jinkludi t-taħriġ diġitali tal-għalliema u l-investimenti fit-tagħmir tal-ICT tal-iskejjel, l-għalliema u l-istudenti, b’enfasi ddedikata fuq l-aktar studenti żvantaġġati. Il-pjan jappoġġa wkoll l-iżvilupp tal-kontenut tat-tagħlim diġitali għall-edukazzjoni vokazzjonali u terzjarja.
(43)L-RRP jinkludi miżuri relatati mad-diġitalizzazzjoni ta’ setturi speċifiċi, b’mod partikolari dawk tas-saħħa, tat-trasport u tal-enerġija. Id-diġitalizzazzjoni tal-kura tas-saħħa tkopri firxa wiesgħa ta’ inizjattivi bħall-istabbiliment ta’ ċentru tad-dijanjostika mill-bogħod, l-introduzzjoni ta’ sistema bbażata fuq l-intelliġenza artifiċjali għas-servizz ta’ emerġenza, l-iżvilupp ta’ apps tal-mobile dwar is-saħħa u sistema ta’ monitoraġġ tal-pazjenti mill-bogħod għall-anzjani. L-iskjerament ta’ sistema ċentrali tal-ġestjoni tat-traffiku għal-linji ferrovjarji u ta’ sistema unika nazzjonali tal-informazzjoni għall-passiġġieri u tat-tariffi għall-karozzi tal-linja u għall-ferroviji huwa mistenni jtejjeb is-sigurtà, il-kwalità u l-attrattività tat-trasport pubbliku. L-iżvilupp ta’ grilja intelliġenti tal-enerġija huwa mistenni jgħaqqad aħjar il-kapaċitajiet deċentralizzati addizzjonali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli ma-sistema attwali, sabiex in-networks jiġu adattati għar-rekwiżiti futuri u biex tkun permessa regolamentazzjoni aħjar tal-produzzjoni tal-enerġija.
(44)Miżuri li jsaħħu s-soluzzjonijiet u s-servizzi tal-ICT tal-gvern huma mistennija wkoll jikkontribwixxu għall-modernizzazzjoni u t-titjib tal-amministrazzjoni pubblika. L-RRP jinkludi, fost oħrajn, miżuri dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri tal-konformità mar-regoli tat-taxxa, dwar l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema tal-akkwist elettroniku u dwar is-sistema tal-ġestjoni tal-fajls tas-servizz ta’ prosekuzzjoni.
Impatt fit-tul
(45)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (g) u l-Anness V, il-kriterju 2.7 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-RRP huwa mistenni jkollu impatt fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) fit-tul fuq l-Ungerija.
(46)L-impatt fit-tul tal-RRP huwa mirfud minn sensiela ta’ miżuri tul diversi setturi. Riformi li jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika jinkludu qafas amministrattiv u ġuridiku aktar effettiv li jippromwovi l-iskjerament tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, qafas ta’ politika ġdid għall-ekonomija ċirkolari, monitoraġġ aħjar tar-riżorsi tal-ilma u titjib fis-sensibilizzazzjoni rigward l-immaniġġar sostenibbli tal-ilma. Barra minn hekk, titjib fl-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi permezz tad-diġitalizzazzjoni tagħhom, inkluż fil-kura tas-saħħa, huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-impatt fit-tul tal-pjan. Aktar miżuri b’impatt fit-tul huma relatati ma’ titjib fl-integrazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol u l-eżiti tal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-gruppi żvantaġġati u tal-inqas żoni żviluppati fl-edukazzjoni. Dan huwa kkomplementat b’investimenti fil-ħiliet diġitali.
(47)L-RRP huwa mistenni jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għat-tisħiħ tar-reżiljenza istituzzjonali tal-Ungerija. Dan huwa mistenni jintlaħaq billi jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni, tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja, u jitjiebu l-kwalità u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-ambjent tan-negozju huwa mistenni jitjieb permezz ta’ miżuri dwar it-titjib tas-sistema fiskali, il-prevedibbiltà regolatorja, u ż-żieda fil-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. L-RRP huwa mistenni jikkontribwixxi wkoll għas-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija u għal ġestjoni baġitarja soda permezz ta’ rieżamijiet tan-nefqa.
(48)L-impatt fit-tul tal-RRP jista’ jissaħħaħ ukoll permezz ta’ sinerġiji bejn l-RRP u programmi oħra ta’ appoġġ, inklużi dawk iffinanzjati mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari billi jindirizzaw b’mod sostantiv l-isfidi territorjali b’għeruq fondi u billi jippromwovu żvilupp ibbilanċjat.
Monitoraġġ u implimentazzjoni
(49)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (h) u l-Anness V, il-kriterju 2.8 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fl-RRP huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jiżguraw monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-RRP, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.
(50)Il-viċi segretarjat tal-Istat responsabbli għall-implimentazzjoni tal-RRP (minn issa ’l quddiem l-“Awtorità Nazzjonali”) fil-ministeru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni huwa responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-RRP u għall-progress tal-monitoraġġ biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri. Huwa responsabbli wkoll li jikkoordina r-rapportar tal-istadji importanti u l-miri, inklużi l-indikaturi relatati, u l-provvediment ta’ data, bħal dwar ir-riċevituri finali. L-Awtorità Nazzjonali hija responsabbli għat-tfassil tat-talbiet għall-pagament, id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni u s-sommarju ta’ awditi. Biex twettaq dawn il-kompiti, l-Awtorità Nazzjonali assenjat b’mod ċar ir-responsabbiltajiet u tiddependi fuq struttura ddedikata għall-implimentazzjoni tal-RRP. Se jsir monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħiq sodisfaċenti tal-istadji importanti u tal-miri permezz ta’ data regolarment aġġornata f’sistema ta’ monitoraġġ ta’ informazzjoni, li għandha titpoġġa fis-seħħ mhux aktar tard minn qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament, flimkien ma’ arranġamenti adegwati biex jiġu żgurati t-tempestività, l-affidabbiltà u l-veraċità tad-data fis-sistema ta’ monitoraġġ ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi għad-diversi miżuri, biex tkun permessa identifikazzjoni bikrija tar-riskji u d-dewmien tal-implimentazzjoni, u intervent kif meħtieġ, u b’hekk jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-miżuri fl-RRP tibqa’ fit-triq it-tajba.
(51)L-istadji importanti u l-miri fl-RRP huma xierqa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. L-istadji importanti u l-miri jirriflettu b’mod adegwat il-livell ġenerali ta’ ambizzjoni tal-RRP, u huma ċari u realistiċi. Huma mfassla tajjeb, b’indikaturi rilevanti, aċċettabbli u robusti li jenħtieġ li jiżguraw monitoraġġ xieraq matul l-implimentazzjoni. L-istadji importanti u l-miri huma rilevanti wkoll għall-miżuri li diġà tlestew u li huma eliġibbli skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2021/241. L-ilħiq sodisfaċenti ta’ dawn l-istadji importanti u l-miri matul iż-żmien huwa meħtieġ biex tiġi ġġustifikata talba ta’ żborż.
(52)Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-appoġġ finanzjarju taħt il-Faċilità jiġi kkomunikat u rikonoxxut f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/241. Jista’ jintalab appoġġ tekniku skont l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 biex l-Istati Membri jiġu assistiti fl-implimentazzjoni tal-RRPs tagħhom.
Stimi tal-kostijiet
(53)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (i) u l-Anness V, il-kriterju 2.9 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-ġustifikazzjoni mogħtija fl-RRP dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP hija moderatament (Klassifikazzjoni B) raġonevoli u plawżibbli, hija konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u hija proporzjonata għall-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.
(54)L-Ungerija ġeneralment ipprovdiet diżaggregazzjonijiet dettaljati tal-istimi tal-kostijiet individwali għall-investimenti u r-riformi b’kost assoċjat inkluż fl-RRP. Il-valutazzjoni tal-kostijiet turi li ħafna mill-kostijiet fl-RRP huma raġonevoli u plawżibbli. L-evidenza li tappoġġa l-istimi tal-kostijiet tipprovdi spjegazzjoni raġonevoli tal-fatturi ewlenin tal-kostijiet tal-miżuri proposti, minkejja li l-grad u l-profondità tal-evidenza pprovduta jvarjaw minn miżura għal oħra. Fil-parti l-kbira, ġew ippreżentati proġetti preċedenti, data attwali dwar l-offerti jew data komparattiva oħra dwar il-kostijiet għall-fatturi ewlenin tal-kostijiet biex iservu ta’ parametru referenzjarju għall-istimi tal-kostijiet. F’xi każijiet, id-dettalji dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati biex isiru l-istimi tal-kostijiet huma limitati, u jxekklu valutazzjoni pożittiva tal-istimi tal-kostijiet. L-Ungerija pprovdiet ukoll dokumenti ta’ sostenn dettaljati għal ħafna mill-miżuri biex tirfed il-ġustifikazzjoni u l-evidenza tal-istimi tal-kostijiet. Barra minn hekk, l-Ungerija pprovdiet biżżejjed informazzjoni u assigurazzjoni biex tiżgura li l-kostijiet tal-RRP ma jkunux koperti minn finanzjament ieħor eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-kost totali stmat tal-RRP huwa konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u huwa proporzjonat mal-impatt ekonomiku u soċjali nazzjonali mistenni.
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
(55)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (j) u l-Anness V, il-kriterju 2.10 tar-Regolament (UE) 2021/241, l-arranġamenti proposti fl-RRP u l-miżuri addizzjonali li jinsabu f’din id-Deċiżjoni huma adegwati (Klassifikazzjoni A) biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu korruzzjoni, frodi u kunflitti ta’ interess meta jkunu qed jintużaw il-fondi pprovduti fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, u l-arranġamenti huma mistennija jevitaw b’mod effettiv il-finanzjament doppju minn dan ir-Regolament u minn programmi oħra tal-Unjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ strumenti u għodod oħra li jippromwovu u jinfurzaw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluż għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess, u għall-protezzjoni tal-finanzi tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 6 .
(56)F’konformità mal-Artikolu 20(5)(e), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/241, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-istadji importanti marbuta mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament, permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll xierqa. L-ilħiq sodisfaċenti ta’ dawn l-istadji importanti huwa mistenni li jiggarantixxi l-adegwatezza tas-sistema ta’ kontroll intern, f’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (j), tar-Regolament (UE) 2021/241. Meta wieħed iqis li qafas robust u effettiv kontra l-korruzzjoni, arranġamenti msaħħa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u illegalitajiet oħrajn b’mod effettiv meta jiġi implimentat l-appoġġ tal-Unjoni, sistema kompetittiva u trasparenti tal-akkwist pubbliku, u indipendenza ġudizzjarja huma prerekwiżiti għall-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva, jenħtieġ li jiġu stabbiliti stadji importanti għar-riformi rispettivi, u jenħtieġ li l-iżborżi skont il-Faċilità jkunu kundizzjonali fuq l-ilħiq tagħhom. Meta wieħed iqis li jenħtieġ li dawn l-istadji importanti jiġu stabbiliti biex jiġu żgurati l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll adegwata qabel ma l-Kummissjoni tawtorizza xi pagament skont il-Faċilità, jenħtieġ li l-Ungerija tilħaq l-istadji importanti kollha relatati mas-sistema ta’ kontroll 7 qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament u jenħtieġ li ma jsir l-ebda pagament skont il-Faċilità qabel l-ilħiq tagħhom. Dan ir-rekwiżit huwa konformi u mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ rimedju li l-Ungerija pproponiet fil-kuntest tal-proċedura skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni 8 .
(57)B’mod partikolari, qafas robust u effettiv kontra l-korruzzjoni huwa indispensabbli biex jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti irregolaritajiet bħall-frodi, il-korruzzjoni, jew il-kunflitt ta’ interess, u b’hekk biex jiġu żgurati arranġamenti effettivi ta’ awditu u kontroll għall-RRP u l-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu implimentati għadd ta’ miżuri bħala parti mill-RRP sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 22. Dawn jinkludu l-istabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex issaħħaħ b’mod effettiv il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta’ interess u l-korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħrajn li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni, b’enfasi partikolari fuq l-akkwist pubbliku u l-iżgurar tal-validità tad-dikjarazzjonijiet tal-assi. Jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll Task Force kredibbli u effettiva kontra l-Korruzzjoni, b’parteċipazzjoni sinifikanti ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti, biex teżamina l-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u tfassal proposti li jikkonċernaw it-titjib tal-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar tal-prattiki ta’ korruzzjoni u prattiki oħrajn bħan-nepotiżmu, il-favoritiżmu jew ir-“revolving doors” bejn is-setturi pubbliċi u privati. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ regoli li jestendu l-ambitu personali u materjali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, u li jsaħħu s-sorveljanza u t-trasparenza dwar kif il-fondazzjonijiet għall-amministrazzjoni ta’ assi ta’ interess pubbliku jwettqu attività ta’ interess pubbliku, u persuni ġuridiċi stabbiliti jew mantnuti minnhom, jużaw l-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ ukoll li l-istabbiliment tal-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet li jieħu s-servizz tal-prosekuzzjoni jew l-awtorità tal-investigazzjoni li jiċħdu rapport ta’ reat jew itemmu proċedimenti kriminali jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni, u indirettament għat-tisħiħ tal-isforzi prosekutorjali biex tiġi indirizzata l-korruzzjoni. Jenħtieġ ukoll li tissaħħaħ iż-żieda fit-trasparenza tad-data pubblika u l-aċċess għaliha dwar, b’mod partikolari, l-użu tan-nefqa pubblika, billi din tista’ tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni billi tiffaċilita s-sorveljanza indipendenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti sitt stadji importanti biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jiġu implimentati b’mod effettiv qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
(58)It-tisħiħ tal-arranġamenti biex jiġu evitati, identifikati u jiġu kkoreġuti l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u illegalitajiet oħrajn b’mod effettiv meta jiġi implimentat l-appoġġ tal-Unjoni b’mod ġenerali huma prekundizzjonijiet importanti għall-iżgurar li l-arranġamenti tal-awditjar u tal-kontroll għall-RRP ikunu effettivi, u li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu mħarsa b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-RRP. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu implimentati għadd ta’ miżuri bħala parti mill-RRP. Sabiex tissaħħaħ il-prevenzjoni kontra l-kunflitt ta’ interess u l-kontrolli fuqu meta jiġi implimentat l-appoġġ tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità biex jiġi żgurat kontroll regolari u effettiv tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u jiġu investigati suspetti rapportati ta’ kunflitt ta’ interess. Jenħtieġ li t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet legali jiżguraw li l-ġestjoni tar-riskju, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u l-finanzjament doppju jissaħħu; li jitpoġġew fis-seħħ regoli, proċeduri u mekkaniżmi ta’ kontroll effettivi rigward id-dikjarazzjonijiet tal-kunflitt ta’ interess; u li jkun hemm rotazzjoni regolari tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi u li tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tagħhom. Jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ ukoll linji gwida adegwati biex jiġi żgurat li l-korpi kollha involuti fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe livell ikunu konxji tal-kompiti, ir-responsabbiltajiet u l-obbligi tagħhom fil-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-kunflitt ta’ interessi. Barra minn hekk, jenħtieġ li titpoġġa fis-seħħ strateġija komprensiva u effettiva kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi relatata ma’ kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni, li jenħtieġ li tkun ikkomplementata bi pjan ta’ azzjoni dettaljat. Jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ ukoll proċeduri xierqa biex jiġi żgurat l-użu sħiħ u effettiv tal-għodda għall-estrazzjoni ta’ data u l-kejl tar-riskju Arachne u biex jiġi żgurat is-segwitu effettiv tar-riskji identifikati minn dik is-sistema. Fl-aħħar nett, sabiex tissaħħaħ l-identifikazzjoni tal-frodi, jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti leġiżlattivi li jiżguraw li l-OLAF ikun jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet u l-verifiki fuq il-post tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti tmien stadji importanti biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jiġu implimentati b’mod effettiv qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
(59)Iż-żieda fit-trasparenza u fil-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku hija indispensabbli biex jiġu evitati irregolaritajiet, inkluż frodi, korruzzjoni, jew kunflitt ta’ interess u b’hekk hija prerekwiżit għall-funzjonament effettiv ta’ sistema ta’ kontroll intern. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu implimentati għadd ta’ miżuri bħala parti mill-RRP. Jenħtieġ li dawn jinkludu l-iżvilupp ta’ għodda ta’ monitoraġġ li tivvaluta s-sehem tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt li jirriżultaw f’offerti uniċi, l-iżvilupp u t-tpoġġija fis-seħħ ta’ qafas ta’ kejl tal-prestazzjoni biex jiġu valutati b’mod regolari l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi, u r-raġunijiet għall-kompetizzjoni limitata fis-setturi l-aktar affettwati minn livell baxx ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ ukoll skema ta’ sostenn li tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji fil-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, u miżuri li jiżviluppaw is-sistema elettronika tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jiffaċilitaw is-sorveljanza indipendenti u l-analiżi tal-kompetizzjoni fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, bħala prekundizzjonijiet għat-twettiq b’mod effettiv tal-impenn li jonqos is-sehem ta’ proċedura ta’ akkwist b’offerta unika u biex tiġi ffaċilitata s-sorveljanza pubblika tas-sistema tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ħames stadji importanti biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jiġu implimentati b’mod effettiv qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament. Apparti dawn l-istadji importanti, jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll miri sussegwenti fl-RRP biex jiġi permess il-monitoraġġ u l-infurzar tat-tnaqqis tas-sehem tal-proċeduri tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi b’offerta unika matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-RRP.
(60)Meta wieħed iqis li l-indipendenza ġudizzjarja effettiva hija prerekwiżit għall-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll intern, jenħtieġ li jitpoġġew fis-seħħ stadji importanti għal riformi biex jissaħħaħ ir-rwol relattiv u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali fir-rigward tas-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria), jitneħħew l-ostakli għal referenzi għal deċiżjonijiet preliminari għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u titneħħa l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Dawn ir-riformi huma mistennija jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-Ungerija tikkonforma fi kwalunkwe ħin mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li jikkostitwixxi komponent ewlieni tal-acquis tal-UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti erba’ stadji importanti biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jiġu implimentati b’mod effettiv qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
(61)Is-sistema ta’ kontroll u l-arranġamenti proposti fl-RRP huma bbażati fuq proċessi u strutturi robusti, li jidentifikaw b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ korpi differenti involuti fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditu tal-pjan, kif ukoll l-interazzjonijiet tagħhom. Dawn jipprevedu segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta’ kontroll u ta’ awditu. L-Awtorità Nazzjonali hija responsabbli għall-koordinazzjoni ġenerali tal-RRP, għall-monitoraġġ tal-progress fuq l-istadji importanti u l-miri, għat-twettiq tal-kontrolli fuq il-korpi ta’ implimentazzjoni, il-korpi tas-sottogħotjiet u r-riċevituri finali, u għat-tħejjija u l-preżentazzjoni lill-Kummissjoni tat-talbiet għall-pagament kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni bbażati fuq data verifikata mis-sistema ta’ monitoraġġ. Ir-rwol tal-awtorità tal-awditjar tal-RRP huwa assenjat lid-Direttorat Ġenerali għall-Awditjar tal-Fondi Ewropej (EUTAF), li jenħtieġ li jkollu l-kapaċità meħtieġa u għandu l-esperjenza amministrattiva biex iwettaq il-kompiti tal-awditjar relatati f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. L-EUTAF huwa responsabbli għat-twettiq ta’ awditi tas-sistema u ttestjar sostantiv tal-istadji importanti u l-miri implimentati li jservu ta’ bażi għall-parti tas-sommarju tal-awditi ppreżentati lill-Kummissjoni mat-talbiet għall-pagament. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat l-awditu effettiv tal-implimentazzjoni tal-RRP, l-EUTAF huwa mistenni jadotta strateġija tal-awditjar effettiva, li tkun konformi mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Jenħtieġ li jkun hemm riżorsi adegwati disponibbli biex jiġi żgurat li l-indipendenza tal-EUTAF tkun salvagwardjata u l-kapaċità tiegħu li jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv u fil-ħin tkun garantita. Jenħtieġ li jintlaħqu ż-żewġ stadji importanti relatati qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
(62)Il-kapaċità amministrattiva tas-servizzi ċentrali inkarigati bl-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-RRP, jiġifieri l-Awtorità Nazzjonali, hija mistennija tkun adegwata biex iwettqu r-rwoli u l-kompiti previsti tagħhom. Jenħtieġ li l-ħidma tal-Awtorità Nazzjonali tkun appoġġata minn korpi ta’ implimentazzjoni inkarigati bit-twettiq ta’ ċerti kompiti ta’ implimentazzjoni f’isem l-Awtorità Nazzjonali, wara verifika li dawn għandhom ir-riżorsi u l-kwalifiki meħtieġa biex iwettqu dawk il-kompiti b’mod effettiv u fil-ħin. Jenħtieġ li jitwettqu kontrolli regolari u sistematiċi fuq ir-riċevituri finali mill-korpi ta’ implimentazzjoni u mill-Awtorità Nazzjonali. Jenħtieġ ukoll li l-Awtorità Nazzjonali tissorvelja l-ħidma tal-korpi ta’ implimentazzjoni b’mod regolari. Barra minn hekk, jenħtieġ ukoll li d-Direttorat stabbilit ġdid għall-Awditjar Intern u għall-Integrità iwettaq kontrolli regolari relatati mal-kunflitt ta’ interess indipendentement mill-korpi ta’ kontroll l-oħrajn. Jenħtieġ li jintlaħaq stadju importanti li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ ta’ digriet tal-gvern li jistabbilixxi l-mandat legali għall-korpi kollha involuti fl-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-RRP qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
(63)Huwa mistenni li jitpoġġew fis-seħħ proċeduri adegwati biex jiżguraw il-ġbir, il-ħżin u d-disponibbiltà tad-data kollha meħtieġa dwar riċevituri finali, kuntratturi, subkuntratturi u sidien benefiċjarji fis-sistema ta’ informazzjoni dwar il-monitoraġġ żviluppata għall-finijiet tal-RRP. Hemm fis-seħħ mekkaniżmi ta’ kontroll b’diversi livelli biex jiżguraw l-affidabbiltà u l-veraċità tad-data fis-sistema ta’ informazzjoni dwar il-monitoraġġ. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi ppreżentat stadju importanti biex jiġi żgurat li l-funzjonalitajiet meħtieġa tas-sistema tar-repożitorju għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-RRP ikunu kompletament funzjonali u operazzjonali, inkluż mill-inqas il-funzjonalitajiet tal-iżgurar tal-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri, u l-ġbir, il-ħżin u l-iżgurar tal-aċċess għad-data meħtieġa mill-Artikolu 22(2), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/241. Jenħtieġ li jintlaħaq dan l-istadju importanti qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament.
Koerenza tal-RRP
(64)F’konformità mal-Artikolu 19(3), il-punt (k) u l-Anness V, il-kriterju 2.11 tar-Regolament (UE) 2021/241, il-pjan jinkludi fil-parti l-kbira (Klassifikazzjoni A) miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.
(65)L-RRP jirrappreżenta taħlita bbilanċjata ta’ riformi u investimenti li huma konsistenti u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. Il-koerenza hija żgurata fil-komponenti, b’investimenti li jakkumpanjaw riformi rilevanti, kif ukoll bejn il-komponenti differenti fl-RRP. Il-miżuri tul diversi komponenti għandhom l-għan li jtejbu l-eżiti tal-edukazzjoni, b’azzjoni mmirati lejn it-tfal tal-iskola, l-għalliema u l-iskejjel u b’enfasi fuq l-istudenti żvantaġġati u l-edukazzjoni diġitali. Fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika, l-RRP jinkludi miżuri li jipprovdu appoġġ għall-investiment għall-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija kemm għall-binjiet residenzjali kif ukoll dawk pubbliċi, b’mod partikolari għall-faċilitajiet tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa. It-trasformazzjoni diġitali hija sistematikament promossa tul il-pjan permezz ta’ kombinazzjoni ta’ riformi fil-forma ta’ inizjattivi ta’ diġitalizzazzjoni u investimenti fit-tagħmir tal-ICT u l-iżvilupp tal-ħiliet f’setturi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, it-trasport u fl-amministrazzjoni pubblika. L-implimentazzjoni ta’ ħafna investimenti fil-pjan tirrikjedi proċeduri effettivi tal-akkwist pubbliku, u l-pjan jinkludi sett effettiv ta’ miżuri li jtejbu l-kompetizzjoni, l-effiċjenza u t-trasparenza tas-sistema tal-akkwist pubbliku. Xi riformi huma mistennija jkollhom impatt trasversali fuq il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma kollha, bħall-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u t-trasparenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Il-miżuri proposti fil-komponenti ma jikkontradixxux jew jimminaw l-effettività ta’ xulxin, u ma ġiet identifikata l-ebda inkonsistenza jew kontradizzjoni bejn il-komponenti.
Ugwaljanza
(66)L-RRP fih għadd ta’ miżuri li jwieġbu għall-isfidi fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-opportunitajiet ugwali. Iż-żieda fid-disponibbiltà ta’ faċilitajiet tal-kura tat-tfal ta’ età żgħira hija mistennija ssaħħaħ il-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fis-suq tax-xogħol u tikkontribwixxi għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ġenituri. L-appoġġ għall-edukazzjoni tat-tfal u tal-istudenti bi bżonnijiet speċjali huwa mistenni jsaħħaħ l-edukazzjoni inklużiva. Il-konsenja ta’ laptops lit-tfal tal-iskola u lill-għalliema wara l-iżvilupp ta’ strateġija tal-ittestjar tal-mezzi u t-tagħmir tal-iskejjel b’għodod tal-wiri moderni u apparat ieħor tal-IT, filwaqt li tingħata prijorità lill-iskejjel b’sehem għoli ta’ studenti żvantaġġati, hija mistennija ttejjeb l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjali. L-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell minn skejjel żgħar bi prestazzjoni baxxa f’oħrajn ikbar fl-insedjamenti ġirien hija mistennija ttejjeb l-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal tfal b’kisbiet baxxi u żvantaġġati. Il-miżuri li jinċentivaw lill-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell biex iżidu l-proporzjon ta’ studenti żvantaġġati tagħhom huma mistennija jnaqqsu s-segregazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika. L-investimenti fis-settur tat-trasport, bħal karozzi tal-linja bl-art baxxa u stazzjonijiet ferrovjarji rinnovati, huma mistennija jtejbu l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. L-RRP jinkludi wkoll interventi integrati biex jippromwovi l-inklużjoni soċjali, b’enfasi fuq dawk li jgħixu f’insedjamenti żvantaġġati, inkluż ir-Rom. Il-miżuri ta’ diġitalizzazzjoni għall-anzjani huma mistennija jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà 2021-2030.
Awtovalutazzjoni tas-sigurtà
(67)Ma ġietx ipprovduta awtovalutazzjoni tas-sigurtà billi l-Ungerija ma qisitx li dan huwa xieraq, f’konformità mal-Artikolu 18(4), il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2021/241.
Proċess ta’ konsultazzjoni
(68)L-abbozz tal-RRP ġie ppubblikat għall-kummenti f’Marzu-April 2021. Apparti li għamlet l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ġenerali, l-Ungerija kkomunikat direttament ma’ 461 organizzazzjoni, bħal muniċipalitajiet, organizzazzjonijiet nongovernattivi, organizzazzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, trade unions, organizzazzjonijiet xjentifiċi biex iħeġġuhom jagħtu l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom. Minn dawn, 88 taw kontribut, b’aktar minn 1 260 suġġeriment differenti. Ċerti kummenti wasslu għal emendi tal-abbozz tal-RRP, pereżempju biex ikun hemm enfasi aħjar fuq l-ambitu tal-miżura li tappoġġa s-sistemi tat-tisħin sostenibbli għall-unitajiet domestiċi. Madankollu, xi partijiet ikkonċernati kkritikaw il-proċess, u argumentaw li l-kontenut dettaljat tal-RRP ma kienx disponibbli kmieni biżżejjed biex ikunu jistgħu jagħmlu kummenti sinifikanti u li l-kummenti tagħhom ma setgħu jitqiesu. Apparti l-konsultazzjoni formali, saru diversi konferenzi partijiet ikkonċernati fil-livelli reġjonali u nazzjonali, b’enfasi tematika differenti tul is-sena 2021. L-Ungerija ppubblikat verżjoni ġdida f’Awwissu 2021 iżda minn dak iż-żmien ma għamlet l-ebda verżjoni emendata disponibbli u ma involvietx ruħha fi proċessi ta’ konsultazzjoni addizzjonali rigward emendi li saru fl-RRP fl-2022.
(69)Biex tiġi żgurata s-sjieda mill-atturi rilevanti, huwa kruċjali li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali kollha, u l-partijiet ikkonċernati , inklużi s-sħab soċjali, matul l-implimentazzjoni tal-investimenti u r-riformi inklużi fl-RRP. Għal dak l-għan, l-RRP fih miżura li tiżviluppa strateġija għall-iżgurar tal-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-RRP, inkluż it-twaqqif ta’ kumitat ta’ monitoraġġ b’parteċipazzjoni qawwija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti biex tiġi segwita mill-qrib l-implimentazzjoni tal-RRP u jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet għall-Awtoritajiet Nazzjonali. Barra minn hekk, għadd ta’ miżuri jinkludu impenji speċifiċi li jiżguraw b’mod espliċitu l-involviment sistematiku tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-proċess ta’ implimentazzjoni.
Valutazzjoni pożittiva
(70)Wara l-valutazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni rigward l-RRP għall-Ungerija bis-sejba li l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/241, f’konformità mal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riformi u l-proġetti ta’ investiment meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-RRP, l-istadji importanti rilevanti, il-miri u l-indikaturi, u l-ammont disponibbli mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-RRP fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli.
Kontribuzzjoni finanzjarja
(71)Il-kost totali stmat tal-RRP tal-Ungerija huwa HUF 2 299 592 927 602, li huwa ugwali għal EUR 5 824 260 891 abbażi tar-rata ta’ referenza EUR HUF medja tal-BĊE fil-perjodu mill-1 ta’ April 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022. Billi l-RRP jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji għall-valutazzjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/241 u, barra minn hekk, billi l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-RRP huwa ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għall-Ungerija, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għall-RRP għall-Ungerija tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja disponibbli għall-Ungerija.
(72)F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Ungerija ġie aġġornat fit-30 ta’ Ġunju 2022. Bħala tali, f’konformità mal-Artikolu 23(1) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li ammont għall-Ungerija li ma jaqbiżx il-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 11(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament isir disponibbli issa għal impenn legali sal-31 ta’ Diċembru 2022, u jenħtieġ li ammont li ma jaqbiżx il-kontribuzzjoni finanzjarja massima aġġornata kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament isir disponibbli għal impenn legali mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
(73)L-appoġġ li għandu jingħata għandu jiġi ffinanzjat mis-self mill-Kummissjoni f’isem l-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 9 . Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas fi ħlasijiet parzjali ladarba l-Ungerija tkun wettqet b’mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-RRP.
(74)Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tkun mingħajr preġudizzju għall-eżitu ta’ kull proċedura marbuta mal-għoti ta’ fondi tal-Unjoni skont kull programm ieħor tal-Unjoni ħlief il-Faċilità jew għal proċeduri marbuta ma’ distorsjonijiet tal-operazzjoni tas-suq intern li jistgħu jitwettqu, b’mod partikolari skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din ma twarrabx il-ħtieġa li l-Istati Membri jinnotifikaw każijiet ta’ għajnuna potenzjali mill-Istat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 tat-Trattat.
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-RRP
Il-valutazzjoni tal-RRP għall-Ungerija fuq il-bażi tal-kriterji previsti fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 hija approvata. Ir-riformi u l-proġetti ta’ investiment skont l-RRP, l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, l-indikaturi rilevanti marbuta mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti, u l-arranġamenti biex il-Kummissjoni tagħti aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja
1.L-Unjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Ungerija kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli li jammonta għal EUR 5 811 147 717 10 . Ammont ta’ EUR 4 639 429 967 għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ammont ta’ EUR 1 171 717 750 għandu jkun disponibbli biex jiġi impenjat legalment mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.
2.Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni disponibbli għall-Ungerija fi ħlasijiet parzjali f’konformità mal-Anness. Il-Kummissjoni tista’ tiżborża l-ħlasijiet parzjali f’segment wieħed jew f’diversi segmenti. Id-daqs tas-segmenti għandu jkun soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament.
3.Ir-rilaxx tal-ħlasijiet parzjali f’konformità mal-ftehim ta’ finanzjament għandu jkun kondizzjonali għall-finanzjament disponibbli u deċiżjoni mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/241, li l-Ungerija tkun laħqet b’mod sodisfaċenti l-istadji importanti u l-miri rilevanti identifikati fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-RRP. Sabiex tkun eliġibbli għall-pagament, l-Ungerija għandha tlesti l-istadji importanti u l-miri mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2026, soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-impenji legali msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Ungerija.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.11.2022
COM(2022) 686 final
ANNESS
tal-
proposta għal Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill
dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija
{SWD(2022) 686 final}
ANNESS
TAQSIMA 1: RIFORMI U INVESTIMENTI SKONT IL-PJAN GĦALL-IRKUPRU U R-REŻILJENZA
1.Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti
A. KOMPONENT 1: DEMOGRAFIJA U EDUKAZZJONI SKOLASTIKA
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jindirizza l-isfidi relatati mal-aċċess inklużiv għall-edukazzjoni skolastika ta’ kwalità, l-integrazzjoni ta’ gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, u l-iżviluppi demografiċi usa’ li qed jiffaċċjaw l-ekonomija, il-finanzi pubbliċi u s-soċjetà Ungeriża.
L-objettivi ewlenin tal-komponent huma li:
·jittejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni skolastika ta’ kwalità billi t-tfal tal-iskola u l-għalliema jingħataw l-apparat meħtieġ biex jipparteċipaw fl-edukazzjoni diġitali moderna, u billi jiġu żviluppati l-ħiliet diġitali tagħhom;
·tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati u studenti bi ħtiġijiet edukattivi speċjali fl-edukazzjoni ġenerali ta’ kwalità;
·jitnaqqas ir-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel;
·tiżdied l-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim u jissaħħaħ is-sett ta’ ħiliet tal-għalliema u tal-maniġers tal-iskejjel;
·jitjieb l-aċċess għall-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal biex jonqsu l-inugwaljanzi soċjali u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol; u
·tiġi promossa s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u twil u l-adegwatezza tas-sistema tal-pensjonijiet.
Il-komponent jinkludi miżuri li jirriflettu prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dwar l-indukrar tat-tfal u l-appoġġ għalihom. Il-komponent jappoġġa wkoll it-tranżizzjoni diġitali billi jżid il-kapaċitajiet diġitali fl-edukazzjoni pubblika u billi jtejjeb il-ħiliet diġitali tal-istudenti u tal-għalliema. L-enfasi fuq it-tnaqqis tas-segregazzjoni fl-iskejjel tikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali. Il-komponent jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni ekoloġika, billi l-iżviluppi tal-infrastruttura ppjanati għandhom japplikaw standards għolja ta’ effiċjenza fl-enerġija.
Il-komponent huwa konformi mal-istrateġija tal-edukazzjoni pubblika tal-Ungerija mħejjija għall-perjodu 2021–2030, mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Ungerija, mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Enerġija 2030 u mal-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Nadif.
Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-ħtieġa li titkompla l-integrazzjoni tal-aktar gruppi vulnerabbli fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari permezz tat-titjib tal-ħiliet u t-titjib tal-eżiti tal-edukazzjoni u ż-żieda fil-parteċipazzjoni ta’ gruppi żvantaġġati, b’mod partikolari r-Rom fl-edukazzjoni formali ta’ kwalità (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2019 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2022), biex il-politika ekonomika relatata mal-investiment tiffoka fuq l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019), biex jiġi żgurat aċċess għal servizzi essenzjali u edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2020), u biex l-investiment jiġi ffukat fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u l-infrastruttura diġitali għall-iskejjel (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019). Jikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż biex tittejjeb is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet, filwaqt li tiġi ppreservata l-adegwatezza b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fl-introjtu (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
A.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C1.R1: Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21
L-objettiv tar-riforma huwa li tiġi appoġġata t-trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni pubblika billi tiżdied id-disponibbiltà u l-użu ta’ apparat u għodod diġitali mill-għalliema u t-tfal tal-iskola, u b’hekk tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni sistematika tal-metodi ta’ tagħlim u apprendiment diġitali fil-proċess edukattiv. Ir-riforma għandu jkollha wkoll l-għan li tikkontribwixxi għat-titjib tar-riżultati tal-edukazzjoni b’mod inklużiv, tnaqqas it-tluq bikri mill-iskola u, b’mod aktar wiesa’, tiżgura d-disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol kompetittiva fil-futur.
Skont din il-miżura, l-apparat diġitali modern għandu jkun disponibbli għall-għalliema, għat-tfal tal-iskola u għall-iskejjel. Għandhom jinxtraw notebooks diġitali (standard u tat-tip 2-in-1) u jiġu kkonsenjati lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika, biex jintużaw mill-istudenti fil-Livelli Ħamsa u Disgħa u biex jintużaw mill-għalliema u biex l-iskejjel jiżviluppaw il-klassijiet tal-IT tagħhom, matul is-snin akkademiċi 2021/2022, 2022/2023, 2023/2024 u 2024/2025. B’kollox, sa tmiem il-programm ta’ erba’ snin, mill-inqas 579 000 notebook diġitali għandhom jinxtraw u jiġu kkonsenjati taħt din il-miżura, u mill-inqas 55 000 minnhom għandhom jiġu pprovduti għall-għalliema u mill-inqas 10 000 lill-iskejjel biex jiżviluppaw il-klassijiet tal-IT tagħhom. It-tfal tal-iskola għandhom ikunu jistgħu jżommu n-notebooks sakemm itemmu l-edukazzjoni skolastika tagħhom u wara jgħadduhom lill-koorti l-ġodda.
Għad-distribuzzjoni tan-notebooks diġitali, għandha tingħata prijorità lit-tfal tal-iskola żvantaġġati u lill-għalliema fl-iskejjel b’sehem ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati ogħla mill-medja. Għandha tiġi żviluppata u ppubblikata strateġija ta’ ttestjar tal-mezzi għall-allokazzjoni tan-notebooks diġitali lit-tfal tal-iskola. L-istrateġija għandha tispeċifika, fost l-oħrajn, li t-tfal tal-iskola bi sfond żvantaġġat u mingħajr notebook diġitali għandu jkollhom l-ogħla prijorità biex jirċievu tali apparat. It-tfal tal-iskola żvantaġġati żvantaġġati huma definiti fil-paragrafu (1), it-Taqsima 67/A tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal (XXXI/1997).
Barra minn hekk, mill-inqas 3 100 skola għandhom jingħataw għodod u apparat interattiv ta’ wiri biex jiżviluppaw il-kreattività u l-kapaċità tat-tfal tal-iskola li jsolvu l-problemi u l-kompetenzi algoritmiċi u ta’ programmazzjoni tagħhom, bħal robots, droni u kompjuters speċjali. L-iskejjel li joperaw f’reġjuni żvantaġġati u skejjel b’sehem għoli ta’ ta’ tfal tal-iskola bi sfond żvantaġġat għandhom jingħataw prijorità fit-tixrid ta’ dawk li jappoġġjaw it-tagħmir tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT). L-għalliema għandhom jirċievu taħriġ immirat dwar kif jużaw l-apparat diġitali u għandu jkollhom aċċess għal helpdesk tal-IT.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha twassal għal mill-inqas 45 % tal-għalliema li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-klassijiet tagħhom (meta mqabbel ma’ 33 % tal-għalliema fl-2019).
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C1.I1: Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell
L-objettiv tal-miżura huwa li ttejjeb l-aċċess tal-istudenti għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell u tindirizza l-isfidi relatati man-nuqqas ta’ għalliema f’insedjamenti żgħar.
Il-miżura għandha tiġi implimentata f’approċċ gradwali. Bħala l-ewwel pass, għandu jitwettaq immappjar mal-pajjiż kollu tan-network tal-iskejjel bl-għan li jiġu identifikati u jintgħażlu l-iskejjel għall-implimentazzjoni tal-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji bi prestazzjoni baxxa fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien. L-immappjar għandu jkun ibbażat fuq evidenza u dijanjożi tal-ħtiġijiet u għandu jitwettaq b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (b’mod partikolari l-istudenti u l-ġenituri tagħhom, l-għalliema, il-persunal tal-iskola, il-komunitajiet u l-gvernijiet lokali). Dan għandu jwassal għall-għażla ta’ mill-inqas 5-10 skejjel sekondarji tal-ewwel livell tal-Istat biex jiġu integrati fi skejjel ospitanti akbar, bħala parti minn fażi pilota. L-immappjar għandu jivvaluta l-impatt tal-integrazzjoni tal-iskejjel fuq il-kompożizzjoni tal-istudenti, ir-riskju ta’ segregazzjoni, l-għadd ta’ għalliema u persunal, il-prestazzjoni skolastika, l-eżiti tat-tagħlim, ir-rati ta’ tlestija, is-sehem ta’ studenti b’riskju għoli ta’ tluq bikri mill-iskola, il-post tal-iskejjel, il-profili tal-iskejjel u l-ħtiġijiet futuri mistennija fir-rigward tal-iżviluppi demografiċi. Fir-rigward tal-iskejjel ospitanti, għandhom jitqiesu l-proprjetajiet fiżiċi tal-bini u l-infrastruttura tiegħu, fost kriterji oħra. L-iskejjel ospitanti ma għandhomx joperaw bħala skejjel tal-borders għat-tfal tal-iskola l-ġodda.
Fit-tieni pass, il-klassijiet sekondarji tal-ewwel livell f’mill-inqas ħames skejjel tal-Istat għandhom jiġu integrati fi skejjel ospitanti akbar f’insedjamenti ġirien, bħala parti minn fażi pilota. L-iskejjel ospitanti magħżula għandha tintegra klassijiet sekondarji tal-ewwel livell minn skejjel żgħar fejn l-edukazzjoni ta’ kwalità ma tistax tiġi żgurata b’mod effiċjenti. L-għadd ta’ għalliema u persunal għandu jkun xieraq fl-iskejjel ospitanti biex jakkomodaw it-tfal tal-iskola l-ġodda u l-għalliema u l-persunal għandhom jirċievu taħriġ fil-pedagoġija inklużiva. Il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar lejn l-iskejjel u lura u tal-akkomodazzjoni relatati mal-miżura għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat. Il-proċess ta’ integrazzjoni ma għandux iwassal għal żieda fis-segregazzjoni fl-iskejjel ospitanti. L-iskejjel ospitanti ma għandhomx joperaw bħala skejjel tal-borders għat-tfal tal-iskola l-ġodda.
Fl-aħħar pass, ir-riżultati tar-riorganizzazzjonijiet istituzzjonali pilota u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti u l-linji gwida ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu inklużi f’rapport disponibbli għall-pubbliku. Abbażi tar-rapport u l-immappjar, klassijiet sekondarji tal-ewwel livell addizzjonali f’mill-inqas 30 skola għandhom jiġu integrati b’mod effettiv fi skejjel ospitanti akbar f’insedjamenti ġirien.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2025.
C1.I2: Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali
L-għan ta’ dan l-investiment huwa li titjieb il-kwalità tas-servizzi speċjalizzati pprovduti lill-iskejjel li jintegraw lill-istudenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali, lil dawk fil-kura fit-tul u lit-tfal li jeħtieġu servizzi pedagoġiċi speċjalizzati. B’hekk, l-implimentazzjoni ta’ dan l-investiment hija mistennija li tikkontribwixxi għat-titjib tal-eżiti tat-tagħlim tal-istudenti, it-tnaqqis tar-riskju ta’ tluq bikri mill-iskola u l-appoġġ lill-istudenti biex jirnexxu fil-ħajja adulta u jaħdmu fis-suq tax-xogħol.
L-investiment għandu jkun immirat lejn skejjel bi studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali, dawk fil-kura fit-tul u t-tfal li jeħtieġu servizzi pedagoġiċi speċjalizzati għalihom infushom jew għan-network ta’ appoġġ tagħhom, inklużi l-ġenituri, l-għalliema u l-persunal edukattiv tat-tagħlim. L-immappjar tal-ħtiġijiet għat-tagħmir, is-servizzi u l-għalliema tal-edukazzjoni speċjali għandu jitħejja u jiġi ppubblikat abbażi tal-pjanijiet ta’ żvilupp individwali tal-iskejjel. Abbażi ta’ dan l-immappjar, l-investiment għandu jipprovdi servizzi edukattivi speċjalizzati, inkluż appoġġ għall-iżvilupp bikri, id-dijanjostika tal-kumitati esperti, il-konsulenza dwar l-edukazzjoni u l-gwida għall-karriera, l-edukazzjoni fiżika, it-terapija tat-taħdit, l-edukazzjoni konduttiva, il-psikoloġija skolastika tal-kindergarten u l-kura tat-tfal bi bżonnijiet speċjali. L-appoġġ għandu jinkludi wkoll, kif xieraq għas-sitwazzjoni tal-iskejjel ikkonċernati: (i) titjib fis-servizzi kemm għall-għalliema/persunal kif ukoll għat-tfal tal-iskola, b’mod partikolari titjib fl-appoġġ għall-mobbiltà, li-kiri ta’ tagħmir, is-servizzi ta’ trasport fl-iskejjel, it-taħriġ, il-programmi ta’ kondiviżjoni tal-għarfien u ta’ aċċettazzjoni soċjali, u (ii) xiri ta’ tagħmir ta’ aċċessibbiltà fiżika u tal-ICT, għodod ta’ żvilupp, tagħmir mediku u tekniku speċjali, vetturi elettriċi ġenerali u adattati għall-forniment ta’ servizzi.
Skont din il-miżura, mill-inqas 50 % tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni speċjali (skejjel bi studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali, dawk f’kura fit-tul u tfal li jeħtieġu servizzi pedagoġiċi speċjalizzati) li jiffunzjonaw matul is-sena skolastika 2025/2026 għandhom ikunu rċevew appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali, dawk fil-kura fit-tul u t-tfal li jeħtieġu servizz pedagoġiku speċjalizzat. B’riżultat ta’ dan, mill-inqas 45 000 student għandhom jibbenefikaw minn kwalità mtejba ta’ servizzi speċjalizzati. Barra minn hekk, mill-inqas 5 000 għalliem tal-edukazzjoni speċjali għandhom jirċievu taħriġ dedikat dwar l-iżvilupp tal-kompetenzi u l-użu professjonali ta’ proċeduri dijanjostiċi u għodod meħtieġa biex jaħdmu ma’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali, dawk fil-kura fit-tul u t-tfal li jeħtieġu servizzi pedagoġiċi speċjalizzati.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2026.
C1.R2: Tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġi appoġġat aċċess ugwali għal edukazzjoni skolastika ta’ kwalità għolja u li titnaqqas is-segregazzjoni fl-iskejjel.
Il-miżura għandha tikkonsisti fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni għat-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell (Livelli minn 1 sa 8) bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. Skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida, l-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell (kemm skejjel tal-Istat kif ukoll skejjel mhux tal-Istat li jirċievu finanzjament mill-Istat) li jiffunzjonaw f’insedjamenti b’diversi skejjel għandu jitnaqqas b’10 % jekk il-proporzjon ta’ studenti żvantaġġati f’dawk l-iskejjel ikun inqas mill-proporzjon medju fl-insedjament fejn l-iskola tkun tinsab b’aktar minn (i) 20 punti perċentwali fil-bidu tas-snin skolastiċi 2023/2024 u 2024/2025 u (ii) 15-il punt perċentwali fil-bidu tas-sena skolastika 2025/2026 u tas-snin sussegwenti. Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandhom jiġu applikati mis-sena skolastika 2023/2024 u t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għandu japplika għal sena kalendarja sħiħa.
Għandu jiġi ppubblikat rapport li juri li ġiet applikata l-leġiżlazzjoni l-ġdida li tipprevedi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. Ir-rapport għandu jippreżenta r-riżultati inizjali tal-implimentazzjoni fl-iskejjel ikkonċernati matul is-snin skolastiċi 2023/2024 u 2024/2025 u l-bidu tas-sena skolastika 2025/2026 kif ukoll l-impatt f’termini ta’ distribuzzjoni ta’ studenti żvantaġġati fl-insedjamenti fejn dawk l-iskejjel huma bbażati (inklużi l-insedjamenti tal-madwar). Ir-rapport jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-qafas legali u għat-titjib tal-effettività tiegħu fit-tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C1.R3: Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim
L-objettiv tar-riforma huwa li ttejjeb l-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim u tnaqqas in-nuqqas ta’ għalliema, u b’hekk tikkontribwixxi għal edukazzjoni skolastika ta’ kwalità għolja għal kulħadd.
Il-miżura għandha tikkonsisti fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li skontha l-paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika li jkollhom lawrja terzjarja (esklużi dawk li jgħallmu fil-qasam tal-edukazzjoni vokazzjonali) għandha tilħaq gradwalment mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji fl-2025 u għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji sa mill-inqas il-31 ta’ Diċembru 2030.
Il-leġiżlazzjoni l-ġdida għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li skonthom il-paga tal-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel bi proporzjon ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati ta’ mill-inqas 10 % (u li tiddefinixxi metodi pedagoġiċi speċjali għall-edukazzjoni inklużiva fil-programmi pedagoġiċi tagħhom) jew f’insedjamenti żvantaġġati hija ogħla b’mill-inqas 12,5 % meta mqabbla mal-paga ta’ għalliema oħra bl-istess kwalifika u esperjenza, mill-1 ta’ Jannar 2023 u mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2030. Barra minn hekk, iż-żieda fil-pagi fl-2025 għall-għalliema fil-livell inizjali għandha tkun ta’ 10 punti perċentwali ogħla miż-żieda medja fil-pagi għall-għalliema kollha fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika f’dik is-sena filwaqt li ż-żidiet annwali fil-pagi tagħhom għandhom ikunu mill-inqas l-istess bħaż-żieda annwali medja fil-pagi għall-għalliema kollha fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2030.
L-abbozz ta’ leġiżlazzjoni li jħaddan l-approċċ imsemmi hawn fuq biex jiżdiedu l-pagi tal-għalliema għandu jkun soġġett għal djalogu soċjali sinifikanti mal-akbar trade unions tal-għalliema.
Il-finanzjament għall-implimentazzjoni tar-riforma għandu jiġi pprovdut esklużivament mill-baġit nazzjonali u mill-fondi tal-UE (FSE+). L-ebda kost assoċjat ma’ din il-miżura ma huwa inkluż fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C1.I3: Taħriġ tal-għalliema u titjib tal-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet
L-objettiv tal-miżura huwa doppju: li tiżdied il-provvista ta’ għalliema f’suġġetti li għalihom hemm domanda kbira u li jittejbu l-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet u l-viċi kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika.
Skont din il-miżura, 5 000 għalliem fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell u tat-tieni livell għandhom jirċievu taħriġ biex jiksbu speċjalizzazzjoni u ċertifikati addizzjonali biex jgħallmu oqsma ta’ studju b’domanda għolja (b’mod partikolari l-fiżika, il-kimika, il-matematika u l-edukazzjoni diġitali). It-taħriġ għandu jiġi organizzat fil-format ta’ korsijiet ta’ edukazzjoni għolja b’żewġ u erba’ semestri. Barra minn hekk, madwar 3 000 kap u viċi kap tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika għandhom jirċievu taħriġ speċjalizzat dwar il-ġestjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni. L-għalliema u l-impjegaturi tagħhom għandhom jikkonkludu kuntratt ta’ taħriġ.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C1.I4: Ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal
L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied id-disponibbiltà tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal billi jinħolqu postijiet ġodda għall-indukrar tat-tfal. Din il-miżura hija mistennija li tikkontribwixxi għal rati ogħla ta’ impjieg fost il-ġenituri, b’mod partikolari n-nisa, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-inklużjoni soċjali. Il-miżura hija mirfuda bi stħarriġ riċenti li juri domanda għal 12 000 faċilità għall-indukrar tat-tfal apparti kemm dawk eżistenti kif ukoll dawk li qed jitħejjew bħalissa.
Skont din il-miżura, għandhom jinħolqu mill-inqas 3 593 post ġdid għall-indukrar tat-tfal madwar l-Ungerija f’binjiet kompletament ġodda jew billi jiġu estiżi dawk eżistenti. L-investiment għandu jinkludi wkoll tagħmir awżiljarju u infrastruttura bħal tagħmir tal-klassi, għamara, parks tal-logħob u parkeġġ tar-roti. Il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda għandu jkollha domanda għall-enerġija primarja ta’ mill-inqas 20 % inqas mir-rekwiżit ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. B’riżultat tal-investiment, mill-inqas 3 593 tifel u tifla għandhom jiġu rreġistrati fil-postijiet il-ġodda.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C1.R4: Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet
L-objettiv tar-riforma huwa li tippromwovi s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija u li tikkontribwixxi biex ittawwal il-ħajja tax-xogħol, filwaqt li ssaħħaħ l-adegwatezza tal-pensjonijiet imħallsa lill-pensjonanti b’introjtu baxx. Sa fejn ikun meħtieġ, ir-riforma għandha tintroduċi mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi fis-sistema tal-pensjonijiet u bidliet parametriċi oħra.
Ir-riforma għandha tikkonsisti minn:
a.Il-pubblikazzjoni ta’ rapport espert internazzjonali indipendenti dwar l-għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija. Ir-rapport għandu jipprovdi dijanjożi dwar is-sistema tal-pensjonijiet u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha, u jressaq proposti ta’ politika konkreti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ miżuri xierqa ta’ dħul u mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi, u billi titrażżan iż-żieda fin-nefqa proġettata tal-pensjonijiet bħala perċentwal tal-PDG sal-2070 meta mqabbla mal-aħħar projezzjonijiet tar-Rapport dwar it-Tixjiħ, filwaqt li tiġi ppreservata l-adegwatezza, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fl-introjtu.
b.It-tħejjija mill-gvern ta’ proposta ta’ politika biex tiġi emendata s-sistema tal-pensjonijiet. Bħala parti mit-tħejjija, il-proposta ta’ politika għandha tiġi kkonsultata mas-sħab soċjali u ekonomiċi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, ippreżentata u diskussa fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tixjiħ tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika, u ppreżentata għal konsultazzjoni pubblika.
c.It-tħejjija mill-gvern ta’ proposta leġiżlattiva għall-emenda tas-sistema tal-pensjonijiet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt dettaljata. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha turi kif il-proposta leġiżlattiva tiżgura s-sostenibbiltà fiskali fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ miżuri xierqa u mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi possibbli, u billi titrażżan iż-żieda fin-nefqa prevista fuq il-pensjonijiet bħala perċentwal tal-PDG sal-2070 meta mqabbla mal-aħħar projezzjonijiet tar-Rapport dwar it-Tixjiħ. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet komuni dwar il-projezzjonijiet makroekonomiċi u demografiċi tal-aħħar Rapport dwar it-Tixjiħ.
d.Id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li temenda s-sistema tal-pensjonijiet abbażi tal-proposta leġiżlattiva tal-gvern.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
A.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
1 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ kompjuters notebook addizzjonali kkonsenjati biex jintużaw mill-istudenti u mill-għalliema |
Numru |
0 |
120 000 |
Q2 |
2022 |
Għandhom jinxtraw mill-inqas 120 000 notebook diġitali (standard u tat-tip 2-in-1) u jiġu kkonsenjati fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni skolastika, biex jintużaw mit-tfal tal-iskola fil-Livelli Disgħa (biex jitgħallmu) u biex jintużaw mill-għalliema (biex jgħallmu), biex l-iskejjel jiżviluppaw il-klassijiet tal-IT tagħhom u għaċ-ċentru amministrattiv tal-iskola (Klebersberg Központ). In-notebooks għandhom jiġu kkonsenjati matul is-sena skolastika 2021/2022. It-tfal tal-iskola għandhom ikunu jistgħu jżommu n-notebooks sakemm itemmu l-edukazzjoni skolastika tagħhom u wara jgħadduhom lill-koorti l-ġodda. Mill-inqas 90 % tas-sehem tal-istudenti li jirċievu apparat tal-ICT personali għandu jkun fost it-tfal tal-iskola żvantaġġati. Mill-inqas 90 % tas-sehem tal-għalliema li jirċievu apparat tal-ICT personali għandu jkun fost l-għalliema li japplikaw għal apparat fi skejjel b’sehem ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati ogħla mill-medja u fost l-għalliema li japplikaw għal apparat li ma jkunu rċevew l-ebda apparat tal-ICT personali fit-tliet snin skolastiċi ta’ qabel is-sena skolastika 2021/2022. |
|
|
2 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Stadju importanti |
Żvilupp ta’ strateġija ta’ ttestjar tal-mezzi għall-allokazzjoni tan-notebooks diġitali lit-tfal tal-iskola. |
Pubblikazzjoni tal-istrateġija. |
Q4 |
2022 |
Għandha tiġi żviluppata u ppubblikata strateġija ta’ ttestjar tal-mezzi għall-allokazzjoni tan-notebooks diġitali lit-tfal tal-iskola. L-istrateġija għandha tispeċifika, fost l-oħrajn, li t-tfal tal-iskola bi sfond żvantaġġat u mingħajr notebook diġitali għandu jkollhom l-ogħla prijorità biex jirċievu tali apparat. |
|||
|
3 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Sehem ta’ għalliema li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom |
% |
33 |
35 |
Q4 |
2023 |
Is-sehem ta’ għalliema fl-edukazzjoni pubblika, li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom, għandu jiżdied għal mill-inqas 35 % sal-31 ta’ Diċembru 2023. Id-data bażi hija għall-2019 (sors: KIR-STAT). |
|
|
4 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika mgħammra b’għodod moderni ta’ wiri u għodod li jiżviluppaw il-kreattività u l-kapaċità tal-istudenti li jsolvu l-problemi |
Numru |
0 |
3 100 |
Q4 |
2024 |
Mill-inqas 3 100 istituzzjoni tal-edukazzjoni skolastika għandhom jiġu mgħammra b’għodod moderni ta’ wiri (panel interattiv) u apparat li jtejjeb il-kreattività u l-ħiliet tal-istudenti li jsolvu l-problemi, bħal robots programmabbli, mikroċirkwiti programmabbli, u droni. Għandha tingħata prijorità lit-tagħmir tal-iskejjel b’sehem għoli ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati. |
|
|
5 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ notebooks diġitali addizzjonali kkonsenjati biex jintużaw mill-istudenti u mill-għalliema |
Numru |
120 000 |
579 000 |
Q2 |
2025 |
Meta wieħed iqis l-istrateġija għall-ittestjar tal-mezzi msemmija fl-istadju importanti 2, għandhom jinxtraw notebooks diġitali (standard u tat-tip 2-in-1) u jiġu kkonsenjati lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika, biex jintużaw mill-istudenti fil-Livelli Ħamsa (Sitta fis-sena skolastika 2022/2023) u Disgħa u biex jintużaw mill-għalliema u biex l-iskejjel jiżviluppaw il-klassijiet tal-IT tagħhom, matul is-snin skolastiċi 2022/2023, 2023/2024 u 2024/2025 bħala parti mill-programm ta’ erba’ snin. B’kollox, sa tmiem il-programm ta’ erba’ snin (is-sena skolastika 2024/2025), mill-inqas 579 000 notebook diġitali għandhom jinxtraw u jiġu kkonsenjati taħt din il-miżura, u mill-inqas 55 000 minnhom għandhom jiġu pprovduti għall-għalliema u mill-inqas 10 000 lill-iskejjel biex jiżviluppaw il-klassijiet tal-IT tagħhom. It-tfal tal-iskola għandhom ikunu jistgħu jżommu n-notebooks sakemm itemmu l-edukazzjoni skolastika tagħhom u wara jgħadduhom lill-koorti l-ġodda. |
|
|
6 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Sehem ta’ għalliema li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom |
% |
35 |
45 |
Q2 |
2026 |
Is-sehem ta’ għalliema fl-edukazzjoni skolastika, li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom, għandu jiżdied għal mill-inqas 45 % sat-30 ta’ Ġunju 2026. Għandu jiġi ppubblikat rapport li jivvaluta l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali fl-iskejjel mill-għalliema u t-tfal tal-iskola. Ir-rapport għandu juża, fost l-oħrajn, id-data prodotta mill-KIR-STAT dwar is-sehem tal-għalliema fl-edukazzjoni pubblika, li jużaw it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni fil-klassijiet tagħhom u d-data mill-istħarriġ TALIS tal-OECD. |
|
|
7 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Stadju importanti |
Immappjar tan-network tal-iskejjel bil-ħsieb li jintgħażlu skejjel għall-integrazzjoni ta’ klassijiet żgħar tas-sekondarja tal-ewwel livell fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
Pubblikazzjoni tal-immappjar |
Q2 |
2023 |
Għandu jitwettaq immappjar mal-pajjiż kollu tan-network tal-iskejjel bl-għan li jiġu identifikati u jintgħażlu l-iskejjel għall-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell żgħar fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien. L-immappjar għandu jkun ibbażat fuq l-evidenza u d-dijanjożi tal-ħtiġijiet u għandu jitwettaq b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati (b’mod partikolari l-istudenti u l-ġenituri tagħhom, l-għalliema, il-persunal tal-iskejjel, il-komunitajiet u l-gvernijiet lokali) biex jintgħażlu mill-inqas 5-10 skejjel sekondarji tal-ewwel livell tal-Istat biex jiġu integrati fi skejjel ospitanti akbar, bħala parti minn fażi pilota. L-immappjar għandu jivvaluta l-impatt tal-integrazzjoni tal-iskejjel fuq il-kompożizzjoni tal-istudenti, ir-riskju ta’ segregazzjoni, l-għadd ta’ għalliema u persunal, il-prestazzjoni skolastika, l-eżiti tat-tagħlim, ir-rati ta’ tlestija, is-sehem ta’ studenti b’riskju għoli ta’ tluq bikri mill-iskola, il-post tal-iskejjel, il-profili tal-iskejjel u l-ħtiġijiet futuri mistennija fir-rigward tal-iżvilupp demografiku. Fir-rigward tal-iskejjel ospitanti, għandhom jitqiesu l-proprjetajiet fiżiċi tal-bini u l-infrastruttura tiegħu, fost kriterji oħra. L-immappjar għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. |
|||
|
8 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Mira |
Implimentazzjoni ta’ riorganizzazzjonijiet istituzzjonali pilota għall-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell żgħar fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
Numru |
0 |
5 |
Q3 |
2023 |
Klassijiet sekondarji tal-ewwel livell f’mill-inqas ħames skejjel tal-Istat għandhom jiġu integrati fi skejjel ospitanti akbar f’insedjamenti ġirien, bħala parti minn fażi pilota. L-iskola ospitanti magħżula għandha tintegra klassijiet sekondarji tal-ewwel livell minn skejjel żgħar fejn l-edukazzjoni ta’ kwalità ma tistax tiġi żgurata b’mod effiċjenti. L-għadd ta’ għalliema u persunal għandu jkun xieraq fl-iskejjel ospitanti biex jakkomodaw it-tfal tal-iskola l-ġodda u l-għalliema u l-persunal għandhom jirċievu taħriġ fil-pedagoġija inklużiva. Il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar lejn l-iskejjel u lura u tal-akkomodazzjoni relatati mal-miżura għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat. Il-proċess ta’ integrazzjoni ma għandux iwassal għal żieda fis-segregazzjoni fl-iskejjel ospitanti. L-iskejjel ospitanti ma għandhomx joperaw bħala skejjel tal-borders għat-tfal tal-iskola l-ġodda. |
|
|
9 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Mira |
Implimentazzjoni ta’ riorganizzazzjonijiet istituzzjonali addizzjonali għall-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell żgħar fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
Numru |
5 |
35 |
Q3 |
2025 |
Ir-riżultati tar-riorganizzazzjonijiet istituzzjonali pilota u r-rakkomandazzjonijiet korrispondenti u l-linji gwida ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu inklużi f’rapport disponibbli għall-pubbliku. Abbażi tar-rapport u l-immappjar imsemmija fl-istadju importanti 7, klassijiet sekondarji tal-ewwel livell addizzjonali f’mill-inqas 30 skola għandhom jiġu integrati b’mod effettiv fi skejjel ospitanti akbar f’insedjamenti ġirien. L-iskejjel ospitanti magħżula għandha tintegra klassijiet sekondarji tal-ewwel livell minn skejjel żgħar fejn l-edukazzjoni ta’ kwalità ma tistax tiġi żgurata b’mod effiċjenti. L-għadd ta’ għalliema u persunal għandu jkun xieraq fl-iskejjel ospitanti biex jakkomodaw it-tfal tal-iskola l-ġodda u l-għalliema u l-persunal għandhom jirċievu taħriġ fil-pedagoġija inklużiva. Il-ħtiġijiet tal-ivvjaġġar lejn l-iskejjel u lura u tal-akkomodazzjoni relatati mal-miżura għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat. Il-proċess ta’ integrazzjoni ma għandux iwassal għal żieda fis-segregazzjoni fl-iskejjel ospitanti. L-iskejjel ospitanti ma għandhomx joperaw bħala skejjel tal-borders għat-tfal tal-iskola l-ġodda. |
|
|
10 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Stadju importanti |
Immappjar ta’ ħtiġijiet għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Pubblikazzjoni tal-immappjar mill-ministeru responsabbli għall-edukazzjoni pubblika |
0 |
Q2 |
2023 |
L-immappjar tal-ħtiġijiet għat-tagħmir, is-servizzi u l-għalliema tal-edukazzjoni speċjali għandu jitħejja u jiġi ppubblikat abbażi tal-pjanijiet ta’ żvilupp individwali tal-iskejjel. |
||
|
11 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Sehem tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni speċjali li rċevew appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
% |
0 |
50 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 50 % tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni speċjali li jiffunzjonaw matul is-sena skolastika 2025/2026 għandhom jirċievu appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali. L-appoġġ għandu jingħata lit-tfal tal-iskola bi bżonnijiet speċjali jew għan-network ta’ appoġġ tagħhom, inklużi l-ġenituri, l-għalliema u l-persunal edukattiv u għandu jinkludi, kif xieraq għas-sitwazzjoni, dan li ġej: (i) titjib fis-servizzi kemm għall-għalliema/persunal kif ukoll għat-tfal tal-iskola, b’mod partikolari titjib fl-appoġġ għall-mobbiltà, li-kiri ta’ tagħmir, is-servizzi ta’ trasport fl-iskejjel, it-taħriġ, il-programmi ta’ kondiviżjoni tal-għarfien u ta’ aċċettazzjoni soċjali, (ii) xiri ta’ tagħmir ta’ aċċessibbiltà fiżika u tal-ICT, għodod ta’ żvilupp, tagħmir mediku u tekniku speċjali, vetturi elettriċi ġenerali u adattati għall-forniment ta’ servizzi. |
|
|
12 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Għadd ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali li bbenefikaw minn titjib fis-servizzi |
Numru |
0 |
45 000 |
Q3 |
2026 |
Mill-inqas 45 000 student bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali (special education needs, SEN) għandhom jibbenefikaw mit-titjib fis-servizzi msemmija fil-mira 11. |
|
|
13 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Għadd ta’ għalliema tal-edukazzjoni speċjali li rċevew taħriġ professjonali waqt is-servizz |
Numru |
0 |
5 000 |
Q3 |
2026 |
Mill-inqas 5 000 għalliem tal-edukazzjoni speċjali għandhom jirċievu taħriġ speċjali (żvilupp tal-kompetenzi, proċeduri dijanjostiċi u użu ta’ għodod speċjali), u żvilupp professjonali, inkluż b’mod partikolari taħriġ biex jiksbu ħiliet pedagoġiċi speċjali biex jappoġġaw lit-tfal tal-iskola SEN. |
|
|
14 |
C1.R2 Tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tipprovdi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħha |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għat-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell (Livelli minn 1 sa 8) bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. Il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet li skonthom l-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell (kemm skejjel tal-Istat kif ukoll skejjel mhux tal-Istat li jirċievu finanzjament mill-Istat) li jiffunzjonaw f’insedjamenti b’diversi skejjel (jiġifieri insedjamenti b’aktar minn skola waħda jew aktar minn bini ta’ skola waħda) jitnaqqas b’10 % jekk il-proporzjon ta’ studenti żvantaġġati f’dawk l-iskejjel ikun: I.aktar minn 20 punt perċentwali inqas mill-proporzjon medju fl-insedjament (fil-livell tal-LAU) fejn tinsab l-iskola, kif determinat fil-bidu tas-snin skolastiċi 2023/2024 u 2024/2025; II.aktar minn 15-il punt perċentwali inqas mill-proporzjon medju fl-insedjament (fil-livell tal-LAU) fejn tinsab l-iskola, kif determinat fil-bidu tas-sena skolastika 2025/2026 u tas-snin skolastiċi sussegwenti. Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandhom jiġu applikati mis-sena skolastika 2023/2024. L-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet għall-iskejjel individwali għandha tiġi determinata fil-bidu ta’ kull sena skolastika u mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru. It-tnaqqis ta’ 10 % tal-appoġġ mill-Istat għandu japplika mill-1 ta’ Jannar matul dik is-sena skolastika u għas-sena kalendarja kollha. |
|||
|
15 |
C1.R2 Tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel |
Stadju importanti |
Rapport dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li tipprovdi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati |
Pubblikazzjoni tar-rapport mill-ministeru responsabbli għall-edukazzjoni pubblika |
Q4 |
2025 |
Għandu jiġi ppubblikat rapport li juri li ġiet applikata l-leġiżlazzjoni l-ġdida li tipprevedi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell (il-Livelli minn 1 sa 8) bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. Ir-rapport għandu jippreżenta r-riżultati inizjali tal-implimentazzjoni fl-iskejjel ikkonċernati matul is-snin skolastiċi 2023/2024 u 2024/2025 u l-bidu tas-sena skolastika 2025/2026, kif ukoll l-impatt f’termini ta’ distribuzzjoni ta’ studenti żvantaġġati fl-insedjamenti fejn dawk l-iskejjel huma bbażati (inklużi l-insedjamenti tal-madwar). Ir-rapport jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-qafas legali u għat-titjib tal-effettività tiegħu fit-tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell. |
|||
|
16 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni biex jiżdiedu l-pagi tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika sa mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħha |
Q1 |
2023 |
Għandha tidħol fis-seħħ liġi li tistabbilixxi li l-paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika li jkollhom lawrja terzjarja kif definit fl-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, eskluża l-edukazzjoni vokazzjonali, għandha tilħaq mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji sal-1 ta’ Jannar 2025 u għandha tinżamm f’livell ta’ mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji sa mill-inqas il-31 ta’ Diċembru 2030. Il-liġi għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li skonthom, mill-1 ta’ Jannar 2023 u mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2030, il-paga tal-għalliema fil-kategoriji elenkati hawn taħt għandha tkun ogħla b’mill-inqas 12,5 % tal-paga tal-għalliema bl-istess kwalifika u esperjenza mhux inklużi f’dawn il-kategoriji: -għalliema li jaħdmu f’insedjamenti żvantaġġati kif definit mid-Digriet tal-Gvern 105/2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-gvernijiet lokali benefiċjarji u l-kundizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni u d-Deċiżjoni tal-Gvern 1057/2021. (II.19.) dwar il-programm ta’ rkupru tal-insedjamenti; -għalliema li jaħdmu fl-iskejjel bi proporzjon ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati ta’ mill-inqas 10 % u li jiddefinixxu metodi pedagoġiċi speċjali għall-edukazzjoni inklużiva fil-programmi pedagoġiċi tagħhom (sors: KIR). Il-liġi għandha tinkludi wkoll dispożizzjonijiet li skonthom iż-żidiet annwali fil-pagi għall-għalliema fil-livell inizjali (gyakornok) għandhom ikunu, mill-1 ta’ Jannar 2023 u mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2030, mill-inqas l-istess bħaż-żieda annwali medja fil-pagi għall-għalliema kollha fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika. Iż-żidiet annwali għandhom japplikaw b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar tas-sena rispettiva. Matul it-tħejjija tiegħu, l-abbozz ta’ liġi għandu jkun soġġett għal djalogu soċjali sinifikanti mal-akbar trade unions tal-għalliema. |
|||
|
17 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2023 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
% |
59 |
64.7 |
Q2 |
2023 |
Il-paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika (l-għalliema kollha li għandhom lawrja terzjarja fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika kif definit fl-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, eskluża l-edukazzjoni vokazzjonali) għandha tilħaq mill-inqas 64,7 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji, meta mqabbla ma’ 59 % fl-2022. Iż-żieda fil-paga medja tal-għalliema għas-sena 2023 għandha tiġi ddeterminata abbażi tad-data tal-eżitu għas-salarji medji tal-gradwati terzjarji fl-2022 (kif ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Ungerija) u l-previżjonijiet uffiċjali tal-Ministeru għall-Finanzi għat-tkabbir tal-pagi fl-ekonomija nazzjonali għas-sena 2023. Iż-żieda li tirriżulta fil-pagi tal-għalliema għandha tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2023. |
|
|
18 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2024 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
% |
64.7 |
71.8 |
Q2 |
2024 |
Il-paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika (l-għalliema kollha li għandhom lawrja terzjarja fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika kif definit fl-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, eskluża l-edukazzjoni vokazzjonali) għandha tilħaq mill-inqas 71,8 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji, meta mqabbla ma’ mill-inqas 64,7 % fl-2023. Iż-żieda fil-paga medja tal-għalliema għas-sena 2024 għandha tiġi ddeterminata abbażi tad-data tal-eżitu għas-salarji medji tal-gradwati terzjarji fl-2023 (kif ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Ungerija) u l-previżjonijiet uffiċjali tal-Ministeru għall-Finanzi għat-tkabbir tal-pagi fl-ekonomija nazzjonali għas-sena 2024. Iż-żieda li tirriżulta fil-pagi tal-għalliema għandha tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2024. |
|
|
19 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2025 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
% |
71.8 |
80 |
Q2 |
2025 |
Il-paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika (l-għalliema kollha li għandhom lawrja terzjarja fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika kif definit fl-Att dwar l-Edukazzjoni Pubblika, eskluża l-edukazzjoni vokazzjonali) għandha tilħaq mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji, meta mqabbla ma’ mill-inqas 71,8 % fl-2024. Iż-żieda fil-paga medja tal-għalliema għas-sena 2025 għandha tiġi ddeterminata abbażi tad-data tal-eżitu għas-salarji medji tal-gradwati terzjarji fl-2024 (kif ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Ungerija) u l-previżjonijiet uffiċjali tal-Ministeru għall-Finanzi għat-tkabbir tal-pagi fl-ekonomija nazzjonali għas-sena 2025. Iż-żieda li tirriżulta fil-pagi tal-għalliema għandha tapplika b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2025. |
|
|
20 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi ż-żieda fil-pagi għall-għalliema fil-livell inizjali għas-sena 2025 |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħha |
Q2 |
2025 |
Għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni, li tistabbilixxi li ż-żieda fil-pagi għall-għalliema fil-livell inizjali (gyakornok) għas-sena 2025 għandha tkun 10 punti perċentwali ogħla miż-żieda medja fil-pagi għall-għalliema kollha fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2025. |
|||
|
21 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
L-applikazzjoni taż-żidiet fil-pagi għall-għalliema li jaħdmu f’insedjamenti żvantaġġati, għall-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel bi proporzjon ta’ studenti żvantaġġati ta’ mill-inqas 10 %, u għall-għalliema fil-livell inizjali |
Rapport dwar l-applikazzjoni taż-żidiet fil-pagi |
Q2 |
2026 |
Għandu jitħejja rapport li juri l-applikazzjoni matul il-perjodu 2023–2026 taż-żidiet fil-pagi msemmija fl-stadji importanti 16 u 20 għall-għalliema li jaħdmu f’insedjamenti żvantaġġati, l-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel bi proporzjon ta’ tfal tal-iskola żvantaġġati ta’ mill-inqas 10 % u li jiddefinixxu metodi pedagoġiċi speċjali għal edukazzjoni inklużiva fil-programmi pedagoġiċi tagħhom, u għall-għalliema fil-livell inizjali. |
|||
|
22 |
C1.I3 Taħriġ tal-għalliema u titjib tal-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet |
Mira |
Għadd ta’ kapijiet u viċi kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika li pparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu |
Numru |
0 |
3 000 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 3 000 kap u viċi kap tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika għandhom jipparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu biex itejbu l-ħiliet diġitali u maniġerjali tagħhom. |
|
|
23 |
C1.I3 Taħriġ tal-għalliema u titjib tal-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet |
Mira |
Għadd ta’ għalliema mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika li pparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu |
Numru |
0 |
5 000 |
Q2 |
2026 |
Abbażi tal-konsultazzjoni preliminari mal-għalliema mwettqa permezz tal-organizzazzjonijiet ta’ koordinazzjoni tal-edukazzjoni pubblika eżistenti (il-Kunsill Nazzjonali tal-Edukazzjoni Pubblika, Round Table Strateġika għall-Edukazzjoni Pubblika), mill-inqas 5 000 għalliem fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell u tat-tieni livell għandhom jipparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu biex jiksbu speċjalizzazzjoni u ċertifikat addizzjonali biex jgħallmu oqsma ta’ studju b’domanda għolja. |
|
|
24 |
C1.I4 Ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal |
Mira |
Għadd ta’ tfal irreġistrati f'faċilitajiet maħluqa ġodda għall-indukrar tat-trabi |
Numru |
0 |
500 |
Q4 |
2024 |
Mill-inqas 500 tifel u tifla għandhom jiġu irreġistrati f’faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal b’appoġġ mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. |
|
|
25 |
C1.I4 Ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal |
Mira |
Għadd ta’ tfal addizzjonali irreġistrati f'faċilitajiet maħluqa ġodda għall-indukrar tat-tfal |
Numru |
500 |
3 593 |
Q4 |
2025 |
Mill-inqas 3 593 tifel u tifla għandhom jiġu irreġistrati f’faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal b’appoġġ mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-miżura għandha talloka mill-inqas 70 % tal-allokazzjoni tagħha għall-kostruzzjoni ta’ bini ġdid u mill-inqas 11 % għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għandhom jispeċifikaw li d-domanda għall-enerġija primarja ta’ kwalunkwe bini ġdid għandha tkun mill-inqas 20 % iktar baxxa mir-rekwiżit tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. |
|
|
26 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Rapport espert internazzjonali indipendenti dwar l-għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q4 |
2023 |
Għandu jitħejja rapport espert internazzjonali indipendenti dwar l-għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sostenibbiltà fit-tul minn fornitur indipendenti b’għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesa’ (abbażi ta’ suppożizzjonijiet u projezzjonijiet komuni tal-aħħar Rapport konġunt tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tixjiħ tal-EPC). Ir-rapport għandu: (1) ikopri l-pilastru tal-pensjonijiet pubbliċi tas-sistema tal-pensjonijiet, is-suq tax-xogħol u, sa fejn meħtieġ, il-politiki tal-impjiegi u tat-taxxa rilevanti għall-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol. Għandu jkopri kemm l-entranti l-ġodda kif ukoll il-kontributuri eżistenti; (2) jipprovdi dijanjożi dwar is-sistema tal-pensjonijiet u s-sostenibbiltà finanzjarja tagħha; (3) iressaq proposti ta’ politika konkreti (li jiffukaw fuq l-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol, iżda mhux biss, inkluż billi jorbtu l-età statutorja tal-irtirar mal-istennija tal-għomor u billi jgħollu l-etajiet effettivi tal-irtirar permezz ta’ inċentivi biex jinkoraġġixxu ħajja tax-xogħol itwal u penali għall-irtirar bikri filwaqt li jindirizzaw ukoll l-inugwaljanzi fl-introjtu fost il-pensjonanti (filwaqt li jitqiesu l-aħjar prattiki fl-Istati Membri tal-UE)); (4) jiżgura s-sostenibbiltà fuq terminu medju u fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ miżuri xierqa ta’ dħul u mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi, u billi titrażżan iż-żieda fin-nefqa proġettata tal-pensjonijiet bħala perċentwal tal-PDG sal-2070 meta mqabbla mal-projezzjonijiet tar-Rapport dwar it-Tixjiħ tla-2021, filwaqt li tiġi ppreservata l-adegwatezza, b’mod partikolari billi jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fl-introjtu; (5) jipprovdi valutazzjoni tal-impatt (sostenibbiltà, inugwaljanza, u perspettiva tal-adegwatezza) fuq dawk il-proposti ta’ politika. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. |
|||
|
27 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Tħejjija ta’ proposta ta’ politika biex tiġi emendata s-sistema tal-pensjonijiet |
Proposta ta’ politika tal-gvern għal riforma u konsultazzjonijiet |
Q2 |
2024 |
Il-Gvern għandu jħejji proposta ta’ politika bbażata fuq is-sejbiet tar-rapport imsemmi fl-istadju importanti 26, li fih għandhom jiġu deskritti l-għażliet ta’ riforma proposti. Il-proposta ta’ politika għandha tkun:
(2) — Ikkonsultat mas-sħab soċjali u ekonomiċi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inkluż mal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali u mal-Kunsill tal-Anzjani, iżda mhux biss; (3) — Ippreżentata u diskussa fil-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Tixjiħ tal-EPC; (4) — Imressqa għal konsultazzjoni pubblika. |
|||
|
28 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li temenda s-sistema tal-pensjonijiet |
Dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħha |
Q1 |
2025 |
Il-leġiżlazzjoni għall-emendar tas-sistema tal-pensjonijiet ibbażata fuq il-proposta leġiżlattiva tal-gvern għandha tidħol fis-seħħ. Il-leġiżlazzjoni għandha: (a) tippromwovi s-sostenibbiltà fiskali fuq terminu medju u fit-tul; (b) issaħħaħ l-adegwatezza tal-pensjonijiet imħallsa lill-pensjonanti b’introjtu baxx; (c) tikkontribwixxi għall-estensjoni tal-ħajja tax-xogħol; u (d) sa fejn ikun meħtieġ, tintroduċi mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi fis-sistema tal-pensjonijiet u bidliet parametriċi oħra. Il-proposta leġiżlattiva tal-gvern għal att bħal dan għandha tqis ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt dettaljata. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha turi kif – abbażi tal-proposta leġiżlattiva tal-gvern – tiżgura s-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet permezz ta’ miżuri xierqa u mekkaniżmi ta’ bbilanċjar awtomatiċi possibbli, u billi titrażżan iż-żieda fin-nefqa prevista fuq il-pensjonijiet bħala perċentwal tal-PDG sal-2070 meta mqabbla mal-aħħar projezzjonijiet tar-Rapport dwar it-Tixjiħ. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjonijiet komuni dwar il-projezzjonijiet makroekonomiċi u demografiċi tal-aħħar Rapport dwar it-Tixjiħ. |
|||
B. KOMPONENT 2: FORZA TAX-XOGĦOL B’LIVELL GĦOLI TA’ KWALIFIKI U KOMPETITTIVA
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jikkontribwixxi għall-immodernizzar tas-sistemi vokazzjonali u tal-edukazzjoni għolja. Jindirizza l-isfidi tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali billi jimplimenta rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u soluzzjonijiet ta’ tagħmir diġitali fil-binjiet fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u vokazzjonali. Il-komponent jindirizza wkoll l-isfidi relatati mal-iżvilupp tal-ħiliet u livell ta’ riċerka u innovazzjoni billi jinċentiva proġetti ta’ riċerka bejn in-negozji u l-akkademja. Il-miżuri f’dan il-komponent huma importanti għall-irkupru tal-ekonomija u għat-tisħiħ tar-reżiljenza għall-kriżijiet futuri.
L-objettiv ċentrali ta’ dan il-komponent huwa li tissaħħaħ il-forza tax-xogħol u l-istituzzjonijiet ta’ taħriġ relatati fid-dawl tal-kriżi attwali u dawk ġodda possibbli, u li jitjieb l-ambjent soċjoekonomiku tal-Ungerija. Għal dan il-għan, il-komponent għandu l-għan li (i) joħloq sistema tal-edukazzjoni għolja kompetittiva; (ii) jikkontribwixxi għad-disponibbiltà ta’ ħaddiema tas-sengħa; u (iii) jappoġġa ekosistema għax-xjenza, l-innovazzjoni u t-taħriġ.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-promozzjoni tal-investiment u r-riforma fir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-ħiliet ekoloġiċi u diġitali (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 5 fl-2022); dwar l-iffukar tal-investiment fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u fuq l-infrastruttura diġitali tal-iskejjel (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2020); u dwar l-iffukar tal-politika ekonomika relatata mal-investiment fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni (Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
B.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C2.R1: Modernizzazzjoni tal-korsijiet ta’ edukazzjoni għolja
L-objettiv tar-riforma huwa li tiġi modernizzata l-edukazzjoni għolja billi jiġu inklużi elementi aktar orjentati lejn il-prattika fir-rekwiżiti tat-taħriġ. Tiffoka fuq l-istabbiliment ta’ kooperazzjoni infrastrutturali u fit-taħriġ mal-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali u tal-innovazzjoni f’ċerti oqsma, u fuq it-tisħiħ tas-sistema tat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fl-edukazzjoni għolja, f’konformità mar-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol.
Bħala parti mill-miżura, diversi regolamenti għandhom jiġu rieżaminati u modifikati, inkluż dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali u dwar ir-regoli operattivi taċ-ċentri tal-eżamijiet fl-Att dwar it-Taħriġ Vokazzjonali, dwar id-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-kompiti tal-eżamijiet miċ-ċentri tal-eżamijiet, dwar it-taħriġ tal-għalliema fis-servizz, u dwar it-taħriġ diġitali (tagħlim elettroniku, apprendiment mill-bogħod, tip imħallat) li jkopri t-taħriġ għall-adulti u l-edukazzjoni għall-adulti. Il-modernizzazzjoni tal-oqsma ta’ studju u r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni għandhom iqisu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol relatati mal-ħiliet ekoloġiċi u diġitali. Ir-riforma għandha tirriżulta fil-modernizzazzjoni ta’ 15-il qasam ta’ studju tal-edukazzjoni għolja bħal-liġi u l-amministrazzjoni pubblika, l-ekonomija, ix-xjenzi mediċi u tas-saħħa, l-agrikoltura, l-arti u x-xjenzi naturali. Ir-riforma għandha tkun ibbażata fuq rapport li jidentifika r-regolamenti li għandhom jiġu riveduti għall-oqsma ta’ studju tal-edukazzjoni għolja. Dan ir-rapport għandu jitħejja b’mod konġunt mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-Ungerija, il-Konferenza tar-Retturi Ungeriżi u l-Awtorità Edukattiva, u jinvolvi kif xieraq l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Il-karatteristiki tal-istruttura modernizzata tat-taħriġ għandhom jiġu disseminati fost il-partijiet ikkonċernati u l-gruppi fil-mira bħala parti mir-riforma.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.
C2.I1: Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja
L-objettiv tal-investiment huwa li jiġi żviluppat kontenut ta’ apprendiment mill-bogħod, sistema ta’ ġestjoni tat-taħriġ u korsijiet ta’ taħriġ għall-adulti fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jipprovdu ċertifikati mikrokredenzjali. Mikrokredenzjali hija prova tal-eżiti tal-apprendiment li student ikun kiseb wara esperjenza qasira ta’ apprendiment u li tkun ġiet ivvalutata skont standards trasparenti. Il-prova tinsab f’dokument iċċertifikat li jelenka l-isem tad-detentur, l-eżiti tal-apprendiment miksuba, il-metodu ta’ valutazzjoni, il-korp tal-għoti u, fejn applikabbli, il-livell qafas tal-kwalifiki u l-krediti miksuba. Il-mikrokredenzjali huma proprjetà tal-istudent, jistgħu jiġu kondiviżi, huma portabbli, jistgħu jiġu kkombinati fi kredenzjali jew kwalifiki akbar, u jipprovdu krediti tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS). Dawn huma mirfudin b’assigurazzjoni tal-kwalità li ssegwi standards maqbula.
Taħt din il-miżura, għandhom jiġu żviluppati 19-il kors mikrokredenzjali u jibdew jintużaw f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Il-mikrokredenzjali żviluppati ġodda għandhom iqisu l-ħtiġijiet tal-ekonomija. Il-mikrokredenzjali għandhom jiġu żviluppati f’konformità mad-definizzjoni u l-elementi standard Ewropej biex jiddeskrivu mikrokredenzjali kif ippreżentat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà. B’riżultat tal-investiment, għadd dejjem ikbar ta’ studenti/persuni għandhom jirċievu ċertifikati mikrokredenzjali u għandhom jieħdu sehem fi programmi ta’ żvilupp tal-ħiliet diġitali mwassla minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Mill-inqas 600 persuna involuta f’attivitajiet ta’ taħriġ għall-adulti fl-istituzzjonijiet ikkonċernati ta’ edukazzjoni għolja għandhom jiksbu mikrokredenzjali li jissarrfu fi krediti bi krediti ECTS. Barra minn hekk, għandhom jiġu żviluppati mill-inqas 1 800 kontenut ta’ apprendiment diġitali, inkluż materjal għat-tagħlim, skripts, podcasts, reġistrazzjonijiet tal-iskrin, vidjos, kwiżżijiet, materjali ta’ referenza, kontenut tal-kompjuter, kontenut ibbażat fuq il-web, logħob diġitali, eċċ. Mill-inqas 34 000 student u persunal (inklużi għalliema) fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja involuti għandhom jieħdu sehem fi programmi ta’ ħiliet diġitali, kompetenzi u żvilupp tal-għarfien skont din il-miżura. B’mod speċifiku, it-taħriġ għall-għalliema għandu jiffoka fuq il-ħiliet għall-użu ta’ għodod diġitali għat-tagħlim u l-iżvilupp ta’ kontenut ta’ apprendiment diġitali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C2.I2: Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja
L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied l-attrattività tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u li tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali permezz ta’ infrastruttura modernizzata, diġitalizzazzjoni u attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità.
L-investiment għandu jikkonsisti minn:
i) rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, li bħala medja tikseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %.
ii) il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, li għandu jkollha domanda għall-enerġija primarja ta’ mill-inqas 20 % inqas mir-rekwiżit ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija.
iii) ix-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir diġitali fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, bħal whiteboards interattivi jew skrins kbar tal-mess, laptops, notebooks diġitali, PCs, studios multimedjali, apparat multimedjali u/jew interattiv li jappoġġa s-sistema diġitali tat-tagħlim/tal-apprendiment/tal-ġestjoni tal-apprendiment, l-għodod tal-ICT meħtieġa għall-iżvilupp/il-ġbir strutturat, il-ħżin, il-klassifikazzjoni u l-aċċessibbiltà tal-kontenut ta’ materjal tat-tagħlim elettroniku, f’konformità mad-Direttiva FAIR (Traċċabbli, Aċċessibbli, Interoperabbli, Riutilizzabbli) tal-UE, sistemi użati biex jixxandru l-edukazzjoni, sistemi ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni li jappoġġaw l-edukazzjoni diġitali, is-sistema ta’ ħżin multimedjali, il-katalgu online li jiżgura t-tiftix u l-aċċessibbiltà ta’ kontenut diġitali, liċenzji ta’ software edukattiv, sistema ta’ ġestjoni tat-taħriġ għall-apprendiment mill-bogħod f’sistema magħluqa u liċenzji relatati ta’ sistemi ta’ editjar tal-kurrikulu, sistemi għal servizz ibbażat fuq il-cloud.
iv) attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità, inkluż l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, konferenzi u attivitajiet ta’ żvilupp tal-ħiliet; it-tagħmir ta’ workshops u laboratorji għal skopijiet ta’ tagħlim; l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ewlenin, laboratorji tal-ħiliet, korsijiet tal-lingwa u taħriġ dwar il-kompetenzi bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-universitajiet.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C2.I3: Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali
L-objettiv tal-investiment huwa li jikkontribwixxi għad-disponibbiltà ta’ forza tax-xogħol ikkwalifikata billi jipprovdi edukazzjoni diġitali lill-istudenti kollha li qed isegwu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali.
B’riżultat tal-investiment, mill-inqas 75 materjal ta’ apprendiment diġitali għandhom jiġu żviluppati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali relatati ma’ professjonijiet speċifiċi u mill-inqas 13 000 student (utenti individwali) fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jew li jattendu l-edukazzjoni għall-adulti fi professjonijiet rilevanti għandu jkollhom aċċess għal dawn il-materjali ta’ apprendiment diġitali. Il-materjali tal-apprendiment diġitali għandhom jiġu żviluppati f’setturi li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ministeru għall-Kultura u l-Innovazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 45(1) tad-Digriet tal-Gvern 12/2020. (II. 7.).
L-investiment jitwettaq permezz ta’ sejħa għal proġetti għall-iżvilupp ta’ kurrikuli diġitali, li għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim għall-Adulti.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C2.I4: Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21
L-objettiv tal-investiment huwa li titrawwem effiċjenza fl-enerġija, jitwettaq titjib ġenerali fl-infrastruttura u titjieb id-diġitalizzazzjoni taċ-ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali. It-titjib fil-bini u fl-infrastruttura diġitali tal-iskejjel vokazzjonali għandu joħloq ukoll ambjent ta’ tagħlim aħjar għall-istudenti, li huwa mistenni li jkun ta’ benefiċċju għar-riżultati edukattivi tagħhom.
L-investiment għandu jikkonsisti fir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u x-xiri ta’ tagħmir tal-ICT għal mill-inqas 16-il ċentru ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali magħżula. Għandu jinkludi wkoll titjib infrastrutturali ieħor f’dawn iċ-ċentri, bħat-tagħmir ta’ workshops, ir-rinnovazzjoni taż-żoni tat-tagħlim u x-xiri ta’ materjali tat-tagħlim, għodod u għamara. L-għażla taċ-ċentri għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, inkluża d-domanda tas-suq tax-xogħol fil-qasam ekonomiku speċifiku, l-istatus tal-infrastruttura u l-assi taċ-ċentri tat-taħriġ vokazzjonali, jekk iċ-ċentri jinsabux f’reġjun żvantaġġat, is-sehem tal-istudenti żvantaġġati, u r-rabtiet u l-koerenza ma’ programmi preċedenti. Il-programm ta’ rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija għandu jwassal biex bħala medja jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % jew tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet diretti u indiretti tal-gassijiet serra.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C2.I5: Żvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali
L-objettiv tal-investiment huwa li jiġi stabbilit ċentru tal-eżamijiet ċentrali f’Budapest biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal eżamijiet professjonali ta’ kwalità għolja f’ċerti professjonijiet li għalihom in-network taċ-ċentri tal-eżamijiet ma jiżgurax kopertura territorjali xierqa fil-livell reġjonali.
Dan l-investiment għandu jikkonsisti fit-tlestija taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali, li permezz tiegħu għandhom jiġu organizzati eżamijiet għal mill-inqas 30 professjoni u kwalifika professjonali. Il-miżura għandha tinkludi r-rinnovazzjoni tal-bini taċ-Ċentru, inkluż it-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija, rinnovazzjonijiet oħra tal-bini, u d-disinn mill-ġdid u t-tagħmir tal-klassijiet, il-kmamar tal-eżamijiet, il-workshops u l-kmamar tas-servizz.
Ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija għandha twassal, bħala medja, għal iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % jew tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Iċ-ċentru tal-eżamijiet għandu jiġi żviluppat bħala post tal-eżamijiet separat miċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C2.I6: Stabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp
L-objettiv tal-investiment huwa li jiġu stabbiliti laboratorji nazzjonali addizzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp sabiex tissaħħaħ l-ekosistema tal-innovazzjoni fil-pajjiż. Dawn il-laboratorji nazzjonali huma konsorzji ta’ riċerka formalizzati, inklużi universitajiet, istituti ta’ riċerka u atturi pubbliċi oħra (bħall-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari u s-Servizz Meteoroloġiku tal-Ungerija), li għandhom jitwaqqfu bl-għan li jwettqu riċerka u jippubblikaw studji f’oqsma ta’ riċerka rilevanti.
Il-miżura tikkonsisti fit-twaqqif ta’ laboratorji nazzjonali, li għandhom jinkludu għotjiet għar-riċerka, xiri ta’ tagħmir u żvilupp infrastrutturali. Il-laboratorji nazzjonali għandhom ikopru l-oqsma ta’ riċerka rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika/diġitali u l-isfidi soċjoekonomiċi tal-Ungerija u għandhom jiġu organizzati fl-oqsma tematiċi ta’ soċjetà u ambjent sikuri; is-saħħa; l-industrija u d-diġitalizzazzjoni. Dawn l-oqsma tematiċi għandhom jinkludu suġġetti bħall-enerġija rinnovabbli, is-saħħa mmexxija mid-data, ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi, is-sigurtà tal-ilma, l-intelliġenza artifiċjali u s-sistemi awtonomi. Il-proġetti ta’ riċerka tal-laboratorji u l-kuntratti relatati tagħhom (inklużi l-kuntratti tax-xogħol għar-riċerkaturi u persunal ieħor involut) għandu jkollhom terminu fiss, li ma għandux jaqbeż it-30 ta’ Ġunju 2026.
Il-miżura tinkludi l-pubblikazzjoni ta’ rapport dwar il-prestazzjoni ta’ dawn il-laboratorji nazzjonali, imħejji mill-Aġenzija Nazzjonali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar (i) l-attivitajiet u l-eżiti tal-laboratorji fil-qasam tar-riċerka li fihom kienu attivi, inkluża l-isfida globali li indirizzaw fil-livell nazzjonali, (ii) il-kompożizzjoni tal-konsorzji (sħab pubbliċi u privati) u (iii) kif dawn il-laboratorji nazzjonali kkontribwew għat-tisħiħ tal-ekosistema tal-innovazzjoni Ungeriża.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
B.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
29 |
C2.R1 Modernizzazzjoni tal-korsijiet ta’ edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ oqsma ta’ studju ta’ edukazzjoni għolja modernizzat |
Numru |
0 |
15 |
Q4 |
2023 |
Il-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-Ungerija, il-Konferenza tar-Retturi Ungeriżi, l-Awtorità Edukattiva u l-Istituzzjonijiet tal-Edukazzjoni Għolja għandhom jimmodernizzaw il-15-il qasam ta’ studju tal-edukazzjoni għolja billi jinkludu elementi aktar orjentati lejn il-prattika fil-kurrikulu u jirrevedu r-regolamenti rilevanti, inkluż dwar il-ġestjoni tal-proprjetà intellettwali, u dwar ir-regoli operattivi taċ-ċentri tal-eżamijiet fl-Att dwar it-Taħriġ Vokazzjonali, dwar id-determinazzjoni tat-twettiq tal-kompiti ta’ eżamijiet taċ-ċentri tal-eżamijiet, dwar it-taħriġ tal-għalliema waqt is-servizz, dwar it-taħriġ diġitali (tagħlim elettroniku, tagħlim mill-bogħod u tagħlim imħallat), li jkopri t-taħriġ għall-adulti u l-edukazzjoni għall-adulti. |
|
|
30 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għall-għażla tal-universitajiet li jwettqu żvilupp tal-kurrikulu elettroniku |
Pubblikazzjoni tas-sejħa mill-Awtorità Nazzjonali tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza |
|
|
|
Q2 |
2023 |
Għandha titnieda sejħa għall-iżvilupp ta’ kontenut ta’ apprendiment mill-bogħod b’sistema magħluqa u sistema ta’ ġestjoni tat-taħriġ u taħriġ ta’ edukazzjoni għolja għall-adulti (mikrokredenzjali li jipprovdu krediti tas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti (ECTS)). Ir-rekwiżiti fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fost l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja tal-Ungerija, anki fuq il-bażi tal-istruttura tas-sjieda tagħhom. Il-lista ta’ mikrokredenzjali potenzjali għandha tqis il-ħtiġijiet tal-ekonomija. Il-mikrokredenzjali għandhom jiġu żviluppati f’konformità mad-definizzjoni u l-elementi standard Ewropej biex jiddeskrivu mikrokredenzjali kif ippreżentat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà. |
|
31 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ korsijiet li joffru mikrokredenzjali b’kontenut diġitali |
|
Numru |
0 |
19 |
Q4 |
2024 |
Wara s-sejħa msemmija taħt l-istadju importanti 30, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom jiżviluppaw materjali ta’ apprendiment diġitali għal mill-inqas 19-il kors li jissarrfu fi krediti li joffru mikrokredenzjali bi krediti ECTS. Il-mikrokredenzjali għandhom jiġu żviluppati f’konformità mad-definizzjoni u l-elementi standard Ewropej biex jiddeskrivu mikrokredenzjali kif ippreżentat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2022 dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għall-apprendiment tul il-ħajja u għall-impjegabbiltà. |
|
32 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ studenti/persuni li jkunu rċevew ċertifikat ta’ mikrokredenzjali fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. |
|
Numru |
0 |
600 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 600 student/persuna involuta f’attivitajiet ta’ taħriġ għall-adulti fl-istituzzjonijiet involuti tal-edukazzjoni għolja għandhom jiksbu mikrokredenzjali li jissarrfu fi krediti bi krediti ECTS. |
|
33 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ kontenut ta’ apprendiment diġitali żviluppat għall-edukazzjoni għolja |
Numru |
0 |
1 800 |
Q2 |
2026 |
Għandhom jiġu żviluppati mill-inqas 1 800 kontenut ta’ tagħlim diġitali għall-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Il-kontenut tat-tagħlim diġitali għandu jinkludi materjal tat-tagħlim, skripts, podcasts, reġistrazzjonijiet tal-iskrin, vidjos, kwiżżijiet, materjali ta’ referenza, kontenut tal-kompjuter, kontenut ibbażat fuq il-web, logħob diġitali, eċċ. |
|
|
34 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ studenti u persunal tal-edukazzjoni għolja li jieħdu sehem fil-programmi tal-iżvilupp tal-ħiliet diġitali |
|
Numru |
0 |
34 000 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 34 000 student u persunal (inklużi għalliema) fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja involuti għandhom jieħdu sehem fi programmi ta’ ħiliet diġitali, kompetenzi u żvilupp tal-għarfien skont din il-miżura. It-taħriġ għall-għalliema għandu jiffoka fuq il-ħiliet għall-użu ta’ għodod diġitali għat-tagħlim u l-iżvilupp ta’ kontenut ta’ apprendiment diġitali. |
|
35 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda, tagħmir diġitali ġdid u attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Pubblikazzjoni tas-sejħa mill-ministeru responsabbli għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Q1 |
2022 |
Għandha titnieda sejħa għal proġetti rigward ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda, ix-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir diġitali u attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Is-sejħa għandha talloka mill-inqas 2,5 % tal-allokazzjoni tal-miżura għall-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda, mill-inqas 22,5 % għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura, mill-inqas 41.5 % għal tagħmir ġdid tal-ICT u l-bqija tal-allokazzjoni għall-attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità inkluż: l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, konferenzi u attivitajiet ta’ żvilupp tal-ħiliet; it-tagħmir ta’ workshops u laboratorji għal skopijiet ta’ tagħlim; l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ewlenin, laboratorji tal-ħiliet, korsijiet tal-lingwa u taħriġ dwar il-kompetenzi bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-universitajiet. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, rekwiżit li bħala riżultat tar-rinnovazzjoni għandu jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %, bħala medja, fl-infrastruttura rinnovata. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għandhom jispeċifikaw ukoll li d-domanda għall-enerġija primarja ta’ kwalunkwe bini ġdid għandha tkun mill-inqas 20 % iktar baxxa mir-rekwiżit tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. Ir-rekwiżiti fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għandhom jiżguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fost l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja tal-Ungerija, anki fuq il-bażi tal-istruttura tas-sjieda tagħhom. Fondi fiduċjarji pubbliċi ma għandhomx ikunu eliġibbli bħala riċeventi skont is-sejħa. L-għażla tal-proġetti għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi stabbiliti fis-sejħa, inkluż il-qligħ mill-effiċjenza fl-enerġija relatat mal-kostijiet tal-investiment, il-kosteffiċjenza tax-xiri tat-tagħmir diġitali, l-għadd ta’ kompjuters disponibbli għal kull għalliem, is-sehem ta’ għalliema b’lawrja akkademika għolja u s-sehem ta’ studenti żvantaġġati fl-universitajiet. |
|||
|
36 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Mira |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-bini u kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Metri kwadri |
0 |
25 145 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 25 145 metru kwadru ta’ infrastruttura tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom jiġu rinnovati biex jinkiseb iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % jew jinbnew bħala bini ġdid biex tintlaħaq domanda għall-enerġija primarja mill-inqas 20 % aktar baxxa mir-rekwiżit tal-bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero. |
|
|
37 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Mira |
Installazzjoni ta’ tagħmir diġitali fil-bini ta’ edukazzjoni għolja |
|
Għadd ta’ tagħmir tal-ICT |
0 |
22 300 |
Q2 |
2026 |
Għandhom jinxtraw u jiġu installati mill-inqas 22 300 oġġett ta’ tagħmir tal-ICT fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. Dan it-tagħmir tal-ICT għandu jinkludi whiteboards interattivi jew skrins kbar tal-mess, kompjuters u laptops, studios multimedjali, apparat multimedjali u/jew interattiv li jappoġġa s-sistema ta’ ġestjoni tat-tagħlim u tal-apprendiment diġitali, l-għodod tal-ICT meħtieġa għall-iżvilupp/il-ġbir strutturat, il-ħżin, il-klassifikazzjoni u l-aċċessibbiltà tal-kontenut ta’ materjal tat-tagħlim elettroniku, f’konformità mad-Direttiva FAIR (Traċċabbli, Aċċessibbli, Interoperabbli u Riutilizzabbli) tal-UE, sistemi użati biex jixxandru l-edukazzjoni, sistemi ta’ komunikazzjoni u kollaborazzjoni li jappoġġaw l-edukazzjoni diġitali, is-sistema ta’ ħżin multimedjali, il-katalgu online li jiżgura t-tiftix u l-aċċessibbiltà ta’ kontenut diġitali, liċenzji ta’ software edukattiv elettroniku, sistema ta’ ġestjoni tat-taħriġ għall-apprendiment mill-bogħod f’sistema magħluqa u liċenzji relatati ta’ sistemi ta’ editjar tal-kurrikulu, sistemi għal servizz ibbażat fuq il-cloud. |
|
38 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Rapport dwar attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q2 |
2026 |
Għandu jiġi ppubblikat rapport, li jippreżenta r-riżultati tal-attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità mwettqa taħt din il-miżura, inklużi: l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, konferenzi u attivitajiet ta’ żvilupp tal-ħiliet; it-tagħmir ta’ workshops u laboratorji għal skopijiet ta’ tagħlim; l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ewlenin, laboratorji tal-ħiliet, korsijiet tal-lingwa u taħriġ dwar il-kompetenzi bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-universitajiet. |
|||
|
39 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti għall-iżvilupp ta’ kurrikuli diġitali |
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proġetti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim għall-Adulti |
|
|
|
Q2 |
2023 |
Sejħa għal proġetti għall-iżvilupp ta’ materjal ta’ apprendiment diġitali, li għandhom jitnedew mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u t-Tagħlim għall-Adulti. Is-sejħa għandha tispeċifika li l-materjal ta’ apprendiment diġitali għandu jikkonċerna setturi li mhumiex taħt il-kontroll tal-Ministeru għall-Kultura u l-Innovazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 45(1) tad-Digriet tal-Gvern 12/2020. (II. 7.). |
|
40 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Mira |
Għadd ta’ materjali ta’ apprendiment diġitali żviluppati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Numru |
0 |
75 |
Q3 |
2025 |
Mill-inqas 75 materjal ta’ apprendiment diġitali għandhom jiġu żviluppati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali relatati ma’ professjonijiet speċifiċi u jkunu lesti biex jintużaw mill-istudenti. |
|
|
41 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Mira |
Għadd ta’ apprendisti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jkunu attendew korsijiet ibbażati fuq titjib fil-materjali ta’ apprendiment diġitali |
|
Numru |
0 |
13 000 |
Q1 |
2026 |
Mill-inqas 13 000 student (utenti individwali) fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jew li jattendu l-edukazzjoni għall-adulti fi professjonijiet li jappartjenu għas-setturi kkonċernati mill-materjali ta’ apprendiment diġitali msemmija fl-istadju importanti 40 għandu jkollhom aċċess għal materjali ta’ apprendiment diġitali mtejba. L-għadd ta’ studenti għandu jiġi estratt mid-data rreġistrata fis-sistema ta’ reġistrazzjoni u ta’ studju taċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. |
|
42 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Stadju importanti |
Għażla ta’ mill-inqas 16-il ċentru ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali biex jipparteċipaw fi programm ta’ żvilupp |
Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni biex jintgħażlu 16-il istituzzjoni ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali fuq il-paġna web tal-ministeru responsabbli għat-taħriġ vokazzjonali |
Q4 |
2022 |
Mill-inqas 16-il ċentru li għandhom ikunu involuti fil-programm ta’ żvilupp għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-pjanijiet ta’ żvilupp tad-diversi ċentri. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u trasparenti, inkluża d-domanda tas-suq tax-xogħol fuq il-qasam ekonomiku speċifiku, l-istatus tal-infrastruttura u l-assi taċ-ċentri tat-taħriġ vokazzjonali, jekk iċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jinsabux f’reġjun żvantaġġat, is-sehem tal-istudenti żvantaġġati, rabtiet u koerenza ma’ programmi preċedenti. |
|||
|
43 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija taċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
|
Metri kwadri |
0 |
69 175 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 69 175 metru kwadru ta’ bini f’mill-inqas 16-il ċentru tat-taħriġ vokazzjonali għandhom jgħaddu minn rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u bħala medja jkollhom tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % f’emissjonijiet diretti u indiretti ta’ gassijiet serra jew mill-inqas iffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 %. |
|
44 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Xiri ta’ tagħmir tal-ICT għaċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
|
Numru |
0 |
13 825 |
Q2 |
2026 |
Għandhom jinxtraw 13 825 oġġett ta’ tagħmir tal-ICT u jintużaw f’mill-inqas 16-il ċentru ta’ taħriġ vokazzjonali. Tagħmir ġdid tal-ICT għandu jinkludi notebooks diġitali, tablets, spazji ta’ tagħlim kollaborattiv u apparat għall-kondiviżjoni tal-għarfien. |
|
45 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b’infrastruttura aġġornata |
|
Numru |
0 |
16 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 16-il ċentru ta’ taħriġ vokazzjonali għandhom jirċievu aġġornamenti bħal rinnovazzjonijiet fl-effiċjenza fl-enerġija (kif imsemmi fil-mira 43), tagħmir ġdid tal-ICT (kif imsemmi fil-mira 44) u titjib infrastrutturali ġenerali ieħor (inkluż ir-rinnovazzjoni u t-tagħmir ta’ workshops, ir-rinnovazzjoni taż-żoni tat-tagħlim, ix-xiri ta’ materjali tat-tagħlim, għodod, għamara (bankijiet u armarji)). |
|
46 |
C2.I5 Żvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Stadju importanti |
Għoti tal-kuntratt pubbliku/kuntratti pubbliċi għar-rinnovazzjoni u l-iżvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Notifika ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku/kuntratti pubbliċi |
|
|
|
Q4 |
2023 |
Għandhom jitwettqu l-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għar-rinnovazzjoni u l-iżvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali u għandhom jingħataw il-kuntratti pubbliċi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratti għandu jinkludi r-rinnovazzjoni tal-bini taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali, inkluż id-disinn mill-ġdid u t-tagħmir tal-klassijiet, tal-kmamar tal-eżamijiet u tal-workshops, u l-kmamar tas-servizz. Mill-inqas 20 % tal-baġit tal-miżura għandu jiġi allokat għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, li għandha tirriżulta fi ffrankar tal-enerġija primarja ta’ mill-inqas 30 % jew tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. |
|
47 |
C2.I5 Żvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Stadju importanti |
Tlestija taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Bidu tal-operat taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Q1 |
2026 |
L-iżvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali għandu jitlesta u ċ-ċentru għandu jibda jopera. Għandu jkun iċ-ċentru tal-eżamijiet ċentrali stabbilit f’Budapest biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal eżamijiet professjonali ta’ kwalità għolja, li jkopri mill-inqas 30 professjoni u kwalifika professjonali li għalihom in-network taċ-ċentri tal-eżamijiet akkreditati ma jiżgurax kopertura territorjali xierqa fil-livell reġjonali. |
|||
|
48 |
C2.I6 Stabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp |
Mira |
Twaqqif ta’ laboratorji nazzjonali addizzjonali f’ħames oqsma ta’ riċerka tematiċi |
Numru |
15 |
29 |
Q2 |
2022 |
Għandhom jitwaqqfu 14-il laboratorju nazzjonali addizzjonali f’konsorzji li jikkonsistu minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, istituti ta’ riċerka, kumpaniji u atturi pubbliċi oħra (bħall-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina Alimentari u s-Servizz Meteoroloġiku tal-Ungerija). Il-laboratorji nazzjonali għandhom jiġu organizzati madwar temi ta’ riċerka fl-oqsma tematiċi ta’ soċjetà u ambjent sikuri; is-saħħa; l-industrija u d-diġitalizzazzjoni. Il-laboratorji għandhom jiġu stabbiliti bl-objettiv li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Ungerija. |
|
|
49 |
C2.I6 Stabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp |
Stadju importanti |
Rapport dwar il-prestazzjoni tal-laboratorji nazzjonali |
Pubblikazzjoni tar-rapport mill-Aġenzija Nazzjonali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni |
Q2 |
2026 |
L-Aġenzija Nazzjonali għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni għandha tħejji u tippubblika rapport dwar il-prestazzjoni tal-laboratorji nazzjonali stabbiliti skont din il-miżura. Ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-laboratorji kkonċernati, inkluż mill-inqas l-elementi li ġejjin (i) l-attivitajiet u l-eżiti tal-laboratorji fil-qasam tar-riċerka li fihom kienu attivi, inkluża l-isfida globali li indirizzaw fil-livell nazzjonali, (ii) il-kompożizzjoni tal-konsorzji (sħab pubbliċi u privati) u iii) kif dawn il-laboratorji nazzjonali kkontribwew għat-tisħiħ tal-ekosistema tal-innovazzjoni Ungeriża. Ir-rapport għandu jevalwa wkoll l-effettività tal-laboratorji nazzjonali fl-appoġġ tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ekonomija, u jagħmel rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-appoġġ għar-riċerka. |
|||
C. KOMPONENT 3: INSEDJAMENTI LI QED JIPPRUVAW ILAĦĦQU
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jindirizza l-isfidi soċjoekonomiċi u territorjali li ġew amplifikati bil-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari fl-ifqar insedjamenti, u jindirizza kwistjonijiet bħan-nuqqas ta’ aċċess għas-suq tax-xogħol u s-servizzi pubbliċi, in-nuqqas ta’ professjonisti fil-kura primarja u, b’mod aktar ġenerali, il-faqar.
L-objettiv ewlieni ta’ dan il-komponent huwa li jipprovdi servizzi bażiċi għall-abitanti tal-aktar 300 insedjament żvantaġġat fl-Ungerija (kif definit mid-Deċiżjoni tal-Gvern 1404/2019 (VII.05.) u d-Deċiżjoni tal-Gvern 1057/2021. (II.19.)) permezz ta’ intervent ta’ politika soċjali integrata. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri f’dan il-komponent huwa parti integrali mill-Programm usa’ tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu. Il-komponent jikkontribwixxi għall-parti tal-akkomodazzjoni tal-prinċipju 19 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u għall-prinċipju 20 dwar l-aċċess għal servizzi essenzjali.
Għal dan l-għan, il-komponent għandu l-għan li (i) jibni u jirrinova akkomodazzjonijiet soċjali biex itejjeb l-aċċess għal kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni xierqa; (ii) jistabbilixxi impjanti tal-enerġija solari soċjali; (iii) jippromwovi l-impjiegi u l-iżvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’ speċifiċitajiet lokali u t-tisħiħ tal-kultura ekonomika lokali; u (iv) jikseb eżiti tat-tagħlim aħjar permezz ta’ pedagoġija orjentata lejn il-komunità.
Il-komponent għandu jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar it-titjib tal-adegwatezza tal-assistenza soċjali u jiġi żgurat aċċess għal servizzi essenzjali, edukazzjoni ta’ kwalità u akkomodazzjoni adegwata għal kulħadd (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2 fl-2020 u 3 fl-2022), dwar l-iżgurar tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-gruppi l-aktar vulnerabbli (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2 fl-2019 u 3 fl-2022), u dwar l-investimenti li jsiru ffukati fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 3 fl-2020 u 6 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
C.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C3.R1: Ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas għal appoġġ integrat effettiv għall-insedjamenti l-aktar żvantaġġati
L-objettiv tal-miżura huwa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effettiva u trasparenti tal-programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu, li għandu l-għan li jiżviluppa l-aktar insedjamenti żvantaġġati fl-Ungerija u jindirizza l-isfidi soċjoekonomiċi ewlenin tal-abitanti tagħhom.
Il-miżura għandha tikkonsisti f’żewġ azzjonijiet biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet qafas għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu. L-ewwel nett, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jimplimentaw id-diversi elementi tal-programm għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura trasparenti bbażata fuq kriterji relatati mal-esperjenza professjonali, il-kapaċità u l-mertu. Ir-Regoli tal-proċedura għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat tal-Programm. It-tieni, għandu jiġi stabbilit kumitat ta’ monitoraġġ tematiku għall-programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu biex jirrieżamina r-riżultati u jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex tiżdied aktar l-effettività tal-programm. L-ambitu tar-rieżami tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkopri l-interventi rilevanti – minn sorsi ta’ finanzjament nazzjonali u tal-UE (inklużi l-elementi tal-FSE + u tal-FEŻR) – li jappoġġaw l-objettivi tal-programm fit-300 insedjament l-aktar żvantaġġati. Għal dan l-għan, is-sħubija fil-kumitat ta’ monitoraġġ għandha tinkludi ministeri u awtoritajiet kompetenti, rappreżentanti tal-muniċipalitajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq l-inklużjoni soċjali u l-inklużjoni tar-Rom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jintgħażlu abbażi tal-esperjenza professjonali, il-kapaċità u l-mertu. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ fuq bażi regolari, mill-inqas kull tliet xhur. Id-dokumenti tiegħu, inklużi l-minuti, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat tal-programm.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.
C3.I1: Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni
L-objettiv tal-investiment huwa li titjieb il-kwalità tal-ħajja u l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni tal-persuni li jgħixu fl-aktar muniċipalitajiet żvantaġġati magħżula skont il-Programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu u li jittaffa l-faqar fl-akkomodazzjoni, f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Il-miżura għandha tikkonsisti fix-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ mill-inqas 1 600 abitazzjoni, kif ukoll il-bini ta’ 400 dar ġdida u l-kiri tagħhom bħala akkomodazzjonijiet soċjali. Il-bini ta’ djar ġodda għandu jsir kemm jista’ jkun ċentrali f’muniċipalità biex isir użu minn djar dilapidati u minn plottijiet vojta ta’ artijiet. L-ebda akkomodazzjoni soċjali ma għandha tiġi pprovduta f’żoni iżolati jew lil hinn miż-żona popolata ta’ muniċipalità. Djar ġodda u rinnovati għal skopijiet soċjali jistgħu jitqiegħdu barra mill-muniċipalitajiet fil-mira f’minoranza tal-każijiet, f’żoni mhux segregati b’aċċess aħjar għall-impjiegi u s-servizzi, iżda f’dawk il-każijiet l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali għandu jiġi allokat lil persuni li jgħixu f’dawk it-300 muniċipalità fil-mira, li jistgħu japplikaw għal akkomodazzjoni għall-kiri permezz ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet, u jistgħu, fuq bażi volontarja, jiċċaqilqu f’abitazzjoni barra mill-insedjament tagħhom.
Bħala parti mill-miżura, għandu jitħejja u jiġi ppubblikat Pjan ta’ Intervent. Dan il-Pjan għandu jipprovdi gwida dwar l-għażla tal-abitazzjonijiet li għandhom jiġu rinnovati u d-djar soċjali l-ġodda li għandhom jinbnew. Il-Pjan għandu jqis l-istħarriġ imwettaq biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u l-għażla tal-proġetti għandha tipprevjeni aktar riskji ta’ segregazzjoni u tiġġieled kontra riskji eżistenti ta’ segregazzjoni.
Ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni għandu jinkludi interventi bħar-rinnovazzjoni ta’ mill-inqas kamra waħda li tissaħħan u kamra tal-banju waħda għal kull abitazzjoni kif ukoll it-tħejjija ta’ punti sikuri ta’ ġbir tal-elettriku, il-bini ta’ ċnut, kontroll tar-rodituri, l-użu ta’ insettiċida. Dawn l-abitazzjonijiet wara r-rinnovazzjoni u mibnija ġodda għandhom ikunu proprjetà tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu għal mill-inqas 20 sena u ġestiti minn aġenzija tal-akkomodazzjoni soċjali skont kuntratt pubbliku ta’ servizz. L-aġenzija tal-akkomodazzjoni soċjali, li għandha tingħażel b’sejħa miftuħa għall-offerti, għandha talloka l-akkomodazzjoni lil kerrejja eliġibbli fil-forma ta’ proprjetà mikrija, permezz ta’ sistema pubblika ta’ offerti. Bini ġdid għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ Bini b’Użu ta’ Enerġija Kważi Żero.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C3.I2: Produzzjoni u użu tal-enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati
L-objettiv tal-investiment huwa li jinbnew impjanti tal-enerġija fotovoltajka f’insedjamenti żvantaġġati jew fil-viċinanzi tagħhom magħżula skont il-Programm ta’ Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu. Il-kapaċità tal-produzzjoni għandha tkun proprjetà tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu għal mill-inqas 20 sena. Id-dħul nett iġġenerat mill-impjanti tal-enerġija l-ġodda għandu jintuża għall-finanzjament ta’ diversi trasferimenti soċjali in natura għall-unitajiet domestiċi li jgħixu fil-faqar enerġetiku, b’mod partikolari familji bi tfal taħt l-età ta’ tliet snin, bħal mill-inqas kamra waħda li tissaħħan b’tisħin elettriku. Il-familji għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura tal-għażla miftuħa. B’riżultat ta’ dan l-investiment, il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx huma mistennija li jitjiebu. Barra minn hekk, it-tisħin elettriku l-ġdid għandu jissostitwixxi t-tisħin tal-fjuwil fossili, u b’hekk l-miżura hija mistennija li ttejjeb il-kwalità tal-arja fl-insedjamenti fil-mira.
F’każijiet fejn il-kapaċità tan-network ma tippermettix li l-investiment isir fiż-żona amministrattiva tal-muniċipalitajiet fil-mira, l-impjanti tal-enerġija fotovoltajka jistgħu jinbnew ukoll barra mill-muniċipalitajiet fil-mira jekk dan ikun teknikament ġustifikat, dment li d-dħul iġġenerat jintuża biex jissussidja t-tisħin tal-unitajiet domestiċi fil-muniċipalitajiet fil-mira.
L-investiment għandu jirriżulta fl-installazzjoni ta’ kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli ta’ mill-inqas 25 000 kWp biex jiġu appoġġati l-ħtiġijiet annwali tal-elettriku ta’ mill-inqas 5 000 familja vulnerabbli.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C3.I3: Promozzjoni tal-impjiegi u żvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’speċifiċitajiet lokali
L-objettiv tal-miżura huwa li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku lokali u jinħolqu strutturi ekonomiċi lokali li jiffukaw fuq in-nies li jgħixu fl-aktar 300 muniċipalità żvantaġġata. Jenħtieġ li dan jikkontribwixxi biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tas-suq tax-xogħol ta’ persuni li jgħixu f’dawk l-insedjamenti, tiżdied l-integrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u jitjiebu l-opportunitajiet ta’ impjieg fil-muniċipalitajiet fil-mira. Il-miżura għandha tuża sett wiesa’ ta’ strumenti għal interventi ta’ żvilupp ekonomiku fuq il-bażi ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u strateġiji ta’ żvilupp ekonomiku derivati minn dijanjożi lokali. It-tnedija ta’ interventi ta’ żvilupp ekonomiku għandha tibni fuq il-ħidma soċjali fuq il-post u n-network ta’ assistenti soċjali lokali.
Dan l-investiment għandu jikkonsisti fil-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas 10 000 persuna fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol. Dawn il-programmi għandhom jinkludu taħriġ, mentoraġġ personali, servizzi personalizzati u minimu ta’ sitt xhur esperjenza ta’ impjieg. B’mod aktar speċifiku, dawn il-programmi għandhom jappoġġaw l-integrazzjoni ta’ persuni fl-età tax-xogħol li jgħixu fil-muniċipalitajiet żvantaġġati fis-suq tax-xogħol miftuħ b’attivitajiet ta’ taħriġ, u jipprovdulhom mentoraġġ intensiv u komprensiv biex jidħlu fix-xogħol u jibqgħu jaħdmu. B’riżultat tal-miżura, il-ħiliet u l-impjegabbiltà tal-parteċipanti fil-programm huma mistennija li jitjiebu, u b’hekk jikkontribwixxu għall-impjieg ta’ gruppi żvantaġġati.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C3.I4: Pedagoġija orjentata lejn il-komunità
L-objettiv tal-miżura huwa li jtejjeb l-eżiti tat-tagħlim u r-rati tal-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni fl-aktar żoni żvantaġġati billi jipprovdi lit-tfal tal-iskola b’appoġġ immirat u jinvolvi lill-familji tagħhom fil-ħajja skolastika.
Din il-miżura għandha tipprovdi żviluppi pedagoġiċi inklużivi f’mill-inqas 100 istituzzjoni tal-edukazzjoni pubblika fl-aktar muniċipalitajiet żvantaġġati magħżula skont il-Programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu. L-appoġġ għandu jinkludi dijanjożi soċjali għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika, programmi estiżi tal-iskola u boroż ta’ studju għall-edukazzjoni sekondarja f’linji edukattivi li jwasslu għal “matura” (diploma ta’ skola sekondarja). Il-miżura għandha tipprevjeni segregazzjoni edukattiva ulterjuri u tiġġieled kontra s-segregazzjoni edukattiva eżistenti.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
50 |
C3.R1 Ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas għal appoġġ integrat effettiv għall-insedjamenti l-aktar żvantaġġati |
Stadju importanti |
Għażla trasparenti tal-organizzazzjonijiet li għandhom jimplimentaw l-elementi varji tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu |
Pubblikazzjoni tar-Regoli ta’ proċedura għall-għażla ta’ organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni |
Q4 |
2021 |
Ir-Regoli ta’ proċedura għandhom jiżguraw għażla trasparenti ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi u organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom jimplimentaw l-elementi varji tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu. Ir-Regoli tal-proċedura għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq kriterji relatati mal-esperjenza professjonali, il-kapaċità u l-mertu. |
|||
|
51 |
C3.R1 Ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas għal appoġġ integrat effettiv għall-insedjamenti l-aktar żvantaġġati |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ kumitat ta’ monitoraġġ għall-appoġġ tal-aktar insedjamenti żvantaġġati |
Q1 |
2023 |
Għandu jiġi stabbilit kumitat ta’ monitoraġġ tematiku għall-programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu, inklużi l-elementi tiegħu tal-FSE + u tal-FEŻR, possibbilment flimkien ma’ programmi simili oħra ta’ inklużjoni soċjali. Il-kumitat għandu jirrieżamina r-riżultati u jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex tiżdied aktar l-effettività tal-programm. Il-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu ministeri u awtoritajiet kompetenti, rappreżentanti tal-muniċipalitajiet, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq l-inklużjoni soċjali u l-inklużjoni tar-Rom. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jintgħażlu abbażi tal-esperjenza professjonali, il-kapaċità u l-mertu. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Id-dokumenti tiegħu, inklużi l-minuti, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web iddedikat tal-programm. |
||||
|
52 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Stadju importanti |
Adozzjoni ta’ pjan ta’ intervent ibbażat fuq dijanjożi tal-akkomodazzjoni għall-insedjamenti involuti |
Pubblikazzjoni tal-pjan ta’ intervent fuq is-sit web iddedikat |
|
|
|
Q2 |
2022 |
L-organizzatur ewlieni tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu għandu jadotta Pjan ta’ Intervent biex jidentifika l-ħtiġijiet ta’ rinnovazzjoni u l-insedjamenti fejn għandhom jinbnew jew jinxtraw akkomodazzjonijiet soċjali ġodda. Djar ġodda u rinnovati għal skopijiet soċjali jistgħu eċċezzjonalment jitqiegħdu barra mit-300 muniċipalità l-aktar żvantaġġata (f’żoni mhux segregati b’aċċess aħjar għall-impjiegi u s-servizzi), iżda f’dawk il-każijiet l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali għandu jiġi allokat lil persuni li jgħixu f’dawk it-300 muniċipalità fil-mira, li jistgħu japplikaw għal akkomodazzjoni għall-kiri permezz ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet, u jistgħu, fuq bażi volontarja, jiċċaqilqu f’abitazzjoni barra mill-insedjament tagħhom. Il-pjan għandu jqis l-istħarriġ imwettaq biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet u l-għażla tal-proġetti ma għandhiex tiġġenera riskju ta’ segregazzjoni. Il-pjan għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web iddedikat tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu. |
|
53 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Rikondizzjonar tal-abitazzjonijiet |
Numru |
0 |
800 |
Q4 |
2024 |
Ix-xiri u r-rinnovazzjoni ta’ mill-inqas 800 abitazzjoni magħżula skont il-Pjan ta’ Intervent ippubblikat u l-kiri tagħhom bħala akkomodazzjonijiet soċjali. Dan jinkludi interventi bħal rinnovazzjoni ta’ mill-inqas kamra waħda li tissaħħan u kamra tal-banju waħda għal kull abitazzjoni kif ukoll tħejjija ta’ punti sikuri ta’ ġbir tal-elettriku, il-bini ta’ ċnut, kontroll tar-rodituri, insettiċida. Dawn l-abitazzjonijiet wara r-rinnovazzjoni għandhom ikunu proprjetà tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu għal mill-inqas 20 sena u ġestiti minn aġenzija tal-akkomodazzjoni soċjali skont kuntratt pubbliku ta’ servizz. L-aġenzija tal-akkomodazzjoni soċjali għandha talloka l-istokk tal-akkomodazzjonijiet lil kerrejja eliġibbli fil-forma ta’ proprjetà mikrija, permezz ta’ sistema pubblika ta’ offerti. |
|
|
54 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Rikondizzjonar ta’ abitazzjonijiet addizzjonali |
Numru |
800 |
1 600 |
Q2 |
2026 |
Xiri u rinnovazzjoni ta’ mill-inqas 800 abitazzjoni addizzjonali magħżula skont il-Pjan ta’ Intervent ippubblikat. Dan jinkludi interventi bħal rinnovazzjoni ta’ mill-inqas kamra waħda li tissaħħan, kamra tal-banju waħda għal kull abitazzjoni, it-tħejjija ta’ punti sikuri ta’ ġbir tal-elettriku, il-bini ta’ ċnut, kontroll tar-rodituri, insettiċida. Dawn l-abitazzjonijiet wara r-rinnovazzjoni għandhom ikunu proprjetà tal-kerrejja eliġibbli, ġestiti u mikrija lilhom skont l-ispeċifikazzjonijiet fl-istadju importanti 53. |
|
|
55 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Kostruzzjoni ta’akkomodazzjonijiet soċjali ġodda |
Numru |
0 |
200 |
Q4 |
2024 |
Bini ta’ mill-inqas 200 abitazzjoni soċjali ġdida bbażati fuq il-Pjan ta’ Intervent ippubblikat. Il-binjiet ġodda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Bini b’Użu ta’ Enerġija Kważi Żero. Il-bini ta’ djar ġodda għandu jsir kemm jista’ jkun ċentrali f’muniċipalità biex isir użu minn djar dilapidati u minn plottijiet vojta ta’ artijiet. Dawn l-abitazzjonijiet mibnija ġodda għandhom ikunu proprjetà tal-kerrejja eliġibbli, ġestiti u mikrija lilhom skont l-ispeċifikazzjonijiet fl-istadju importanti 53. |
|
|
56 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Kostruzzjoni ta’akkomodazzjonijiet soċjali ġodda |
Numru |
200 |
400 |
Q2 |
2026 |
Bini ta’ mill-inqas 200 abitazzjoni soċjali ġdida addizzjonali bbażati fuq il-Pjan ta’ Intervent ippubblikat. Il-binjiet ġodda għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ Bini b’Użu ta’ Enerġija Kważi Żero. Il-bini ta’ djar ġodda għandu jsir kemm jista’ jkun ċentrali f’muniċipalità biex isir użu minn djar dilapidati u minn plottijiet vojta ta’ artijiet. Dawn l-abitazzjonijiet mibnija ġodda għandhom ikunu proprjetà tal-kerrejja eliġibbli, ġestiti u mikrija lilhom skont l-ispeċifikazzjonijiet fl-istadju importanti 53. |
|
|
57 |
C3.I2 Produzzjoni u użu tal-enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati |
Mira |
Installazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati jew għall-benefiċċju tagħhom |
kWp |
0 |
12 500 |
Q4 |
2023 |
Għandhom jinbnew impjanti tal-enerġija għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’xi wħud mill-aktar-300 insedjament żvantaġġat, b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ mill-inqas 12 500 kWp. F’każijiet fejn il-kapaċità tan-network ma tippermettix li l-investiment isir f’insedjamenti li qed jippruvaw ilaħħqu fiż-żona amministrattiva tal-muniċipalitajiet fil-mira, l-impjanti tal-enerġija fotovoltajka jistgħu jinbnew eċċezzjonalment ukoll barra mit-300 muniċipalità fil-mira jekk dan ikun teknikament ġustifikat, dment li d-dħul iġġenerat jintuża biex jissussidja t-tisħin tal-unitajiet domestiċi fit-300 muniċipalità fil-mira. Il-kapaċità tal-produzzjoni għandha tkun proprjetà tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu għal mill-inqas 20 sena. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jużaw id-dħul nett (id-differenza bejn l-introjtu mill-bejgħ tal-enerġija u l-infiq relatat mat-tħaddim tal-impjant tal-enerġija) tal-produzzjoni tal-elettriku biex jappoġġaw il-ħtieġa annwali tal-elettriku għal skopijiet ta’ tisħin ta’ mill-inqas kamra waħda li tissaħħan għal mill-inqas 2 500 familja vulnerabbli bit-tfal fit-300 insedjament, permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti. Is-sid iżomm kontabbiltà separata għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni u rapportar dwar id-dħul, l-infiq u l-appoġġ finanzjarju ridistribwit marbuta mal-operat tal-impjanti tal-enerġija. |
|
|
58 |
C3.I2 Produzzjoni u użu tal-enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati |
Mira |
Installazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali f’muniċipalitajiet żvantaġġati jew għall-benefiċċju tagħhom |
kWp |
12 500 |
25 000 |
Q4 |
2025 |
Għandhom jinbnew impjanti tal-enerġija għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli addizzjonali f’xi wħud mill-aktar 300 insedjament żvantaġġat, b’kapaċità tal-produzzjoni ta’ mill-inqas 12 500 kWp. F’każijiet fejn il-kapaċità tan-network ma tippermettix li l-investiment isir f’insedjamenti li qed jippruvaw ilaħħqu fiż-żona amministrattiva tal-muniċipalitajiet fil-mira, l-impjanti tal-enerġija fotovoltajka jistgħu jinbnew eċċezzjonalment ukoll barra mit-300 muniċipalità fil-mira jekk dan ikun teknikament ġustifikat, dment li d-dħul iġġenerat jintuża biex jissussidja t-tisħin tal-unitajiet domestiċi fit-300 muniċipalità fil-mira. Il-kapaċità tal-produzzjoni għandha tkun proprjetà tal-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Programm tal-Insedjamenti li qed Jippruvaw Ilaħħqu għal mill-inqas 20 sena. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jużaw id-dħul nett (id-differenza bejn l-introjtu mill-bejgħ tal-enerġija u l-infiq relatat mat-tħaddim tal-impjant tal-enerġija) tal-produzzjoni tal-elettriku biex jappoġġaw il-ħtieġa annwali tal-elettriku għal skopijiet ta’ tisħin ta’ mill-inqas kamra waħda li tissaħħan għal mill-inqas 2 500 (addizzjonali mal-mira preċedenti) familja vulnerabbli bit-tfal fit-300 insedjament, permezz ta’ sejħa miftuħa għall-offerti. Is-sid iżomm kontabbiltà separata għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni u rapportar dwar id-dħul, l-infiq u l-appoġġ finanzjarju ridistribwit marbuta mal-operat tal-impjanti tal-enerġija. |
|
|
59 |
C3.I3 Promozzjoni tal-impjiegi u żvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’speċifiċitajiet lokali |
Mira |
Parteċipazzjoni fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol |
Numru |
0 |
4 000 |
Q4 |
2023 |
Mill-inqas 4 000 persuna mill-insedjamenti fil-mira għandhom jieħdu sehem fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol, li jinkludu taħriġ, mentoraġġ personali, servizzi personalizzati u impjiegi ta’ minimu ta’ sitt xhur. Il-parteċipazzjoni f’xogħlijiet pubbliċi ma għandhiex tgħodd bħala impjieg skont dan l-investiment. |
|
|
60 |
C3.I3 Promozzjoni tal-impjiegi u żvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’speċifiċitajiet lokali |
Mira |
Parteċipazzjoni addizzjonali fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol |
Numru |
4 000 |
10 000 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 6 000 persuna mill-insedjamenti fil-mira għandhom jieħdu sehem fi programmi ta’ impjiegi, skont l-ispeċifiċitajiet fl-istadju importanti 59. |
|
|
61 |
C3.I4 Pedagoġija orjentata lejn il-komunità |
Mira |
Żvilupp pedagoġiku tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali fl-insedjamenti magħżula |
Numru |
0 |
40 |
Q4 |
2023 |
Mill-inqas 40 istituzzjoni tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali fl-insedjamenti magħżula għandhom jibbenefikaw minn żvilupp pedagoġiku inklużiv. L-appoġġ għandu jinkludi dijanjożi soċjali għal istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika, programmi skolastiċi estiżi, boroż ta’ studju għall-iskejjel sekondarji li jwasslu għall-“matura”, applikazzjoni tal-metodi ta’ tagħlim orjentati lejn il-komunità, u gwida għall-karriera. |
|
|
62 |
C3.I4 Pedagoġija orjentata lejn il-komunità |
Mira |
Żvilupp pedagoġiku tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali addizzjonali fl-insedjamenti magħżula |
Numru |
40 |
100 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 60 istituzzjoni tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali addizzjonali fl-insedjamenti magħżula għandhom jibbenefikaw minn żvilupp pedagoġiku inklużiv. L-appoġġ għandu jinkludi dijanjożi soċjali għal istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika, programmi skolastiċi estiżi, boroż ta’ studju għall-iskejjel sekondarji li jwasslu għall-“matura”, applikazzjoni tal-metodi ta’ tagħlim orjentati lejn il-komunità, u gwida għall-karriera. |
|
D. KOMPONENT 4: ĠESTJONI TAL-ILMA
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija għandu l-għan li jindirizza l-isfidi li tiffaċċja l-Ungerija bil-ġestjoni tal-ilma, b’mod partikolari dawk relatati mar-riskju ta’ nixfa. L-iskarsezza tal-ilma għandha effett detrimentali fuq l-istat tal-korpi tal-ilma, l-ekosistemi u l-artijiet agrikoli.
L-objettiv ta’ dan il-komponent huwa li jikkontribwixxi għall-introduzzjoni ta’ soluzzjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni tal-ilma fl-agrikoltura permezz tal-iżvilupp ta’ networks tal-ilma ġodda u r-rikostruzzjoni ta’ sistemi eżistenti, permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ effettiva fil-livelli lokali u nazzjonali u permezz tal-istabbiliment ta’ komunitajiet ġodda ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma. Il-komponent jinkludi wkoll miżuri li għandhom l-għan li jtejbu s-sigurtà tal-provvista tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság u li jniedu riflessjoni u jimplimentaw miżuri sabiex jaċċelleraw il-miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima fil-ġestjoni tal-ilma, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.
Il-miżuri ta’ dan il-komponent jiffukaw l-aktar fuq ir-restawr tal-provvista tal-ilma u t-titjib taż-żamma tal-ilma fiż-żoni affettwati mill-iskarsezza tal-ilma, il-prijorità li tingħata liż-żamma tal-preċipitazzjoni u l-ilma minn korsiji tal-ilma upstream, il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art, u l-iżgurar taż-żamma ekoloġikament xierqa tar-riżorsi tal-ilma. It-titjib tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-ġestjoni tal-ilma tal-Ungerija billi jiżdied l-għadd ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ huwa mistenni li jikkontribwixxi għal ġestjoni aħjar ta’ astrazzjoni tal-ilma mill-awtoritajiet rilevanti.
Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż biex jiffukaw fuq politika ekonomika relatata mal-investiment dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2020 u r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 5 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
D.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C4.R1: Sensibilizzazzjoni
L-objettiv tar-riforma għandu jkun li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa eżistenti, imsejħa wkoll “Komunitajiet ta’ Irrigazzjoni”, f’“Komunitajiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma” li jiffukaw fuq prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma u soluzzjonijiet sostenibbli ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. Għal dan l-għan, l-Att CXIII/2019 u d-Digriet tal-Gvern Nru 302/2020 għandhom jiġu emendati biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-bdiewa eżistenti. Għandhom jiġu stabbiliti “komunitajiet ta’ ġestjoni tal-ilma sostenibbli” ġodda biex jippromwovu soluzzjonijiet sostenibbli għall-ġestjoni tal-ilma (fost l-oħrajn, iż-żamma tal-ilma) u l-iskambju tal-aħjar prattiki. Ir-riforma għandha tniedi wkoll kampanji ta’ informazzjoni fil-forma ta’ sessjonijiet ta’ informazzjoni organizzati mill-Ministeru għall-Intern sabiex “komunitajiet għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma” li għadhom kif ġew stabbiliti kif ukoll il-komunitajiet kollha diġà eżistenti jtejbu l-għarfien tagħhom dwar l-importanza tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u jiksbu l-għarfien ta’ soluzzjonijiet effettivi għall-implimentazzjoni tagħha.
Ir-riforma għandha tinkludi minimu ta’ 50 000 ettaru ta’ art li tinħarat li tkun għaddejja minn tibdil fil-prattiki agrikoli li jiffrankaw l-ilma 1 .
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C4.I1: Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda
L-objettiv tal-investiment għandu jkun li jiġu rikondizzjonati sistemi ta’ sostituzzjoni tal-ilma li jirrestawraw l-ilma f’żoni mingħajr ebda konnessjoni tal-ilma u li jiġi żgurat li jiġi pprovdut ilma lill-ekosistemi dipendenti fuq l-ilma, lir-riżervi naturali u lis-siti tan-network Natura 2000. L-objettiv sottostanti tal-interventi għandu jkun il-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art mingħajr ma ssir ħsara lir-riżorsi tal-ilma tas-superfiċe. Filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta’ konservazzjoni tal-ġestjoni tal-art, l-attivitajiet ippjanati għandhom jinkludu r-rinnovazzjoni meħtieġa ta’ xi sezzjonijiet tal-qiegħ tax-xmajjar u l-istrixxi tat-trattament, ir-rinnovazzjoni tal-istrutturi għall-kontroll u ż-żamma tal-ilma u l-kostruzzjoni ta’ strutturi ġodda.
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ domanda mhux sostenibbli għall-ilma fornut minn barra ż-żoni affettwati, li jżid il-ħtieġa li jiġu estratti riżorsi tal-ilma ta’ taħt l-art fi żminijiet ta’ flussi baxxi tax-xmajjar b’mod partikolari, għandhom jkun hemm fis-seħħ salvagwardji speċifiċi biex jimmassimizzaw iż-żamma tar-riżorsi tal-ilma fil-ħamrija tat-territorji affettwati li jirriżultaw mill-preċipitazzjoni jew li jaslu minn korsiji tal-ilma upstream.
Għal dan l-għan, l-Ungerija għandha tinkludi fid-disinn tal-proġetti soluzzjonijiet sostanzjali bbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma 2 , b’mod partikolari N01 (baċiri u għadajjar), N07 (konnessjoni mill-ġdid ta’ lagi forma ta’ nagħla u karatteristiċi simili) u N13 (restawr ta’ infiltrazzjoni naturali fl-ilma ta’ taħt l-art) 3 .
L-investiment għandu jikkonsisti f’żewġ proġetti:
I)It-titjib u r-restawr tal-istat ekoloġiku tad-defiċit tal-ilma tal-Homokhátság (Katina Ramlija) tal-Interfluvju tad-Danubju-Tisza – Fażi I.
Dan il-proġett jikkonċerna l-plott tat-Tramuntana tal-Homokhátság u r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema tal-provvista tal-ilma tat-Tiszaalpár ibbażata fuq ir-riżorsi tal-ilma tax-xmara Tisza.
Ir-riforniment tal-ilma bbażat fuq ir-riżorsi tal-ilma tat-Tisza għandu jinkludi r-rikostruzzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema tar-riforniment tal-ilma tat-Tiszaalpár. L-estensjoni tas-sistema kurrenti għandha tinkiseb permezz tar-rikostruzzjoni tax-xogħlijiet tal-provvista tal-ilma mibnija qabel, ir-restawr tal-kanal Baloghalmi u l-kostruzzjoni tal-ġibjun ta’ Alpár-Nyárlőrincincpuszta. L-istazzjonijiet tal-ippumpjar fuq ix-xmara (it-teħid tal-ilma ewlieni tat-Tiszaalpár u ċ-ċentru tal-pressjoni Alpár) u l-istrutturi tal-kontroll tal-ilma għandhom jinbnew biex iwasslu l-ilma lis-sezzjonijiet tal-kanal li għandhom jinbnew mill-ġdid. Il-parti l-oħra tal-iżvilupp għandha tkun is-sostituzzjoni u r-rivitalizzazzjoni tal-ilma għal skopijiet ekoloġiċi tal-ġibjuni ta’ Szikrai Holt-Tisza u ta’ Alpári Holt-Tisza.
L-għan tal-proġett għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet għal provvista sikura tal-ilma li tissodisfa l-ħtiġijiet ekoloġiċi, li jżid il-kwantità u l-kwalità tar-riżorsi tal-ilma, u li jżid l-effettività tal-protezzjoni kontra l-ħsara lill-ilma. Filwaqt li żżomm ir-riżorsi tal-ilma eżistenti, l-objettiv operattiv tagħha huwa li tiżgura d-devjazzjoni sikura ta’ għargħar u ilmijiet interni li jseħħu perjodikament, li tipprovdi opportunitajiet għall-provvista tal-ilma u li ttejjeb il-kundizzjonijiet għall-użu tar-riżorsi tal-ilma. B’riżultat tal-proġett, il-kapaċità ta’ żamma tal-ilma u ta’ ħżin tal-ilma taż-żona għandha tiżdied u l-bilanċ tal-ilma tal-ħamrija għandu jitjieb.
L-implimentazzjoni tal-proġett għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
II)L-iżvilupp tal-provvista tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz.
Dan il-proġett għandu jikkonsisti fir-rikostruzzjoni u t-twessigħ ta’ sezzjoni tal-kanal Vág-Sárdos-Megág. Il-proġett għandu jikkonsisti wkoll fir-rinnovazzjoni ta’ sieqji tal-estwarji, il-kostruzzjoni ta’ diga sommerġibbli, struttura ta’ kontroll, u kanali fuq il-fosos konnessi miegħu. Ir-rikostruzzjoni tal-kanal marbut max-xmara Keszeg għandha tinvolvi, fost l-oħrajn, it-trattament tal-ħama tal-qigħan tax-xmajjar. Bejn iż-żewġ kanali, għandhom jinbnew kanal ġdid u diga sommerġibbli ġdida biex jissupplimentaw il-provvista tal-ilma ekoloġiku mill-provvista tal-ilma ta’ Kis-Rába permezz tal-kanal Keszeg-ér sal-kanal Vág-Sárdos-Megág.
L-implimentazzjoni tal-proġett għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
Għal dawn iż-żewġ proġetti:
Il-partijiet kollha tal-proġetti li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent għandhom ikunu soġġetti għal Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE, kif ukoll għal valutazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa għandhom jiġu integrati fil-proġetti. Ir-rekwiżiti ta’ dawn il-proġetti, kif stabbiliti hawn fuq, jistgħu jiġu ddevjati sal-punt meħtieġ għall-konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.
L-investimenti għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u d-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats).
Għandha ssir analiżi tar-riskju klimatiku.
Meta l-ilma jiġi estratt, għandu jingħata permess mill-awtorità rilevanti. L-astrazzjoni tal-ilma għandha tiġi evitata meta l-korpi tal-ilma kkonċernati jkunu, jew huma proġettati li jkunu, fi stat inqas minn tajjeb jew status potenzjalment tajjeb.
L-Ungerija għandha tikseb stat jew potenzjal ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati mill-investimenti sal-31 ta’ Diċembru 2025 (jew jekk ikun inkiseb stat tajjeb, dan ma għandux ikun ġie ddeterjorat).
C4.I2: Twaqqif ta' programm ta' monitoraġġ
L-objettiv tal-investiment għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. L-għarfien dwar il-fluss tal-ilma fil-korsiji tal-ilma tal-wiċċ u parametri oħra idroloġiċi u tal-kwalità tal-ilma tar-reġjun huwa prerekwiżit fundamentali għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. Bis-saħħa tal-investiment, huwa mistenni li jittieħdu azzjonijiet fuq il-bażi tad-data f’ħin reali mis-sistemi ta’ monitoraġġ fil-każ ta’ deterjorament kwalitattiv u kwantitattiv tal-istat tal-korpi tal-ilma. L-użu ta’ monitoraġġ intelliġenti, l-għodod tal-IT, l-interkonnessjoni tas-sistemi tad-data u l-funzjoni dinamika tal-ippjanar u l-kontroll huma mistennija jipprovdu l-informazzjoni tal-input meħtieġ li hija meħtieġa għall-ippjanar.
L-investiment għandu jikkonsisti fl-iżvilupp ta’ sistema komprensiva ta’ monitoraġġ tal-astrazzjonijiet tal-ilma fil-livelli lokali u nazzjonali. Din is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tintuża biex jiġu vvalutati l-astrazzjonijiet kemm mill-ilma ta’ taħt l-art kif ukoll mill-ilma tal-wiċċ.
Dan l-investiment għandu jinkludi l-kostruzzjoni ta’ stazzjonijiet idrografiċi tal-wiċċ, l-installazzjoni ta’ tagħmir ta’ monitoraġġ idrografiku tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ sistemi ta’ monitoraġġ taħt l-art permezz tal-kostruzzjoni ta’ bjar ġodda ta’ detezzjoni tal-livell tal-ilma ta’ taħt l-art, li huma mibnija b’sonda tal-pressjoni integrata għal sistemi ta’ detezzjoni mill-bogħod.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C4.I3: Ħarsien tan-natura
L-investiment għandu jsir fiż-żona ta’ Hanság tas-sistema tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz, sabiex jittejjeb il-bilanċ tal-ilma taż-żona Natura 2000 u sabiex ir-riforniment tal-ilma ekoloġiku tagħha jsir aktar sikur u sabiex tittejjeb iż-żamma tal-ilma tal-wiċċ u tal-ilma ta’ taħt l-art. L-objettiv tal-investiment għandu jkun li jitħares u jitjieb l-istat ekoloġiku tal-ħabitats protetti u tan-Natura 2000 f’Hanság fiż-żona ta’ 4 950 ettaru fil-mira billi titjieb il-kapaċità tal-ħżin tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-wiċċ.
L-attivitajiet ewlenin tal-investiment għandhom jiffukaw fuq l-aġġornament tas-sistema tal-kanali li ġiet żviluppata qabel biex tiġi żgurata provvista bbilanċjata tal-ilma. Filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta’ konservazzjoni tal-ġestjoni tal-art, l-attivitajiet ippjanati għandhom jinkludu r-rinnovazzjoni meħtieġa ta’ xi sezzjonijiet tal-qiegħ tax-xmajjar u l-istrixxi tat-trattament, ir-rinnovazzjoni tal-istrutturi għall-kontroll u ż-żamma tal-ilma u l-kostruzzjoni ta’ strutturi ġodda.
L-investiment għandu jikkontribwixxi għal żieda fiż-żamma u ġestjoni aktar konservattiva tar-riżorsi tal-ilma disponibbli lokalment. Huwa mistenni li jiżgura l-kundizzjonijiet ekoloġiċi meħtieġa għall-ħarsien tal-ekosistemi tal-artijiet mistagħdra li jospitaw ħabitats u speċijiet ta’ interess għall-komunità.
Iż-żamma tal-ilma riċevut permezz tal-preċipitazzjoni jew minn korsiji tal-ilma naturali upstream għandha tingħata prijorità. Id-disinn tal-proġett għandu jinkludi soluzzjonijiet sostanzjali bbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma 4 , ir-restawr tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri, b’mod partikolari N02 (restawr u ġestjoni tal-artijiet mistagħdra) u N13 (restawr ta’ infiltrazzjoni naturali għall-ilma ta’ taħt l-art 5 . B’mod ġenerali, id-disinn għandu jipprijoritizza l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, abbażi tal-aħjar prattiki.
Il-proġetti kollha li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent għandhom ikunu soġġetti għal Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE, kif ukoll għal valutazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/60/KE. Il-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa għandhom jiġu integrati fil-proġetti. Ir-rekwiżiti ta’ dawn il-proġetti, kif stabbiliti hawn fuq, jistgħu jiġu ddevjati sal-punt meħtieġ għall-konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa.
Għandha ssir analiżi tar-riskju klimatiku.
L-investimenti għandhom jikkonformaw ukoll mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u d-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats).
Meta l-ilma jiġi estratt, għandu jingħata permess mill-awtorità rilevanti. L-astrazzjoni tal-ilma għandha tiġi evitata meta l-korpi tal-ilma kkonċernati jkunu, jew huma proġettati li jkunu, fi stat inqas minn tajjeb jew status potenzjalment tajjeb.
L-Ungerija għandha tikseb stat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati mill-investimenti sal-31 ta’ Diċembru 2025 (jew jekk ikun inkiseb stat tajjeb, dan ma għandux ikun ġie ddeterjorat).
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C4.R2: Aċċellerazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għall-klima fil-ġestjoni tal-ilma
L-iskop ta’ din ir-riforma għandu jkun li tinvolvi partijiet ikkonċernati differenti dwar il-kwistjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma. Sabiex tadatta għat-tibdil fil-klima, ir-riforma għandha tiffoka fuq li jintlaħaq kunsens pubbliku ġdid dwar l-użu tal-art.
Bħala l-ewwel pass, għandha tiġi stabbilita task force biex tivvaluta s-sitwazzjoni klimatika nazzjonali attwali, bil-parteċipazzjoni ta’ esperti internazzjonali. Ir-rapport prodott mit-task force għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet u għandu jiġi ppreżentat għal konsultazzjoni pubblika u f’forums internazzjonali. Abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-iskambji, għandu jiġi żviluppat u implimentat pjan ta’ azzjoni, inkluż kwalunkwe emenda leġiżlattiva meħtieġa.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.
D.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija |
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
63 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Stadju importanti |
Emenda tal-Att CXIII/2019 dwar il-biedja tal-irrigazzjoni u tad-Digriet tal-Gvern Nru 302/2020 |
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi |
Q2 |
2023 |
L-Att CXIII/2019 u tad-Digriet tal-Gvern Nru 302/2020 għandhom jiġu emendati biex jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-assoċjazzjonijiet eżistenti tal-bdiewa msejħa “komunitajiet ta’ irrigazzjoni” — “öntözési közösség” għal “komunitajiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma”. Il-missjonijiet tagħhom għandhom jiġu estiżi lil hinn minn kwistjonijiet tal-irrigazzjoni biex jiffukaw fuq prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma, soluzzjonijiet sostenibbli għall-adattament għat-tibdil fil-klima u l-kejl tal-provvista u d-domanda tal-ilma mikroreġjonali. Dawn għandhom jivvalutaw ukoll b’mod regolari l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet dwar il-kundizzjoni tal-korpi tal-ilma u jipprovdu informazzjoni regolari dwar il-proġetti tal-astrazzjoni tal-ilma, tal-provvista tal-ilma u tad-domanda tal-ilma. Is-sħubija attwali għandha tiġi aġġustata skont dan. |
|||
|
64 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Mira |
Stabbiliment ta’ komunitajiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma |
Numru |
0 |
100 |
Q3 |
2024 |
Għandhom jiġu stabbiliti 100 “komunità għall-ġestjoni sostenibbli tal-ilma” ġdida (kif definit mill-qafas leġiżlattiv il-ġdid). Komunitajiet eżistenti għandhom jiġu adattati għall-qafas legali l-ġdid. |
|
|
65 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Stadju importanti |
Organizzazzjoni tas-sessjonijiet tal-informazzjoni |
Jitlestew is-sessjonijiet ta’ informazzjoni ppjanati |
Q4 |
2025 |
Is-sessjonijiet ta’ informazzjoni għandhom jiġu organizzati mill-Ministeru għall-Agrikoltura għall-komunitajiet ġodda kollha tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma kif stabbilit skont il-mira 64 kif ukoll għall-komunitajiet eżistenti kollha kif adattat għall-qafas legali skont il-mira 64. Dawn is-sessjonijiet ta’ informazzjoni għandhom iqajmu kuxjenza dwar l-importanza ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma, ta’ soluzzjonijiet naturali għaż-żamma tal-ilma, dwar l-użu ta’ tekniki agrikoli effiċjenti u ta’ għelejjel inqas intensivi. |
|||
|
66 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Mira |
Ettari ta’ raba’ li jinħadem li jkunu għaddew minn tibdil fil-prattiki agrikoli li jiffrankaw l-ilma |
|
Għadd ta' ettari |
0 |
50 000 |
Q1 |
2026 |
50 000 ettaru ta’ raba’ li jinħadem fil-livell nazzjonali għandu jkun għadda minn mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin: (i) applikaw miżuri biex iżidu l-kontenut tal-materja organika tal-ħamrija; (II) qalbu għal għelejjel li jirrikjedu inqas ilma/aktar reżistenti għan-nixfa; (iii) jużaw raba’ li jinħadem għaż-żamma tal-ilma fuq il-bażi tan-natura; (iv) jużaw tekniki ta’ tisqija bil-qatra u jużaw ilma rriċiklat għat-tisqija. Barra minn hekk, mill-inqas 75 % tal-50 000 ettaru msemmija hawn fuq ta’ raba’ li jinħadem għandhom ikunu għaddew minn waħda mill-prattiki (i), (ii) u/jew (iii). |
|
67 |
C4.I1-3 Investimenti 1 u 3 — Ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Kisba ta’ stat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati mill-investimenti skont dan il-komponent (l-Investiment 1 u l-Investiment 3) |
Pubblikazzjoni tar-riżultati fuq is-sit web tal-awtoritajiet nazzjonali tal-ilma |
|
|
|
Q4 |
2025 |
Għandu jkun twettaq monitoraġġ tal-korpi tal-ilma kkonċernati mill-investimenti 1 u 3 sabiex jiġi żgurat li l-korpi tal-ilma tal-ilma u ta’ taħt l-art affettwati mill-investimenti skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkunu fi stat ekoloġiku tajjeb (jew li jekk ikun inkiseb stat tajjeb, dan ma jkunx iddeterjora). Għandu jinkiseb stat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma rilevanti kif definit fid-Direttiva Qafas 2000/60/KE dwar l-Ilma. |
|
68 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Titjib u restawr tal-istat ekoloġiku tad-defiċit tal-ilma tal-Homokhátság (Katina Ramlija) tal-Interfluvju tad-Danubju-Tisza – Fażi I” |
Adozzjoni tad-disinn |
|
|
|
Q1 |
2023 |
Għandu jiġi adottat id-disinn tal-proġett li għandu l-għan li jtejjeb u jirrestawra d-defiċit tal-ilma taż-żona ta’ Homokhátság . Fid-disinn tal-proġett għandhom jiġu inklużi soluzzjonijiet sostanzjali bbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma (b’mod partikolari N01 – baċiri u għadajjar, N07 – konnessjoni mill-ġdid ta’ lagi forma ta’ nagħla u karatteristiċi simili, u N13 – restawr ta’ infiltrazzjoni naturali fl-ilma ta’ taħt l-art). L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Għandha titlesta VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE, kif ukoll valutazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/60/KE. Kwalunkwe miżura identifikata fil-qafas tal-VIA u l-valutazzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE għandha tiġi integrata fil-proġett. Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni tan-Natura 2000. Meta l-ilma jiġi estratt, għandu jingħata permess rilevanti mill-awtorità rilevanti. L-astrazzjoni tal-ilma għandha tiġi evitata meta l-korpi tal-ilma kkonċernati jkunu, jew huma proġettati li jkunu fi stat inqas minn tajjeb jew status potenzjalment tajjeb. |
|
69 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti
|
Finalizzazzjoni tal-proġett “Titjib u restawr tal-istat ekoloġiku tad-defiċit tal-ilma tal-Homokhátság (Katina Ramlija) tal-Interfluvju tad-Danubju-Tisza – Fażi I” |
Rapport ta’ tlestija |
|
|
|
Q2 |
2026 |
Rapport ta’ tlestija tal-proġett li għandu l-għan li jtejjeb id-defiċit tal-ilma fiż-żona ta’ Homokhátság. Ir-rapport għandu juri li l-proġett tlesta f’konformità mad-disinn tal-proġett. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura kif inkorporati fid-disinn tal-proġett. |
|
70 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Żvilupp tal-provvista tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz” |
Adozzjoni tad-disinn |
|
|
|
Q4 |
2022 |
Għandu jiġi adottat id-disinn tal-proġett li għandu l-għan li jtejjeb u jirrestawra d-defiċit tal-ilma taż-żona ta’ Homokhátság . Fid-disinn tal-proġett għandhom jiġu inklużi soluzzjonijiet sostanzjali bbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma (b’mod partikolari N01 – baċiri u għadajjar, N07 – konnessjoni mill-ġdid ta’ lagi forma ta’ nagħla u karatteristiċi simili, u N13 – restawr ta’ infiltrazzjoni naturali fl-ilma ta’ taħt l-art). L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Għandha titlesta VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE, kif ukoll valutazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/60/KE. Kwalunkwe miżura identifikata fil-qafas tal-VIA u l-valutazzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE għandha tiġi integrata fil-proġett. Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni tan-Natura 2000. Meta l-ilma jiġi estratt, għandu jingħata permess rilevanti mill-awtorità rilevanti. L-astrazzjoni tal-ilma għandha tiġi evitata meta l-korpi tal-ilma kkonċernati jkunu, jew huma proġettati li jkunu fi stat inqas minn tajjeb jew status potenzjalment tajjeb. |
|
71 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Finalizzazzjoni tal-proġett “Żvilupp tal-provvista tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz” |
Rapport ta’ tlestija |
|
|
|
Q2 |
2026 |
Għandu jiġi finalizzat ir-rapport ta’ tlestija tal-proġett li għandu l-għan li jtejjeb u jirrestawra d-defiċit tal-ilma taż-żona ta’ Rábaköz-Tóköz. Ir-rapport għandu juri li l-proġett tlesta f’konformità mad-disinn tal-proġett. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni tal-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura kif inkorporati fid-disinn tal-proġett. |
|
72 |
C4.I2 Twaqqif ta' programm ta' monitoraġġ |
Stadju importanti |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ fil-livell lokali |
Tlestija |
Q4 |
2024 |
Twaqqfet sistema ta’ monitoraġġ komprensiva ta’ ilma ta’ taħt l-art u fil-wiċċ (stat kwantitattiv u kwalitattiv) fil-livell lokali f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Linji Gwida dwar il-Monitoraġġ tal-Ilma ta’ Taħt l-Art (il-Linji Gwida 15, Strateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni, id-Direttiva Qafas 2000/60/KE dwar l-Ilma). Iż-żieda fl-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ mill-bogħod għandha tkopri r-reġjuni fejn l-investimenti skont dan il-komponent qed jiġu implimentati. Id-data mis-sistema ta’ monitoraġġ għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Id-data mis-sistema ta’ monitoraġġ lokali għandha tintuża għall-valutazzjoni tal-astrazzjonijiet tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ f’żoni affettwati mill-investimenti appoġġati skont il-pjan. Abbażi ta’ data f’ħin reali, is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tintuża bħala għodda biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni immedjata f’każ ta’ deterjorament fil-kwalità jew fil-kwantità tal-ilma. |
|||
|
73 |
C4.I2 Twaqqif ta' programm ta' monitoraġġ |
Stadju importanti |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ fil-livell nazzjonali |
Tlestija |
|
|
|
Q4 |
2025 |
Twaqqfet sistema ta’ monitoraġġ komprensiva ta’ ilma ta’ taħt l-art u fil-wiċċ (stat kwantitattiv u kwalitattiv) fil-livell nazzjonali f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Linji Gwida dwar il-Monitoraġġ tal-Ilma ta’ Taħt l-Art (il-Linji Gwida 15, Strateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni, id-Direttiva Qafas 2000/60/KE dwar l-Ilma). Id-data mis-sistema ta’ monitoraġġ għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Abbażi ta’ data f’ħin reali, is-sistema ta’ monitoraġġ għandha tintuża bħala għodda biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni immedjata f’każ ta’ deterjorament fil-kwalità jew fil-kwantità tal-ilma. |
|
74 |
C4.I2 Twaqqif ta' programm ta' monitoraġġ |
Mira |
Żvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ komprensiva fil-livell nazzjonali |
Għadd ta’ tagħmir installat |
0 |
90 |
Q4 |
2025 |
Il-proġett għandu jinkludi l-kostruzzjoni ta’ mill-inqas 30 stazzjon idrografiku tal-wiċċ ġdid u t-tħaffir ta’ aktar minn 60 bir ġdid biex tittejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ ta’ taħt il-wiċċ. Id-data prodotta mis-sistema ta’ monitoraġġ għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fil-ħin. |
|
|
75 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Titjib tas-sigurtà tal-provvista ekoloġika tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság” |
Adozzjoni tad-disinn |
Q2 |
2023 |
Adozzjoni tad-disinn tal-proġett li għandu l-għan li jtejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság. Id-disinn tal-proġett għandu jinkludi soluzzjonijiet sostanzjali bbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma, ir-restawr tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri, b’mod partikolari N02 – restawr u ġestjoni tal-artijiet mistagħdra, u N13 – restawr ta’ infiltrazzjoni naturali għall-ilma ta’ taħt l-art. B’mod ġenerali, id-disinn għandu jipprijoritizza l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, abbażi tal-aħjar prattiki. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura integrati fil-proġett, kif ukoll ġustifikazzjoni għal sitwazzjonijiet fejn soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura ma setgħux jiġu adottati fid-disinn tal-proġett. L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. Għandha titlesta VIA f’konformità mad-Direttiva 2011/92/UE, kif ukoll valutazzjonijiet rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 92/43/KEE. Kwalunkwe miżura identifikata fil-qafas tal-VIA u l-valutazzjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE u d-Direttiva 92/43/KEE għandha tiġi integrata fil-proġett. Meta l-ilma jiġi estratt, għandu jingħata permess rilevanti mill-awtorità rilevanti. L-astrazzjoni tal-ilma għandha tiġi evitata meta l-korpi tal-ilma kkonċernati jkunu, jew huma proġettati li jkunu, fi stat inqas minn tajjeb jew stat potenzjalment tajjeb. |
|||
|
76 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Stadju importanti |
Tlestija tal-proġett “Titjib tas-sigurtà tal-provvista ekoloġika tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság” |
Rapport ta’ tlestija |
Q2 |
2026 |
Rapport ta’ tlestija tal-investiment żviluppat biex titjieb is-sigurtà tal-provvista ekoloġika tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság. Dan għandu juri li l-proġett tlesta f’konformità mad-disinn tal-investiment. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għaż-żamma tal-ilma, l-artijiet mistagħdra u r-restawr tat-torbieri. |
|||
|
77 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Mira |
Żieda fil-kopertura kkombinata ta’ ettari ta’ infrastruttura ekoloġika jew siti protetti jew ta’ Natura 2000 fil-mira tar-restawr tal-idroloġija naturali |
Numru |
0 |
4.950 |
Q2 |
2026 |
Il-kopertura kkombinata ta’ infrastruttura ekoloġika, siti protetti jew siti tan-Natura 2000 fil-mira tar-restawr tal-idroloġija naturali għandha tiżdied b’4 950 ettaru. Din titkejjel bl-għadd ta’ ettari rrestawrati f’konformità mal-objettivi ta’ konservazzjoni u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u d-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (id-Direttiva dwar il-Ħabitats). Barra minn hekk, id-Direttorat tal-Park Nazzjonali ta’ Ferto-Hanság għandu jipprovdi rapport ta’ valutazzjoni dwar l-impatt tal-investiment fuq ir-restawr tal-artijiet mistagħdra u tat-torbieri fid-dawl tal-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit ta’ Natura 2000, inkluż l-idroloġija u t-titjib tal-istat tal-ħabitats u tal-ispeċijiet. |
|
|
78 |
C4.R2 Aċċellerazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għall-klima fil-ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Rapport tat-task force dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q4 |
2023 |
Għandha tiġi stabbilita task force dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma, li tinkludi b’mod partikolari esperti internazzjonali rikonoxxuti fil-qasam tal-prattiki sostenibbli tal-ġestjoni tal-ilma u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. It-task force għandha tippubblika rapport li jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar: żieda fit-tħejjija u fir-rispons għal eventi ta’ temp estrem; monitoraġġ ta’ strateġiji ta’ adattament għall-klima (inkluż il-qafas ta’ politika u l-istruttura ta’ governanza); titjib tal-għarfien dwar l-adattament u s-sensibilizzazzjoni ambjentali u dwar it-titjib tal-użu ta’ interventi ta’ adattament għall-klima bħal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura. |
|||
|
79 |
C4.R2 Aċċellerazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għall-klima fil-ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet żviluppati mit-task force |
Il-pjan ta’ azzjoni huwa implimentat |
Q2 |
2025 |
Ir-rapport prodott mit-task force għandu għandu jiġi ppreżentat għal konsultazzjoni pubblika u f’forums internazzjonali. Abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-iskambji, għandu jiġi żviluppat u ppubblikat pjan ta’ azzjoni. L-implimentazzjoni tiegħu għandha titlesta, inkluża kwalunkwe emenda leġiżlattiva meħtieġa. |
|||
E. KOMPONENT 5: TRASPORT EKOLOĠIKU SOSTENIBBLI
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jindirizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kontribuzzjoni tas-settur tat-trasport għat-tnaqqis tal-gassijiet serra u l-emissjonijiet ta’ inkwinanti, jiġi aċċellerat l-immodernizzar tan-network tat-trasport u l-vetturi ferrovjarji, tiżdied l-attrattività ta’ mezzi ta’ trasport sostenibbli, b’mod partikolari t-trasport pubbliku, u titjieb ta’ koeżjoni soċjali u territorjali.
L-objettiv ta’ dan il-komponent huwa li tiġi promossa l-mobbiltà sostenibbli, jissaħħaħ it-trasport pubbliku b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, jonqsu l-esternalitajiet negattivi tat-trasport (b’mod partikolari l-konġestjoni, l-emissjonijiet u l-inċidenti) u jiġu pprovduti modi aċċessibbli ta’ trasport, l-aktar permezz tat-tisħiħ tal-infrastruttura u l-vetturi tat-trasport pubbliku. Il-miżuri ta’ dan il-komponent huma mistennija li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet minħabba t-trasport billi jinkoraġġixxu l-użu ta’ mezzi tat-trasport urbani u suburbani ekoloġiċi u b’mod aktar ġenerali billi jsaħħu l-alternattivi għall-karozzi individwali u l-merkanzija bit-triq. It-trasport pubbliku huwa mistenni li jsir aktar attraenti, u dan iwassal biex aktar utenti jaqilbu minn karozza privata għat-trasport pubbliku. Infrastruttura ferrovjarja aktar robusta hija mistennija wkoll li tiffaċilita l-bidla modali tal-merkanzija. Għal dan il-għan, dan il-komponent għandu jikkonsisti f’riformi u investimenti li jippromwovu t-trasport sostenibbli permezz tal-immodernizzar ta’ linji ferrovjarji importanti fir-reġjun ta’ Budapest u fil-kuritur tat-TEN-T, ix-xiri ta’ karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero għat-trasport pubbliku, l-immodernizzar tas-sistema ta’ ġestjoni tal-linji ferrovjarji, u l-introduzzjoni ta’ sistema uniformi ta’ prezzijiet u informazzjoni għat-trasport pubbliku.
Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar l-iffukar tal-politika ekonomika relatata mal-investiment fuq l-infrastruttura tat-trasport, filwaqt li jitqiesu d-disparitajiet reġjonali, u dwar l-iffukar tal-investiment fuq it-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari t-trasport sostenibbli (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019 u fl-2020) u dwar it-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fit-trasport billi jiżdiedu l-isforzi fuq l-effiċjenza fl-enerġija, b’mod partikolari permezz tal-elettrifikazzjoni (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 6 fl-2022).
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan skont il-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
E.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C5.I1: Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban
L-objettiv tal-investiment huwa li tiżdied l-attrattività tat-trasport pubbliku bil-ferrovija f’Budapest u madwarha permezz tal-immodernizzar ta’ 56 km ta’ linji ferrovjarji fis-sezzjonijiet li ġejjin ta’ tliet linji ferrovjarji suburbani ewlenin (HÉV):
·Szentendre — Pomáz — Budakalász — Batthyány tér (H5);
·Ráckeve — Tököl — Szigetszentmiklós — Pesterzsébet (H6);
·Csepel — il-Pont ta’ Kvassay (H7).
Is-sistema HÉV hija sistema ferrovjarja ħafifa awtonoma, f’ambjent suburban/urban, li għandha tiġi aġġornata sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tagħha. L-investiment għandu jikkonsisti fit-titjib tal-linji ferrovjarji u għandu jinkludi wkoll l-immodernizzar tal-waqfiet u tal-istazzjonijiet tul dawn il-linji, l-immodernizzar tal-konvertituri, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet ġodda għall-ħżin tar-roti B+R u l-ħolqien ta’ hubs intermodali ġodda.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C5.I2: Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T
L-objettiv tal-investiment huwa li jidderieġi t-traffiku tal-merkanzija fuq distanzi twal lejn mezzi b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2 u li jtejjeb l-użu tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal billi jitneħħew il-konġestjonijiet u r-restrizzjonijiet tal-kapaċità fin-network ferrovjarju tat-TEN-T.
L-investiment għandu jikkonsisti f’titjib sinifikanti ta’ żewġ sezzjonijiet ferrovjarji elettrifikati:
-Is-sezzjoni tal-linja Almásfüzitő-Komárom li hija twila 11-il km hija sezzjoni dejqa kritika li bħalissa hija soġġetta għal sinjali kostanti kajmana. L-investiment għandu jippermetti veloċità akbar f’din is-sezzjoni (veloċità awtorizzata ta’ 160 km/h). Għandha tinkludi wkoll il-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ faċilitajiet tat-trasport tal-passiġġieri li jkunu nieqsa jew skaduti rispettivament, bħal passaġġi minn fuq jew qsim għall-persuni bil-mixi. L-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
-L-investiment għandu jibni mill-ġdid is-sezzjoni ferrovjarja Békéscsaba – Lġkösháza li hija twila 30,3 km biex tippermetti żieda fil-veloċità fuq din is-sezzjoni (veloċità awtorizzata ta’ 160 km/h), inkluża l-estensjoni tal-linja għal żewġ binarji u reviżjoni sħiħa bl-iżvilupp tal-kontroll tal-ferrovija ETCS L2 u l-immodernizzar tal-istazzjonijiet Kétegyháza u Lġkösháza. L-implimentazzjoni ta’ din l-azzjoni għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C5.I3: Żvilupp ta’ trasport bix-xarabank b’emissjonijiet żero
L-objettiv tal-investiment huwa li tiġġedded u tiġi dekarbonizzata l-flotta tat-trasport pubbliku fl-Ungerija permezz tal-provvista ta’ xarabanks b’emissjonijiet żero.
L-investiment għandu jikkonsisti fis-sostituzzjoni mill-awtoritajiet lokali jew mill-operaturi tas-servizz pubbliku ta’ 300 karozza tal-linja li jużaw fjuwils fossili b’karozzi tal-linja elettriċi ġodda u fil-kostruzzjoni tal-istess għadd ta’ punti tal-iċċarġjar fil-qafas tal-Programm dwar il-Karozzi tal-Linja Ekoloġiċi. L-appoġġ finanzjarju għandu jingħata fil-forma ta’ għotja lill-muniċipalitajiet jew lill-operaturi tas-servizzi (li għandhom ikunu eliġibbli fl-ibliet kollha b’aktar minn 25 000 abitant) wara sejħa għal proposti. Ix-xarabankijiet għandhom jintużaw għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri taħt kuntratti ta’ servizz pubbliku. Is-sistemi tas-sikurezza tal-vetturi tax-xarabankijiet mixtrija għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C5.I4: Varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-linji ferrovjarji tat-TEN-T
L-objettiv tal-investiment huwa li jtejjeb l-affidabbiltà u s-sigurtà tan-network ferrovjarju permezz tal-varar ta’ sistema ta’ ġestjoni ċentralizzata, li ttejjeb l-effiċjenza tagħha u fl-aħħar mill-aħħar l-attrazzjoni tagħha.
L-investiment għandu jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-traffiku (KÖFI) għal 272 km ta’ linji ferrovjarji suburbani u nazzjonali ewlenin, b’appoġġ bil-kompjuter u informazzjoni dwar il-ferroviji f’ħin reali. L-investiment għandu jkopri l-linji ferrovjarji 70 u 140, parti min-network komprensiv TEN-T, u l-linji ferrovjarji 100a u 80, parti min-network ewlieni TEN-T. Għandu jipprovdi lill-persunal tal-kontroll b’monitoraġġ f’ħin reali tal-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji, li jtejjeb il-kontroll tat-traffiku tal-ferroviji minn ċentru wieħed. L-investiment huwa mistenni li jżid ir-robustezza tas-sezzjonijiet tal-linja ferrovjarja kkonċernata, li jiżgura l-fluss tat-traffiku, li jagħmel użu mir-riżervi tal-iskedar, li jżid il-kapaċità ta’ tranżitu, u li jiżgura informazzjoni awdjoviżiva uniformi għall-passiġġieri.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C5.R1: Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi ffaċilitat l-użu tat-trasport pubbliku b’mod multimodali billi tkun permessa kombinazzjoni eħfef ta’ servizzi tat-trasport ferrovjarju u bil-karozzi tal-linja permezz tal-varar ta’ sistema unika għat-tariffi il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku li għadha kif ġiet stabbilita fil-livell nazzjonali.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-introduzzjoni ta’ sistema nazzjonali unika dwar it-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-mezzi varji tat-trasport pubbliku (karozzi tal-linja u ferroviji reġjonali u interurbani) permezz ta’ mezzi diġitali. L-infrastruttura għall-konsenja ta’ biljetti elettroniċi mhijiex parti minn din ir-riforma u mhijiex iffinanzjata skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
Ir-riforma għandha tpoġġi fis-seħħ il-qafas regolatorju rilevanti. B’mod partikolari għandha tiġi stabbilita Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku u regolament ġdid għandu jistabbilixxi l-qafas istituzzjonali f’termini ta’ metodi u proċeduri għas-sistema tariffarja l-ġdida, l-iskemi tal-biljetti u d-disponibbiltà tal-informazzjoni għall-passiġġieri.
Ir-riforma għandha tħaddem ukoll l-infrastruttura meħtieġa, b’mod partikolari server tal-bażi tad-data, pjattaforma għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-tariffi f’ħin reali, portal tal-OpenData li jkun fih data dwar it-trasport tal-passiġġieri u sistema ta’ informazzjoni għall-passiġġieri f’ħin reali.
Ir-riforma għandha tippermetti li l-utenti jixtru biljetti għall-pajjiż kollu, li tintalab informazzjoni dwar l-iskeda u li tiġi vverifikata s-sitwazzjoni attwali tat-traffiku permezz ta’ pjattaforma waħda. Is-sistema li tirriżulta għandha tittratta l-vjaġġi kollha b’interkambju bejn il-ferrovija u l-karozza tal-linja bħala entità waħda, tipprovdi informazzjoni aggregata u toħroġ biljett wieħed għar-rotta kollha. L-informazzjoni f’ħin reali għandha tkun disponibbli għall-pubbliku u tintwera fl-istazzjonijiet ferrovjarji u tal-karozzi tal-linja.
Is-sistema għandha tkun nondiskriminatorja u bbażata fuq formati tal-iskambju tad-data konformi mar-rekwiżiti tal-UE (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926) u għandha tkun konformi mal-kompiti tal-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku fil-livelli u l-oqsma tas-servizzi kollha tal-kumpaniji tat-trasport reġjonali.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
E.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/ Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi (għall-miri) |
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija |
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
80 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Stadju importanti |
Iffirmar tal-kuntratti tax-xogħlijiet għat-tiġdid u l-estensjoni tal-linji H5, H6 u H7 |
Iffirmar tal-kuntratti |
Q3 |
2023 |
Proċedura miftuħa ta’ akkwist pubbliku kompluta għall-modernizzazzjoni u l-estensjoni ta’ linji ferrovjarji suburbani għas-sezzjonijiet ferrovjarji suburbani elettrifikati li ġejjin:
|
|||
|
81 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Stadju importanti |
Tlestija fiżika ta’ 50 % għall-estensjoni tan-network ferrovjarju suburban |
Rapport ta’ inġinier ikkonfermat għal tlestija fiżika ta’ 50 % |
Q2 |
2025 |
Rapport tal-inġinier indipendenti li juri l-progress tekniku u t-tlestija tal-kuntratti tax-xogħlijiet iffirmati għal: kostruzzjoni u rikondizzjonar tal-linji ferrovjarji, stazzjonijiet u punti ta’ waqfien u spazji ta’ parkeġġ għall-vetturi. |
|||
|
82 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Rikondizzjonar tal-linji ferrovjarji mhux TEN-T (H5, H6 u H7) |
|
km |
56 |
Q2 |
2026 |
Km tal-linja ferrovjarja aġġornata fis-sezzjonijiet ippjanati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-avviż ta’ akkwist pubbliku.
|
|
|
83 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Rikondizzjonar tal-istazzjonijiet ferrovjarji u l-punti ta’ waqfien |
|
Numru |
33 |
Q2 |
2026 |
Tlestija tal-aġġornament ta’ 22 waqfa u 11-il stazzjon tul il-linji H5, H6 u H7 billi jiġu pprovduti konnessjonijiet intermodali: Parkeġġ P+R b’mill-inqas 2 700 spazju, punti tal-iċċarġjar u sistema ta’ informazzjoni għall-passiġġieri f’ħin reali. Il-punti ta’ waqfien u l-istazzjonijiet kollha għandhom ikunu aċċessibbli għal gruppi bi ħtiġijiet speċifiċi, inklużi pjattaformi għoljin li jiżguraw konnessjonijiet mingħajr ostakli bejn il-vettura u l-pjattaforma u informazzjoni viżwali u akustika għall-passiġġieri. |
|
|
84 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Trasformaturi tal-kurrent ġodda jew modernizzazzjoni sħiħa tat-trasformaturi tal-kurrent eżistenti |
Numru |
12 |
Q2 |
2026 |
Installazzjoni ta’ trasformaturi tal-kurrent ġodda jew modernizzazzjoni sħiħa tat-trasformaturi tal-kurrent eżistenti |
||
|
85 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Faċilitajiet ġodda għall-ħżin tar-roti B+R fil-punti ta’ waqfien HÉV |
Numru |
1500 |
Q2 |
2026 |
Installazzjoni ta’ faċilitajiet ġodda għall-ħżin tar-roti B+R f’diversi punti ta’ waqfien u stazzjonijiet HÉV għal total ta’ 1 500 rota. |
||
|
86 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Hubs intermodali ġodda bejn il-karozzi tal-linja u l-HÉV |
Numru |
3 |
Q2 |
2026 |
Ħolqien ta’ tliet hubs intermodali tul il-linji HÉV rinnovati fl-agglomerazzjoni ta’ Budapest li jipprovdu trasferimenti diretti għall-passiġġieri bejn il-karozzi tal-linja u l-ferroviji. |
||
|
87 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt għar-rinnovazzjoni tal-linja ferrovjarja (Almásfüzitġ-Komárom) |
Iffirmar tal-kuntratt tax-xogħlijiet |
Q3 |
2023 |
Iffirmar ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet għat-tiġdid tal-linja ferrovjarja (is-sezzjoni Almásfüzítő- Komárom), wara proċedura miftuħa ta’ akkwist pubbliku. |
|||
|
88 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Mira |
Tqegħid fis-servizz tal-linja ferrovjarja rinnovata (Almásfüzitġ-Komárom) |
|
km |
11 |
Q1 |
2026 |
Il-linja ferrovjarja rinnovata għandha titqiegħed fis-servizz, u tiżgura veloċità ta’ 160 km/h u tagħbija fuq il-fus ta’ 225 kN tul is-sezzjoni kollha tal-linja ta’ 11-il km. Dan għandu jinkludi r-rikostruzzjoni tat-triq ewlenija Nru 1 f’livell separat, kif ukoll l-immodernizzar tal-linja ta’ kuntatt sospiża u s-sistema tal-provvista tal-enerġija, li jagħmlu t-tagħmir ta’ lokkjatura ta’ veloċità għolja. Dan għandu jinkludi wkoll il-kostruzzjoni/l-aġġornament ta’ faċilitajiet neqsin jew skaduti, inklużi:
• Installazzjoni ġdida għat-turnaround • Rikostruzzjoni ta’ żewġ km ta’ linja ta’ kuntatt sospiża • Ħames mogħdijiet ġodda għall-persuni bil-mixi • Żewġ punti ta’ qsim li għandhom jinbnew mill-ġdid • Kostruzzjoni ta’ mogħdija waħda għall-karozzi, il-persuni mexjin u ċ-ċiklisti • Kostruzzjoni ta’ ħitan li jnaqqsu l-istorbju. |
|
|
89 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt għar-rinnovazzjoni sezzjoni tal-linja ferrovjarja Almásfüzitġ-Komárom |
Iffirmar tal-kuntratt tax-xogħlijiet |
Q2 |
2021 |
Iffirmar ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet għat-tiġdid tal-linja ferrovjarja (Békéscsaba-Lőkösháza), wara proċedura miftuħa ta’ akkwist pubbliku. |
|||
|
90 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Mira |
Tqegħid fis-servizz tal-linja ferrovjarja rinnovata (sezzjoni tal-linja ferrovjarja Békéscsaba-Lőkösháza) |
km |
30,3 |
Q4 |
2025 |
Is-sezzjoni tal-linja ferrovjarja rinnovata Békéscsaba-Lőkösháza għandha titqiegħed fis-servizz, u tiżgura veloċità ta’ 160 km/h u tagħbija fuq il-fus ta’ 225 kN. Dan għandu jinkludi l-kostruzzjoni tat-tieni binarju parallel, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ kontroll tal-ferroviji ta’ Livell 2 tal-ETCS, u l-immodernizzar tal-istazzjonijiet Kétegyháza u Lőkösháza. |
||
|
91 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja għax-xiri ta’ karozzi tal-linja elettriċi ġodda u installazzjoni ta’ punti tal-iċċarġjar |
Iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja ma’ muniċipalitajiet jew kumpaniji pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri |
Q2 |
2023 |
Iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotja konklużi mar-riċevituri finali magħżula kollha (għandhom ikunu eliġibbli l-muniċipalitajiet u l-kumpaniji tas-servizz tat-trasport pubbliku fil-bliet kollha b’aktar minn 25 000 abitant) bħala riżultat tat-twettiq ta’ sejħa miftuħa u trasparenti għal proposti u proċess tal-għażla għax-xiri ta’ 300 karozza tal-linja ġdida bi trażmissjoni elettrika biss. L-għażla tar-riċevituri finali għandha tiżgura li kemm jista’ jkun vetturi obsoleti jiġu sostitwiti. |
|||
|
92 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Mira |
Tqegħid fis-servizz ta’ karozzi tal-linja elettriċi addizzjonali u punti tal-iċċarġjar assoċjati |
|
Numru |
100 |
Q1 |
2025 |
100 karozza tal-linja elettrika u l-istess għadd ta’ punti tal-irriċarġjar imqiegħda fis-servizz li jissostitwixxu mill-inqas l-istess għadd ta’ karozzi tal-linja qodma li jaħdmu bil-fjuwils fossili. |
|
|
93 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Mira |
Tqegħid fis-servizz ta’ karozzi tal-linja elettriċi addizzjonali u punti tal-iċċarġjar assoċjati |
|
Numru |
100 |
300 |
Q4 |
2025 |
300 karozza tal-linja elettrika u l-istess għadd ta’ punti tal-irriċarġjar imqiegħda fis-servizz li jissostitwixxu mill-inqas l-istess għadd ta’ karozzi tal-linja qodma li jaħdmu bil-fjuwils fossili. |
|
94 |
C5.I4 Varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-linji ferrovjarji tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt pubbliku għall-istabbiliment ta’ sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-traffiku |
Iffirmar ta’ kuntratti għal xogħlijiet |
Q2 |
2023 |
Iffirmar ta’ kuntratt għall-kostruzzjoni ta’ Sistema Ċentrali għall-Ġestjoni tat-Traffiku li topera fuq erba’ sezzjonijiet ewlenin tal-linji ferrovjarji (70, 100a, 80 u 140) wara proċedura miftuħa ta’ għoti ta’ kuntratt, inkluż it-tagħmir ta’ lokkjatura meħtieġ u l-partijiet tat-telekomunikazzjoni. |
|||
|
95 |
C5.I4 Varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-linji ferrovjarji tat-TEN-T |
Mira |
Installazzjoni tas-Sistema Ċentrali għall-Ġestjoni tat-Traffiku mħaddma fuq linji suburbani u linji ferrovjarji kbar oħra |
km |
272 |
Q2 |
2026 |
Għandha tiġi stabbilita sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-traffiku. L-investiment għandu jinkludi l-varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq iż-żewġ linji ferrovjarji suburbani l-aktar traffikużi f’Budapest (70 u 100a) u fuq żewġ linji ferrovjarji rurali ewlenin (80 u 140) fuq tul totali ta’ 272 km. L-investiment għandu jinkludi wkoll ir-rinnovazzjoni u s-sostituzzjoni relatati tat-tagħmir tas-sinjalar, il-kostruzzjoni/l-estensjoni tal-linja sospiża, il-kostruzzjoni/l-estensjoni taċ-ċentri KÖFI fi tliet postijiet, l-iżvilupp ta’ sistema ta’ sigurtà (kameras ta’ sorveljanza, dawl), l-iżvilupp ta’ sistema moderna ta’ informazzjoni għall-passiġġieri, u l-kostruzzjoni tan-networks ta’ data tat-telekomunikazzjoni meħtieġa. |
||
|
96 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-qafas istituzzjonali, il-proċeduri u l-proċessi |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li tindika d-dħul fis-seħħ |
Q2 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tal-modifika tal-Att dwar is-Servizzi tat-Trasport tal-Passiġġieri li jistabbilixxi Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku. Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-qafas istituzzjonali, il-proċeduri u l-proċessi rigward is-sistema tariffarja, il-proċeduri ta’ informazzjoni għall-passiġġieri, il-flussi tax-xogħol bejn l-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku u l-operaturi tas-servizz pubbliku, l-oqfsa tal-kuntratti tas-servizz pubbliku, u l-korrispondenza u l-ġestjoni tal-emerġenzi. Din il-leġiżlazzjoni għandha tkun konformi mar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri u għandha tiġi abbozzata wara analiżi tas-sigurtà u l-proċeduri attwali tal-informazzjoni. |
|||
|
97 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Infrastruttura tas-server tal-bażi tad-data u żvilupp ta’ pjattaforma ta’ informazzjoni |
Dħul fis-seħħ ta’ infrastruttura tas-server tal-bażi tad-data u disponibbiltà tal-pjattaforma ta’ informazzjoni |
Q2 |
2023 |
Dħul fis-seħħ ta’ infrastruttura tas-server tal-bażi tad-data u servizzi relatati għall-infrastruttura tas-sistema tal-OpenData BI. Il-pjattaforma għal informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u t-tariffi f’ħin reali għandha tkun disponibbli fuq pjattaforma pubblika kif ukoll permezz ta’ Interfaċċa għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet. |
|||
|
98 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ portal OpenData u ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-passiġġieri f’ħin reali. |
Il-portal OpenData huwa disponibbli għall-pubbliku u sistema ta’ informazzjoni għall-passiġġieri f’ħin reali hija varata |
Q4 |
2024 |
Portal OpenData li jkun fih data dwar it-trasport tal-passiġġieri, b’mod partikolari skedi tal-ħin, informazzjoni dwar l-ivvjaġġar f’ħin reali, tariffi u ħruġ ta’ biljetti għandu jkun disponibbli għall-pubbliku mill-awtorità nazzjonali tat-trasport pubbliku mar-reġistrazzjoni. Is-sistema ta’ informazzjoni tal-passiġġieri f’ħin reali, inkluż l-okkupanza tal-vettura, għandha tiġi varata fl-istazzjonijiet ferrovjarji, fil-punti ta’ waqfien tal-ferroviji u fl-istazzjonijiet tal-karozzi tal-linja ċentrali. |
|||
F. KOMPONENT 6: Enerġija – tranżizzjoni ekoloġika
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jindirizza diversi sfidi tas-settur tal-enerġija. L-objettiv tal-komponent huwa li jikkontribwixxi għall-ilħiq tal-miri tal-Ungerija dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, filwaqt li jqis ukoll il-ħtieġa li tiżdied l-ambizzjoni tal-Istati Membri fil-kuntest tal-objettiv tal-2030 għall-UE kollha li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Enerġija 2030 u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima għandhom l-għan li jsaħħu s-sovranità tal-enerġija u s-sigurtà tal-enerġija billi jnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni, jiżguraw provvista tal-enerġija affordabbli għall-popolazzjoni u jiddekarbonizzaw il-produzzjoni tal-enerġija, inkluża ż-żieda tas-sehem tal-ġenerazzjoni tal-enerġija fuq il-bażi ta’ sorsi rinnovabbli.
F’dan il-kuntest, il-komponent għandu l-għan li joħloq kapaċitajiet addizzjonali bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. L-emendi għall-qafas legali għandhom jistabbilixxu ambjent regolatorju ta’ appoġġ biex jintlaħaq dan l-objettiv. Bil-ħsieb li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jiġu integrati fin-network tal-elettriku b’mod sigur u flessibbli, il-komponent għandu jappoġġa l-investiment relatat mal-iżvilupp tan-network u l-investimenti f’faċilitajiet ta’ ħżin tal-elettriku. L-investiment f’arloġġi intelliġenti huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-ottimizzazzjoni tad-domanda għall-elettriku fit-tul. Il-komponent għandu jirriżulta wkoll fil-ħolqien ta’ kapaċità addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli billi jappoġġa l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ pannelli solari residenzjali. Barra minn hekk, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tniġġis tal-arja u l-effiċjenza fl-enerġija, dan għandu jipprovdi wkoll appoġġ lill-unitajiet domestiċi għall-installazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin elettriku u għas-sostituzzjoni tat-twieqi, apparti s-sistemi tal-pannelli solari u l-unitajiet tal-ħżin.
Il-miżuri skont dan il-komponent huma mistennija li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u għall-ilħiq tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050.
L-iżvilupp ta’ network intelliġenti bbażat fuq soluzzjonijiet tekniċi innovattivi huwa pass importanti lejn id-diġitalizzazzjoni. L-isfruttament tad-data permezz ta’ soluzzjonijiet diġitali jiżgura tbassir aħjar tal-bilanċi bejn il-provvista u d-domanda u regolamentazzjoni aħjar tal-produzzjoni tal-enerġija.
Il-komponent jikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika u s-sigurtà tal-Ungerija bħala parti mill-objettivi Ewropej. L-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli għandha twassal għal aktar sovranità tal-enerġija permezz ta’ żieda fis-sehem tas-sorsi tal-enerġija domestiċi. L-iżvilupp tal-grilja għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tas-sigurtà tan-network tal-elettriku.
L-investimenti huma mistennija wkoll li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi fil-livell lokali, inkluż għas-settur tal-SMEs.
Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż rigward il-ħtieġa li ssir enfasi fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, b’mod partikolari l-produzzjoni u l-użu nodfa u effiċjenti tal-enerġija (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2020) u li l-enerġija b’livell baxx ta’ karbonju u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi jitqiegħdu fiċ-ċentru tal-politika ekonomika orjentata lejn l-investiment (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 fl-2019). Dan jikkontribwixxi wkoll biex tiġi indirizzata r-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 6 fl-2022 rigward il-ħtieġa li titnaqqas id-dipendenza ġenerali fuq il-fjuwils fossili billi jitħaffef l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi u t-titjib tal-infrastruttura tal-elettriku, kif ukoll billi jiżdiedu l-isforzi fuq il-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija.
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
F.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C6.R1: Trasformazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-elettriku
L-iskop tar-riforma huwa li jitjieb il-qafas legali tas-suq tal-elettriku tal-Ungerija billi jiġi emendat l-Att LXXXVI tal-2007 u billi jiġu emendati ċerti digrieti tal-gvern relatati, bħad-Digriet tal-Gvern 273/2007 (X.19), 389/2007 (XII.23) u 299/2017 (X.17).
Ir-riforma attwali tipprevedi l-introduzzjoni ta’ kontabbiltà separata għall-elettriku trażmess fil-grilja u l-elettriku kkunsmat mill-grilja. L-Ungerija timpenja ruħha li tesiġi l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema ta’ kontabbiltà separata mill-prosumaturi li għandhom jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku għall-installazzjoni tas-sistemi tal-pannelli solari tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2023.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.
C6.R2: Tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ fuq l-art
L-objettiv tal-miżura huwa li jkun permess l-iżvilupp ta’ kapaċità addizzjonali ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija mir-riħ fuq l-art fl-Ungerija billi jitneħħew ir-restrizzjonijiet ġenerali eżistenti fuq l-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija mir-riħ u billi jinħolqu “żoni rakkomandati” fejn l-investimenti fl-enerġija mir-riħ ikunu mħeġġa.
Ir-riforma għandha temenda, wara konsultazzjoni pubblika, il-qafas leġiżlattiv applikabbli bħalissa sabiex jitneħħew restrizzjonijiet bla bżonn fuq l-installazzjoni ta’ parkijiet eoliċi fil-pajjiż, b’mod partikolari fir-rigward tad-distanza ta’ rtirar lura mit-turbini eoliċi (id-distanza bejn l-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ u żoni residenzjali jew żoni affettwati oħra), l-għoli tat-turbini eoliċi (jew id-dijametru massimu tal-pali tal-iskrejjen tal-imtieħen tar-riħ) u l-kapaċità tal-enerġija tat-turbini. Ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu eliminati jew definiti b’tali mod li jippermettu installazzjoni effettiva ta’ parkijiet eoliċi u f’konformità mal-parametri referenzjarji Ewropej u l-aħjar prattiki komparabbli. Ir-regolamenti emendati jistgħu jinkludu rekwiżiti minimi dwar is-sikurezza teknika, il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u l-ambjent u l-awtoritajiet lokali jistgħu jimponu rekwiżiti ġustifikati. Ir-regolamenti emendati ma għandhom jintroduċu l-ebda impediment ieħor, bħal restrizzjonijiet ibbażati fuq id-daqs, il-kapaċità, jew l-għoli.
Ir-riforma għandha tintroduċi wkoll, wara konsultazzjoni pubblika, “żoni rakkomandati” għall-parkijiet eoliċi f’konformità mal-approċċ tal-proposta tal-Kummissjoni f’COM (2022) 222 tat-18 ta’ Mejju 2022.
“Żoni rakkomandati” għandhom ikunu postijiet speċifiċi li huma partikolarment adattati għall-installazzjoni ta’ parkijiet eoliċi. Dawn iż-żoni għandhom jiġu definiti skont kriterji oġġettivi bħad-densità tal-enerġija mir-riħ jew il-veloċità tar-riħ. Il-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi dawn iż-żoni għandha tistabbilixxi wkoll proċeduri simplifikati speċifiċi għall-għoti ta’ permessi għall-installazzjoni ta’ parkijiet eoliċi f’żoni bħal dawn, li jirriżultaw fi proċeduri aktar faċli u skadenzi iqsar.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.
C6.R3: Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli
L-objettiv tal-miżura huwa li jiġi appoġġat il-varar ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli billi jiġu ffaċilitati l-proċeduri għall-għoti tal-permessi.
Ir-riforma għandha tpoġġi fis-seħħ proċedura integrata għall-permess għall-protezzjoni ambjentali u l-permess tal-kostruzzjoni għall-parkijiet għall-enerġija solari u eolika b’kapaċità inkorporata ta’ aktar minn 0,5 MW. Dan għandu jiżgura żmien effettiv iqsar għall-għoti ta’ permessi. Lil hinn minn 75 jum, in-nuqqas ta’ tweġiba mill-amministrazzjoni għandu jirriżulta fl-għoti ta’ awtorizzazzjoni. Ir-riforma għandha tistabbilixxi wkoll punt uniku ta’ servizz, li jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-investituri għall-immaniġġar u t-twassil ta’ tali permessi integrati.
Ir-riforma għandha tissimplifika wkoll il-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja għal installazzjonijiet fotovoltajċi żgħar (inqas minn 0,8 kW). Għal dawn, ir-reġistrazzjoni qabel l-installazzjoni biss għandha tkun meħtieġa, mingħajr il-ħtieġa li tiġi introdotta talba għal permess. L-investitur ma għandux ikun meħtieġ jiffirma kuntratt speċifiku mal-Operatur tas-Sistema tad-Distribuzzjoni (Distribution System Operator, DSO) għall-użu tal-impjant fotovoltajku żgħir, u r-reġistrazzjoni għandha tissostitwixxi l-kuntratt ta’ konnessjoni għall-impjant fotovoltajku żgħir. L-iskadenzi għall-konnessjoni tal-impjant tal-enerġija żgħir ma għandhomx ikunu itwal minn xahrejn sakemm ir-raġuni għad-dewmien ma tkunx taqa’ barra mill-kompetenza tad-DSO rispettiv.
Sabiex jiġi promoss il-varar tal-enerġija solari, il-waqfien temporanju introdott dan l-aħħar tal-possibbiltà għal sistemi fotovoltajċi residenzjali mibnija ġodda (sa 50 kVA) biex jipprovdu l-enerġija lill-grilja għandu jitneħħa malajr kemm jista’ jkun, u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024. Għal dan l-għan, l-Awtorità Regolatorja Ungeriża dwar l-Enerġija u l-Utilità Pubblika (MEKH) għandha tirrieżamina regolarment, mill-inqas kull sitt xhur, din il-limitazzjoni temporanja, f’livell reġjonali flimkien mal-Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni (Transmission System Operator, TSO) u d-DSOs, abbażi ta’ kriterji tekniċi u oġġettivi. Hekk kif ir-riżultat tal-evalwazzjoni jistabbilixxi li l-grilja hija kapaċi tintegra l-elettriku prodott, ir-restrizzjoni għandha titneħħa, fil-livell reġjonali jekk ikun xieraq.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.
C6.R4: Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja
L-objettiv tal-miżura huwa li tiżdied it-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-proċedura kkoordinata ta’ konnessjoni mal-grilja għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli dipendenti mit-temp, u fl-aħħar mill-aħħar li tiżdied id-disponibbiltà tal-konnessjonijiet mal-grilja.
Ir-riforma għandha temenda l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja biex tiżgura approċċ nondiskriminatorju bejn it-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. It-talbiet għall-konnessjoni li jaqbżu l-limiti tal-konnessjoni għandhom dejjem jiġu aċċettati bil-kundizzjoni li l-investituri jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapaċità tal-ibbilanċjar u jħallsu t-tariffi tal-konnessjoni diretta. Il-leġiżlazzjoni għandha tiddefinixxi l-livell massimu tal-kapaċità tal-ibbilanċjar li jista’ jintalab. Dan il-massimu għandu jkun oġġettivament ġustifikat u proporzjonat, ma għandux jaqbeż it-30 % u għandu jitnaqqas gradwalment.
Ir-riforma għandha żżid ukoll it-trasparenza tal-proċedura ta’ konnessjoni mal-grilja b’diversi azzjonijiet biex titqajjem kuxjenza u jitrawmu deċiżjonijiet infurmati mill-parteċipanti fis-suq. Dawn għandhom jinkludu b’mod partikolari l-pubblikazzjoni regolari ta’ talbiet aċċettati u miċħuda, ta’ projezzjonijiet aġġornati għall-kapaċitajiet ta’ konnessjoni mal-grilja u ta’ eżempji simplifikati għal tipi differenti ta’ konnessjoni, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ forums għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għall-parteċipanti fis-suq. Sabiex tittejjeb l-effettività tal-proċedura, it-TSO u d-DSOs għandhom joħolqu wkoll l-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġbru u jużaw data minn arloġġi intelliġenti installati.
Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għall-kapaċità tal-Ungerija li żżid b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-parkijiet tal-enerġija solari u eolika konnessi mal-grilja fil-livell nazzjonali. Bażi tad-data tal-gvern għandha tagħmel monitoraġġ tal-progress lejn il-miri korrispondenti.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C6.R5: Tisħiħ tar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija
L-objettiv tal-miżura huwa li titjieb l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini fl-Ungerija, li hija mistennija li tikkontribwixxi għal konsum tal-enerġija aktar baxx tal-bini u b’hekk għal esponiment aktar baxx għall-gass mir-Russja.
Ir-riforma għandha tintroduċi standards minimi tal-effiċjenza fl-enerġija (tnaqqis tal-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 30 %) għall-iskemi ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini ffinanzjati mill-fondi tal-UE.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2023.
C6.I1: Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti għall-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni
L-iskop tal-investiment huwa li jiġi żviluppat in-network tal-elettriku bil-ħsieb li tiġi żgurata l-integrazzjoni sikura ta’ kapaċitajiet addizzjonali li għandhom jinħolqu minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tiżdied il-flessibbiltà tas-sistema. F’konformità mal-istrateġija tal-politika tal-enerġija tal-Ungerija, l-Ungerija beħsiebha żżid is-sehem tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita tal-enerġija tagħha u tittripla l-kapaċità attwali tagħha tal-impjant tal-enerġija solari domestika sal-2030. Dan jeħtieġ aċċess suffiċjenti għan-network u kapaċità meħtieġa għall-grilja. In-network ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni jeħtieġ li jiġi żviluppat biex ikun jista’ jilqa’ dawn l-isfidi.
B’hekk, l-investiment għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni ta’ wħud mill-kapaċitajiet skarsi tal-grilja, għall-integrazzjoni sikura ta’ produzzjoni addizzjonali li tirriżulta miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. L-investiment għandu jinkludi ’mod partikolari elementi ta’ żvilupp, bħall-kostruzzjoni u l-aġġornamenti tan-network b’vultaġġ għoli/medju/baxx, installazzjonijiet ġodda tas-substazzjonijiet, sostituzzjonijiet u espansjonijiet tat-trasformaturi tas-substazzjonijiet, kostruzzjonijiet u sostituzzjoni tal-kontrolli kif ukoll żviluppi fid-diġitalizzazzjoni.
L-ikkompletar tal-investiment li jikkonsisti fiż-żieda fil-kapaċità tal-integrazzjoni tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli mal-grilja għandu jirriżulta f’abbiltà li tiġi integrata kapaċità tal-impjant tal-enerġija addizzjonali ta’ 2 925 MW sat-30 ta’ Ġunju 2026.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C6.I2: Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin
L-objettiv tal-miżura huwa l-espansjoni tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli residenzjali, iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija li twassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif ukoll it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li jirriżulta minn soluzzjonijiet tat-tisħin skaduti (bħall-materja partikolata u d-diossidu tal-kubrit). Din il-miżura għandha tkun ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi esposti għal riskju ta’ faqar enerġetiku ogħla mill-medja. Għal dan l-iskop, il-livell tal-introjtu tar-riċevitur għandu jiġi determinat fuq il-bażi ta’ waħda miż-żewġ possibbiltajiet li ġejjin: persuni b’introjtu taħt il-paga medja nazzjonali jew unitajiet domestiċi b’introjtu medju per capita taħt il-medja nazzjonali, it-tnejn stabbiliti fuq il-bażi tal-istatistika mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Ungerija.
Il-miżura għandha tappoġġa żewġ tipi ta’ attivitajiet. L-ewwel tip ta’ attività hija l-installazzjoni ta’ sistema ta’ pannelli solari fuq strutturi tas-saqaf għall-awtokonsum. It-tieni tip ta’ attività tikkonsisti fl-installazzjoni ta’ sistemi ta’ pannelli solari fuq strutturi tas-saqaf għall-awtokonsum, ikkombinata mas-sostituzzjoni tat-twieqi, l-istabbiliment tal-kapaċità tal-ħżin (massimu ta’ 14-il kW) u l-installazzjoni tat-tisħin elettriku (pompi tas-sħana, jekk meħtieġ akkumpanjati minn pannelli elettriċi tas-sħana skont iċ-ċirkustanzi tekniċi tal-bini li jibbenefika mill-appoġġ). Il-miżura għandha tibbenefika 34 920 unità domestika, li mill-inqas 11 600 unità domestika minnhom għandhom iwettqu l-investiment li jaqa’ taħt it-tieni tip ta’ attività.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C6.I3: Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni
L-objettiv tal-investiment huwa li tiġi appoġġata l-installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għal terminu qasir mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, li għandhom jintużaw mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u dawk l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għall-iskop uniku li jiġi żgurat it-tħaddim sigur u affidabbli tas-sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni u indirettament tiġi appoġġata l-integrazzjoni ulterjuri tal-produzzjoni tal-enerġija li tirriżulta miż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. Il-faċilitajiet tal-ħżin ma għandhomx jintużaw għall-ibbilanċjar jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jirċievu appoġġ biex jinstallaw il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tagħhom abbażi tad-deroga prevista fl-Artikolu 54(2) u fl-Artikolu 36(2) tad-Direttiva (UE) 2019/944, jiġifieri abbażi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija li huma komponenti tan-network integrati bis-sħiħ u li jirċievu approvazzjoni mill-awtorità regolatorja (l-Awtorità Regolatorja Ungeriża dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet, MEKH). L-MEKH għandha tagħmel monitoraġġ u tiżgura li l-faċilitajiet tal-ħżin jintużaw biss bħala komponenti integrati tan-network u għandha tivverifika regolarment li l-proprjetà, l-iżvilupp, il-ġestjoni u t-tħaddim ta’ dawn il-faċilitajiet tal-ħżin ma jfixklux is-suq.
Il-kapaċità totali tal-ħżin tal-elettriku installata bħala komponent tan-network kompletament integrat bħala riżultat ta’ dan l-investiment għandha tkun mill-inqas 146 MWh.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.
C6.I4: Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq
L-objettiv ta’ dan l-investiment huwa li l-parteċipanti fis-suq diġà preżenti jew li jixtiequ jidħlu fis-suq tal-ibbilanċjar (eż. aggregaturi, produtturi tal-elettriku u konsumaturi industrijali kbar) jingħatalhom aċċess għal teknoloġiji li jipprovdu servizz ta’ flessibbiltà mingħajr tniġġis.
Din il-miżura għandha tappoġġa lill-parteċipanti fis-suq biex jinstallaw faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja.
Ir-riċevituri għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħa miftuħa għal proposti. Fil-proċess tal-għażla, il-proposti tal-proġetti li għandhom jiġu implimentati b’teknoloġiji differenti għandhom jingħataw punteġġ u jintgħażlu abbażi ta’ analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, biex b’hekk jiġi żgurat proċess tal-għażla teknoloġikament newtrali b’enfasi fuq il-kosteffettività totali. Ir-riċevituri għandhom ikunu meħtieġa jintroduċu l-kapaċità kollha jew parti minnha li tirriżulta mill-faċilità ta’ ħżin tal-elettriku ssussidjata fis-suq tal-ibbilanċjar.
Il-kapaċità totali tal-ħżin tal-elettriku installata bħala parti mis-suq tal-ibbilanċjar b’riżultat ta’ dan l-investiment għandha tkun mill-inqas 311 MWh.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2025.
C6.I5: Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti
L-objettiv tal-miżura huwa li jiġu appoġġati x-xiri u l-installazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti.
L-applikazzjoni tal-arloġġi intelliġenti hija mistennija li jkollha rwol importanti bħala għodda minn tarf sa tarf għad-determinazzjoni preċiża tal-profili tal-konsumaturi u l-ottimizzazzjoni tad-domanda għall-elettriku, u l-ġbir tad-data u l-funzjonijiet ta’ komunikazzjoni tagħhom għandhom jiġu sfruttati f’ħafna oqsma oħra ta’ applikazzjoni wkoll. L-arloġġi intelliġenti għandhom ikunu kontrollabbli mill-bogħod, għandhom ikunu kapaċi jaqilbu l-output nominali tal-arloġġ f’każ ta’ kejl dirett, għandhom ikunu kapaċi jipprovdu kontrollabbiltà u jkollhom modulu ta’ komunikazzjoni. L-introduzzjoni ta’ arloġġi intelliġenti u t-tariffi flessibbli li jibnu fuqhom huma mistennija li jipprovdu l-bażi għal rispons min-naħa tad-domanda fit-tul, li hija mistennija li tgħin biex tinbena flessibbiltà fis-sistema tal-elettriku fit-tul.
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li ċertu tip ta’ konsumaturi jkollhom arloġġi intelliġenti installati fil-post tal-konsum tagħhom. Skont id-Digriet tal-Gvern 273/2007 (X. 19.) dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Att LXXXVI tal-2007 dwar l-Elettriku, jeħtieġ li jiġi installat arloġġ intelliġenti għall-utenti konnessi b’vultaġġ baxx f’każ ta’ konsum annwali ta’ 5 000 kWh jew aktar; fil-każ ta’ konnessjonijiet ġodda b’domanda għall-enerġija ta’ 3x32 A iżda li ma taqbiżx 3x80 A; u għall-utenti li diġà għandhom impjant tal-enerġija żgħir ta’ daqs domestiku jew għandhom jinstallaw sistema bħal din fil-futur. L-investiment għandu jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti.
Ir-riċevituri tal-investiment huma l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, abbażi ta’ sejħa għal proġetti prijoritarji. L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jirċievu s-sussidju fi proporzjon mal-għadd ta’ siti fiżiċi meħtieġa biex jiġu installati arloġġi intelliġenti fiż-żoni ġeografiċi fejn joperaw.
Il-miżura għandha tirriżulta f’għadd totali ta’ mill-inqas 290 680 arloġġ intelliġenti installati ġodda.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
F.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija |
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
99 |
C6.R1 Trasformazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-elettriku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għad-Digriet tal-Gvern 273/2007. X.19 |
Dħul fis-seħħ tal-emenda leġiżlattiva inkluż saldu gross |
|
|
|
Q1 |
2023 |
Id-dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Digriet tal-Gvern 273/2007 (X.19) rigward ir-regoli dwar l-iskema ta’ saldu gross obbligatorja għall-prosumaturi. Id-digriet għandu jiżgura li mill-1 ta’ Jannar 2023 il-prosumaturi li jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju pubbliku għall-installazzjoni tal-unitajiet ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom għandhom iqisu separatament l-ammont ta’ enerġija prodotta u l-ammont ta’ enerġija kkunsmata. |
|
100 |
C6.R2 Tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ fuq l-art |
Stadju importanti |
Emenda tal-leġiżlazzjoni favur l-użu tal-enerġija mir-riħ |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata li tneħħi r-restrizzjonijiet mhux meħtieġa fuq l-installazzjoni ta’ parkijiet eoliċi għall-pajjiż kollu. Il-leġiżlazzjoni għandha tippermetti installazzjoni effettiva ta’ parkijiet eoliċi. B’mod speċifiku, ir-regoli dwar id-distanza minima fil-leġiżlazzjoni applikabbli bħalissa għandhom jitnaqqsu b’mod sinifikanti u kwalunkwe distanza minima bejn l-installazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ u ż-żoni residenzjali jew żoni affettwati oħra ma għandhiex taqbeż il-parametri referenzjarji Ewropej u l-aħjar prattiki komparabbli. L-għoli massimu permess tat-turbini eoliċi (jew id-dijametru massimu tal-pali tal-iskrejjen tal-imtieħen tar-riħ) għandu jiġi eliminat jew miżjud biex ikun konformi mal-parametri referenzjarji Ewropej u l-aħjar prattiki komparabbli. L-ebda limitu massimu tal-kapaċità għal kull turbina eolika ma għandu jibqa’ jew jiġi introdott. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tawtorizza lill-awtoritajiet lokali biex jimponu rekwiżiti ġustifikati biex jitqiesu interessi leġittimi oħra, bħal użu ieħor tal-art, protezzjoni tan-natura jew tal-pajsaġġ. Il-leġiżlazzjoni għandha tiżgura wkoll li l-ippjanar spazjali għandu jittratta l-enerġija mir-riħ b’mod simili għal sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli mingħajr ebda restrizzjoni speċifika. Il-konsultazzjoni pubblika u d-djalogu trasparenti mal-awtoritajiet lokali għandhom isiru qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida. |
|||
|
101 |
C6.R2 Tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ fuq l-art |
Stadju importanti |
Il-ħolqien ta’ “żoni rakkomandati” għall-enerġija mir-riħ |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni rilevanti |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tar-regolament li jiddefinixxi “żoni rakkomandati” għall-parkijiet eoliċi u t-twaqqif ta’ proċeduri i simplifikati speċifiċi għall-għoti ta’ permessi għall-installazzjoni ta’ tali impjanti tal-enerġija f’żoni bħal dawn (skadenzi 10 % iqsar għall-proċeduri relatati mal-għoti tal-permessi u l-għoti tal-possibbiltà legali li jinkisbu d-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet rilevanti – bħall-awtorità tal-protezzjoni tal-art, id-dipartiment tat-tifi tan-nar – qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għoti tal-permess). Dawn iż-“żoni rakkomandati” għandhom jiġu definiti, bħala minimu, bħala ż-żoni fil-pajjiż fejn id-densità tal-enerġija tar-riħ hija mill-inqas 500 W/m2 f’għoli ta’ 150 metru, jew bl-użu ta’ valur medju simili tal-veloċità tar-riħ bil-kundizzjoni li ż-żona koperta li tirriżulta ma tkunx iżgħar. Fi kwalunkwe każ, iż-żoni rakkomandati għandhom ikopru ż-żoni attwalment użati għat-turbini eoliċi sabiex jiġi ffaċilitat l-għoti ta’ permess għar-repowering. Il-konsultazzjoni pubblika u d-djalogu trasparenti mal-awtoritajiet lokali għandhom isiru qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida. |
|||
|
102 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Proċedura integrata għall-għoti ta’ permessi għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tal-qafas legali u amministrattiv għal trattament integrat tad-dispożizzjoni tal-permess għall-protezzjoni ambjentali u l-permess tal-kostruzzjoni għal parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eoliċi - dipendenti mit-temp b’kapaċità inkorporata ta’ aktar minn 0,5 MW. Il-qafas leġiżlattiv għandu jiżgura wkoll żmien effettiv iqsar għall-għoti tal-permessi, billi jipprovdi li l-permess integrat għandu jingħata fi żmien 75 jum, u li jekk ma tingħata l-ebda tweġiba mill-amministrazzjoni matul dak il-perjodu, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat. |
|||
|
103 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Punt uniku ta’ servizz għall-għoti ta’ permessi tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli |
Bidu tal-operazzjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz |
Q1 |
2023 |
Punt uniku ta’ servizz għandu jkun operazzjonali u jkun beda joffri servizzi lill-investituri interessati fl-istabbiliment ta’ parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eoliċi - dipendenti mit-temp. Il-punt uniku ta’ servizz għandu jkun entità ċentralizzata fil-livell nazzjonali, li taġixxi bħala punt ta’ kuntatt uniku ta’ kuntatt għall-investituri għat-trattament u t-twassil tal-permessi. |
|||
|
104 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Konnessjoni sempliċi mal-grilja ta’ impjanti fotovoltajċi żgħar |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata li tippermetti proċedura simplifikata għall-installazzjoni u t-tnedija tal-operazzjoni, inkluża l-konnessjoni mal-grilja, għal installazzjonijiet fotovoltajċi żgħar b’kapaċità integrata massima ta’ 0,8 kW. Il-proċedura simplifikata għandha tieħu l-forma ta’ reġistrazzjoni sempliċi. Il-leġiżlazzjoni għandha tipprovdi wkoll li l-iskadenza għall-konnessjoni ta’ dawn l-impjanti żgħar tal-enerġija ma għandhiex tkun itwal minn xahrejn wara t-talba kompleta tan-network. Id-dewmien fl-iżgurar tal-konnessjoni mid-DSO rispettiv għandu jkun permess biss f’każijiet fejn id-dewmien ikun ikkawżat minn fatturi li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tiegħu. |
|||
|
105 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Tneħħija tal-limitazzjonijiet tal-enerġija feed-in għas-sistemi fotovoltajċi residenzjali |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata għar-rieżami regolari tar-restrizzjoni |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata li timponi obbligu għall-Awtorità Regolatorja Ungeriża għall-Enerġija u l-Utilità Pubblika (MEKH) biex tirrevedi regolarment il-waqfien temporanju introdott dan l-aħħar għal sistemi fotovoltajċi residenzjali mibnija ġodda (sa 50 kVA) biex jipprovdu l-enerġija lill-grilja. Mill-inqas, il-leġiżlazzjoni emendata għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: -l-MEKH għandha tirrieżamina mill-inqas kull sitt xhur l-adegwatezza tal-limitazzjoni temporanja fir-reġjuni rilevanti għal kull reġjun; -dan ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq informazzjoni teknika pprovduta mid-DSOs u mit-TSO; -għandhom jiġu stabbiliti u ppubblikati kriterji tekniċi u oġġettivi għat-tneħħija tar-restrizzjoni; -l-MEKH għandha tippubblika d-deċiżjoni motivata tagħha għal kull reġjun kull sitt xhur; l-MEKH għandha tinforma lill-gvern meta l-valutazzjoni bbażata fuq kriterji oġġettivi msemmija hawn fuq tiżvela li l-grilja hija kapaċi tintegra l-enerġija ġġenerata mis-sistemi fotovoltajċi residenzjali bil-ħsieb li titneħħa kompletament din il-limitazzjoni; -ir-restrizzjoni għandha titneħħa fir-reġjun rilevanti hekk kif jintlaħqu l-kriterji tekniċi u oġġettivi msemmija hawn fuq. Il-waqfien temporanju għal sistemi fotovoltajċi residenzjali mibnija ġodda (sa 50 kVA) biex jipprovdu l-enerġija lill-grilja għandu jitneħħa fil-pajjiż kollu sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024. |
|||
|
106 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Żieda fil-prevedibbiltà tal-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni emendata |
Q4 |
2022 |
Il-leġiżlazzjoni għandha tiġi emendata biex: -tiżgura li l-istess regoli ta’ konnessjoni (“proċedura kkoordinata ta’ konnessjoni mal-grilja”) japplikaw għat-teknoloġiji kollha li jiġġeneraw l-enerġija f’approċċ nondiskriminatorju; -tipprevedi li dan il-proċess għandu jkun ibbażat fuq parametri teknoloġiċi oġġettivi u li għandu jiġi ppubblikat qabel is-sejħiet; -tiżgura li t-TSO u d-DSOs għandhom jitħallew jirrifjutaw it-talba għall-konnessjoni tal-parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eoliċi - dipendenti mit-temp biss b’mod nondiskriminatorju u abbażi ta’ kriterji tekniċi, u biss jekk il-ħtiġijiet tal-kapaċità ippreżentati jaqbżu l-limitu tal-kapaċità ta’ konnessjoni tal-parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eoliċi - dipendenti mit-temp u l-applikant ma jimmodifikax il-kundizzjonijiet tekniċi proposti tal-impjant tal-enerġija biex jiżgura ż-żamma tal-bilanċ tal-enerġija tas-sistema tal-elettriku billi jipprovdi riżervi bħala servizzi ta’ bbilanċjar; -jipprevedi li għal talbiet individwali, l-investituri għandu jkollhom iċ-ċertezza li t-talba tagħhom għandha tiġi aċċettata bil-kundizzjoni li jaqblu li jipprovdu kapaċità ta’ bbilanċjar kif mitlub mit-TSO/DSOs fil-mument rilevanti u jħallsu t-tariffi tal-konnessjoni diretta; -tiddefinixxi l-livell massimu tal-kapaċità tal-ibbilanċjar li għandu jintalab f’dak il-każ. Din il-kapaċità massima tal-ibbilanċjar ma għandhiex taqbeż it-30 % tal-kapaċità tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli li għandha tiġi installata mill-2022. Il-leġiżlazzjoni għandha tistabbilixxi proċedura li permezz tagħha l-proporzjon massimu obbligatorju tal-kapaċità tal-ibbilanċjar stabbilit fil-leġiżlazzjoni għandu jiġi rivedut kull sena abbażi ta’ analiżi tal-iżbilanċ tas-sistema u l-fatturi ewlenin tiegħu, u għandu jitnaqqas gradwalment, filwaqt li jitqiesu l-investimenti mistennija fil-grilja u l-eżitu tal-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja. Il-livell tar-rekwiżit ta’ bbilanċjar għandu jkun oġġettivament ġustifikat u proporzjonat. |
|||
|
107 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar talbiet u kapaċitajiet ta’ konnessjoni mal-grilja |
Dħul fis-seħħ tal-obbligu ta’ pubblikazzjoni mit-TSO/DSOs |
Q1 |
2023 |
Il-leġiżlazzjoni għandha tiġi emendata biex jiġi żgurat li qabel ma joħorġu sejħa ġdida u mill-inqas kull sitt xhur, it-TSO u d-DSOs għandhom jippubblikaw ir-rekwiżiti ta’ konnessjoni anonimizzata tat-talbiet aċċettati u tat-talbiet miċħuda b’ġustifikazzjoni assoċjata, kif ukoll jipprovdu informazzjoni addizzjonali għal talbiet ġodda ta’ konnessjoni li huma possibbli bħala riżultat tal-investimenti kollha meħtieġa fil-grilja, inklużi proġetti ffinanzjati permezz tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u projezzjonijiet aġġornati għall-kapaċitajiet ta’ konnessjoni mal-grilja fil-ħames snin li ġejjin. Barra minn hekk, eżempji simplifikati għal tipi differenti ta’ konnessjoni għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-TSO Ungeriż (MAVIR). |
|||
|
108 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Forums għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni |
Twaqqif ta’ forums għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għall-parteċipanti fis-suq |
Q4 |
2022 |
Għandhom jiġu organizzati forums għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni għall-parteċipanti fis-suq biex jappoġġaw il-fehim tal-proċedura ta’ konnessjoni mal-grilja. L-ewwel ċiklu ta’ forums għandu jiġi organizzat qabel tmiem l-2022, segwit minn forums ta’ skambju ta’ informazzjoni kull sitt xhur. Dawn il-forums għandhom jiġu organizzati qabel il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet ġodda għall-konnessjoni mal-grilja. |
|||
|
109 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Ħolqien tal-infrastruttura tal-IT għall-użu ta’ data minn arloġġi intelliġenti |
Bidu tal-operat ta’ bażijiet ta’ data u għodod tal-IT rilevanti |
Q2 |
2026 |
It-TSO u d-DSOs għandhom joħolqu l-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġbru u jużaw data minn arloġġi intelliġenti installati. Id-data għandha tintuża biex tiżdied il-preċiżjoni tal-pjan ta’ żvilupp tan-network, kif ukoll għall-iżvilupp ta’ konnessjonijiet flessibbli u għażliet ta’ operat. |
|||
|
110 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Mira |
Awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja għall-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli |
Kapaċità rinnovabbli totali awtorizzata |
MW |
3 500 |
8 000 |
Q3 |
2024 |
Id-DSO jew it-TSO għandu joħroġ awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja eżegwibbli mid-data tal-għoti għall-parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eolika - dipendenti mit-temp għal kapaċità totali ta’ mill-inqas 8 000 MW. Il-mira tkopri l-kategoriji kollha ta’ tali impjanti tal-enerġija (impjanti żgħar u fuq skala kbira), inklużi l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li huma koperti biss minn proċedura ta’ reġistrazzjoni u li huma rreġistrati. |
|
111 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Mira |
Awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli |
Kapaċità rinnovabbli totali awtorizzata |
MW |
8 000 |
10 000 |
Q2 |
2026 |
Id-DSO jew it-TSO għandu joħroġ awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja eżegwibbli mid-data tal-għoti għall-parkijiet tal-enerġija rinnovabbli - solari u eolika - dipendenti mit-temp għal kapaċità totali ta’ mill-inqas 10 000 MW. Il-mira tkopri l-kategoriji kollha ta’ tali impjanti tal-enerġija (impjanti żgħar u fuq skala kbira), inklużi l-impjanti tal-enerġija rinnovabbli li huma koperti biss minn proċedura ta’ reġistrazzjoni u li huma rreġistrati. |
|
112 |
C6.R5 Tisħiħ tar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija |
Stadju importanti |
Tisħiħ tar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija għall-iskemi ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni |
Q1 |
2023 |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi standards minimi tal-effiċjenza fl-enerġija għall-iskemi ta’ appoġġ pubbliku għar-rinnovazzjoni tal-bini ffinanzjati mill-UE. Il-leġiżlazzjoni għandha mill-inqas tipprevedi li għall-iskemi ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni (ko)finanzjati mill-fondi tal-UE, għandu jinkiseb tnaqqis fil-konsum tal-enerġija ta’ mill-inqas 30 % f’bini residenzjali, korporattiv u pubbliku. Dan l-objettiv għandu jiġi rifless fis-sejħiet għal proġetti (b’ eċċezzjoni ta’ programmi ppubblikati diġà għaddejjin għall-bini tal-gvernijiet lokali). |
|||
|
113 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja b’kull min hu awtorizzat dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-iżvilupp ta’ grilji ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni |
Ftehimiet ta’ għotja ffirmati |
|
|
|
Q2 |
2022 |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja kollha dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-investiment bejn l-organizzazzjonijiet involuti fl-investiment (l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni) u l-Awtorità Maniġerjali (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru). Il-ftehimiet ta’ għotja konklużi mal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi kollha tas-sistema tad-distribuzzjoni involuti għandhom iwasslu għall-ħolqien tal-kapaċità li tiġi integrata kapaċità inkrementali ta’ 2 925 MW ta’ elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli fin-network tal-elettriku permezz ta’ dan l-investiment. Il-ftehim ta’ għotja għandu jiddeskrivi l-investimenti ppjanati, li għandhom jinkludu l-elementi tal-iżvilupp, bħall-kostruzzjoni u t-titjib tan-network b’vultaġġ għoli/medju/baxx; installazzjonijiet ġodda tas-substazzjonijiet; sostituzzjonijiet u espansjonijiet tat-trasformatur tas-substazzjoni; kostruzzjonijiet u sostituzzjoni tal-kontrolli; u l-iżviluppi fid-diġitalizzazzjoni. |
|
114 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
MW |
0 |
119 |
Q3 |
2023 |
Żieda fil-kapaċità tal-grilja tal-enerġija li tintegra l-kapaċità addizzjonali tal-impjant tal-enerġija bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ azzjonijiet skont dan l-investiment. L-Awtorità Regolatorja tal-Enerġija u l-Utilità Pubblika tal-Ungerija għandha tivverifikaha u tipprovdi rapport ta’ validazzjoni bl-użu ta’ metodoloġija li telabora l-azzjonijiet meħtieġa fuq il-grilja, iffinanzjati skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tintegra l-enerġija prodotta mill-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. |
|
115 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
MW |
119 |
772 |
Q3 |
2024 |
Żieda fil-kapaċità tal-grilja tal-enerġija li tintegra l-kapaċità addizzjonali tal-impjant tal-enerġija bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ azzjonijiet skont dan l-investiment. L-Awtorità Regolatorja tal-Enerġija u l-Utilità Pubblika tal-Ungerija għandha tivverifikaha u tipprovdi rapport ta’ validazzjoni bl-użu ta’ metodoloġija li telabora l-azzjonijiet meħtieġa fuq il-grilja, iffinanzjati skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tintegra l-enerġija prodotta mill-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. |
|
116 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità addizzjonali tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
MW |
772 |
1749 |
Q3 |
2025 |
Żieda fil-kapaċità tal-grilja tal-enerġija li tintegra l-kapaċità addizzjonali tal-impjant tal-enerġija bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ azzjonijiet skont dan l-investiment. L-Awtorità Regolatorja tal-Enerġija u l-Utilità Pubblika tal-Ungerija għandha tivverifikaha u tipprovdi rapport ta’ validazzjoni bl-użu ta’ metodoloġija li telabora l-azzjonijiet meħtieġa fuq il-grilja, iffinanzjati skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tintegra l-enerġija prodotta mill-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. |
|
117 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità addizzjonali tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
MW |
1 749 |
2 925 |
Q2 |
2026 |
Żieda fil-kapaċità tal-grilja tal-enerġija li tintegra l-kapaċità addizzjonali tal-impjant tal-enerġija bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ azzjonijiet skont dan l-investiment. L-Awtorità Regolatorja tal-Enerġija u l-Utilità Pubblika tal-Ungerija għandha tivverifikaha u tipprovdi rapport ta’ validazzjoni bl-użu ta’ metodoloġija li telabora l-azzjonijiet meħtieġa fuq il-grilja, iffinanzjati skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tintegra l-enerġija prodotta mill-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli. |
|
118 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti għal proġetti rigward l-użu ta’ pannelli solari residenzjali u l-modernizzazzjoni tat-tisħin |
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti fuq is-sit web uffiċjali tal-Gvern għal sejħiet, inklużi l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu appoġġati |
|
|
|
Q3 |
2021 |
Fuq il-bażi tas-sejħa għal proposti jistgħu jiġu appoġġati żewġ tipi ta’ attivitajiet: (i) installazzjoni ta’ sistema ta’ pannelli solari fuq strutturi tas-saqaf għall-awtokonsum biss jew (ii) apparti l-installazzjoni ta’ sistema ta’ pannelli solari fuq strutturi tas-saqaf, is-sostituzzjoni ta’ twieqi, l-installazzjoni ta’ apparat għall-ħżin u sistema tat-tisħin elettriku wkoll. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għandhom jinkludu: (i) l-adegwatezza teknika tal-bini biex jospita l-investiment ippjanat (bħall-kundizzjoni tas-saqaf u n-network tal-elettriku installat fil-bini) u (ii) il-livell tal-introjtu tar-riċevitur. Il-livell tal-introjtu tar-riċevitur għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ waħda miż-żewġ possibbiltajiet li ġejjin: persuni b’introjtu taħt il-paga medja nazzjonali jew unitajiet domestiċi b’introjtu medju per capita taħt il-medja nazzjonali, it-tnejn stabbiliti fuq il-bażi tal-istatistika mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika tal-Ungerija. |
|
119 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
Numru |
0 |
13 793 |
Q3 |
2024 |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi b’sistemi ta’ pannelli solari domestiċi installati jew mgħammra b’sistema ta’ pannelli solari, sistemi tat-tisħin elettriku, sostituzzjoni tat-twieqi u unità tal-ħżin b’riżultat tal-investiment. Sistema ta’ pannelli solari ta’ medja ta’ 4-5 kW, unità tal-ħżin ta’ massimu ta’ 14 kW, sistema tat-tisħin elettriku ta’ 5-12 kW, sostituzzjoni tat-twieqi bbażata fuq standards skont ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni applikabbli. |
|
120 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi addizzjonali mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
Numru |
13 793 |
23 320 |
Q3 |
2025 |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi b’sistemi ta’ pannelli solari domestiċi installati jew mgħammra b’sistema ta’ pannelli solari, sistemi tat-tisħin elettriku, sostituzzjoni tat-twieqi u unità tal-ħżin b’riżultat tal-investiment. Sistema ta’ pannelli solari ta’ medja ta’ 4-5 kW, unità tal-ħżin ta’ massimu ta’ 14 kW, sistema tat-tisħin elettriku ta’ 5-12 kW, sostituzzjoni tat-twieqi bbażata fuq standards skont ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni applikabbli. |
|
121 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi addizzjonali mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
Numru |
23 320 |
34 920 |
Q2 |
2026 |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi b’sistemi ta’ pannelli solari domestiċi installati jew mgħammra b’sistema ta’ pannelli solari, sistemi tat-tisħin elettriku, sostituzzjoni tat-twieqi u unità tal-ħżin b’riżultat tal-investiment. Sistema ta’ pannelli solari ta’ medja ta’ 4-5 kW, unità tal-ħżin ta’ massimu ta’ 14 kW, sistema tat-tisħin elettriku ta’ 5-12 kW, sostituzzjoni tat-twieqi bbażata fuq standards skont ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni applikabbli. Mill-inqas 11 600 unità domestika mill-34 920 unità domestika għandhom jirċievu mhux biss is-sistemi tal-pannelli solari, iżda minbarra s-sistema tal-pannelli solari, jirċievu s-sistemi tat-tisħin elettriku, sostituzzjoni tat-twieqi u l-unità tal-ħżin ukoll. |
|
122 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin - bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ - li għandhom jiġu installati mit-TSO/DSOs |
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti fuq is-sit web uffiċjali tal-Gvern għas-sejħiet |
Q4 |
2022 |
Is-sejħa għandha tiddeskrivi l-prinċipji ewlenin - inkluża n-newtralità teknoloġika lejn il-faċilitajiet tal-ħżin - għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għal terminu qasir mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni. Is-sejħa għandha tinkludi r-rekwiżit li l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jirċievu appoġġ għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tagħhom abbażi tad-deroga prevista fid-Direttiva 2019/944, jiġifieri abbażi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija li huma komponenti tan-network integrati bis-sħiħ u li jirċievu approvazzjoni mill-awtorità regolatorja (l-Awtorità Regolatorja Ungeriża tal-Enerġija u l-Utilitajiet, MEKH) qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ għotja. Is-sejħa għandha tispeċifika wkoll li Il-faċilitajiet tal-ħżin ma għandhomx jintużaw għall-ibbilanċjar jew għall-ġestjoni tal-konġestjoni. |
|||
|
123 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin - bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ - li għandhom jiġu installati mit-TSO/DSOs |
Ftehimiet ta’ għotja ffirmati |
Q2 |
2023 |
Ftehimiet ta’ għotja għandhom jiġu ffirmati għall-proġetti kollha magħżula wara s-sejħa msemmija fl-istadju importanti 122. Il-ftehim ta' għotja għandu jinkludi r-rekwiżit li t-TSO u d-DSOs għandhom jirċievu appoġġ għall-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tagħhom abbażi tad-deroga prevista fid-Direttiva 2019/944, jiġifieri abbażi tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija li huma komponenti tan-network integrati bis-sħiħ u li jirċievu approvazzjoni mill-awtorità regolatorja (l-Awtorità Regolatorja Ungeriża dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet, MEKH). |
|||
|
124 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Mira |
Kapaċità tal-ħżin li għadu kif ġie installat bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ għat-TSO u għad-DSOs |
MWh |
0 |
60 |
Q4 |
2024 |
Kapaċità ta’ ħżin tal-elettriku li għadu kif ġie installat mit-TSO u/jew id-DSOs bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ b’kapaċità effettiva mkejla f’MWh |
|
|
125 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Mira |
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin li għadu kif ġie installat bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ għat-TSO u għad-DSOs (akkumulat, MWh) |
MWh |
60 |
146 |
Q2 |
2025 |
Kapaċità ta’ ħżin tal-elettriku li għadu kif ġie installat mit-TSO u/jew id-DSOs bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ b’kapaċità effettiva mkejla f’MWh |
|
|
126 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti għall-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin li għandhom jiġu installati għall-parteċipanti fis-suq
|
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti fuq is-sit web uffiċjali tal-Gvern għas-sejħiet |
Q4 |
2022 |
Għandha titnieda sejħa għal proposti għall-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin li għandhom jiġu installati għall-parteċipanti fis-suq Is-sejħa għandha tiddeskrivi l-prinċipji ewlenin għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għal terminu qasir mill-parteċipanti fis-suq, inkluż in-newtralità teknoloġika lejn il-faċilitajiet tal-ħżin, ir-rekwiżiti tekniċi għall-ibbilanċjar definiti mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u li r-riċevituri huma meħtieġa jintroduċu l-kapaċità kollha jew parti minnha li tirriżulta mill-faċilità tal-ħżin tal-elettriku ssussidjata fis-suq tal-ibbilanċjar. Fil-proċess tal-għażla, il-proposti tal-proġetti li għandhom jiġu implimentati b’teknoloġiji differenti għandhom jingħataw punteġġ u jintgħażlu abbażi ta’ analiżi kost-benefiċċji, biex b’hekk jiġi żgurat proċess tal-għażla teknoloġikament newtrali b’enfasi fuq il-kosteffettività. |
|||
|
127 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja kollha dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin li għandhom jiġu installati għall-parteċipanti fis-suq |
Ftehimiet ta’ għotja ffirmati |
Q2 |
2023 |
Għandhom jiġu ffirmati ftehimiet ta’ għotja għall-proġetti kollha magħżula wara s-sejħa msemmija fl-istadju importanti 126. Il-ftehimiet ta’ għotja għandhom jiżguraw li r-riċevituri jkunu meħtieġa jintroduċu l-kapaċità kollha jew parti minnha li tirriżulta mill-faċilità ta’ ħżin tal-elettriku ssussidjata fis-suq tal-ibbilanċjar. |
|||
|
128 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Mira |
Kapaċità ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija li għadhom kif ġew installati |
- |
MWh |
0 |
100 |
Q4 |
2024 |
Kapaċità ta’ ħżin tal-elettriku li għadu kif ġie installat għall-parteċipanti fis-suq b’kapaċità effettiva mkejla f’MWh. |
|
129 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Mira |
Kapaċità ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija li għadhom kif ġew installati |
- |
MWh |
100 |
311 |
Q2 |
2025 |
Kapaċità ta’ ħżin tal-elettriku li għadu kif ġie installat għall-parteċipanti fis-suq b’kapaċità effettiva mkejla f’MWh. |
|
130 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti prijoritarji indirizzati lid-DSOs għax-xiri u l-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti |
Pubblikazzjoni tas-sejħa għal proġetti prijoritarji fuq is-sit web uffiċjali tal-Gvern għas-sejħiet |
Q4 |
2022 |
Għandha titnieda sejħa għal proġetti prijoritarji indirizzati lill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għax-xiri u l-installazzjoni ta’ tal-arloġġi intelliġenti, l-implimentazzjoni u l-appoġġ. Is-sejħa għandha tiddeskrivi r-rekwiżiti tekniċi għall-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti. L-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni għandhom jirċievu s-sussidju fi proporzjon mal-għadd ta’ siti fiżiċi meħtieġa biex jiġu installati arloġġi intelliġenti fiż-żoni ġeografiċi fejn joperaw. |
|||
|
131 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja kollha dwar ix-xiri u l-installazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti |
Ftehimiet ta’ għotja ffirmati |
Q2 |
2023 |
Għandhom jiġu ffirmati ftehimiet ta’ għotja għall-proġetti kollha magħżula wara s-sejħa msemmija fl-istadju importanti 130. |
|||
|
132 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti li għadhom kif ġew installati |
Għadd ta’ arloġġi intelliġenti |
0 |
213 297 |
Q3 |
2024 |
Installazzjoni ġdida ta’ arloġġi tal-elettriku monofażi jew trifażi b’unità ta’ konnessjoni u komunikazzjoni diretta. |
|
|
133 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti addizzjonali li għadhom kif ġew installati (akkumulati) |
Għadd ta’ arloġġi intelliġenti |
213 297 |
254 065 |
Q3 |
2025 |
Installazzjoni ġdida ta’ arloġġi tal-elettriku monofażi jew trifażi b’unità ta’ konnessjoni u komunikazzjoni diretta. |
|
|
134 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti addizzjonali li għadhom kif ġew installati (akkumulati) |
Għadd ta’ arloġġi intelliġenti |
254 065 |
290 680 |
Q2 |
2026 |
Installazzjoni ġdida ta’ arloġġi tal-elettriku monofażi jew trifażi b’unità ta’ konnessjoni u komunikazzjoni diretta. |
|
G. KOMPONENT 7: Tranżizzjoni għal Ekonomija Ċirkolari
L-objettiv ta’ dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija huwa li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-immaniġġar tal-iskart għall-2025 u l-2030 stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan jirrikjedi li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti leġiżlattivi u proċedurali ewlenin għat-tħejjija tal-ekonomija Ungeriża għat-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari, inkluż settur tal-immaniġġar tal-iskart li jiffunzjona tajjeb. Wieħed mill-pilastri ta’ dan il-proċess huwa t-tiġdid tas-sistema tal-ġestjoni tal-iskart domestiku. Ir-rata tal-użu tal-materjal ċirkolari tal-Ungerija hija ta’ 8,7 %, li hija taħt il-medja tal-EU (12,8 %). Ir-rata ta’ riċiklaġġ (skart muniċipali) – li hija ta’ 33 % – hija konsiderevolment iktar baxxa mill-mira tal-2025.
Il-miżuri taħt dan il-komponent jikkontribwixxu għall-objettivi tat-tranżizzjoni ekoloġika u tan-newtralità klimatika, kif ukoll għal sistema ta’ ġestjoni tal-iskart aktar żviluppata fl-Ungerija. Dawn għandhom jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ investimenti fir-riċiklaġġ kimiku tal-iskart tal-plastik li mhuwiex adattat għar-riċiklaġġ mekkaniku. Dawn għandhom jappoġġaw ukoll it-tkabbir sostenibbli permezz tal-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi, bħar-riċiklaġġ kimiku. L-objettivi ta’ dan il-komponent huma konsistenti mal-miri tal-Qafas tal-UE dwar l-Immaniġġar tal-Iskart.
Il-komponent jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-ħtieġa li ssir enfasi fuq il-politika ekonomika relatata mal-investiment dwar l-immaniġġar tal-iskart sostenibbli (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 3 tal-2019 u 3 fl-2020) u li jiġu promossi r-riforma u l-investiment fuq l-immaniġġar tal-iskart sostenibbli u ċ-ċirkolarità tal-ekonomija (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 5 fl-2022), li identifikaw l-ekonomija ċirkolari bħala qasam fejn jista’ jsir titjib, b’mod partikolari fl-immaniġġar tal-iskart muniċipali u fis-sistema ta’ ġbir u trattament tal-iskart.
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
G.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C7.R1: Regolamentazzjoni domestika tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari
L-iskop tar-riforma huwa li jinħoloq qafas strateġiku u legali sod għat-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari.
Sabiex jiġi stabbilit il-qafas strateġiku għall-investimenti, il-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart għall-perjodu 2021–2027 kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart għandu jiġi adottat u l-Istrateġija Nazzjonali għal Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni, allinjati mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD tal-proġett tal-istrument ta’ appoġġ tekniku li għaddej bħalissa, għandhom jiġu ffinalizzati. Flimkien, dawn id-dokumenti għandhom jikkostitwixxu l-qafas għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari fl-Ungerija.
Għan ulterjuri tar-riforma huwa li jinħoloq ambjent legali sod biex jirregola t-tranżizzjoni għall-ekonomija ċirkolari b’mod effiċjenti u jistabbilixxi regoli dettaljati għal mudell ġdid tal-immaniġġar tal-iskart. Il-bidliet fil-qafas leġiżlattiv għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-immaniġġar tal-iskart fl-Ungerija, b’mod partikolari billi jiġu eliminati l-ostakli fis-settur tal-immaniġġar tal-iskart, inklużi dawk relatati mal-kompetizzjoni, biex tiġi stabbilita awtorità kompetenti għall-immaniġġar tal-iskart, biex tiġi rregolata s-sistema ta’ depożitu għall-fliexken tax-xorb u biex tissaħħaħ il-leġiżlazzjoni dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur. L-emendi għandhom jinkludu wkoll regolament li jnaqqas l-impatt tal-prodotti tal-plastik fuq l-ambjent li jmur lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/904 dwar prodotti tal-plastik li jintuża darba biss.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2023.
C7.I1: Tisħiħ ta’ industrija tal-immaniġġar tal-iskart intelliġenti, innovattiva u sostenibbli u tas-suq tal-materja prima sekondarja
L-għan tal-investiment huwa li jappoġġa r-riċiklaġġ kimiku sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari. L-investiment jappoġġa t-tnaqqis tal-proporzjon tal-iskart mormi f’landfill f’konformità mal-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart 2021-2027 u għandu jżid ukoll il-proporzjon tal-iskart riċiklat. L-investiment huwa mistenni li jtejjeb b’mod sinifikanti r-riċiklaġġ tal-iskart, li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-bir separat, u li jiżviluppa l-infrastruttura għall-pretrattament u r-riċiklaġġ, li jikkontribwixxi kemm għall-miri tal-ġbir kif ukoll għal dawk tar-riċiklaġġ.
Fil-qafas tal-investiment għandu jiġi stabbilit impjant tar-riċiklaġġ kimiku u tal-produzzjoni tal-idroġenu, li għandu jkun adattat għall-ipproċessar ta’ 40 000 tunnellata ta’ plastik li ma jistax jerġa’ jintuża u li mhuwiex adattat għar-riċiklaġġ mekkaniku tal-iskart tal-plastik. L-iżvilupp tal-infrastruttura għandu jinkludi l-passi teknoloġiċi rilevanti kollha tar-riċiklaġġ kimiku, inkluż l-immaniġġar tal-iskart adattat għall-użu kimiku mill-ġdid, it-trasformazzjoni tal-iskart f’materja prima xierqa għall-użu mill-proċessi petrokimiċi, u l-produzzjoni ta’ plastik li fihom polimeri kimikament riċiklati. L-output tal-proċess tar-riċiklaġġ kimiku għandu jkun materja prima sekondarja u mhux fjuwils, u bħala tali dan il-proċess ma għandux jikkostitwixxi rkupru tal-enerġija 6 . Sabiex jiġi żgurat li l-miżura tikkonforma mal-Gwida Teknika (2021/C58/01) “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, f’każ li l-miżura tinkludi attivitajiet skont is-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (Emission Trading System, ETS) tal-UE, dawn għandhom jiksbu emissjonijiet ta’ gassijiet serra previsti iktar baxxi mill-parametri referenzjarji rilevanti 7 . L-idroġenu ekoloġiku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (f’konformità mal-liġi applikabbli tal-UE) għandu jiġi prodott bħala parti mill-investiment, li għandu jintuża bħala parti mill-proċess ta’ riċiklaġġ kimiku. L-għan tat-teknoloġija huwa li l-iskart magħżul jinqasam fi prodotti sekondarji mhux ipproċessati (konverżjoni ta’ mill-inqas 50 %, f’termini ta’ piż, tal-iskart tal-plastik mhux perikoluż ipproċessat miġbur separatament f’materja prima sekondarja) li għandu jintuża parzjalment bħala input kimiku fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodotti tal-plastik.
Ladarba jibda jitħaddem, l-impjant tar-riċiklaġġ għandu jkun adattat għar-riċiklaġġ kimiku ta’ 40 000 tunnellata ta’ skart tal-plastik li ma jkunx adattat għar-riċiklaġġ mekkaniku.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
G.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
|
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija
|
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
135 |
C7.R1 Regolamentazzjoni domestika tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari |
Stadju importanti |
Adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għal Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni, u l-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart |
Adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għal Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni, u l-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart 2021-27 |
|
|
|
Q1 |
2023 |
L-istrateġija Nazzjonali għal Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni (fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet finali tal-proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku implimentat mill-OECD) għandhom jikkostitwixxu l-qafas għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u jikkontribwixxu għall-miri tal-UE speċjalment dwar ir-riċiklaġġ tal-iskart. Il-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart għandu jippjana l-azzjonijiet meħtieġa biex jilħaq il-miri dwar l-iskart imsemmija fid-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart. L-iżvilupp ta’ sistema ta’ ġbir separat u żieda fir-rati ta’ trattament għandhom ikunu riflessi fil-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart, li għandu jirregola l-qafas biex titrawwem il-prevenzjoni tal-iskart u biex jiġi stimulat ir-ritorn għaċ-ċiklu ekonomiku usa’, jitnaqqas l-ammont ta’ skart depożitat u titnaqqas id-domanda għal materja prima primarja. |
|
136 |
C7.R1 Regolamentazzjoni domestika tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi meħtieġa għall-operazzjonalizzazzjoni tal-prattika tal-immaniġġar tal-iskart. |
Dispożizzjoni fl-atti leġiżlattivi li tindika d-dħul fis-seħħ rispettiv tagħha |
Q3 |
2023 |
Għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar dan li ġej: -L-istabbiliment u r-regoli dettaljati tas-sistema ta’ depożitu għall-fliexken tax-xorb; -It-twaqqif ta’ awtorità għall-immaniġġar tal-iskart biex tirrazzjonalizza s-settur tal-immaniġġar tal-iskart; -It-tnaqqis tal-impatt ambjentali ta’ ċerti prodotti tal-plastik (ir-regolamentazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss); -Regoli dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur -Leġiżlazzjoni li tipprovdi prova tat-tneħħija tal-iskart abbandunat minn proprjetà immobbli u tat-trasport lejn post xieraq tat-trattament tal-iskart |
|||
|
137 |
C7.I1 Tisħiħ ta’ industrija tal-immaniġġar tal-iskart intelliġenti, innovattiva u sostenibbli u tas-suq tal-materja prima sekondarja |
Stadju importanti |
Għoti ta’ kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ impjant għar-riċiklaġġ kimiku u l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku (għar-riċiklaġġ kimiku ta’ mill-inqas 40 000 tunnellata ta’ plastik u mill-inqas 750 tunnellata ta’ idroġenu ekoloġiku) |
Notifika tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għall-Inġinerija, l-Akkwist u l-Kostruzzjoni ewlenin |
|
|
|
Q4 |
2023 |
Notifika tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għall-akkwist tal-inġinerija ewlenija għall-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ riċiklaġġ kimiku (għar-riċiklaġġ kimiku ta’ mill-inqas 40 000 tunnellata ta’ plastik u l-produzzjoni ta’ mill-inqas 750 tunnellata ta’ idroġenu ekoloġiku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli), magħżula abbażi ta’ sejħa miftuħa u kompetittiva għal proposti. |
|
138 |
C7.I1 Tisħiħ ta’ industrija tal-immaniġġar tal-iskart intelliġenti, innovattiva u sostenibbli u tas-suq tal-materja prima sekondarja |
Stadju importanti |
Tlestija u bidu tal-operat tal-impjant ta’ riċiklaġġ kimiku u ta’ produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku |
Rapport tal-inġinier indipendenti jinħareġ mat-tlestija tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u l-impjant ikun beda jopera |
|
|
Q2 |
2026 |
Il-kostruzzjoni tal-impjant tar-riċiklaġġ kimiku u tal-enerġija tal-idroġenu għandha titlesta u l-impjant għandu jkun beda jopera. Mill-inqas 50 %, f’termini ta’ piż, tal-iskart tal-plastik mhux perikoluż ipproċessat miġbur separatament li jidħol fl-impjant tar-riċiklaġġ kimiku għandu jiġi kkonvertit f’materja prima sekondarja. L-impjant għandu jittratta biss l-iskart tal-plastik li ma jistax jiġi riċiklat b’mod mekkaniku. L-idroġenu għandu jiġi prodott mill-elettroliżi bl-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’konformità mal-liġi applikabbli tal-UE. Il-kapaċità annwali tal-impjant għall-kwantità ta’ skart tal-plastik mhux perikoluż miġbur separatament għandha tkun mill-inqas 40 000 tunnellata. Il-kapaċità annwali tal-impjant għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku għandha tkun ta’ 750 tunnellata. L-awtorità reġjonali tal-immaniġġar tal-iskart għandha tiċċertifika l-kapaċità tal-impjant b’permess għat-trattament tal-iskart. |
|
H. KOMPONENT 8: SAĦĦA
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija jindirizza diversi sfidi li s-sistema tas-saħħa tal-Ungerija qed tiffaċċja bħalissa, bħall-aċċess mhux ugwali għas-servizzi u l-inċidenza għolja ta’ pagamenti informali (ta’ gratwità); dipendenza eċċessiva fuq l-isptarijiet fl-għoti ta’ servizzi; dejn konsiderevoli tal-isptarijiet marbut ma’ problemi ta’ finanzjament; u skarsezzi reġjonali ta’ forza tax-xogħol fis-sistema tas-saħħa.
L-objettiv ewlieni tal-komponent huwa li tiġi żviluppata sistema ta’ kura moderna u effiċjenti li tkun kapaċi tirrispondi għall-isfidi tas-seklu 21 u tkun aċċessibbli għal kulħadd f’konformità mal-prinċipju 16 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Għal dan il-għan, il-komponent għandu l-għan li (i) jeqred il-pagamenti ta’ gratwità fis-sistema tas-saħħa; (ii) isaħħaħ ir-rwol tal-prattikanti ġenerali; (iii) jissimplifika l-kura għall-pazjenti inpatient u jaġġorna l-infrastruttura tagħha; (iv) iżid l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (information and communication technologies, ICT) biex itejjeb il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi tal-kura tas-saħħa; u (v) jiżviluppa pogramm ta’ sorveljanza tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani.
Il-komponent jappoġġa l-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar l-appoġġ għal miżuri tas-saħħa preventivi u t-tisħiħ tal-kura tas-saħħa primarja (ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2 tal-2019 u 3 fl-2022), dwar l-indirizzar ta’ nuqqasijiet ta’ ħaddiema tas-saħħa u l-iżgurar ta’ provvista adegwata ta’ prodotti u mediċi kritiċi u l-infrastruttura (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 fl-2020), u dwar l-iżgurar ta’ aċċess għal servizzi essenzjali għal kulħadd (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 2 fl-2020). Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
H.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C8.R1: Eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa
L-objettiv tal-miżura huwa li tinqered il-prattika ta’ pagamenti informali ta’ gratwità fis-servizzi tal-kura tas-saħħa filwaqt li jinħolqu kundizzjonijiet finanzjarji u tax-xogħol aħjar għat-tobba.
Il-miżura għandha tikkonsisti fl-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tintroduċi kuntratt ta’ impjieg ġdid għat-tobba bil-għan li jinqerdu l-ħlasijiet ta’ gratwità u, b’rabta ma’ dan, jiżdiedu s-salarji għat-tobba u r-residenti impjegati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt. Flimkien mal-kriminalizzazzjoni leġiżlata tal-pagamenti ta’ gratwità, il-miżura hija mistennija teqred dawn il-pagamenti fis-servizzi tal-kura tas-saħħa. L-effettività tal-miżura hija mistennija li tissaħħaħ miż-żidiet paralleli fil-pagi fis-settur tal-kura tas-saħħa (li huma ffinanzjati b’mod separat mill-RRP).
L-impatt tal-miżura għandu jiġi evalwat permezz ta’ studju indipendenti li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati. L-istudju għandu jivvaluta wkoll sa liema punt ir-riforma għandha tkun ikkontribwiet għat-titjib tal-attrazzjoni tal-professjoni tat-tobba u ż-żamma tat-tobba fl-Ungerija.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.
C8.I1: Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21
L-objettiv tal-miżura huwa li tissaħħaħ il-kura għall-pazjenti inpatient u l-infrastruttura tagħha. Qed issir enfasi fuq l-iżvilupp ta’ network ta’fornituri tal-kura tas-saħħa għal kirurġija li titlesta f’ġurnata, outpatient u inpatient b’bini ġdid u rikondizzjonat u apparat mediku modern li jgħinu biex tiżdied l-effiċjenza tal-kura tas-saħħa, anki fid-dawl tal-okkorrenza futura possibbli ta’ kriżijiet tas-saħħa.
Il-miżura għandha tikkonsisti f’erba’ azzjonijiet. L-ewwel nett, id-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni biex tiġi żviluppata sistema nazzjonali ta’ ġestjoni tas-saħħa unika u trasparenti. It-tieni, il-ħolqien ta’ 22 network tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti, skont rapport ta’ mmappjar li għandu jiġi pprovdut mill-Ministeru għall-Intern. Il-proċessi integrati tal-pazjenti għandhom jiddefinixxu liema istituzzjoni fin-network hija responsabbli għal kull tip ta’ intervent mediku f’kull network fil-livell tal-kontej tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa. It-tielet, mill-inqas 40 binja b’infrastruttura tas-saħħa ġdida jew rikondizzjonata għandhom jirċievu tagħmir ġdid u modern tal-kura tas-saħħa, u bini mibni ġdid għandu jikkonforma wkoll ma’ rekwiżiti għolja ta’ effiċjenza fl-enerġija. Ir-raba’, żieda fl-għadd ta’ avvenimenti ta’ ġbir ta’ demm sħiħ f’siti ta’ ġbir mobbli f’insedjamenti żgħar.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C8.I2: Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa
L-objettiv tal-investiment huwa li jiżdied l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tas-settur tas-saħħa, jiġi ffaċilitat l-aċċess għas-servizzi u titjieb il-kwalità tal-kura u tas-servizzi.
Il-miżura għandha tikkonsisti f’sitt azzjonijiet. L-ewwel nett, 65 sptar għandhom jiġu mgħammra b’sistemi aġġornati ta’ sigurtà tal-IT. It-tieni, bażijiet tad-data u reġistri tal-mard ġodda għandhom isiru aċċessibbli b’mod diġitali fl-Ispazju tas-Servizz Elettroniku tal-Kura tas-Saħħa (EESZT, Electronic Healthcare Service Space). L-EESZT hija pjattaforma ta’ integrazzjoni eżistenti fejn tista’ tinkiseb id-data kollha dwar is-saħħa tal-pazjenti, bl-awtorizzazzjoni t-tajba, permezz ta’ sistemi lokali tal-isptarijiet, tal-prattikanti ġenerali jew tal-ispiżeriji. It-tielet, il-proporzjon ta’ proċeduri tal-awtorità tas-saħħa li jistgħu jinbdew elettronikament għandu jiżdied għal 60 %. Ir-raba’, l-għadd ta’ interventi telemediċinali pprovduti permezz ta’ għodod ta’ komunikazzjoni informattiva għandu jiżdied. Il-ħames, għandhom jiġu mnedija moduli ġodda fuq il-portal EESZT li jappoġġaw il-ġestjoni tal-provvista u l-proċessi ta’ kura diġitalizzata. Is-sitt, għandha tiġi żviluppata u titpoġġa f’operazzjoni applikazzjoni ġdida tal-mobile għall-kura tas-saħħa ċentrali (myEESZT) għall-unitajiet domestiċi u l-utenti professjonali.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2026.
C8.I3: Programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani
L-objettiv tal-investiment huwa li jingħataw servizzi ta’ sorveljanza tas-saħħa mill-bogħod għall-persuni anzjani li għandhom iktar minn 65 sena. L-investiment huwa mistenni wkoll li jnaqqas id-deistituzzjonalizzazzjoni tal-kura fit-tul.
Il-miżura għandha tikkonsisti f’żewġ azzjonijiet. L-ewwel nett, il-bidu tal-operat ta’ servizzi ta’ dispaċċ li għandhom jorganizzaw servizzi telemediċinali u kura ta’ emerġenza għall-parteċipanti fost il-persuni anzjani li għandhom iktar minn 65 sena.; Is-sistema għandha tippermetti li l-parteċipanti jitolbu l-għajnuna mis-servizz ta’ 24 siegħa b’telefonata ta’ emerġenza personali bbażata fuq il-GMS tagħhom stess. Il-persunal tas-servizz tad-dispaċċ għandu jkollu għarfien espert fis-servizzi tal-ambulanza jew tal-kura ta’ emerġenza. It-tieni, mill-inqas 1 500 000 persuna anzjana li għandhom iktar minn 65 sena għandhom ikunu mgħammra b’apparat sensorjali li jintlibes. Servizz dedikat għandu jipprovdi sorveljanza ta’ 24 siegħa għal dawn il-persuni anzjani, li għandhom ikunu jistgħu jċemplu s-servizz ta’ dispaċċ f’każ ta’ emerġenza medika.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
C8.I4: Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja
L-objettiv tal-miżura huwa li s-servizzi tal-kura tas-saħħa primarja jsiru aċċessibbli għal kemm jista’ jkun ċittadini, b’mod partikolari billi jissaħħaħ ir-rwol tal-prattikanti ġenerali, jiżdiedu s-servizzi qrib id-dar u jittaffa l-piż tal-kura speċjalizzata.
Il-miżura għandha tikkonsisti f’erba’ azzjonijiet. L-ewwel nett, għandu jiġi adottat qafas legali ġdid għall-istabbiliment u t-tħaddim ta’ komunitajiet ta’ prattikanti ġenerali. It-tieni, għandu jżidied l-għadd ta’ tobba li jieħdu sehem f’komunitajiet praxis stabbiliti u operazzjonali. It-tielet, għandu jiżdied l-għadd ta’ pazjenti rreġistrati fil-Programm ta’ Ġestjoni tal-Mard Kroniku, li jagħti kura lill-klijenti b’dijanjożi ta’ mard kroniku mhux infettiv. Ir-raba’, għandu jiżdied l-għadd ta’ pazjenti rreġistrati fi programmi ta’ prevenzjoni u ta’ promozzjoni tas-saħħa.
L-implimentazzjoni tal-investiment għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
H.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/Mira |
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija |
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
|||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
||||||
|
139 |
C8.R1 Eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Relazzjoni tas-Servizz tal-Kura tas-Saħħa |
Dispożizzjoni fl-Att li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
|
|
|
Q4 |
2020 |
Għandu jidħol fis-seħħ l-Att dwar ir-Relazzjoni tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa. L-Att għandu jinkludi l-kuntratt ta’ impjieg tal-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Istat, l-eliminazzjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità u s-salarju għat-tobba taħt il-kuntratt ta’ impjieg il-ġdid. L-Att għandu jittrasforma r-relazzjonijiet ta’ impjieg fil-fornituri tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Istat, iżid is-salarji tat-tobba u jeqred il-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa. Il-bidla leġiżlata fil-kuntratt ta’ impjieg, l-eliminazzjoni u l-kriminalizzazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità u ż-żieda fis-salarji għandhom l-għan – bħala parti minn riforma koerenti – li jtejbu l-kundizzjonijiet finanzjarji u tax-xogħol tat-tobba u jgħinu fiż-żamma tal-persunal. |
|
140 |
C8.R1 Eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Pubblikazzjoni ta’ studju indipendenti li jipprovdi evidenza dwar l-impatt tar-riformi implimentati tal-kura tas-saħħa fuq il-prattika tal-pagament ta’ gratwità |
Pubblikazzjoni ta’ studju indipendenti fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Intern |
Q4 |
2023 |
Studju minn esperti indipendenti, ibbażat fuq data oġġettiva bħal statistika u stħarriġ uffiċjali, għandu jistabbilixxi jekk ir-riformi implimentati rnexxilhomx jeliminaw il-prattika ta’ pagamenti ta’ gratwità u għandu jivvaluta l-effettività tad-dispożizzjonijiet legali li jikkriminalizzaw il-pagamenti ta’ gratwità. Għandu jivvaluta wkoll sa liema punt ir-riforma għandha tkun ikkontribwiet għat-titjib tal-attrazzjoni tal-professjoni tat-tabib u ż-żamma tat-tobba fl-Ungerija. L-istudju jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet għal aktar miżuri biex jissaħħaħ l-effett tar-riformi. |
|||
|
141 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern dwar il-kompiti tad-Direttorat Ġenerali Nazzjonali għall-Isptarijiet |
Dispożizzjoni fid-Digriet tal-Gvern li tindika d-dħul fis-seħħ tiegħu |
Q1 |
2021 |
Id-Digriet tal-Gvern dwar il-kompiti tad-Direttorat Ġenerali Nazzjonali għall-Isptarijiet għandu jistabbilixxi l-bażi għall-iżvilupp ta’ sistema nazzjonali ġdida ta’ ġestjoni tas-saħħa unika u trasparenti. |
|||
|
142 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Stadju importanti |
It-tlestija ta’ proċess ta’ mmappjar għall-ħolqien ta’ sistema tal-isptarijiet tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti |
Pubblikazzjoni tar-rapport ta’ mmappjar fil-Ġurnal Uffiċjali |
Q2 |
2023 |
Il-Ministeru għall-Intern għandu jwettaq proċess ta’ mmappjar biex jidentifika r-rwoli ta’ diversi istituzzjonijiet fil-proċessi integrati tal-pazjenti fil-livell tal-kontej, fuq il-bażi tal-kapaċitajiet disponibbli u x-xejriet demografiċi. Ir-rapport ta’ mmappjar ippubblikat għandu jinkludi l-iskeda ta’ żmien għall-istabbiliment tan-networks tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti. |
|||
|
143 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ networks tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti |
|
Numru |
0 |
22 |
Q1 |
2024 |
Id-deċiżjoni ministerjali li tistabbilixxi l-għadd ta’ networks tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Għandhom jiġu stabbiliti networks tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti, li jkopru ż-żona kollha tal-Ungerija. Il-proċessi integrati tal-pazjenti għandhom jiddefinixxu liema istituzzjoni fin-network hija responsabbli għal kull tip ta’ intervent mediku f’kull network fil-livell tal-kontej tal-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa. |
|
144 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ avvenimenti ta’ ġbir ta’ demm sħiħ f’siti ta’ ġbir mobbli f’insedjamenti żgħar |
Numru |
0 |
480 |
Q1 |
2026 |
Organizzazzjoni ta’ donazzjoni volontarja tad-demm f’unitajiet ta’ donazzjoni mobbli f’insedjamenti b’popolazzjoni taħt it-3 000. |
|
|
145 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Bidu tal-operat ta’ bini b’infrastruttura ġdida jew modernizzata tas-saħħa mgħammar b’tagħmir tal-kura tas-saħħa ġdid u modern |
|
Numru |
0 |
40 |
Q2 |
2026 |
Għandhom jinbnew jew jiġu rinnovati mill-inqas 40 binja tal-infrastruttura tas-saħħa. Il-binjiet mibni jew rinnovati għandhom jibdew joperaw wara x-xiri u l-installazzjoni ta’ tagħmir modern għall-kura tas-saħħa. Dan it-tagħmir jista’ jinkludi tagħmir tat-trasport użat fl-isptarijiet, kmamar tal-kirurġija modulari prefabbrikati u għodod kirurġiċi, strumenti tal-idejn, għodod għall-kura tat-tfal, għodod dijanjostiċi, għodod tal-endoskopija u tal-laparoskopija, għodod tal-patoloġija u tal-laboratorju, għodod ta’ riabilitazzjoni, ħżin ta’ immaġni mediċi u għodod tas-sistema ta’ trażmissjoni, li jammontaw għal 140 000 biċċa ta’ tagħmir. Dan it-tagħmir għandu jiġi installat u jitħaddem fil-binjiet tal-infrastruttura tas-saħħa, jew – kif xieraq għas-sitwazzjoni – relatat magħhom, mibnija jew rinnovati skont dan l-investiment. |
|
146 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Spazju ta’ art tal-binjiet tal-infrastruttura tas-saħħa li jkun ibbenefika minn titjib fl-effiċjenza fl-enerġija |
Metri kwadri |
0 |
139 701 |
Q2 |
2026 |
Mill-inqas 139 701 metru kwadru ta’ spazju tal-art fil-binjiet tal-infrastruttura tas-saħħa ġodda jew modernizzati msemmija fil-mira 145 għandhom jibbenefikaw minn titjib fl-effiċjenza. Id-domanda għall-enerġija primarja ta’ kwalunkwe bini ġdid għandha tkun mill-inqas 20 % iktar baxxa mir-rekwiżit tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. |
|
|
147 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ sptarijiet b’sistema ta’ sigurtà tal-IT aġġornata |
|
Numru |
0 |
65 |
Q4 |
2024 |
Mill-inqas 65 sptar għandhom jibbenefikaw minn aġġornamenti fis-sistemi tas-sigurtà tal-IT tagħhom. Sabiex titqies bħala istituzzjoni b’sistema ta’ sigurtà tal-IT aġġornata, l-elementi li ġejjin għandhom ikunu operazzjonali fl-isptar: governanza tas-sigurtà tal-IT adottata; sistema ċentrali ta’ ġestjoni tal-identità; użu tal-Portal tal-Uffiċċji (Hivatali Kapu); l-eżistenza ta’ inventarji tal-hardware u tas-software; sistema ta’ backup tad-data; ċentru ta’ għarfien dwar is-sigurtà tal-IT. L-eżistenza ta’ dawn l-elementi għandha tiġi ċċertifikata permezz ta’ awditu estern minn esperti tas-sigurtà tal-IT. |
|
148 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ bażijiet tad-data tal-kura tas-saħħa u reġistri tal-mard ġodda disponibbli b’mod diġitali |
|
Numru |
0 |
17 |
Q1 |
2026 |
Mill-inqas 17-il bażi tad-data ġodda għandhom ikunu aċċessibbli fuq l-Ispazju Elettroniku għas-Servizz tal-Kura tas-Saħħa (Elektronikus Egészségügyi Szolgáltatási Tér - EESZT). Il-bażijiet tad-data ġodda jistgħu jkunu awtentikati jew bażijiet tad-data pubbliċi, jew reġistri mediċi relatati ma’ speċjalizzazzjonijiet mediċi differenti. |
|
149 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Żieda fil-proporzjon ta’ tipi ta’ proċeduri tal-awtorità tas-saħħa li jistgħu jinbdew b’mod elettroniku |
|
% (Perċentwali) |
5 |
60 |
Q4 |
2025 |
Il-proporzjon ta’ proċeduri tal-awtorità tas-saħħa li jistgħu jinbdew b’mod diġitali għandu jiżdied għal mill-inqas 60 % sal-31 ta’ Diċembru 2025 meta mqabbel ma’ 5 % fi Frar 2020. Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu notifiki uffiċjali, proċeduri ta’ awtorizzazzjoni u ġbir ta’ data. Proċeduri li bħalissa huma parzjalment elettroniċi u għandhom isiru kompletament elettroniċi: - Notifika ta’ attivitajiet li jinvolvu sustanzi jew komposti perikolużi (inkluża n-notifika ta’ bidliet); - Notifika ta’ sustanzi perikolużi użati esklużivament għal skopijiet industrijali; - Notifika ta’ prodotti bijoċidali; - Notifika ta’ attivitajiet kontra pesti tas-saħħa pubblika; - Notifika ta’ attivitajiet ta’ fumigazzjoni mill-operaturi tal-kontroll tal-pesti; - Notifika ta’ kontroll tan-nemus u tar-rodituri mill-operaturi tal-kontroll tal-pesti; u - Awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali skont il-miżuri tranżizzjonali tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali. |
|
150 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ servizzi telemediċinali pprovduti permezz ta’ għodod diġitali f’sena waħda |
|
Numru |
0 |
690 000 |
Q4 |
2025 |
l-għadd ta’ interventi telemediċinali pprovduti kull sena lill-pazjenti għandu jiżdied sa mill-inqas 690 000 fl-2025. Dawn l-interventi jinkludu servizzi pprovduti permezz ta’ apparat tat-telekomunikazzjoni mingħajr interazzjoni fiżika bejn it-tabib u l-pazjent, bħat-telekonsultazzjoni u d-dijanjostika. L-għadd ta’ interventi bħal dawn għandu jiġi rreġistrat miċ-Ċentru Nazzjonali tas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa, l-istituzzjoni li tmexxi s-servizzi ċentrali tat-telemediċina, bħala servizzi attwali ta’ kura. |
|
151 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Stadju importanti |
Moduli EESZT ġodda mnedija biex jappoġġaw il-ġestjoni tal-provvista u l-proċessi ta’ kura diġitalizzata |
Bidu tal-operat tal-moduli ġodda |
Q4 |
2025 |
Għandhom jiġu żviluppati u mnedija l-moduli EESZT li ġejjin: reġistru ċentrali tal-pazjenti; reġistru ċentrali tat-trattament, ippjanar tal-vjaġġ tal-pazjenti u pubblikazzjoni tar-riżorsi; bażi tad-data ċentrali tad-dokumentazzjoni tal-pazjenti; sistema ta’ ordnijiet fil-laboratorju. Il-moduli għandhom ikunu operattivi u jkunu disponibbli għall-utenti. |
|||
|
152 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ applikazzjoni mobbli għall-kura tas-saħħa ċentrali (myEESZT) |
Q2 |
2024 |
L-applikazzjoni tal-mobile u l-qafas web myEESZT u l-funzjonijiet assoċjati tas-saħħa elettronika personali u professjonali tagħhom għandhom jiġu żviluppati u mqiegħda fis-seħħ għall-unitajiet domestiċi u għall-utenti professjonali. Il-funzjonalitajiet ippjanati tal-applikazzjoni għandhom jinkludu mill-inqas djarju tas-saħħa, kontenut edukattiv u l-prenotazzjoni online ta’ appuntamenti għal żjarat u trattamenti mediċi. |
||||
|
153 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ utenti uniċi tal-applikazzjoni tal-mobile tal-kura tas-saħħa ċentrali |
|
Numru |
0 |
100 000 |
Q4 |
2025 |
L-għadd ta’ utenti uniċi tal-applikazzjoni tal-mobile tal-kura tas-saħħa ċentrali (myEESZT) għandu jilħaq mill-inqas 100 000 fil-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
154 |
C8.I3 Programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
Stadju importanti |
Tnedija tas-servizz ta dispaċċ għall-programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
Bidu tal-operat tas-servizzi ta’ dispaċċ |
|
|
|
Q3 |
2022 |
Is-servizz ta’ dispaċċ għall-programm għandhom jibda jopera. Il-post tas-servizz ta’ dispaċċ għandu jiġi deżinjat, u l-infrastruttura meħtieġa u l-persunal speċjalizzat għandhom jiġu stabbiliti u jkunu operazzjonali. Iċ-ċentru tad-dispaċċ għandu jirċievi t-telefonati ta’ emerġenza li jkunu deħlin mill-utenti tas-servizz (persuni anzjani li għandhom iktar minn 65 sena); dan għandu jkollu aċċess għall-membri tal-familja, għall-prattikant ġenerali tal-pazjent, għall-fornituri tas-servizzi soċjali u tas-saħħa tal-pazjent. Il-persunal tas-servizz tad-dispaċċ għandu jikkomunika mal-pazjenti u jċempel lill-qraba jew lill-fornituri tal-kura tas-saħħa f’każ ta’ emerġenza. Il-persunal għandu jkollu għarfien espert fis-servizzi tal-ambulanza jew tal-kura ta’ emerġenza. Is-sistema tal-IT tas-servizz tad-dispaċċ għandha tiggwida lill-pazjent u lill-persunal permezz ta’ protokoll ta’ interrogazzjoni sabiex jiġi żgurat servizz ta’ kwalità għolja. |
|
155 |
C8.I3 Programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
Mira |
Għadd ta’ parteċipanti fil-programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
|
Numru |
0 |
1 500 000 |
Q4 |
2025 |
Mill-inqas 1 500 000 parteċipant (persuni anzjana li għandhom iktar minn 65 sena) fil-programm għandhom ikunu mgħammra b’apparat sensorjali li jintlibes. Is-servizz għandu jipprovdi sorveljanza ta’ 24 siegħa għal dawn il-persuni anzjani, li għandhom ikunu jistgħu jċemplu ċentru tad-dispaċċ f’każ ta’ emerġenza medika. Il-membri tal-familja u l-qraba wkoll jistgħu jirċievu notifika f’każ ta’ emerġenza. |
|
156 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’: id-digriet tal-Gvern dwar il-Komunitajiet ta’ Praxis |
Dispożizzjoni fid-Digriet tal-Gvern li tindika d-dħul fis-seħħ tiegħu |
Q1 |
2021 |
Id-digriet tal-Gvern dwar il-Komunitajiet ta’ Praxis għandu joħloq il-qafas legali għall-istabbiliment u l-operat ta’ komunitajiet ta’ praxis, inklużi l-forom possibbli tagħhom, il-proċedura legali tal-istabbiliment tagħhom, id-dmirijiet professjonali addizzjonali tagħhom u d-delimitazzjoni minn attivitajiet bażiċi tal-PG. |
|||
|
157 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ tobba li qed jieħdu sehem f’komunitajiet tal-prattikanti ġenerali li għadhom kemm ġew stabbiliti u huma operazzjonali |
|
Numru |
515 |
4 000 |
Q3 |
2025 |
Mill-inqas 4 000 prattikant ġenerali għandhom ikunu ffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni biex tiġi stabbilita komunità ta’ prattika, meta mqabbel ma’ 515 f’Marzu 2021. |
|
158 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ pazjenti rreġistrati fil-Programm ta’ Ġestjoni tal-Mard Kroniku |
|
Numru |
0 |
43 000 |
Q4 |
2025 |
Mill-inqas 43 000 pazjent għandhom jiġu rreġistrati fil-Programm ta’ Ġestjoni tal-Mard Kroniku, li jirreferi għall-proċess kumpless li tingħata kura effettiva, fil-ħin u aċċessibbli għall-klijenti b’dijanjożi ta’ mard kroniku mhux komunikabbli. Il-mard kroniku kopert mill-programm għandu jinkludi l-ipertensjoni u mard kardjovaskulari ieħor, id-dijabete tat-tip II u l-mard pulmonari ostruttiv kroniku (chronic obstructive pulmonary disease, COPD). |
|
159 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ pazjenti rreġistrati fi programmi ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa |
|
Numru |
0 |
30 000 |
Q4 |
2025 |
Mill-inqas 30 000 pazjent għandhom jiġu rreġistrati fi programmi ta’ prevenzjoni u ta’ promozzjoni tas-saħħa. Dawn huma definiti bħala programmi li għandhom l-għan li jipprevjenu mard kroniku mhux komunikabbli u li jappoġġaw bidla fl-istil tal-ħajja permezz ta’ attivitajiet bħal: programmi li jippromwovu dieta tajba għas-saħħa; programmi li jippromwovu eżerċizzju fiżiku regolari; programmi li jappoġġaw bidla fl-istil tal-ħajja; programmi ta’ promozzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol; programmi ta’ promozzjoni tas-saħħa fl-iskejjel; programmi għall-preservazzjoni u l-iżvilupp tas-saħħa mentali; programmi kontra l-konsum eċċessiv tal-alkoħol; programmi ta’ appoġġ biex wieħed jieqaf ipejjep; u programmi għall-prevenzjoni tal-użu ta’ sustanzi illegali. |
I. KOMPONENT 9: GOVERNANZA U AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA
L-Ungerija għandha għadd ta’ sfidi orizzontali li ilhom jeżistu relatati mar-robustezza u mal-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi inġenerali, li għandhom implikazzjonijiet ukoll fuq il-proċessi ekonomiċi u soċjali fil-pajjiż. Kwistjonijiet speċifiċi f’dan ir-rigward huma relatati mal-qafas kontra l-korruzzjoni, il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku, l-indipendenza ġudizzjarja, kif ukoll il-prevedibbiltà, il-kwalità u t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-Ungerija tikklassifika baxx fl-indikaturi tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni u l-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi huwa moderat. Ir-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet biex jingħalqu l-investigazzjonijiet hija kwistjoni ta’ tħassib billi ma hemm l-ebda rimedju effettiv kontra d-deċiżjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni li ma ssirx prosekuzzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ attivitajiet kriminali. L-isfidi rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika jkomplu jdgħajfu l-qafas kontra l-korruzzjoni wkoll. Fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja, it-tħassib deskritt fir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt huwa relatat b’mod partikolari mal-isfidi ffaċċjati mill-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali indipendenti fil-kontrobilanċ tas-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, ir-regoli dwar l-elezzjoni tal-President tal-Qorti Suprema, il-possibbiltà ta’ deċiżjonijiet diskrezzjonali fir-rigward tal-ħatriet u l-promozzjonijiet ġudizzjarji, l-allokazzjoni tal-kawżi kif ukoll il-bonusijiet lill-imħallfin u lill-eżekuttivi tal-qorti, kif ukoll il-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Il-kwalità, il-prevedibbiltà u t-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet u n-nuqqas ta’ konsultazzjoni effettiva tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jirrappreżentaw sfidi rikorrenti. Il-kumplessità tas-sistema tat-taxxa u r-riskji ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa ġew identifikati wkoll bħala kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati; u anki l-ħtieġa li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.
Dan il-komponent tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija għandu l-għan li jindirizza dawn l-isfidi. Dan jinkludi miżuri li huma mistennija jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni, inkluż billi tiġi stabbilita Awtorità għall-Integrità u Task Force Kontra l-Korruzzjoni, jiġu żviluppati strateġiji komprensivi kontra l-korruzzjoni u jissaħħu l-kapaċitajiet tal-korpi tal-awditjar Ungeriżi, b’mod partikolari fir-rigward tal-infiq mill-baġit tal-UE. Jinkludi wkoll miżuri biex jissaħħu l-isforzi ta’ prosekuzzjoni. Huma inklużi wkoll miżuri biex tiżdied il-kompetizzjoni fil-qasam tal-akkwist pubbliku u tiġi żgurata t-trasparenza tal-akkwisti pubbliċi u s-sorveljanza pubblika fuqhom.
Il-miżuri inklużi fil-komponent jindirizzaw ukoll il-kwistjonijiet li ilhom jeżistu dwar l-indipendenza tal-ġudikatura, biex jgħollu l-istandard tal-protezzjoni ġudizzjarja u biex itejbu l-klima tal-investiment fl-Ungerija, billi jsaħħu l-garanziji tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati, jiġifieri billi jistabbilixxu setgħat aktar b’saħħithom għall-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali biex jikkontrobilanċjaw is-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura, isaħħu l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema, ineħħu l-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u jneħħu l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.
Il-miżuri f’dan il-komponent huma mistennija wkoll li jtejbu l-kwalità u t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluż permezz ta’ involviment aktar sistematiku tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati, u li jiffaċilitaw l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, kif ukoll jiżguraw sorveljanza effettiva dwar kif il-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku jagħmlu użu mill-appoġġ tal-UE. Il-komponent jinkludi wkoll miżuri biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa u tiġi ssimplifikata s-sistema tat-taxxa. Fl-aħħar nett, il-komponent jinkludi miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi.
F’diversi istanzi, dan il-komponent jikkontribwixxi wkoll għat-tranżizzjoni diġitali tal-istituzzjonijiet pubbliċi billi jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizzi.
Il-komponent jikkontribwixxi għall-indirizzar tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż dwar il-ħtieġa li “ssaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni, anki billi ttejjeb l-isforzi tal-prosekuzzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2020), “Ittejjeb il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2020, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2022), “issaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2022), “Ittejjeb il-kwalità u t-trasparenza tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet permezz ta’ djalogu soċjali effettiv u impenn ma’ partijiet interessati oħrajn u permezz ta’ valutazzjonijiet tal-impatt regolari” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2022), “Tkompli tissimplifika s-sistema tat-taxxa” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2022), “Issaħħaħ is-sistema fiskali kontra r-riskju ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 4 tal-2019, ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 5 tal-2022), u “jiksbu pożizzjonijiet fiskali prudenti” (ir-Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż 1 tal-2022).
Għadd minn dawn il-miżuri tressqu mill-Ungerija u l-Kummissjoni Ewropea ddiskutiethom fil-kuntest tal-proċedura skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità 8 . Il-kontenut tal-istadji importanti u l-miri relatati huwa allinjat mal-impenji meħuda f’dak il-kuntest u xi wħud minn dawn l-istadji importanti għandhom jiġu implimentati qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
F’konformità mal-Artikolu 20(5)(e) tar-Regolament (UE) 2021/241, sabiex ikun hemm konformità mal-Artikolu 22 ta’ dak ir-Regolament, l-implimentazzjoni tal-istadji importanti f’dan il-komponent li huma relatati mas-sistema ta’ kontroll Ungeriża li għandha l-għan li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandha tkun prekundizzjoni għal kwalunkwe pagament skont l-Artikolu 24 tar-Regolament RRF 9 .
F’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241, kwalunkwe riforma mill-Ungerija għandha titwettaq mingħajr ma jiddgħajjef dan ir-riżultat u mingħajr impatt negattiv fuq l-elementi ta’ hawn taħt.
Huwa mistenni li l-ebda miżura f’dan il-komponent ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852, filwaqt li jitqiesu d-deskrizzjoni tal-miżuri u l-passi ta’ mitigazzjoni stabbiliti fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza f’konformità mal-Gwida Teknika tad-DNSH (2021/C58/01).
I.1 Deskrizzjoni tar-riformi u l-investimenti għal appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
C9.R1: Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta’ interess u l-korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija, b’enfasi partikolari fuq l-akkwist pubbliku, permezz tal-istabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità.
Il-missjoni tal-Awtorità għall-Integrità għandha tkun li tintervjeni fil-każijiet kollha fejn fil-fehma tagħha l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkunux ħadu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu frodi, kunflitt ta’ interess, korruzzjoni u illegalitajiet jew irregolaritajiet oħra li jkunu affettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
L-Awtorità għall-Integrità għandha tiġi stabbilita u għandha tibda l-operazzjonijiet tagħha qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
Għandu jiġi garantit li l-Awtorità għall-Integrità jkollha indipendenza sħiħa, inkluż li l-Awtorità għall-Integrità u l-persunal tagħha la għandhom jieħdu u lanqas ifittxu struzzjonijiet mingħand xi persuna jew istituzzjoni oħra. Għandhom japplikaw garanziji b’saħħithom għall-għażla tal-persunal, il-ġestjoni u l-baġit tiegħu.
L-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha, fost l-oħrajn, is-setgħa li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet kontraenti biex jissospendu proċedura ta’ akkwist (għal massimu ta’ xahrejn); li titlob lill-korpi investigattivi amministrattivi biex iwettqu investigazzjonijiet f’isimha; li tirrakkomanda l-esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi speċifiċi mill-finanzjament tal-Unjoni għal ċertu perjodu ta’ żmien; li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali rilevanti biex iwettqu l-funzjonijiet superviżorji jew ta’ kontroll tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess u s-suspetti fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; li tirrakkomanda lill-awtoritajiet kontraenti biex jużaw proċedura ta’ akkwist speċifika; li tibda proċeduri quddiem l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali rilevanti bl-għan li tistabbilixxi illegalitajiet jew irregolaritajiet suspettati; mill-31 ta’ Marzu 2023, il-kompetenza esklużiva li tivverifika dikjarazzjonijiet tal-assi tal-mexxejja politiċi prinċipali li ma għandhomx mandat bħala membri tal-Assemblea Nazzjonali (Prim Ministru, ministri, id-diretturi politiċi tal-Prim Ministru, is-segretarji tal-Istat), is-setgħa li tivverifika direttament dikjarazzjonijiet tal-assi disponibbli għall-pubbliku tal-uffiċjali kollha ta’ riskju għoli, inkluż il-President, il-membri tal-Parlament, il-kapijiet tal-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali, uffiċjali politiċi oħrajn, il-persunal tal-uffiċċju privati ta’ uffiċjali politiċi, il-gvernaturi reġjonali, is-sindki ta’ bliet kbar, l-imħallfin, il-prosekuturi, il-membri tal-korpi tal-governanza ġudizzjarja u tal-posekuzzjoni, l-investigaturi kontra l-korruzzjoni u uffiċjali eżekuttivi għoljin ta’ impriżi tal-Istat, u għal dikjarazzjonijiet tal-assi mhux disponibbli għall-pubbliku, mill-inqas is-setgħa li titlob lill-korpi kompetenti li jwettqu l-verifika ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet u tikseb ir-riżultat ta’ dik il-verifika; li tibda proċeduri ta’ verifika tad-dikjarazzjoni tal-assi fuq inizjattiva proprja, ilment u suspett u jkollha aċċess dirett u mhux limitat għall-bażijiet ta’ data u reġistri rilevanti li tqis li huma meħtieġa biex tivverifika l-veraċità tal-informazzjoni miksuba fid-dikjarazzjonijiet tal-assi; li titlob l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet li jikkonċernaw il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jinvolvu kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni u li jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; u li tikkontesta n-nuqqas ta’ azzjoni ta’ awtorità kkonċernata fil-qorti. L-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha setgħat inekwivoċi u mhux limitati li tkompli teżerċita s-setgħat tagħha anki f’każijiet fejn il-proġetti jew il-proċeduri affettwati inizjalment previsti għall-appoġġ tal-Unjoni ġew sussegwentement irtirati mill-appoġġ tal-Unjoni.
L-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni, għall-bażijiet tad-data u għar-reġistri kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha relatati mal-akkwisti pubbliċi, mal-każijiet ta’ korruzzjoni suspettata, inkluża l-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-frodi u l-kunflitt ta’ interess li jinvolvu kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni. Għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet ikkonċernati minn talba għal informazzjoni jew struzzjoni mill-Awtorità għall-Integrità jaġixxu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.
L-Awtorità għall-Integrità għandha twettaq Eżerċizzju ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Integrità biex tevalwa s-sitwazzjoni attwali tas-sitwazzjoni tal-integrità tas-sistema tal-akkwist pubbliku tal-Ungerija, biex tidentifika r-riskji tal-integrità, ir-riskji sistemiċi għall-integrità u l-għodod disponibbli biex dawn jiġu indirizzati, fi żmien erba’ xhur mill-istabbiliment tagħha.
L-Awtorità għall-Integrità għandha tħejji l-ewwel Rapport annwali tagħha dwar l-Integrità għas-sena 2022 sat-tieni trimestru tal-2023, u sussegwentement sat-tieni trimestru ta’ kull sena minn hemm’ il quddiem. Ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Il-gvern għandu jeżamina kull rapport tal-Awtorità għall-Integrità u jipprovdi bil-miktub l-ispjegazzjoni tiegħu dwar kif se jindirizza kull waħda mis-sejbiet f’dawk ir-rapporti fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2023.
C9.R2: Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma hija jiġi stabbilit Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni
It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha teżamina l-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u telabora proposti dwar it-titjib tal-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar ta’ prattiki korrotti u prattiki oħra bħan-nepotiżmu, il-favoritiżmu jew ir-“revolving doors” bejn is-settur pubbliku u dak privat. Din għandha tressaq b’mod partikolari wkoll proposti għal miżuri li jtejbu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-korruzzjoni, u li jtejbu l-fluss ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ kontroll tal-Istat u l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali.
Mill-inqas nofs il-membri tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandhom ikunu organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti attivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni b’għarfien espert ippruvat u attività verifikabbli twila biżżejjed, magħżula abbażi ta’ proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju u kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu tal-kandidati.
Il-President tal-Awtorità għall-Integrità kif stabbilit taħt ir-riforma C9.R1 għandu jaġixxi bħala l-president tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni, iżda ż-żewġ entitajiet għandhom jaħdmu separatament u indipendentement minn xulxin.
It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa. Il-minuti tal-laqgħat tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web għat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni flimkien ma’ kontribuzzjonijiet u osservazzjonijiet bil-miktub mibgħuta mill-membri tagħha qabel jew wara l-laqgħat tagħha mitluba li jiġu mehmuża mal-minuti tal-laqgħa. It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha stess fuq proposta mill-president tagħha fl-ewwel laqgħa tagħha.
It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tippubblika l-ewwel rapport tagħha għas-sena 2022 sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u r-rapporti annwali sal-ewwel tliet xhur kull sena minn hemm ’il quddiem. Il-membri nongovernattivi tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li joħorġu rapporti paralleli li jistabbilixxu l-pożizzjonijiet tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku wkoll flimkien mar-rapport tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni.
Il-Gvern għandu jeżamina r-rapporti tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni fi żmien xahrejn mill-ħruġ tagħhom, u jipprovdi l-kummenti tiegħu – inkluż raġunament dettaljat fir-rigward ta’ kull proposta mit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni li ddeċieda li ma jimplimentax – lit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni.
It-Task Force kontra l-Korruzzjoni għandu jkollha l-ewwel laqgħa tagħha qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-tieni trimestru tal-2023.
C9.R3: Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika (“stħarriġ ġudizzjarju”)
Sabiex jittejbu l-isforzi ta’ prosekuzzjoni u biex jiġi żgurat li tittieħed azzjoni determinata għall-prosekuzzjoni ta’ korruzzjoni u reati kriminali simili, din ir-riforma għandha tistabbilixxi proċedura speċifika li tiżgura stħarriġ ġudizzjarju effettiv tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet investigattivi jew is-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġi miċħud rapport ta’ reat jew biex jintemmu l-proċedimenti. Għandu jkun possibbli li l-proċedura tiġi skattata minn kwalunkwe persuna, persuni fiżiċi u ġuridiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu mozzjoni għal reviżjoni ta’ tali deċiżjonijiet u għal mozzjoni ripetuta għal reviżjoni biex titlob li titkompla l-investigazzjoni jew il-proċediment ikkonċernat. L-Awtorità għall-Integrità (ara r-Riforma C9.R1) għandu jkollha wkoll il-possibbiltà li tressaq mozzjoni għal reviżjoni u mozzjoni ripetuta għar reviżjoni. Wara mozzjoni ripetuta għal reviżjoni, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jressqu mozzjoni għal prosekuzzjoni, dment li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex il-kwistjoni titressaq għall-prosekuzzjoni. Il-persuna li tressaq mozzjoni ripetuta għal reviżjoni taġixxi bħala prosekutur. F’dawn il-każijiet, ma għandux jiġi previst eżami preliminari tar-raġuni għall-mozzjoni għal prosekuzzjoni mill-qorti tal-prim’istanza. Il-proċedura għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2023, inkluż ukoll reati kriminali mhux preskritti mwettqa qabel dik id-data.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Ir-rieżami komprensiv tar-riforma għandu jitwettaq sar-raba’ trimestru tal-2023.
C9.R4: Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi
L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni billi tintroduċi regoli aktar stretti relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi, billi testendi l-ambitu personali u materjali tagħhom, tiżgura d-divulgazzjoni frekwenti ta’ tali dikjarazzjonijiet u tiżgura t-trasparenza tagħhom billi tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku u billi tintroduċi sanzjonijiet effettivi għall-ksur ta’ regoli u obbligi relatati.
Ir-riforma għandha tikkonsisti f’bidliet leġiżlattivi relatati li għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn għandhom b’mod partikolari jiżguraw li persuni fdati b’funzjonijiet politiċi għolja u l-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika, kif ukoll membri tal-Assemblea Nazzjonali u l-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-assi għall-ewwel darba skont ir-regoli l-ġodda tad-dikjarazzjoni tal-assi sal-31 ta’ Jannar 2023 relatati mal-Istat fil-31 ta’ Diċembru 2022, u għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw l-assi tagħhom (b’mod partikolari, id-dħul tagħhom, il-proprjetà immobbli, proprjetajiet oħra ta’ valur, it-tfaddil f’depożiti bankarji u flus, assi fi stokks, titoli u fondi ta’ ekwità privata, poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, trusts, u sjieda benefiċjarja tal-intrapriżi).
Barra minn hekk, sal-ewwel tliet xhur tal-2023, għandha tiġi stabbilita sistema ġdida fejn id-dikjarazzjonijiet tal-assi għandhom jiġu ppreżentati b’mod elettroniku u fejn id-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ persuni fdati b’funzjonijiet politiċi għolja jkunu aċċessibbli għall-pubbliku mingħajr ħlas.
Fl-aħħar nett, reġim ta’ sanzjonijiet effettiv, proporzjonat u dissważiv biżżejjed (inklużi kemm sanzjonijiet kriminali kif ukoll amministrattivi) li jikkonċerna ksur serju relatat mal-obbligi ta’ persuni soġġetti għar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi għandu jiġi introdott u jibda jiġi applikat mit-tielet trimestru tal-2023.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-tielet trimestru tal-2023.
C9.R5: Żgurar tat-trasparenza tal-użu tar-riżorsi pubbliċi mill-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi żgurata sorveljanza effettiva dwar kif il-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku jagħmlu użu mill-appoġġ tal-Unjoni.
Għal dak l-iskop, biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet legali applikabbli relatati mal-aċċess għall-informazzjoni pubblika, ir-regoli tal-akkwist pubbliku u l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku meta jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe kapaċità, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi ddedikati biex:
-jiddeżinjaw b’mod espliċitu l-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku, u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom, bħala “awtoritajiet kontraenti” skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku;
-jiżguraw li l-fondazzjonijiet tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku, u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom kif ukoll il-persunal tagħhom, involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe kapaċità, għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall-entitajiet pubbliċi, fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni pubblika u l-awditjar u l-kontrolli;
-u jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli relatati mal-kunflitt ta’ interess għall-individwi kollha li għandhom kariga jew li huma impjegati minn fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku u għall-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R6: Tisħiħ tat-trasparenza tan-nefqa pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżdied it-trasparenza tan-nefqa pubblika billi jitneħħew l-ostakli għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika, billi jiġi stabbilit obbligu biex il-korpi pubbliċi kollha jiddivulgaw b’mod proattiv firxa wiesgħa ta’ informazzjoni definita minn qabel dwar l-użu tal-fondi pubbliċi f’reġistru ċentrali b’aċċess pubbliku.
L-obbligu fuq il-korpi pubbliċi kollha li jippubblikaw tali data fir-reġistru ċentrali u l-ambitu tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata b’mod proattiv għandhom jiġu speċifikati f’att leġiżlattiv, li għandu jidħol fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-att leġiżlattiv għandu jistabbilixxi wkoll proċeduri u regoli ċari għall-pubblikazzjoni ta’ tali data, inklużi l-iskadenza għall-pubblikazzjoni u l-forma tagħha.
L-informazzjoni li tikkonċerna l-prova tal-prestazzjoni u l-fatturi għandha tkompli tkun disponibbli mat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti. Ir-reġistru ċentrali għandu jinkludi identifikaturi uniċi tal-kuntratti fis-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS). Għandha tkun disponibbli wkoll informazzjoni li tindika jekk il-fondi pubbliċi jinvolvux (kompletament jew parzjalment) appoġġ tal-Unjoni ’l fuq mil-limitu tal-akkwist pubbliku nazzjonali. Għal proċeduri ta’ akkwist mibdija wara l-31 ta’ Marzu 2023, tali informazzjoni għandha tiġi inkluża wkoll għal proċeduri li jinvolvu appoġġ mill-Unjoni li ma jaqbiżx il-limiti nazzjonali tal-akkwist pubbliku. Is-settijiet ta’ data ppubblikati fir-reġistru ċentrali għandhom ikunu f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, li jippermetti li t-tniżżil bil-massa u d-data jiġu magħżula, imfittxija, estratti, imqabbla u użati mill-ġdid. L-aċċess għad-data għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas u mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni.
Il-korpi pubbliċi għandhom ikunu obbligati jaġġornaw id-data fir-reġistru ċentrali mill-inqas kull xahrejn. Il-Gvern għandu jissorvelja l-konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-att leġiżlattiv imsemmi hawn fuq dwar il-korpi pubbliċi u jinfurzahom, u għandu jiżgura li l-korpi pubbliċi jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jtellgħu d-data kollha rilevanti b’mod sħiħ u fil-ħin.
Ir-reġistru ċentrali għandu jkun kompletament operazzjonali, u s-sett sħiħ ta’ data għandu jittella’ fih sal-ewwel tliet xhur tal-2023.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023.
C9.R7: Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li jissaħħaħ il-qafas kontra l-korruzzjoni billi tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali attwali kontra l-korruzzjoni u l-pjan ta’ azzjoni u billi jiġu żviluppati strateġija u pjan ta’ azzjoni nazzjonali ġodda kontra l-korruzzjoni, bl-għan li jittejbu l-mekkaniżmi biex jiġu żgurati b’mod effettiv il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni (inkluż fis-sistema tal-akkwist pubbliku) u biex tissaħħaħ is-sistema ta’ kif jiġu indirizzati r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess.
L-istrateġija nazzjonali l-ġdida kontra l-korruzzjoni u l-pjan ta’ azzjoni għandhom jitħejjew bl-involviment effettiv tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni (ara r-Riforma C9.R2) abbażi tal-pariri ta’ politika mill-OECD, wara konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u internazzjonali, inklużi l-Kummissjoni u l-GRECO, u fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati li jinkorporaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Din għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u normattiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli permezz tat-tisħiħ tat-trasparenza tal-ħidma tal-korpi pubbliċi (inkluż fil-livell politiku għoli). Filwaqt li jibnu fuq l-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni msemmija fir-Riforma C9.R20 (li hija mistennija li tkun limitata għall-appoġġ tal-Unjoni), u f’konsistenza magħha, l-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni u l-pjan ta’ azzjoni għandhom jiżguraw implimentazzjoni koerenti ta’ miżuri kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni kemm għall-appoġġ finanzjarju nazzjonali kif ukoll għal dak tal-Unjoni.
Il-pjan ta’ azzjoni għandu jinkludi azzjonijiet dedikati biex tissaħħaħ ir-repressjoni tal-korruzzjoni; biex jissaħħaħ il-kontroll amministrattiv relatat mad-dikjarazzjonijiet tal-assi; biex jiġu żviluppati mekkaniżmi interni effiċjenti għall-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ integrità fil-gvern; biex tiġi rieżaminata l-applikazzjoni tal-Kodiċi tal-Etika Professjonali mill-Korp Uffiċjali tal-Gvern tal-Ungerija kif ukoll il-prattiki tal-gvernijiet lokali biex jidentifikaw u jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kuntatti mal-lobbisti u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess; u biex jiġi adottat, isir disponibbli għall-pubbliku u jibdew japplikaw kodiċi ta’ kondotta għal persuni b’funzjonijiet eżekuttivi ewlenin (kif definit mill-GRECO), inkluż il-kuntatt mal-lobbisti, ir-restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg u l-impjieg tal-qraba u l-promozzjoni għall-impjieg.
L-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni u l-pjan ta’ azzjoni (li jkopru l-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2025) għandhom jiġu adottati, u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha għandha tibda, sat-tieni trimestru tal-2023. L-istrateġija nazzjonali kontra l-korruzzjoni u l-pjan ta’ azzjoni għandhom jiġu rieżaminati regolarment, b’kont meħud tal-kontenut tar-rapporti u l-ħidma mwettqa mit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni (ara r-Riforma C9.R2) u l-Awtorità għall-Integrità (ara r-Riforma C9.R1).
Il-Gvern għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali l-ġdida kontra l-korruzzjoni u l-azzjonijiet skont il-pjan ta’ azzjoni sal-ewwel tliet xhur tal-2026.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2026.
C9.R8: Aġġornament tas-sistemi ta’ kooperazzjoni tas-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ korruzzjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżdied l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni billi tpoġġi fis-seħħ:
-sat-tieni trimestru tal-2024, sistema ġdida tal-IT għall-ittrattar ta’ dokumenti sensittivi, u b’hekk tappoġġa u tiffaċilita l-ħidma amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ mill-inqas seba’ unitajiet organizzattivi involuti f’investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni; u
-sar-raba’ trimestru tal-2025, sistema ġdida tal-IT għall-ġestjoni tal-proċessi tal-kawża, u b’hekk tappoġġa u tiffaċilita l-ħidma investigattiva ta’ seba’ unitajiet organizzattivi involuti f’investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2025.
C9.R9: Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa
L-għan ta’ din ir-riforma huwa li jqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar il-kriminalizzazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa – inkluż permezz ta’ materjal ta’ kampanji stampat, fuq it-televiżjoni jew online, it-tixrid tal-informazzjoni – u b’hekk jikkontribwixxi għall-eradikazzjoni tagħhom.
Din il-miżura tikkomplementa l-bidliet legali biex jiġu kriminalizzati l-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa u l-leġiżlazzjoni biex jiġi introdott kuntratt ta’ impjieg ġdid għat-tobba bil-għan li jiġu eradikati l-pagamenti ta’ gratwità u, b’rabta ma’ dan, jiżdiedu s-salarji għat-tobba u r-residenti impjegati skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kuntratt.
Il-miżura għandha tikkonsisti fit-twettiq ta’ kampanja komprensiva ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni biex jintlaħqu mill-inqas ħames miljun ċittadin. Valutazzjoni interim tal-ewwel riżultati tal-kampanja li tidentifika l-għadd ta’ ċittadini milħuqa, il-bidla fil-perċezzjoni taċ-ċittadini dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel it-tnedija tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni, l-identifikazzjoni tat-tagħlimiet meħuda u t-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet għall-bqija tal-kampanja għandhom jiġu ppubblikati sat-tielet trimestru tal-2023.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2024.
C9.R10: Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta waħda
L-objettiv tar-riforma huwa li titjieb il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku u li jiżdiedu t-trasparenza, l-effettività u r-robustezza tal-proċessi relatati billi jitnaqqas is-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni jew mill-baġit nazzjonali.
Din ir-riforma tinkludi sett komprensiv ta’ azzjonijiet li għandhom l-għan li jżidu l-kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi.
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – b’offerti uniċi għandu jitnaqqas u mbagħad jinżamm taħt il-15 % (i) għall-akkwisti pubbliċi ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni; u (ii) għal akkwisti pubbliċi ffinanzjati minn riżorsi nazzjonali rispettivament, f’konformità mal-iskeda ta’ żmien speċifikata fil-miri ta’ hawn taħt. Il-kalkolu tas-sehem ta’ offerti uniċi għandu jitwettaq f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Ir-rapporti tal-awditjar finali b’opinjonijiet tal-awditjar mhux kwalifikati mill-EUTAF għandhom jikkonfermaw ukoll li s-sehem tal-offerti uniċi jkun taħt il-miri korrispondenti.
Għandha titwaqqaf għodda ta’ monitoraġġ u rapportar (“għodda ta’ rapportar b’offerta unika”) u titqiegħed fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza biex tippermetti l-monitoraġġ u r-rapportar tal-progress lejn il-miri relatati ma’ din il-miżura. Il-konformità ta’ dik l-għodda mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku, li d-data fl-għodda tkun preċiża u kompluta, inkluż għal-livell tal-linji bażi, għandha tiġi kkonfermata minn rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF. Sar-raba’ trimestru tal-2022, l-għodda għandha tinkludi wkoll data dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-ministeru responsabbli għall-akkwist pubbliku għandu jħejji l-ewwel rapport bil-miktub ibbażat fuq informazzjoni mill-għodda għar-rappurtar ta’ offerta unika, inklużi ċifri u ishma assoluti, indikazzjonijiet ġeografiċi u identifikazzjoni ta’ servizzi u prodotti, u dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EPS sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u kull sena wara dan.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023.
C9.R11: Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżdied it-trasparenza tal-akkwisti pubbliċi u jiġu ffaċilitati s-sorveljanza u l-analiżi indipendenti tal-kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi billi tagħmel disponibbli għall-pubbliku t-tniżżil massiv tad-data kollha dwar l-offerti, bla ħlas u f’format li jinqara mill-magni, permezz tal-iżvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS).
L-EPS għandha tiġi aġġornata qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, biex tippermetti l-pubblikazzjoni aġġornata regolarment tal-avviżi kollha tal-għoti ta’ kuntratti tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’forma strutturata, li għandha tippermetti t-tfittxija, l-esportazzjoni tal-massa u l-ipproċessar permezz ta’ magna tad-data kollha relatata mal-avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti. F’din il-bażi tad-data, l-operaturi ekonomiċi kollha, inklużi l-membri individwali tal-konsorzji, għandhom ikunu identifikabbli b’identifikatur uniku. Il-bażi tad-data aġġornata regolarment għandha tkun aċċessibbli u tista’ titniżżel minn kwalunkwe persuna mill-paġna ewlenija tal-EPS mingħajr reġistrazzjoni.
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-informazzjoni relatata mas-subkuntratturi għandha tkun disponibbli wkoll fl-EPS f’format strutturat. Sal-ewwel trimestru tal-2023, il-bażi ta’ data għandu jkun fiha wkoll l-avviżi kollha tal-għoti tal-kuntratti mill-1 ta’ Jannar 2014 ’il quddiem, bl-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż dwar is-sottokuntratturi.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023.
C9.R12: Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jitwaqqaf qafas komprensiv għall-kejl tal-prestazzjoni li kontinwament jagħmel monitoraġġ u jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi fl-Ungerija.
Il-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni għandu jiġi żviluppat bl-involviment sħiħ u effettiv ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti attivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-esperti tal-akkwist pubbliku. L-organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja bbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu.
Il-qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għandu jibda jitħaddem qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan għandu jippermetti b’mod partikolari l-analiżi annwali tal-livell tal-proċessi ta’ akkwist pubbliku li ma rnexxewx u r-raġunijiet tagħhom; is-sehem ta’ kuntratti li huma kkanċellati kompletament matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt; is-sehem tal-okkorrenza ta’ dewmien fit-tlestija tal-kuntratt; is-sehem tal-okkorrenza ta’ kostijiet żejda (inkluż il-proporzjon u l-volum tagħhom); is-sehem ta’ kuntratti ta’ akkwist mogħtija li fihom jitqiesu b’mod espliċitu iċ-ċiklu tal-ħajja jew l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja kollu; is-sehem tal-parteċipazzjoni b’suċċess ta’ impriżi mikro u żgħar fl-akkwisti pubbliċi; il-valur u s-sehem tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’offerti uniċi ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali u mill-appoġġ tal-Unjoni separatament u/jew mit-tnejn.
L-analiżi bbażata fuq dan ta’ hawn fuq għandha titwettaq bl-involviment sħiħ u effettiv ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti magħżula u esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku u r-riżultati tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku sal-ewwel tliet xhur tal-2023 għall-ewwel darba għas-sena 2022 u kull sena minn hemm’ il quddiem.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023.
C9.R13: Pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku permezz tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv.
Azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni ta’ prattiki tajbin biex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi; l-ewwel riżultati tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni (ara r-Riforma C9.R12) u l-proposti mfassla abbażi tiegħu biex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku; is-sejbiet, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet disponibbli tal-Awtorità għall-Integrità (ara r-Riforma C9.R1) rilevanti għall-kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi.
Il-pjan ta’ azzjoni għandu jistabbilixxi objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu li għandhom jintlaħqu kull sena; jiddefinixxi miżuri rilevanti biex jinkisbu l-objettivi relatati; jistabbilixxi skadenzi preċiżi għall-implimentazzjoni tal-miżuri u jassenja indikaturi rilevanti għal kull miżura biex isir monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tagħha; jidentifika l-awtorità jew l-istituzzjoni rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura; jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ biex jivvaluta l-progress lejn il-kisba tal-objettivi fil-pjan ta’ azzjoni; jinkludi dispożizzjoni speċifika biex il-pjan ta’ azzjoni jiġi rieżaminat kull sena u jiġi rivedut kif meħtieġ; u jiżgura li s-sitwazzjoni attwali annwali dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni jew ir-reviżjonijiet tiegħu tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien.
Il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi adottat sal-ewwel tliet xhur tal-2023. Wara l-ewwel rieżami annwali, il-Gvern għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-pjan ta’ azzjoni rivedut, inkluża s-sitwazzjoni attwali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri fih, sal-ewwel tliet xhur tal-2024.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2024.
C9.R14: Skema ta’ taħriġ u skema ta’ appoġġ għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u medji (b’enfasi fuq l-impriżi mikro u żgħar) fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Għal dan l-iskop, l-Ungerija għandha tiżviluppa u timplimenta skema ta’ taħriġ li tipprovdi, bla ħlas, l-aktar informazzjoni teoretika u prattika importanti lill-impriżi mikro u lill-impriżi żgħar u medji dwar kif jistgħu jipparteċipaw b’suċċess fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. It-taħriġ għandu jkun ibbażat fuq taħriġ żviluppat ġdid u materjal ta’ tagħlim elettroniku. Il-materjal ta’ taħriġ għandu jkopri mill-inqas kwistjonijiet ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku u l-istadju tat-tħejjija tagħhom, l-użu effettiv ta’ rimedji u l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw mill-prestazzjoni ta’ kuntratt pubbliku. L-evalwazzjoni tal-effiċjenza tat-taħriġ għandha tiġi żgurata. Għandu jiġi pprovdut taħriġ lil mill-inqas 1 000 impriża mikro, żgħira u medja sal-ewwel tliet xhur tal-2024 u lil mill-inqas 2 200 impriża mikro, żgħira u medja sat-tieni trimestru tal-2026. Sat-tieni trimestru tal-2026 għandu jkun hemm disponibbli għall-pubbliku rapport ta’ evalwazzjoni li jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tal-miżura ta’ taħriġ.
L-Ungerija għandha tistabbilixxi wkoll, sal-ewwel tliet xhur tal-2023, u timplimenta skema ta’ appoġġ li għandha tipprovdi kumpens f’somma f’daqqa, abbażi ta’kriterji tal-għażla oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti, li għandu jitħallas direttament lil mill-inqas 1 800 impriża mikro, żgħira u medja (b’enfasi fuq impriżi mikro u żgħar) sat-tieni trimestru tal-2026, għall-kostijiet tagħhom assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Sat-tielet trimestru tal-2024, għandha titwettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-iskema ta’ appoġġ, u sat-tieni trimestru tal-2026, evalwazzjoni finali tal-iskema ta’ appoġġ, dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-programm.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-tieni trimestru tal-2026.
C9.R15: Tisħiħ tar-rwol u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali biex jikkontrobilanċja s-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu stabbiliti setgħat aktar b’saħħithom għall-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC) sabiex dan ikun jista’ jeżerċita b’mod effettiv ir-rwol kostituzzjonali tiegħu fis-superviżjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati, filwaqt li tinżamm l-indipendenza tal-Kunsill abbażi tal-elezzjoni tal-membri tiegħu mill-imħallfin. Ir-riforma għandha tirriżulta f’tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u l-imħallfin stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-acquis rilevanti tal-UE.
Ir-riforma għandha tistabbilixxi setgħat aktar b’saħħithom għall-NJC u għandha tinkludi emendi leġiżlattivi biex jiġi żgurat li l-NJC jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar għadd ta’ kwistjonijiet li jirrigwardaw kemm deċiżjonijiet individwali kif ukoll regolamenti.
Ir-riforma għandha tiżgura wkoll li l-NJC ikollu riżorsi adegwati, inkluż persunal u uffiċċji, biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv.
Qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-liġijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma, għandha tiġi organizzata konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, li tippermetti tal-anqas lill-NJC, lill-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, lill-Kamra tal-Avukati tal-Ungerija, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-Kúria, lill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura (NOJ), lill-Qorti Kostituzzjonali, u lill-Prosekutur Ġenerali jagħtu kummenti fi żmien mhux inqas minn 15-il jum.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u qabel l-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R16: Tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria)
L-objettiv tar-riforma huwa li tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria). Ir-riforma għandha tirriżulta f’tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u l-imħallfin stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u l-acquis rilevanti tal-UE.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-emendar tar-regoli dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kúria; ir-regoli dwar l-iskema ta’ allokazzjoni tal-każijiet tal-Kúria; u r-regoli dwar il-funzjonament tal-Kúria biex (i) jiġu stabbiliti setgħat aktar b’saħħithom għall-kunsill ġudizzjarju tal-Kúria u d-dipartimenti tal-imħallfin (“kollégium”) ikkonċernati, (ii) titneħħa l-possibbiltà li l-membri tal-Qorti Kostituzzjonali jsiru mħallfin u mbagħad jinħatru fil-Kúria mingħajr ma jsegwu l-proċedura ta’ applikazzjoni normali, u (iii) jiġi żgurat li l-NJC jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar l-adegwatezza tal-kandidati għall-karigi ta’ President u Viċi President tal-Kúria; il-kriterji ta’ idoneità, inklużi l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità u l-integrità, għandhom jiġu ddeterminati bil-liġi. Il-kandidati li jinstabu li mhumiex idonei mill-NJC għandu jkollhom aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju aċċellerat quddiem il-qorti kompetenti.
Ir-riforma għandha tiżgura wkoll li s-setgħat imsaħħa tal-NJC imsemmija fir-Riforma C9.R15 japplikaw ukoll fir-rigward tal-President tal-Kúria meta jaġixxi bħala awtorità tal-ħatra (f’konformità mal-Att CLXII tal-2011).
Qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-emendi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma, għandha tiġi organizzata konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, li tippermetti tal-anqas lill-NJC, lill-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, lill-Kamra tal-Avukati tal-Ungerija, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-Kúria, lill-NOJ, lill-Qorti Kostituzzjonali, u lill-Prosekutur Ġenerali jagħtu kummenti fi żmien mhux inqas minn 15-il jum.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u qabel l-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R17: Tneħħija tal-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
L-objettiv tar-riforma huwa li jitneħħew l-ostakli għall-qrati biex jirreferu b’mod indipendenti l-kawżi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), biex b’hekk tiġi żgurata l-konformità mal-ġurisprudenza tal-QĠUE. Ir-riforma għandha tirriżulta f’tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u l-imħallfin stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u l-acquis rilevanti tal-UE.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-emendar tat-Taqsimiet 666 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali biex titneħħa l-possibbiltà li l-Kúria tirrieżamina l-legalità tad-deċiżjoni ta’ mħallef li jagħmel referenza preliminari lill-QĠUE, u t-Taqsima 490 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti biex jitneħħa kwalunkwe ostaklu għal qorti biex tagħmel referenza preliminari f’konformità mal-Artikolu 267 tat-TFUE.
Qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-liġijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma, għandha tiġi organizzata konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, li tippermetti tal-anqas lill-NJC, lill-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, lill-Kamra tal-Avukati tal-Ungerija, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-Kúria, lill-NOJ, lill-Qorti Kostituzzjonali, u lill-Prosekutur Ġenerali jagħtu kummenti fi żmien mhux inqas minn 15-il jum.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u qabel l-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R18: Riforma rigward ir-rieżami tas-sentenzi finali mill-Qorti Kostituzzjonali
Ir-riforma għandha tikkonsisti fit-tneħħija tal-possibbiltà, introdotta fl-2019 bl-emendar tat-Taqsima 27 tal-Att CLI tal-2011, għall-awtoritajiet pubbliċi li jikkontestaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. Ir-riforma għandha tirriżulta f’tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità tal-qrati u l-imħallfin stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u l-acquis rilevanti tal-UE.
Qabel ma jitressqu l-abbozzi tal-liġijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din ir-riforma, għandha tiġi organizzata konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, li tippermetti tal-anqas lill-NJC, lill-assoċjazzjonijiet ġudizzjarji, lill-Kamra tal-Avukati tal-Ungerija, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-Kúria, lill-NOJ, lill-Qorti Kostituzzjonali, u lill-Prosekutur Ġenerali jagħtu kummenti fi żmien mhux inqas minn 15-il jum.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2023 u qabel l-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R19: Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li tiżgura l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar effettivi tal-appoġġ tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Għal dak l-għan, id-dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija għandhom jidħlu fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, biex jiġu żgurati:
-li jissaħħu l-ġestjoni tar-riskju, il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u l-finanzjament doppju;
-li jiġu stabbiliti regoli, proċeduri u mekkaniżmi ta’ kontroll effettivi fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess; u
-li ssir rotazzjoni regolari tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi u li tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tagħhom.
Fir-rigward speċifikament tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, id-dispożizzjonijiet legali msemmija hawn fuq għandhom jistabbilixxu wkoll il-mandat legali billi jistabbilixxu r-rwoli u r-responsabbiltajiet dettaljati tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jistabbilixxu regoli relatati mal-ġbir u l-affidabbiltà tad-data marbuta mal-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri fil-pjan, il-proċeduri għat-tfassil u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni, is-sommarji tal-awditjar u t-talbiet għal pagament, kif ukoll il-proċeduri li jiżguraw il-ġbir tad-data kollha f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament RRF.
Bħala komplement għall-arranġamenti legali msemmija hawn fuq, l-Ungerija għandha tiżviluppa u tibda tapplika linji gwida komprensivi li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament. Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu fid-dettall il-kompiti u l-obbligi relatati għal kull wieħed mill-korpi involuti fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-kontroll u l-korrezzjoni effettivi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R20: Strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni relatati ma’ kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija billi tistabbilixxi strateġija komprensiva kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi u timplimentaha.
L-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għandha tiġi kkomplementata minn pjan ta’ azzjoni li jistabbilixxi azzjonijiet ċari u komprensivi li jikkorrispondu għall-objettivi stabbiliti fl-istrateġija. Għal kull waħda mill-azzjonijiet, għandhom jiġu identifikati skadenzi ċari għall-implimentazzjoni, korpi responsabbli, u indikaturi speċifiċi għall-kejl tal-progress.
L-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni għandhom jiġu adottati qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R21: Użu sħiħ u effettiv tas-sistema Arachne għall-appoġġ kollu tal-Unjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra relatati ma’ kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija permezz tal-użu sħiħ u effettiv tal-għodda Arachne tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u għall-kejl tar-riskju.
Għal dak l-iskop, il-Gvern għandu japprova u jibda japplika proċeduri li jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jtellgħu d-data rilevanti kollha fis-sistema Arachne kull xahrejn, li jipprovdu segwitu regolari u effettiv għall-kejl tar-riskju ġġenerat mis-sistema Arachne. Rapport finali tal-awditjar tal-EUTAF b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata għandu jikkonferma l-adegwatezza tal-proċeduri u l-arranġamenti u l-kompletezza tad-data mtella’.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R22: Stabbiliment ta’ Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Integrità biex jissaħħaħ il-kontroll tal-kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni, billi jiġi stabbilit Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Integrità (Directorate of Internal Audit and Integrity, DIAI) fil-ministeru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija.
Id-DIAI għandu jwettaq kontroll regolari u effettiv tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess u jinvestiga suspetti rrappurtati ta’ kunflitt ta’ interess. Fuq talba, id-DIAI għandu jipprovdi mingħajr dewmien aċċess sħiħ għad-dikjarazzjonijiet kollha ta’ kunflitt ta’ interess u għall-fajls kollha tagħha lill-Awtorità għall-Integrità (kif stabbilita fir-Riforma C9.R1). Il-liġi li tistabbilixxi d-DIAI għandha tiżgura l-indipendenza sħiħa tagħha u l-kompetenzi xierqa biex taġixxi fir-rigward ta’ kwalunkwe awtorità jew korp nazzjonali involut fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija. Id-DIAI għandu jħejji rapport annwali tal-ħidma tiegħu u jippreżentah lill-Awtorità għall-Integrità.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R23: Żgurar tal-kapaċità li l-EUTAF twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiżgura l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni, billi tiżgura li l-Awtorità tal-Awditjar (EUTAF) ikollha r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa biex tissalvagwardja l-indipendenza tagħha u tippermettilha twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv u f’waqtu.
Ir-riforma għandha tiżgura li l-baġit annwali tal-EUTAF għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proposta inizjali mill-EUTAF, u għandu jiġi modifikat biss jekk ikun iġġustifikat pubblikament, u mhux b’mod li jimmina l-kapaċità tal-EUTAF li twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv u f’waqtu; li r-remunerazzjoni tal-persunal tal-EUTAF tkun stabbilita għal 70 % ta’ dik applikabbli għall-persunal tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat; li l-kap tal-EUTAF għandu jkollu l-istess prerogattivi biex jiddeċiedi dwar il-prinċipji bażiċi tas-salarju, il-benefiċċji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol bħal dawk disponibbli għall-president tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat, u li kwalunkwe arranġament li jiddevja minn dawk applikabbli għall-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat għandu jkun possibbli biss fuq proposta bil-miktub u debitament ġustifikata mill-kap tal-EUTAF; u li l-indipendenza funzjonali u professjonali tal-EUTAF għandha tinżamm u l-persunal tal-EUTAF għandu jkompli ma jfittixx jew jaċċetta struzzjonijiet rigward il-ħidma tal-awditjar tiegħu.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R24: Tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-OLAF biex tissaħħaħ l-identifikazzjoni tal-frodi relatata mal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni
L-objettiv tar-riforma huwa li ssaħħaħ l-arranġamenti relatati mal-identifikazzjoni tal-frodi fir-rigward tal-użu tal-finanzjament tal-Unjoni u li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-OLAF.
Għal dak l-iskop, il-leġiżlazzjoni għandha tidħol fis-seħħ biex taħtar awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF fil-kontrolli tiegħu fuq il-post fl-Ungerija, u biex tintroduċi l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq atturi ekonomiċi li ma jikkooperawx mal-OLAF matul il-kontrolli u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post.
Il-leġiżlazzjoni għandha tidħol fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
C9.R25: Implimentazzjoni, kontroll u awditjar effettivi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġu żgurati l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-awditjar effettivi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, billi tiġi stabbilita sistema ta’ repożitorju xierqa għar-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data meta jiġi implimentat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, u billi jiġi żgurat li l-EUTAF ikollha fis-seħħ strateġija tal-awditjar effettiva għall-awditjar tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
Għal dak l-iskop:
-sistema ta’ repożitorju għar-reġistrazzjoni u l-ħżin tad-data kollha rilevanti relatata mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza – l-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri, id-data dwar ir-riċevituri finali, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji – għandha tkun kompletament funzjonali u operazzjonali. Rapport tal-awditjar finali mill-EUTAF, b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata, għandu jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ repożitorju u li s-sistema hija kompletament funzjonali u operazzjonali;
-sabiex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-assigurazzjoni miksuba mis-sommarji tal-awditjar tagħha, l-awtorità tal-awditjar tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija (EUTAF) għandha tadotta istrateġija tal-awditjar li tiżgura l-awditu effettiv tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.
Ir-riforma għandha tiġi implimentata qabel ma l-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni.
C9.R26: Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika
L-objettiv tar-riforma huwa li tissaħħaħ it-trasparenza u jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni pubblika.
L-ewwel submiżura għandha tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni pubblika billi tiżgura li d-data pubblika għandha, bħala prinċipju, tiġi pprovduta mingħajr ħlas. F’każijiet eċċezzjonali fejn jistgħu jiġu imposti tariffi għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika, dawk it-tariffi għandhom ikunu raġonevoli u baxxi biżżejjed u ma għandhomx jinkludu kostijiet lavorattivi assoċjati. Għal dak l-iskop, għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati emendi leġiżlattivi li (i) jabolixxu l-possibbiltà li d-detentur ta’ informazzjoni pubblika jimponi kostijiet lavorattivi biex jissodisfa talba għal aċċess għal informazzjoni pubblika; (ii) jintroduċu limitu massimu globali ta’ HUF 190 000 għal tariffi li jistgħu jiġu imposti fuq rikjedenti tad-data għall-issodisfar tat-talba tiegħu għal aċċess għal informazzjoni pubblika; (iii) tariffi imposti ma għandhomx jaqbżu l-kostijiet attwali mġarrba mid-detenturi tad-data u dawn għandhom ikunu relatati biss mal-kostijiet tal-ikkupjar u t-twassil tal-informazzjoni jistgħu jintalbu mid-detentur ta’ informazzjoni pubblika u biss jekk dawk il-kostijiet jaqbżu l-HUF 10 000. Qabel ma jressaq l-emendi msemmija hawn fuq, il-Gvern għandu jqis il-proposti tal-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni (NAIH) relatati mal-kostijiet unitarji li jikkonċernaw il-kost tal-ikkupjar u t-twassil tad-data kif ukoll il-metodu ta’ kalkolu tat-tariffi li jistgħu jintalbu għall-aċċess għat-talbiet għal informazzjoni. Il-Gvern għandu jiżgura wkoll li kwalunkwe informazzjoni li ssir disponibbli fuq talba għal aċċess għal informazzjoni għandha tkun disponibbli simultanjament fir-reġistru ċentrali msemmi fir-Riforma C9.R6.
It-tieni submiżura għandha tiżgura li l-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern (KEHI) iwettaq rieżami regolari tal-konformità tal-korpi pubbliċi mar-regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika. L-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jwettaq kontrolli komprensivi u dettaljati fuq il-korpi pubbliċi kollha mill-inqas darbtejn fis-sena biex jivvaluta jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tagħhom dwar it-trasparenza tad-data pubblika u jagħtu aċċess għal data ta’ interess pubbliku. Is-sejbiet ta’ dawn il-kontrolli għandhom jiġu ppreżentati f’rapport komprensiv aċċessibbli għall-pubbliku li jidentifika n-nuqqasijiet għal kull korp pubbliku kkonċernat (mill-inqas jidentifika l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għad-data pubblika riċevuta, l-għadd ta’ lmenti relatati mal-kondiviżjoni tad-data pubblika, l-għadd ta’ talbiet issodisfati u l-għadd ta’ jiem li ttieħdu biex dawn jiġu ssodisfati), kif dawn in-nuqqasijiet għandhom jiġu rimedjati u segwiti, kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jittejjeb l-aċċess għad-data pubblika. L-ewwel rapport bħal dan għandu jiġi ppubblikat sar-raba’ trimestru tal-2022 segwit minn rapporti sussegwenti kull sitt xhur sat-tieni trimestru tal-2026.
Fl-aħħar nett, it-tielet submiżura għandha tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u tillimita t-tul tal-proċeduri ġudizzjarji billi tintroduċi proċedura eċċezzjonali għall-każijiet tal-qorti relatati mal-aċċess għall-informazzjoni pubblika. Għal dan l-għan, att leġiżlattiv li jistabbilixxi dik il-proċedura eċċezzjonali għandu jistabbilixxi l-istess passi proċedurali u skadenzi bħal dawk applikati fil-każ ta’ każijiet ta’ rettifika tal-istampa kif stabbilit fl-Att CXXX tal-2016 dwar il-proċeduri ċivili, bl-unika eċċezzjoni li l-iskadenza għall-perjodu taċ-ċitazzjoni fit-Taqsima 497(1) tal-Att CXXX tal-2016 għandha tkun ta’ mill-inqas tlett ijiem ta’ xogħol.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2022.
C9.R27: Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet
Din ir-riforma għandha l-għan li żżid il-kwalità u l-prevedibbiltà tat-tfassil tal-liġijiet billi tiżgura l-użu sistematiku tal-valutazzjonijiet tal-impatt u l-involviment effettiv tas-sħab soċjali, il-partijiet ikkonċernati u l-esperti nongovernattivi fit-tfassil tal-liġijiet. Għandha l-għan ukoll li tistabbilixxi qafas għall-konsultazzjoni sistematika u effettiva tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, sabiex tikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-leġiżlazzjoni, tnaqqas ir-riskju ta’ żbalji fil-politika u ssaħħaħ is-sorveljanza fuq l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kollu kemm hu.
Għal dak l-iskop:
-Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jintroduċu b’mod partikolari perjodu minimu obbligatorju ta’ konsultazzjoni ta’ tmint ijiem għall-atti leġiżlattivi kollha adottati jew imressqa għall-adozzjoni mill-Gvern; għandu jiġi introdott perjodu minimu ta’ ħamest ijiem biex il-Gvern jikkunsidra l-kontributi li jkun irċieva matul il-konsultazzjoni qabel ma jiffinalizza l-proposta tiegħu għal att leġiżlattiv; għandu jiġi introdott l-obbligu li l-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jivvaluta kull sena l-konformità tal-Gvern u tal-ministeri mal-obbligi stabbiliti fl-Att CXXXI tal-2010 dwar il-parteċipazzjoni soċjali fit-tfassil tal-liġijiet (inkluż jekk l-eċċezzjonijiet kinux debitament ġustifikati); u għandu jiġi introdott l-obbligu għall-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern jimponi multa fuq il-ministeru responsabbli għat-tħejjija tal-att leġiżlattiv f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010 dwar il-parteċipazzjoni soċjali fit-tfassil tal-liġijiet.
-Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ hawn fuq jiġu rispettati b’mod effettiv fil-prattika u jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet mill-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, għandu jiġi żgurat li kull sena kalendarja mill-inqas 90 % tad-digrieti tal-gvern, id-digrieti ministerjali adottati mill-gvern u l-abbozzi kollha ppreżentati mill-gvern lill-Parlament ikunu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u li l-valutazzjonijiet tal-impatt sommarji kollha meħtieġa li jiġu ppubblikati jkunu disponibbli għall-pubbliku. Rapport finali tal-awditjar b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma kull waħda mill-miri annwali.
-Sabiex tiġi pprovduta l-possibbiltà għal involviment aktar sistematiku u effettiv tas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati u l-esperti fit-tfassil tal-liġijiet kif ukoll għat-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tal-impatt għal emendi għal abbozzi ta’ liġi jew abbozzi ta’ liġi proposti mill-Membri u l-Kumitati tal-Assemblea Nazzjonali, għandha tiġi stabbilita kapaċità amministrattiva addizzjonali fl-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali. Il-membri jew il-Kumitati tal-Assemblea Nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrikorru għand l-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali biex iħejju valutazzjonijiet tal-impatt effettivi u jwettqu konsultazzjonijiet effettivi mal-partijiet ikkonċernati dwar l-abbozzi proposti minnhom jew l-emendi għall-abbozzi li beħsiebhom iressqu għall-kunsiderazzjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt li għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali, għandha tiġi żgurata l-provvista sistematika tad-data mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Ungerija għall-fini ta’ tali valutazzjonijiet tal-impatt.
-Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tal-impatt regolatorji u biex jiġu vvalutati b’mod adegwat it-tipi differenti ta’ impatti tal-leġiżlazzjoni, il-Gvern għandu jadotta u jibda japplika metodoloġija ġdida għall-valutazzjoni tal-impatt sistematika tal-proposti leġiżlattivi kollha. Il-metodoloġija l-ġdida għandha titħejja bl-involviment effettiv ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali b’għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesa’ fil-qasam tal-valutazzjoni tal-impatt regolatorju (bħall-OECD) u s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati mhux governattivi filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aħjar prattiki ta’ Stati Membri oħra u istituzzjonijiet internazzjonali. Il-metodoloġija l-ġdida għandha tibda tiġi applikata b’mod sistematiku biex jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi kollha mir-raba’ trimestru tal-2023.
-Sabiex jiġi żgurat l-involviment effettiv u sħiħ tas-sħab soċjali u tal-partijiet ikkonċernati fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, att leġiżlattiv għandu jistabbilixxi obbligu ċar li s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti għandhom jiġu kkonsultati matul l-implimentazzjoni tal-pjan; jistabbilixxi strateġija vinkolanti li tiddefinixxi l-kompiti u r-responsabbiltajiet dwar kif il-partijiet ikkonċernati ewlenin għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-pjan; u jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ, bil-kompitu li kontinwament jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tal-pjan, li jikkonsisti minn partijiet ikkonċernati u sħab soċjali rilevanti għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-pjan, b’mill-inqas 50 % tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti mill-gvern u mill-korpi pubbliċi. Il-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċess tal-għażla miftuħa, trasparenti, u nondiskriminatorja bbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2023.
C9.R28: Appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data u l-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u jonqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jitjiebu l-viżwalizzazzjoni u l-ispjegazzjoni tal-effetti tal-leġiżlazzjoni għall-pubbliku b’mod trasparenti u oġġettiv.
Għal dak l-iskop, għandhom jiġu stabbiliti pjattaforma tad-data u għodda għall-immudellar tad-data biex tiġi żgurata l-konnessjoni tal-bażijiet tad-data – f’konformità sħiħa mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data – u jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għall-immudellar tad-data abbażi ta’ din id-data. Barra minn hekk, mill-inqas 200 persuna mill-persunal tal-ministeri kompetenti, l-istituzzjonijiet governattivi u r-rappreżentanti tas-sħab soċjali involuti fl-ippjanar strateġiku u fil-ħidma preparatorja leġiżlattiva għandhom ilestu kors ta’ taħriġ dwar għodod u prattiki ta’ viżwalizzazzjoni tad-data.
Il-pjattaforma tad-data u l-għodda tal-immudellar tad-data għandhom jiġu stabbiliti sat-tieni trimestru tal-2024, filwaqt li t-taħriġ għandu jsir sal-ewwel tliet xhur tal-2025.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-ewwel tliet xhur tal-2025.
C9.R29: Estensjoni tas-sistema awtomatika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi bil-ħsieb li jiżdiedu l-effiċjenza, it-trasparenza u jitnaqqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet
L-objettiv tar-riforma huwa li tespandi s-sistema awtomatika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, bil-ħsieb li jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tagħha u jitnaqqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet bħall-korruzzjoni, l-iżbalji u l-inkonsistenzi fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
Għal dak l-iskop, tliet tipi ta’ każijiet ġodda – l-amministrazzjoni tal-vetturi, in-naturalizzazzjoni simplifikata (il-kisba taċ-ċittadinanza) u r-reġistru tal-artijiet – b’funzjonalitajiet kompletament operazzjonali għandhom jiġu introdotti fis-sistema awtomatika ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi, li jippermettu l-ipproċessar kompletament awtomatizzat tagħhom, sar-raba’ trimestru tal-2024.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2024.
C9.R30: Tisħiħ tas-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi
L-objettiv tar-riforma huwa li tissaħħaħ is-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi
Għal dak l-iskop, għandha titwaqqaf sistema ċentrali ta’ ġestjoni tat-tagħmir tal-IT u ta’ liċenzjar tas-software. Din is-sistema għandha tipprovdi reġistru komprensiv u monitoraġġ taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir tal-IT u servizz ċentrali flessibbli u faċli għall-klijent biex jiġu żgurati l-forniment, l-aġġornament, it-tiswija, il-bidla, l-iskreppjar, l-installazzjoni u servizzi relatati għal tagħmir tal-IT għal mill-inqas 3 000 korp pubbliku fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni pubblika u l-kura soċjali, sar-raba’ trimestru tal-2025.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sar-raba’ trimestru tal-2025.
C9.R31: Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi żgurat li l-kumpaniji ma għandhomx ikunu stabbiliti fl-Ungerija esklużivament għal skopijiet ta’ ppjanar tat-taxxa u mingħajr ma jwettqu l-ebda attività ekonomika reali. Ir-riforma għandha tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-użu ta’ kumpaniji fantażma u fittizji, filwaqt li tikkontribwixxi għal ħolqien ta’ impjiegi aktar b’saħħtu u dħul ogħla tal-gvern.
Ir-riforma għandha tikkonsisti mid-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ sustanzi minimi għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu u l-konsegwenzi tat-taxxa f’każ li r-rekwiżiti ma jiġux issodisfati. Il-leġiżlazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ analiżi esperta internazzjonali indipendenti.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.
C9.R32: Tisħiħ tar-regolamenti dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tindirizza l-evażjoni tat-taxxa u ttejjeb it-trasparenza internazzjonali tas-sistema tat-taxxa tal-Ungerija billi ssaħħaħ l-obbligi tar-rapportar tad-data dwar tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati għall-finijiet tal-ipprezzar tat-trasferimenti.
Ir-riforma għandha tikkonsisti mid-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni ġdida li tistabbilixxi rekwiżiti dettaljati għal rapportar ġdid ta’ data dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandu jkopri tranżazzjonijiet bejn impriżi assoċjati li jilħqu mill-inqas HUF 100 miljun. Dan huwa mistenni li jtejjeb l-analiżi tar-riskju tal-amministrazzjoni tat-taxxa u jippermettilha twettaq awditi aktar immirati u tiffoka fuq evażuri tat-taxxa potenzjali.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2023.
C9.R33: Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra mill-pajjiż
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ nontassazzjoni doppja ta’ pagamenti ’l barra mill-pajjiż li jirriżultaw mill-Ungerija għal ġuriżdizzjonijiet b’rata żero jew baxxa ta’ taxxa, u b’hekk jiġu limitati l-opportunitajiet għall-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
Ir-riforma għandha twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-finijiet tat-taxxa korporattiva dwar l-introjtu tal-Ungerija. L-emendi leġiżlattivi li jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin għandhom jidħlu fis-seħħ:
-it-tranżazzjonijiet kollha ta’ pagamenti ta’ royalties u mgħax ’l barra lejn ġurisdizzjonijiet li huma i) elenkati fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew ii) meqjusa bħala ġuriżdizzjonijiet b’rata żero jew baxxa ta’ taxxa għandhom ikunu koperti mir-regoli mwessgħin ta’ nondeduċibbiltà;
-għandhom jiġu stabbiliti kriterji dwar meta għandha tiġi applikata konsegwenza tat-taxxa, filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet tan-negozju wara t-tranżazzjoni u t-trattament tat-taxxa tat-tranżazzjoni; u
-għandha tiġi identifikata konsegwenza tat-taxxa biex jittaffa r-riskju ta’ ppjanar aggressiv tat-taxxa.
Għandha titwettaq ukoll evalwazzjoni indipendenti tar-regoli relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, li tivvaluta l-qafas tat-taxxa tal-Ungerija b’mod olistiku. Abbażi ta’ dan, għandhom jiġu adottati u jidħlu fis-seħħ aktar emendi leġiżlattivi biex tittejjeb l-effettività tal-miżuri biex jiġi indirizzat l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C9.R34: Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tissimplifika l-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa u tnaqqas il-kostijiet tal-konformità billi toħloq servizzi diġitali ġodda u faċli għall-utent għall-kontribwenti u għall-intermedjarji finanzjarji.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fil-ħolqien tas-servizzi diġitali li ġejjin:
-“ePayroll” (Pjattaforma għall-Forniment tad-Data dwar l-Impjiegi). Din il-pjattaforma għandha tippermetti li l-impjegaturi jissimplifikaw ir-rapportar tad-data dwar l-impjiegi lill-amministrazzjoni;
-“eReceipt”. Dan is-servizz għandu jissostitwixxi gradwalment is-sistema attwali ta’ cash registers online permezz tal-ħolqien ta’ servizz kompletament indipendenti mill-pjattaforma għall-ġbir tal-irċevuti;
-“eVAT”. Dan għandu jikkonsisti fil-ħolqien ta’ pjattaforma online għall-forniment ta’ dikjarazzjonijiet tal-VAT mimlija minn qabel.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2026.
C9.R35: Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi ssimplifikata s-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi u tiġi kkonsolidata t-tassazzjoni fuq l-introjtu personali.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-azzjonijiet li ġejjin:
-il-miżuri tat-taxxa temporanji introdotti fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija għandhom jitneħħew gradwalment, f’konformità mad-data tat-terminazzjoni stabbilita fil-bażi ġuridika tagħhom;
-l-għadd ta’ taxxi fl-Ungerija għandu jitnaqqas b’10 % meta mqabbel mal-għadd fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet ta’ grupp ta’ ħidma ddedikat stabbilit mill-awtoritajiet;
-it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali għandha tiġi ssimplifikata u kkonsolidata, bil-ħsieb li jiġi eliminat l-infiq ineffiċjenti tat-taxxa, li r-regoli tat-taxxa jsiru aktar faċli għall-kontribwenti u li jitnaqqsu l-inċentivi distorsivi jew mhux ġustifikati.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Ġunju 2024.
C9.R36: Riforma tat-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità pubblika
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi ssimplifikata s-sistema tat-taxxa filwaqt li jitrawwem ambjent tat-taxxa li jistimula l-investimenti fi proġetti kbar tal-infrastruttura tal-utilitajiet.
Ir-riforma għandha tħassar l-Att Nru CLXVIII tal-2012 dwar it-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità jew temendah biex tintroduċi regola tat-taxxa li tippermetti li s-sidien tal-utilitajiet jirrilaxxaw jew jikkreditaw it-taxxa dettaljata pagabbli fuq il-linji tagħhom għall-ammont li jinvestu fil-manutenzjoni jew l-aġġornament ta’ dawk il-linji. Il-gvern għandu jieħu deċiżjoni bejn iż-żewġ għażliet.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2024.
C9.R37: Simplifikazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi promossa l-konformità volontarja mar-regoli tat-taxxa u tittejjeb l-interazzjoni bejn il-kontribwenti u l-amministrazzjoni tat-taxxa bi strateġiji ta’ komunikazzjoni aktar immirati u personalizzati u l-użu ta’ għarfien dwar l-imġiba.
Ir-riforma għandha tikkonsisti fl-azzjonijiet li ġejjin:
-Għandha tiġi pubblikata gwida “pass pass” dwar il-pjattaformi diġitali tal-Awtorità Nazzjonali għall-Ġbir tat-Taxxa (NTCA) biex tassisti u tinforma lill-kontribwenti dwar suġġetti speċifiċi relatati mad-drittijiet u l-obbligi tat-taxxa tagħhom;
-l-NTCA għandha tħejji rapport dwar kif l-għarfien dwar l-imġiba jista’ jtejjeb l-effettività tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Abbażi ta’ dan, għandhom jitwettqu mill-inqas tliet proġetti pilota ġodda tal-għarfien dwar l-imġiba f’kooperazzjoni bejn l-NTCA u l-Ministeru għall-Finanzi;
-il-pjattaformi differenti tal-IT tal-NTCA għandhom jiġu kkonsolidati fi pjattaforma ċentralizzata b’kanal wieħed u mill-inqas tliet funzjonalitajiet ġodda għandhom isiru operazzjonali u disponibbli għall-utenti fuq il-pjattaforma.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sat-30 ta’ Settembru 2025.
C9R38: Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq
L-objettiv ta’ din ir-riforma huwa li tiġi evalwata u tittejjeb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, bil-ħsieb li tissaħħaħ is-sostenibbiltà fuq terminu medju tal-finanzi pubbliċi u d-dejn tal-gvern u jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku.
Ir-riforma għandha tintroduċi rieżami regolari tan-nefqa f’oqsma prijoritarji magħżula tan-nefqa pubblika mill-2023 ’il quddiem, abbażi ta’ pjan ta’ ħidma ta’ terminu medju. Fl-2023 u fl-2024 għandhom jitwettqu erba’ rieżamijiet tal-infiq u dawn għandhom ikopru b’kollox mill-inqas 20 % tan-nefqa tal-gvern estiż.
Fl-2024 u l-2025, rispettivament, il-gvern għandu jippubblika żewġ rapporti ddedikati biex jippreżenta r-riżultati konkreti tar-rieżamijiet f’termini ta’ ffrankar potenzjali u titjib fl-effiċjenza, kif rifless b’mod partikolari fl-ippjanar baġitarju (jiġifieri fil-baġits annwali u l-pjanijiet baġitarji ta’ terminu medju). Rapport ta’ konklużjoni għandu jipprovdi evidenza ġenerali dwar ir-riżultati tar-rieżamijiet tal-infiq.
L-implimentazzjoni tar-riforma għandha titlesta sal-31 ta’ Diċembru 2025.
I.2 Stadji importanti, miri, indikaturi, u skeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti/
|
Isem |
Indikaturi kwalitattivi
|
Indikaturi kwantitattivi
|
Skeda ta’ żmien indikattiva għat-tlestija |
Deskrizzjoni ta’ kull stadju importanti u mira |
||||
|
Unità ta’ kejl |
Linja bażi |
Mira |
Trimestru |
Sena |
|||||||
|
160 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Integrità |
Bidu tal-attività tal-Awtorità għall-Integrità |
Q4 |
2022 |
L-istabbiliment u d-dħul fis-seħħ, qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, ta’ Awtorità għall-Integrità biex issaħħaħ il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija. Għandu jiġi garantit li l-Awtorità għall-Integrità jkollha indipendenza sħiħa. L-Awtorità għandha tintervjeni fil-każijiet kollha fejn fil-fehma tagħha l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu l-passi meħtieġa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu frodi, kunflitti ta’ interess, korruzzjoni u illegalitajiet jew irregolaritajiet oħra li jistgħu affettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni Ewropea jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. L-Awtorità għall-Integrità għandha tkun istituzzjoni verament indipendenti. L-Awtorità għall-Integrità u l-persunal tagħha la għandhom ifittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet minn xi persuna jew istituzzjoni oħra. L-Awtorità għall-Integrità għandha tingħata baġit annwali li jkun proporzjonat mal-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħha, u għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit tagħha stess mingħajr interferenza esterna (bħala kapitolu separat fil-baġit tal-Istat). L-allokazzjoni baġitarja disponibbli għall-Awtorità għall-Integrità ma għandhiex titnaqqas matul is-sena fiskali mingħajr il-kunsens tal-Awtorità għall-Integrità. Il-ħidma tal-Awtorità għall-Integrità għandha tiġi organizzata u ġestita minn bord magħmul minn president u żewġ viċi presidenti. It-tliet membri tal-bord għandhom jinħatru mill-President tal-Ungerija fuq nomina mill-President tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat għal mandat ta’ sitt snin li ma jiġġeddidx mingħajr il-ħtieġa ta’ kontrofirma minn kwalunkwe membru tal-Gvern abbażi tal-kwalitajiet professjonali, il-kwalifiki, l-esperjenza u r-reputazzjoni estensivi u mhux ikkontestati tagħhom (inkluż internazzjonalment) fi kwistjonijiet legali u finanzjarji li jikkonċernaw l-akkwist pubbliku u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kif ukoll il-kompetenza ppruvata tagħhom f’dawk l-oqsma. Il-membri tal-bord għandhom jintgħażlu wara sejħa miftuħa għal espressjoni ta’ interess abbażi tal-opinjoni vinkolanti dwar l-issodisfar tal-eliġibbiltà tal-kandidati minn Kumitat tal-Eliġibbiltà stabbilit għal dan l-għan. Il-Kumitat tal-Eliġibbiltà għandu jitlaqqa’ mid-Direttur Ġenerali tal-EUTAF wara sejħa miftuħa għal espressjoni ta’ interess. Dan għandu jkun magħmul minn tliet persuni indipendenti bi sfond minn istituzzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti li għandu jkollhom esperjenza twila, verifikabbli u rilevanti biżżejjed fil-qasam tal-akkwist pubbliku u/jew l-attività kontra l-korruzzjoni. Il-membri tal-Kumitat tal-Eliġibbiltà ma għandux ikunu, fl-aħħar ħames snin: okkupaw pożizzjoni politika eletta jew pożizzjoni politika fil-Gvern, kienu impjegat minn partit politiku jew fondazzjoni politika, jew wettqu attività volontarja jew emunerata għal tali entitajiet. Ir-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għandhom japplikaw għall-membri tal-kumitat tal-eliġibbiltà għal ħames snin wara l-ħruġ tal-opinjoni vinkolanti. Il-membri tal-Kumitat tal-Eliġibbiltà għandhom jippubblikaw id-dikjarazzjoni tal-interessi u l-assi tagħhom u jiddikjaraw in-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tagħhom qabel ma jibdew il-ħidma tagħhom fil-Kumitat tal-Eliġibbiltà. Il-membri tal-bord ma għandux ikunu, fl-aħħar ħames snin: okkupaw pożizzjoni politika eletta jew pożizzjoni politika fil-Gvern, kienu impjegat minn partit politiku jew fondazzjoni politika, jew wettqu attività volontarja jew emunerata għal tali entitajiet. Barra minn hekk, il-membri tal-bord ma għandhom iwettqu l-ebda attività remunerata matul il-mandat ta’ ħidma tagħhom għall-Awtorità għall-Integrità (bl-eċċezzjoni ta’ attività akkademika u pubblikazzjonijiet relatati), ma għandux ikollhom sehem ta’ kontroll f’entità kummerċjali, ma għandhom ikunu membri tal-ebda partit politiku jew fondazzjoni politika. Membru tal-bord għandu jitkeċċa biss f’każ ta’ kunflitt ta’ interess wara l-ħatra tiegħu jew f’każ li tinħareġ sentenza kriminali finali kontrih għal kwistjonijiet relatati mal-ħidma tal-Awtorità għall-Integrità jew li jaffettwaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-membru kkonċernat. Il-President tal-Awtorità għall-Integrità għandu jaġixxi wkoll bħala membru ex officio tal-Kunsill tal-Akkwist Pubbliku u bħala l-president tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni (l-istadju importanti 166). Il-President tal-Awtorità għall-Integrità għandu jeżerċita d-drittijiet tal-impjegatur fuq il-persunal tal-Awtorità, li għandu jinkludi mill-inqas 50 FTE. Il-persunal għandu jintgħażel mill-bord abbażi tal-mertu professjonali. L-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha setgħat estensivi, inklużi dawn li ġejjin: (i) is-setgħa li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet kontraenti biex jissospendu proċedura ta’ akkwist (għal massimu ta’ xahrejn); (ii) is-setgħa li titlob lill-korpi investigattivi amministrattivi biex iwettqu investigazzjonijiet f’isimha; (iii) li tirrakkomanda l-esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi speċifiċi mill-finanzjament tal-Unjoni għal ċertu perjodu ta’ żmien; (iv) is-setgħa li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet jew lill-korpi nazzjonali rilevanti biex iwettqu l-funzjonijiet superviżorji jew ta’ kontroll tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess u s-suspetti fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; (v) id-dritt li titlob aċċess għall-fajls rilevanti kollha, inkluż dwar proċeduri ta’ akkwist pubbliku li għaddejjin jew li ġejjin; (vi) is-setgħa li tirrakkomanda lill-awtoritajiet kontraenti biex jużaw proċedura speċifika f’akkwist speċifiku jew f’kategorija ta’ proċeduri ta’ akkwist; (vii) id-dritt li tibda proċeduri quddiem l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali rilevanti bl-għan li jistabbilixxu illegalitajiet jew irregolaritajiet suspettati; (viii) il-kompetenza esklużiva li tivverifika dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 183 tal-Att CXXV tal-2018 (inkluż il-Prim Ministru, il-ministri, is-segretarji tal-Istat, id-direttur politiku tal-Prim Ministru), is-setgħa li tivverifika direttament dikjarazzjonijiet tal-assi disponibbli għall-pubbliku tal-uffiċjali kollha ta’ riskju għoli (inkluż il-President, il-membri tal-Parlament, il-kapijiet tal-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali, uffiċjali politiċi oħrajn, il-persunal tal-uffiċċju privati ta’ uffiċjali politiċi, il-gvernaturi reġjonali, is-sindki ta’ bliet kbar, l-imħallfin, il-prosekuturi, il-membri tal-korpi tal-governanza ġudizzjarja u tal-prosekuzzjoni, l-investigaturi kontra l-korruzzjoni u uffiċjali eżekuttivi għoljin ta’ impriżi tal-Istat), u għal dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ uffiċjali ta’ riskju għoli mhux disponibbli għall-pubbliku, mill-inqas is-setgħa li titlob lill-korpi kompetenti li jwettqu l-verifika ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet u tikseb ir-riżultat ta’ dik il-verifika, mill-31 ta’ Marzu 2023; (ix) id-dritt li jkollha aċċess għall-bażijiet tad-data u r-reġistri rilevanti kollha għall-finijiet ta’ verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi f’konformità mar-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza; (x) id-dritt li tibda proċeduri ta’ verifika tad-dikjarazzjoni tal-assi fuq inizjattiva proprja, ilment u suspett; (xi) id-dritt li titlob l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet kollha tal-awtoritajiet li jikkonċernaw il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku li jinvolvu kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni u li jistgħu jkunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; (xii) id-dritt li tibda l-proċedimenti tal-Bord tal-Arbitraġġ tal-Akkwist Pubbliku; (xiii) id-dritt li tikkontesta n-nuqqas ta’ azzjoni ta’ awtorità kkonċernata fil-qorti skont it-Taqsima 15(2) u 25 tal-Att CL tal-2016 dwar il-Kodiċi Amministrattiv Ġenerali. Għandu jiġi garantit li l-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni, għall-bażijiet tad-data u għar-reġistri kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha relatati mal-akkwisti pubbliċi, mal-każijiet ta’ korruzzjoni suspettata, inkluża l-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, il-frodi u l-kunflitt ta’ interess li jinvolvu kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni bi kwalunkwe mod. Id-dispożizzjonijiet legali għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ikkonċernati minn talba għal informazzjoni jew struzzjoni mill-Awtorità għall-Integrità jaġixxu f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx is-60 jum kalendarju. L-Awtorità għal-Integrità għandha taġixxi fuq inizjattiva tagħha stess abbażi tal-informazzjoni disponibbli jew abbażi tal-ilmenti jew tar-rapporti li tirċievi. L-Awtorità għall-Integrità għandha tistabbilixxi interfaċċa tal-informaturi fejn tista’ titwettaq komunikazzjoni anonima u kunfidenzjali. L-Awtorità tal-Integrità għandha tistabbilixxi, taġġorna u topera reġistru tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati b’sentenza finali tal-qorti jew deċiżjoni amministrattiva finali li teskludi lil dawk l-operaturi ekonomiċi mill-proċeduri ta’ akkwist pubbliku. L-Awtorità għall-Integrità għandha tkun obbligata tirrapporta każijiet suspettati ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew kwalunkwe irregolarità u illegalità oħra lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u, fejn applikabbli, lill-OLAF. L-Awtorità għall-Integrità għandu jkollha setgħat inekwivoċi u mhux limitati li tkompli teżerċita s-setgħat tagħha anki f’każijiet fejn il-proġetti jew il-proċeduri affettwati inizjalment previsti għall-appoġġ tal-Unjoni ġew sussegwentement irtirati mill-appoġġ tal-Unjoni. |
||||
|
161 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Rapport dwar l-Eżerċizzju ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Integrità |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q1 |
2023 |
Rapport komprensiv dwar l-Eżerċizzju ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Integrità mwettaq mill-Awtorità għall-Integrità għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. Dan l-eżerċizzju għandu jinkludi evalwazzjoni tas-sitwazzjoni attwali tal-integrità fis-sistema tal-akkwist pubbliku fl-Ungerija, billi jidentifika r-riskji għall-integrità u l-problemi sistemiċi b’integrità li jeħtieġ li jiġu indirizzati, l-għodod disponibbli biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji u l-problemi, il-lakuni fl-indirizzar ta’ dawk ir-riskji u l-problemi kif ukoll jipproponi soluzzjonijiet possibbli. L-eżerċizzju għandu jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ korpi internazzjonali rilevanti u infurmati (eż. l-OECD, il-Bank Dinji) u jkun ibbażat fuq l-indikaturi tal-“Pilastru IV tal-Metodoloġija għall-Valutazzjoni tas-Sistemi tal-Akkwist (MAPS), ir-Responsabbiltà, l-Integrità u t-Trasparenza tas-Sistema tal-Akkwist Pubbliku”. L-eżerċizzju għandu jqis ukoll il-kontribuzzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nazzjonali jew internazzjonali li jimmonitorjaw l-istat ta’ integrità fl-Ungerija. |
||||
|
162 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Bidu tal-applikazzjoni tas-setgħat u l-kompetenzi dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-Awtorità għall-Integrità |
Bidu tal-applikazzjoni tas-setgħat u l-kompetenzi għall-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-Awtorità għall-Integrità |
Q1 |
2023 |
Bidu tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jittrasferixxu r-responsabbiltà legali u l-kompetenza esklużivi li tivverifika d-dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 183 tal-Att CXXV tal-2018 għall-Awtorità għall-Integrità, li tiżgura li l-Awtorità għall-Integrità jkollha s-setgħa li tivverifika direttament id-dikjarazzjonijiet tal-assi disponibbli għall-pubbliku tal-uffiċjali kollha ta’ riskju għoli, għal dikjarazzjonijiet tal-assi ta’ uffiċjali ta’ riskju għoli mhux disponibbli għall-pubbliku mill-inqas is-setgħa li titlob lill-korpi kompetenti li jwettqu l-verifika ta’ dawk id-dikjarazzjonijiet u tikseb ir-riżultat ta’ dik il-verifika, u jkollha aċċess dirett u mhux limitat għall-bażijiet ta’ data u reġistri rilevanti li tqis li huma meħtieġa biex tivverifika l-veraċità tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjonijiet tal-assi, mill-31 ta’ Marzu 2023. Uffiċjali b’riskju għandhom jinkludu l-President, il-membri tal-Parlament, il-membri tal-Gvern, il-kapijiet tal-awtoritajiet eżekuttivi ċentrali, uffiċjali politiċi oħra, persunal ta’ uffiċċji privati ta’ uffiċjali politiċi, gvernaturi reġjonali, sindki ta’ bliet kbar, imħallfin, prosekuturi, membri tal-korpi ta’ governanza ġudizzjarja u tal-prosekuzzjoni, investigaturi kontra l-korruzzjoni u eżekuttivi għolja ta’ intrapriżi tal-Istat. Dan għandu jinkludi l-verifika tad-dikjarazzjoni tal-assi irrispettivament minn jekk ikunux ġew ivverifikati qabel jew le. Għal persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 183 tal-Att CXXV tal-2018, dan għandu jinkludi wkoll dan li ġej: (i) li tali proċedura ta’ verifika mill-Awtorità għall-Integrità tista’ tinbeda mill-Awtorità għall-Integrità fuq inizjattiva proprja tagħha, fuq suspett jew fuq ilment minn kwalunkwe persuna li tressaq talba formali li tindika element allegatament skorrett f’dikjarazzjoni tal-assi; (ii) li l-Awtorità għall-Integrità għandha l-possibbiltà li tagħti struzzjonijiet lill-persuna li d-dikjarazzjoni tal-assi tagħha tkun taħt verifika mill-Awtorità għall-Integrità biex tippreżenta data u dokumenti ta’ sostenn rigward il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħha; (iii) li l-Awtorità għall-Integrità jkollha l-possibbiltà li titlob u tirċievi data mill-bażijiet tad-data u r-reġistri rilevanti kollha, inkluż, iżda mhux limitat għar-reġistru tal-kumpaniji, l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana, ir-reġistru tal-proprjetà u r-reġistru tal-vetturi, biex tivverifika l-kontenut ta’ dikjarazzjoni tal-assi; (iv) li l-Awtorità tal-Integrità tista’ tagħti struzzjonijiet lil persuna li l-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-assi tagħha l-Awtorità tal-Integrità sabet li ma kienx korrett biex tikkoreġi d-dikjarazzjoni tal-assi tagħha fi żmien 10 ijiem; (v) li n-nuqqas ta’ azzjoni fuq l-istruzzjoni tal-Awtorità għall-Integrità mill-persuna li d-dikjarazzjoni tal-assi tagħha l-Awtorità għall-Integrità sabet li ma kinitx korretta jew minn persuna li konxjament ipprovdiet data falza fid-dikjarazzjoni tal-assi tagħha għandu jirriżulta f’sensja awtomatika mill-impjieg tagħha. |
||||
|
163 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Ir-rapport annwali dwar l-Integrità għas-sena 2022 huwa disponibbli għall-pubbliku |
Pubblikazzjoni tal-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità, għas-sena 2022 |
Q2 |
2023 |
L-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità tal-Awtorità tal-Integrità għandu jkun disponibbli għall-pubbliku, li jkopri s-sena kalendarja tal-2022. Ir-rapport għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej: (i) analiżi kompluta u komprensiva tal-konċentrazzjoni tas-suq tal-akkwist pubbliku (kif indikat min-numru u l-valur tal-offerti li ntgħażlu mill-operaturi ekonomiċi); (ii) analiżi tad-differenzi bejn il-prezzijiet stmati u dawk finali fil-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti; (iii) valutazzjoni tar-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku, l-ostakli fl-implimentazzjoni tagħhom u l-prattiki amministrattivi relatati; (iv) l-identifikazzjoni tal-indikaturi tar-riskju; (v) valutazzjoni tal-użu ta’ ftehimiet qafas (inkluż id-distribuzzjoni ta’ kuntratti mogħtija lil u ftehimiet konklużi ma’ operaturi ekonomiċi u d-distribuzzjoni ta’ kuntratti speċifiċi mogħtija skont ftehimiet qafas bejn operaturi ekonomiċi); (vi) valutazzjoni ta’ jekk u sa liema punt is-sistema ta’ kontroll eżistenti hija kapaċi tidentifika u tipprevjeni, tidentifika u tikkoreġi b’mod effettiv ir-riskji ta’ korruzzjoni, frodi u kunflitt ta’ interess; (vii) attivitajiet relatati mal-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi; (viii) rakkomandazzjonijiet dwar it-titjib tas-sistemi u l-prattiki relatati mal-punti minn (i) sa (vii). L-ewwel rapport annwali għandu jinkludi wkoll: (i) valutazzjoni dwar jekk l-arranġamenti u l-prattiki rilevanti relatati mal-kunflitt ta’ interess fl-Ungerija humiex konsistenti mal-Avviż tal-Kummissjoni dwar Gwida dwar l-Evitar u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju (2021/C 121/01) u – jekk rilevanti – identifikazzjoni ta’ liema titjib ikun meħtieġ biex tiġi żgurata l-konsistenza; (ii) indikaturi speċifiċi għar-riskji ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interess. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti jitħejjew u jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
164 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Il-Gvern jeżamina l-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità tal-Awtorità tal-Integrità u jipprovdi t-tweġibiet tiegħu bil-miktub |
Pubblikazzjoni tat-tweġiba tal-Gvern dwar l-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità u l-ispjegazzjoni dettaljata tiegħu dwar kif beħsiebu jindirizza kull waħda mis-sejbiet li hemm fih |
Q3 |
2023 |
Il-Gvern għandu jeżamina l-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità u jipprovdi bil-miktub il-valutazzjoni tiegħu, inkluża spjegazzjoni dettaljata dwar kif beħsiebu jindirizza kull waħda mis-sejbiet, inklużi r-rakkomandazzjonijiet, fih. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti jiġu eżaminati u l-kummenti tal-gvern isiru disponibbli għall-pubbliku f’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta l-gvern jagħmel disponibbli għall-pubbliku bil-miktub il-valutazzjoni tiegħu u jiġu stabbiliti proċeduri xierqa li jiżguraw l-istess proċedura għar-Rapporti annwali dwar l-Integrità sussegwenti kollha. |
||||
|
165 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Rieżami tas-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi mill-Awtorità tal-Integrità |
Pubblikazzjoni ta’ rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami tal-Awtorità għall-Integrità tas-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi |
Q4 |
2023 |
L-Awtorità għall-Integrità għandha twettaq rieżami komprensiv tal-qafas regolatorju u l-funzjonament tas-sistema Ungeriża tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, inklużi l-kamp ta’ applikazzjoni u l-proċessi ta’ verifika tagħha u għandha tagħmel is-sejbiet tagħha disponibbli għall-pubbliku f’rapport. |
||||
|
166 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni |
It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tiġi stabbilita u torganizza l-ewwel laqgħa tagħha |
|
|
|
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandha tiġi stabbilita Task Force Kontra l-Korruzzjoni u għandha torganizza l-ewwel laqgħa tagħha. Il-kompiti tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin: (a) teżamina l-miżuri eżistenti kontra l-korruzzjoni u telabora proposti dwar it-titjib tal-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjonar ta’ prattiki korrotti u prattiki oħra bħan-nepotiżmu, il-favoritiżmu jew ir-“revolving doors” bejn is-settur pubbliku u dak privat; (b) tressaq proposti għal miżuri biex (i) ittejjeb il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-korruzzjoni (inkluż l-użu effettiv tal-għodod kollha disponibbli għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-korruzzjoni), (ii) ittejjeb il-fluss ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ kontroll tal-Istat u l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali; (c) tivvaluta kif il-proposti preċedenti tiegħu ġew segwiti u implimentati; (d) tħejji rapport annwali u tibagħtu lill-Gvern sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena. Dak ir-rapport għandu (i) janalizza r-riskji u x-xejriet tal-korruzzjoni u l-prattiki korrotti, (ii) jipproponi kontromiżuri effettivi u l-aħjar prattiki għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u s-sanzjonar tar-riskji ta’ korruzzjoni u t-tipi ta’ korruzzjoni, jivvaluta l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, (iii) jivvaluta kif il-proposti preċedenti tiegħu ġew segwiti u implimentati f’inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti u programmi tal-gvern. Ir-regoli applikabbli għandhom jiżguraw li l-Gvern għandu jiddiskuti r-rapport tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni u l-proposti inklużi fih fi żmien xahrejn u li, jekk ma jiddeċidix li jimplimenta proposta tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni, huwa għandu jipprovdi lill-president tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni b’raġunament dettaljat għad-deċiżjoni tiegħu. L-atturi nongovernattivi rilevanti attivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandhom ikunu involuti fl-attivitajiet tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni u għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni sħiħa, strutturata u effettiva tagħhom. Għandu jiġi żgurat li tali membri jkunu evidentement indipendenti mill-gvern, mill-awtoritajiet pubbliċi, mill-partiti politiċi u mill-interessi kummerċjali, ikollhom għarfien espert ippruvat u attività professjonali verifikabbli fit-tul biżżejjed f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza, l-aċċess għall-informazzjoni pubblika, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, l-infurzar tal-liġi relatat ma’ dawk is-suġġetti. Il-membri nongovernattivi tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandhom jintgħażlu abbażi ta’ sejħa miftuħa għall-applikazzjonijiet mill-bord tal-Awtorità għall-Integrità u wara l-opinjoni vinkolanti dwar l-eliġibbiltà tal-kandidati mill-kumitat tal-eliġibbiltà msemmi fl-istadju importanti 160. Dik l-għażla għandha tkun ibbażata fuq proċess tal-għażla miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju u kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu tal-kandidati. Għandu jiġi żgurat li l-għadd ta’ membri nongovernattivi jammonta għal 50 % tal-membri tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni (il-president eskluż), jew, jekk dan ma jkunx jista’ jiġi żgurat, li s-sehem tal-voti tal-membri nongovernattivi jiġi modulat biex jinkiseb 50 % tat-total tal-voti (eskluż il-president). Il-president tal-Awtorità għall-Integrità (imsemmi fl-istadju importanti 160) għandu jaġixxi bħala l-president tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni. Fl-istess ħin, il-membri tat-Task Force ma għandhomx jinterferixxu mal-ħidma tal-Awtorità għall-Integrità jew ikollhom aċċess għall-ħidma tagħha. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiżguraw li jkunu rappreżentati minn persuni kompetenti ta’ livell għoli biżżejjed fit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni. It-task force għandha tiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u tieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi tal-voti mitfugħa. Il-minuti tal-laqgħat tagħha għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web għat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni flimkien ma’ kontribuzzjonijiet u osservazzjonijiet bil-miktub mibgħuta mill-membri tagħha qabel jew wara l-laqgħat tagħha mitluba li jiġu mehmuża mal-minuti tal-laqgħa. It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha stess fuq proposta mill-president tagħha fl-ewwel laqgħa tagħha. Għall-finijiet tal-ħidma ta’ din it-Task Force Kontra l-Korruzzjoni, il-korruzzjoni għandha tinftiehem kif definita mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371, ir-reati skont il-Kapitolu III tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni, ir-reati kriminali stabbiliti fil-Kapitolu XXVII tal-Att C tal-2012 dwar il-Kodiċi Kriminali kif ukoll prattiki oħra bħan-nepotiżmu, il-kroniżmu jew ir-revolving doors bejn is-settur pubbliku u dak privat. It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha tqis ukoll sitwazzjonijiet ta’ kunflitti ta’ interess kif definit mill-Artikolu 61(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2014/24/UE, kif ikkomplementat mill-Gwida tal-Kummissjoni dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju (C/2021/2119), u mid-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti. L-istadju importanti għandu jintlaħaq meta t-Task Force Kontra l-Korruzzjoni tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq, ikollha l-ewwel laqgħa tagħha u l-minuti ta’ dik il-laqgħa jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni. |
|
|
167 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
L-analiżi annwali tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għas-sena 2022 hija disponibbli għall-pubbliku |
Pubblikazzjoni tal-ewwel rapport annwali tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għas-sena 2022 |
Q1 |
2023 |
It-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għandha topera kif speċifikat fl-istadju importanti 166 u għandha tadotta u tagħmel disponibbli għall-pubbliku l-ewwel rapport annwali tagħha flimkien mar-rapport parallel ta’ atturi nongovernattivi li huma membri tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni jekk jitħejja tali rapport, li jkopri s-sena kalendarja 2022. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll il-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni dwar l-abbozz tal-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (l-istadju importanti 178). Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti jitħejjew u jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
168 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
Il-Gvern jeżamina l-ewwel rapport tat-Task Force |
Pubblikazzjoni tar-rispons tal-Gvern dwar l-ewwel rapport tat-Task Force |
|
|
|
Q2 |
2023 |
Il-gvern għandu jeżamina u jiddiskuti l-ewwel rapport tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni u jipprovdi l-kummenti tiegħu – inkluż raġunament dettaljat fir-rigward ta’ kull proposta mit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni li ddeċieda li ma jimplimentax – lit-Task Force Kontra l-Korruzzjoni. L-istadju importanti jintlaħaq ladarba l-lista tal-miżuri meħuda u li għandhom jittieħdu (b’indikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien previst għall-miżuri li għadhom ma tteħdux) mill-gvern abbażi tal-proposti tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni, u r-raġunijiet dettaljati tal-gvern għal kull waħda minn dawk il-proposti tat-Task Force li ddeċieda li ma jimplimentawx, ikunu disponibbli għall-pubbliku kemm fuq il-portal tal-gvern kif ukoll fuq is-sit web tal-Awtorità għall-Integrità. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti jiġu eżaminati u l-kummenti tal-gvern isiru disponibbli għall-pubbliku f’konformità ma’ dan ta’ hawn fuq. |
|
|
169 |
C9.R3 Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika (“stħarriġ ġudizzjarju”) |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika |
Dispożizzjoni fl-emenda tal-Att XC tal-2017 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali li tindika d-dħul fis-seħħ u l-bidu tal-applikazzjoni |
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandha tidħol fis-seħħ emenda tal-Att XC tal-2017 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali li għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2023, anki għal reati kriminali (mhux preskritti) mwettqa qabel dik id-data, wara rieżami ex ante mill-Qorti Kostituzzjonali, li għandha: – tistabbilixxi proċedura li tikkonċerna l-korruzzjoni u l-prattiki relatati mal-korruzzjoni kif definit fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2017/1371 u fil-Kapitolu III tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni (jiġifieri l-każijiet kollha ta’ tixħim li jinvolvu uffiċjali pubbliċi kif ukoll każijiet oħra ta’ tixħim bl-eċċezzjoni ta’ reati żgħar, abbuż tal-uffiċċju bl-eċċezzjoni ta’ reati żgħar, il-każijiet aggravati ta’ frodi tal-baġit, in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu superviżorju jew ta’ kontroll relatat mal-frodi tal-baġit, ftehim li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku u ta’ konċessjoni, reati aktar serji kontra l-proprjetà – dment li r-reat kriminali jitwettaq fir-rigward ta’ assi nazzjonali jew assi ġestiti minn fondazzjoni tal-ġestjoni tal-assi ta’ interess pubbliku li twettaq dmir pubbliku jew tagħmel ħsara lil tali assi. Għandha tkun disponibbli għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali u l-ħasil tal-flus jekk jitwettaq b’rabta mar-reati msemmija hawn fuq); – tistabbilixxi stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tas-servizz tal-prosekuzzjoni jew tal-awtorità investigattiva li tiċħad rapport ta’ reat jew ittemm il-proċedimenti kriminali mill-imħallef inkwirenti tal-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda li għandu jkollu l-awtorità li jordna l-bidu jew il-kontinwazzjoni tal-proċedimenti kriminali. Eventwalment wara l-mozzjoni għal reviżjoni, jekk id-deċiżjoni li jiġi miċħud rapport ta’ reat jew li jintemmu l-proċedimenti kriminali tkun twarrbet mill-imħallef inkwirenti, f’każ ta’ terminazzjoni ripetuta tal-proċedura, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li jiġi ppreżentat att ta’ akkuża quddiem il-qorti tal-ġustizzja. Il-mozzjoni għal reviżjoni għandu jkollha effett sospensiv fuq il-miżuri koerċittivi li jaffettwaw l-assi. Wara mozzjoni ripetuta għal reviżjoni, il-maġistrat istruttur għandu jistabbilixxi jekk hemmx persuna li tista’ raġonevolment tkun suspettata li wettqet reat. F’dak il-każ, il-proċedura għandha tiftaħ id-dritt li titressaq akkuża quddiem il-qorti kompetenti li għandha tiddeċiedi dwar il-merti tal-każ wara li tkun semgħet l-evidenza. F’każijiet fejn tista’ tiġi reġistrata mozzjoni għal prosekuzzjoni, ma għandux jiġi previst eżami preliminari tar-raġuni għall-mozzjoni għal prosekuzzjoni mill-qorti tal-prim’istanza. Il-proċedura tista’ tiġi skattata minn kulħadd; persuni fiżiċi u ġuridiċi jistgħu jippreżentaw mozzjonijiet skont din il-proċedura bl-eċċezzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, madankollu, l-Awtorità għall-Integrità (ara l-istadju importanti 160) għandu jkollha d-dritt li tressaq mozzjoni għal reviżjoni u mozzjoni għal reviżjoni ripetuta. Il-parti offiża u l-parti li tirrapporta reat għandu jkollha pożizzjoni proċedurali privileġġata, b’partijiet oħrajn li jkollhom il-possibbiltà li jiskattaw il-proċedura, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni psewdonimizzata li ma tinfetaħx jew tintemm l-investigazzjoni, jekk il-parti offiża jew il-parti li tirrapporta reat ma tkunx għamlet dan. Ir-rappreżentanza legali għandha tkun obbligatorja għall-partijiet kollha. Ir-rappreżentant legali għandu jikkomunika b’mezzi elettroniċi u l-firma tal-parti ma għandhiex tkun meħtieġa għal atti fi ħdan il-proċedura. Il-parti li tippreżenta mozzjoni għal prosekuzzjoni ma għandhiex tkun obbligata tidher fil-qorti personalment. Il-Prosekutur Ġenerali ma għandux ikollu l-possibbiltà li jippreżenta lill-Kúria rimedju legali straordinarju abbażi tal-legalità kontra d-deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija skont il-proċedura l-ġdida. L-eżistenza ta’ deċiżjoni li tiċħad rapport ta’ reat jew deċiżjoni li ttemm il-proċedimenti, adottata qabel l-1 ta’ Jannar 2023 (relatata ma’ reati li mhumiex preskritti minħabba l-istatut tal-preskrizzjoni) ma għandhiex tneħħi l-obbligu tal-awtorità investigattiva jew tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li jadotta deċiżjoni ġdida dwar ir-rapport ta’ reat skont it-Taqsima 379 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, liema deċiżjoni tista'’tkun soġġetta għal mozzjoni għal reviżjoni taħt il-proċedura l-ġdida. Il-qrati kollha fl-Ungerija li jisimgħu kawżi ċivili, amministrattivi u kriminali, inklużi dawk rilevanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ indipendenza, imparzjalità u stabbiliti bil-liġi f’konformità mal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-acquis rilevanti tal-UE. Barra minn hekk, sal-31 ta’ Diċembru 2022 a) ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-emenda għandhom jidħlu fis-seħħ, u b) il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda għandha tiġi allokata karigi addizzjonali għal mill-inqas żewġ imħallfin u żewġ segretarji legali. |
||||
|
170 |
C9.R3 Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika (“stħarriġ ġudizzjarju”) |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika |
Il-Gvern jadotta r-rapport tiegħu dwar ir-rieżami tal-funzjonament tal-proċedura speċjali |
Q4 |
2023 |
Il-Gvern għandu jwettaq rieżami komprensiv tal-funzjonament tal-proċedura speċifika stabbilita fl-istadju importanti 169 u jippreżenta s-sejbiet tiegħu f’rapport, li jinkludi valutazzjoni u data statistika speċifika dwar każijiet u rieżamijiet imwettqa meta mqabbla ma’ każijiet oħra ta’ livell għoli investigati fejn ma jkun sar l-ebda rieżami. Ir-rieżami għandu jindika wkoll b’mod espliċitu jekk il-bidliet leġiżlattivi fil-proċedura humiex meqjusa meħtieġa u jindika l-perjodu ta’ żmien previst għal dawn. |
||||
|
171 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li jestendu l-ambitu personali u materjali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, filwaqt li jiżguraw divulgazzjoni frekwenti |
Dispożizzjoni fl-emendi leġiżlattivi li tindika d-dħul fis-seħħ u l-bidu tal-applikazzjoni tagħhom |
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati biex jiġi żgurat li (i) il-persuni fdati b’funzjonijiet politiċi għolja skont it-Taqsimiet 183 u 184 tal-Att CXXV tal-2018 dwar l-amministrazzjoni tal-gvern u l-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika mal-persuni kkonċernati, kif ukoll il-membri tal-Assemblea Nazzjonali u l-qraba tagħhom li jgħixu fl-istess unità domestika bħall-membri kkonċernati għandhom jippreżentaw dikjarazzjonijiet tal-assi għall-ewwel darba skont ir-regoli l-ġodda tad-dikjarazzjoni tal-assi sal-31 ta’ Jannar 2023 relatati mal-Istat fl-31 ta’ Diċembru 2022; (ii) l-individwi kollha li jaqgħu fl-ambitu personali fil-punt (i) għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw: dħul, proprjetà immobbli, proprjetajiet oħra ta’ valur (bħal vetturi, bastimenti, antikitajiet ta’ valur, xogħol tal-arti, eċċ.), tfaddil f’depożiti bankarji u flus, assi fi stokks, titoli u fondi ta’ ekwità privata, poloz tal-assigurazzjoni tal-ħajja, trusts, u sjieda benefiċjarja tal-intrapriżi; (iii) li d-dikjarazzjonijiet tal-assi għandhom jiġu ppreżentati malli jibdew id-dmirijiet tagħhom, imbagħad kull sena minn hemm ’il quddiem u fil-ħin li jħallu d-dmirijiet ikkonċernati. |
||||
|
172 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida għas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi f’format diġitali u bażi tad-data pubblika għad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Funzjonalità sħiħa, bidu tal-operat u ambitu sħiħ tad-dikjarazzjonijiet tal-assi magħmula disponibbli f’sistema elettronika ġdida ta’ dikjarazzjoni tal-assi |
Q1 |
2023 |
Sistema ġdida għandha tkun kompletament funzjonali u operattiva, fejn id-dikjarazzjonijiet tal-assi għandhom jiġu ppreżentati elettronikament f’format diġitali. Il-gvern għandu jistabbilixxi u jagħmel disponibbli għall-pubbliku wkoll, bla ħlas u mingħajr reġistrazzjoni, bażi tad-data konsultabbli ta’ dikjarazzjonijiet tal-assi ppreżentati minn persuni fdati b’funzjonijiet politiċi għolja skont it-Taqsimiet 183 u 184 tal-Att CXXV tal-2018 dwar l-amministrazzjoni tal-gvern u l-membri tal-Assemblea Nazzjonali. |
||||
|
173 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali effettivi dwar il-ksur serju tal-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-assi |
Bidu tal-applikazzjoni tar-reġim il-ġdid ta’ sanzjonijiet li jikkonċerna ksur serju tal-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-assi |
Q3 |
2023 |
L-azzjoni speċifika fl-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (l-istadju importanti 178) dwar l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ sanzjonar effettiv, proporzjonat u dissważiv biżżejjed (inklużi kemm sanzjonijiet kriminali kif ukoll amministrattivi) li jikkonċerna ksur serju relatat mal-obbligi ta’ persuni soġġetti għar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi għandha titlesta u r-reġim ta’ sanzjonijiet relatat għandu jibda jiġi applikat. |
||||
|
174 |
C9.R5 Żgurar tat-trasparenza tal-użu tar-riżorsi pubbliċi mill-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att li jiżgura sorveljanza effettiva dwar kif fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku u persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom jagħmlu użu mill-appoġġ tal-Unjoni |
Dispożizzjoni fl-att leġiżlattiv li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza: ta’ emendi leġiżlattivi ddedikati li għandhom: (i) jiddeżinjaw b’mod espliċitu l-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku, u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom bħala awtoritajiet kontraenti fis-sens tat-Taqsima 5 tal-Att CXLIII tal-2005 dwar l-akkwist pubbliku; (ii) jiżguraw li l-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom kif ukoll il-persunal tagħhom, inklużi l-presidenti u l-membri tal-bordijiet tagħhom u l-bordijiet superviżorji tagħhom, involuti fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fi kwalunkwe kapaċità (bħala riċevituri finali, benefiċjarji jew intermedjarji) għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall-entitajiet pubbliċi u għall-entitajiet ġuridiċi ġestiti minnhom fil-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u l-awditjar u l-kontrolli – inkluż dawk relatati mar-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess – fir-rigward tal-involviment tagħhom fl-appoġġ tal-Unjoni; u (iii) jiżguraw il-konformità sħiħa tar-regoli applikabbli għall-individwi kollha li għandhom kariga jew li huma impjegati minn fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku u l-persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-istruzzjonijiet u l-prattika stabbiliti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar Gwida dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju (2021/C 121/01) irrispettivament mill-attivitajiet u l-funzjonijiet l-oħra tagħhom, inkluż fil-gvern Ungeriż. |
||||
|
175 |
C9.R6 Titjib tat-trasparenza tan-nefqa pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tan-nefqa pubblika |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tan-nefqa pubblika |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ att leġiżlattiv li jistabbilixxi obbligu għall-korpi pubbliċi kollha biex jippubblikaw b’mod proattiv sett predefinit ta’ informazzjoni dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi f’reġistru ċentrali. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f’reġistru ċentrali, li għandu jipprovdi wkoll informazzjoni dwar is-sottokuntratturi, f’konformità mal-metodoloġija rilevanti pprovduta taħt l-istadju importanti 197. Ir-reġistru ċentrali għandu jinkludi identifikaturi uniċi tal-kuntratti fis-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS) (l-istadju importanti 197) biex jippermetti lil dawk li jitolbu d-data jsibu informazzjoni relatata dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku fl-EPS. L-att leġiżlattiv għandu jistabbilixxi wkoll proċeduri u regoli ċari għall-pubblikazzjoni ta’ tali data, inklużi l-iskadenza għall-pubblikazzjoni u l-forma tagħha. Is-settijiet ta’ data li għandhom jittellgħu għandhom ikunu rilevanti, korretti u definiti abbażi tal-prinċipji ta’ trasparenza u proporzjonalità, u f’konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. Is-sett minimu ta’ data li għandu jittella’ fir-reġistru ċentrali għandu jinkludi: (i) id-data kollha li għaliha l-pubblikazzjoni hija diġà obbligatorja għal skopijiet ta’ trasparenza, inkluża d-data ppubblikata fir-reġistru ta’ trasparenza tal-għajnuna mill-Istat; (ii) il-forma ta’ nefqa pubblika inkluża l-bażi legali tagħha; (iii) l-isem ġuridiku sħiħ tar-riċevitur (għal persuna ġuridika) jew l-isem u l-kunjom tar-riċevitur (għal persuni fiżiċi); (iv) il-valur tan-nefqa pubblika; (v) jekk ir-riċevitur huwiex persuna fiżika jew ġuridika; (vi) identifikatur uniku għall-persuni ġuridiċi (numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fejn disponibbli jew identifikatur uniku ieħor stabbilit fil-livell nazzjonali); (vii) dettalji tal-kuntratt relatati mal-infiq tal-fondi pubbliċi, inklużi n-natura u l-iskop tagħhom (it-tip ta’ kuntratt użat, it-tip ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti użata, il-valur tal-kuntratt, id-data tal-firma, it-tul ta’ żmien tal-kuntratt, l-objettiv li jrid jinkiseb, ir-riżultat li għandu jitwettaq skont il-kuntratt); (viii) fajls tal-offerti relatati mal-infiq tal-fondi pubbliċi, inklużi n-natura u l-iskop tagħhom (il-valur stmat, it-tip ta’ proċedura tal-akkwist pubbliku, id-data tal-offerti, l-għadd ta’ offerti ppreżentati, l-isem tal-offerenti); (ix) l-isem tal-fornituri tas-servizzi, inkluż l-isem tas-sottokuntratturi, il-fornituri u l-fornituri tal-kapaċità, f’format ta’ test liberu għad-data storika, u f’format proċessabbli b’mezzi awtomatiċi għal akkwisti pubbliċi futuri; (x) is-sehem maħsub tas-sottokuntratturi jekk disponibbli, kemm għall-akkwisti pubbliċi tal-passat kif ukoll għal dawk futuri; (xi) il-korp pubbliku responsabbli; (xii) id-data meta ġew żborżati l-fondi. L-att leġiżlattiv għandu jindika li, minbarra dan ta’ hawn fuq, informazzjoni li tindika jekk il-fondi pubbliċi jinvolvux (kompletament jew parzjalment) appoġġ tal-Unjoni ’l fuq mil-limitu tal-akkwist pubbliku nazzjonali għandha tkun disponibbli wkoll fir-reġistru ċentrali. L-att leġiżlattiv għandu jindika wkoll li għal proċeduri ta’ akkwist mibdija wara l-31 ta’ Marzu 2023, tali informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-reġistru wkoll għal proċeduri li jinvolvu appoġġ mill-Unjoni li ma jaqbiżx il-limiti nazzjonali tal-akkwist pubbliku. L-att leġiżlattiv għandu jiżgura li s-settijiet ta’ data ppubblikati fir-reġistru ċentrali għandhom jiġu ppubblikati f’format miftuħ, interoperabbli u li jinqara mill-magni, li jippermetti li t-tniżżil bil-massa u d-data jiġu magħżula, imfittxija, estratti, imqabbla u użati mill-ġdid. Għandu jindika wkoll li l-aċċess għad-data għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas u mingħajr il-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni. L-att leġiżlattiv għandu jinkludi obbligu li l-korpi pubbliċi jaġġornaw id-data fir-reġistru ċentrali mill-inqas kull xahrejn (ħlief għal data direttament disponibbli fl-EPS li għandha tiġi aġġornata f’konformità mal-frekwenza applikabbli għall-bażi tad-data tal-avviż tal-għoti ta’ kuntratt tal-EPS). L-informazzjoni li tikkonċerna l-prova tal-prestazzjoni u l-fatturi għandha tkompli tkun disponibbli mat-talbiet għall-aċċess għall-informazzjoni pubblika. Il-qafas leġiżlattiv għandu jiżgura li l-Gvern jissorvelja l-konformità mal-obbligi stabbiliti fl-att leġiżlattiv imsemmi hawn fuq u jinfurzahom u jiżgura li l-korpi pubbliċi jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jtellgħu d-data rilevanti kollha b’mod sħiħ u f’waqtu fir-reġistru. |
||||
|
176 |
C9.R6 Titjib tat-trasparenza tan-nefqa pubblika |
Stadju importanti |
Ir-reġistru ċentrali stabbilit skont il-miżuri ta’ rimedju fil-proċedura ta’ kondizzjonalità huwa kompletament operazzjonali u s-sett sħiħ ta’ informazzjoni meħtieġ huwa disponibbli fih |
L-awtoritajiet pubbliċi rilevanti tellgħu d-data kollha meħtieġa fir-reġistru ċentrali u r-reġistru ċentrali huwa disponibbli għall-pubbliku |
Q1 |
2023 |
Ir-reġistru ċentrali, bil-karatteristiċi deskritti taħt l-istadju importanti 175 għandu jkun kompletament operazzjonali, u s-sett sħiħ ta’ informazzjoni taħt l-istadju importanti 175 għandu jittella’ (inkluż għal informazzjoni li tindika jekk il-fondi pubbliċi jinvolvux (kompletament jew parzjalment) appoġġ tal-Unjoni għal akkwisti taħt u ’l fuq mil-limiti tal-akkwist pubbliku nazzjonali) u jiġi żgurat li għandu jkompli jittella’. Sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit, il-korpi pubbliċi rilevanti għandhom jiġu pprovduti bl-iżvilupp tal-applikazzjoni meħtieġa għall-forniment tad-data u l-mudell applikabbli għall-forniment tad-data, il-korpi pubbliċi kkonċernati għandhom jingħataw informazzjoni dwar id-data li għandha tiġi ddivulgata. L-ewwel forniment ta’ data għandu jsir kontinwament mill-bidu tat-tħaddim tal-applikazzjoni. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta l-awtoritajiet pubbliċi jkunu tellgħu d-data rilevanti kollha kif ipprovduta fl-istadju importanti 175 b’mod sħiħ fir-reġistru ċentrali, u r-reġistru ċentrali jkun aċċessibbli għall-pubbliku bil-funzjonalitajiet kollha deskritti fl-istadju importanti 175. |
||||
|
177 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti skont l-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni relatat li jkopri l-perjodu 2020-2022 |
Implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi taħt l-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat li jkopri l-2020-2022 mill-Gvern |
Q1 |
2023 |
Il-Gvern għandu jimplimenta bis-sħiħ l-azzjonijiet Nru 1, 2, 3, 4, 6a, 6b, 7a, 7b, 10, 12, 13, 14, 15, 16, 17 u 18 li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Gvern 1328/2020 (VI. 19.). |
||||
|
178 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tqegħid fis-seħħ ta’ Strateġija Nazzjonali ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni relatat |
Adozzjoni u bidu tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat mill-Gvern |
Q2 |
2023 |
Il-Gvern għandu jadotta Strateġija Nazzjonali ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni relatat li jinkludi azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fil-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2025 u li għandhom jitħejjew fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-Istrateġija u l-Pjan ta’ azzjoni għandhom jitħejjew bl-involviment tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni, stabbilita f’konformità mal-istadju importanti 166 abbażi abbażi tal-pariri ta’ politika mill-OECD, wara konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati nazzjonali u internazzjonali, inklużi l-Kummissjoni u l-GRECO, u fi djalogu mal-partijiet ikkonċernati li jinkorporaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom. L-istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni għandha tibni fuq u tkun konsistenti mal-istrateġija taħt l-istadju importanti 220. Il-prijorità ewlenija tagħha għandha tkun li ttejjeb b’mod effettiv il-mekkaniżmi li jiżguraw il-prevenzjoni, il-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni (inkluż fis-sistema tal-akkwist pubbliku) u li ssaħħaħ is-sistema ta’ kif jiġu indirizzati r-riskji ta’ kunflitti ta’ interess. Din għandha tagħti attenzjoni partikolari lit-tisħiħ tal-qafas istituzzjonali u normattiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni ta’ livell għoli permezz tat-tisħiħ tat-trasparenza tal-ħidma tal-korpi pubbliċi (inkluż fil-livell politiku għoli). Għandha tiżgura implimentazzjoni koerenti ta’ miżuri kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni kemm għall-appoġġ finanzjarju nazzjonali kif ukoll għal dak tal-Unjoni. Il-pjan ta’ Azzjoni għandu jinkludi mill-inqas l-azzjonijiet iddedikati li ġejjin: (i) it-tisħiħ tar-repressjoni tal-korruzzjoni; (ii) it-tisħiħ tal-proċeduri ta’ kontroll amministrattiv indipendenti minn investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (inklużi l-mekkaniżmi ta’ verifika, kontroll u sanzjonar) relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi; (iii) l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi interni effiċjenti għall-promozzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ integrità fil-gvern (inkluż permezz ta’ taħriġ ġenerali għall-persunal kollu u konsulenza kunfidenzjali għal livell eżekuttiv u politiku għoli; (iv) ir-rieżami tal-applikazzjoni tal-Kodiċi tal-Etika Professjonali mill-Korp Uffiċjali tal-Gvern tal-Ungerija kif ukoll il-prattiki tal-gvernijiet lokali biex jidentifikaw u jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward tal-kuntatti mal-lobbisti u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess; (v) l-adozzjoni, it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u l-bidu tal-applikazzjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta għal persuni b’funzjonijiet eżekuttivi ewlenin (kif definit mill-GRECO), li jipprovdi gwida ċara dwar kwistjonijiet ta’ integrità (inkluż fir-rigward ta’ a) kuntatt mal-lobbisti, b) restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg [li jindirizzaw il-prattika ta’ “revolving doors” bejn il-pożizzjonijiet fis-setturi pubbliċi u privati] u c) l-impjieg tal-qraba u l-promozzjoni għall-impjieg [nepotiżmu]); (vi) bi skadenza immedjata għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe azzjoni residwa li tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-Gvern 1328/2020 (VI. 19.) mhux implimentata sat-30 ta’ Ġunju 2023. Il-punt (ii) ta’ hawn fuq għandu jinkludi azzjonijiet speċifiċi biex jiġi introdott reġim ta’ sanzjonar effettiv, proporzjonat u dissważiv biżżejjed (inklużi kemm sanzjonijiet kriminali kif ukoll amministrattivi) li jikkonċerna ksur serju relatat mal-obbligi ta’ persuni soġġetti għar-regoli dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi. L-istadju importanti għandu jitqies bħala ssodisfat ladarba l-Gvern jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni wara l-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni (l-istadju importanti 166) abbażi ta’ abbozz li jkun disponibbli għalih minn qabel. |
||||
|
179 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tal-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat |
Adozzjoni u pubblikazzjoni ta’ rapport dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-Pjan ta’ Azzjoni |
Q1 |
2026 |
Il-Gvern għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida kontra l-Korruzzjoni u l-azzjonijiet previsti skont il-Pjan ta’ Azzjoni. |
||||
|
180 |
C9.R8 Aġġornament tas-sistemi ta’ kooperazzjoni tas-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ korruzzjoni. |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida tal-IT għat-trattament ta’ dokumenti sensittivi tas-servizz tal-prosekuzzjoni |
Is-sistema l-ġdida tal-IT għat-trattament ta’ dokumenti sensittivi f’konformità mad-deskrizzjonijiet tas-sistema, hija kompletament funzjonali u operazzjonali u s-servizz tal-prosekuzzjoni beda jużaha |
Q2 |
2024 |
Abbażi ta’ deskrizzjoni dettaljata tas-sistema, għandha titwaqqaf sistema ġdida tal-IT għall-ittrattar ta’ dokumenti sensittivi li tappoġġa u tiffaċilita l-ħidma amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ mill-inqas seba’ unitajiet organizzattivi involuti f’investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni. L-istadju importanti għandu jitqies bħala milħuq ladarba, wara s-sessjonijiet ta’ prova meħtieġa tas-sistema tal-IT u t-taħriġ għall-persunal meħtieġ, is-sistema tkun kompletament funzjonali u operazzjonali u tiġi attivata (jiġifieri s-seba’ unitajiet organizzazzjonali involuti fl-investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni bdew jużawha). |
||||
|
181 |
C9.R8 Aġġornament tas-sistemi ta’ kooperazzjoni tas-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ korruzzjoni. |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida tal-IT għat-trattament ta’ fajls tal-kawża tas-servizz tal-prosekuzzjoni |
Is-sistema l-ġdida tal-IT għat-trattament ta’ fajls tal-kawża f’konformità mad-deskrizzjonijiet tas-sistema, hija kompletament funzjonali u operazzjonali u s-servizz tal-prosekuzzjoni beda jużaha |
Q4 |
2025 |
Abbażi ta’ deskrizzjoni dettaljata tas-sistema, għandha titwaqqaf sistema ġdida tal-IT għall-ittrattar ta’ fajls tal-kawża li tappoġġa u tiffaċilita l-ħidma amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni ta’ mill-inqas seba’ unitajiet organizzattivi involuti f’investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni. L-istadju importanti għandu jitqies bħala milħuq ladarba, wara s-sessjonijiet ta’ prova meħtieġa tas-sistema tal-IT u t-taħriġ għall-persunal meħtieġ, is-sistema tkun kompletament funzjonali u operazzjonali u tiġi attivata (jiġifieri s-seba’ unitajiet organizzazzjonali involuti fl-investigazzjonijiet ta’ prosekuzzjoni bdew jużawha). |
||||
|
|
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa |
Il-kuntratt mal-kuntrattur li jimplimenta l-kampanja pubblika ta’ sensibilizzazzjoni tal-pubbliku jiġi ffirmat u l-kampanja tkun bdiet |
|
|
|
Q4 |
2022 |
Għandu jitfassal programm dettaljat ta’ kampanja biex jiġi żgurat li l-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa tkun effettiva u tilħaq il-maġġoranza taċ-ċittadini. Il-programm dettaljat tal-kampanja għandu jiġi adottat u l-kuntratt għall-implimentazzjoni ta’ dak il-programm tal-kampanja mal-kuntrattur ta’ implimentazzjoni għandu jiġi ffirmat mis-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni Is-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni għandu jħabbar uffiċjalment it-tnedija tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni. |
|
|
183 |
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Valutazzjoni interim tal-ewwel riżultati tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa |
Finalizzazzjoni ta’ valutazzjoni interim tal-ewwel riżultati tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni |
Q3 |
2023 |
Tfassil u adozzjoni ta’ rapport ta’ valutazzjoni interim tal-ewwel riżultati tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni li tidentifika t-tagħlimiet meħuda, l-għadd ta’ ċittadini milħuqa, il-bidla fil-perċezzjoni taċ-ċittadini dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa meta mqabbel mas-sitwazzjoni qabel it-tnedija tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni. |
||||
|
184 |
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ ċittadini li ntlaħqu permezz tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni kompluta |
|
Numru |
0 |
5 000 000 |
Q4 |
2024 |
Il-mira għandha titqies milħuqa meta s-Servizz Nazzjonali ta’ Protezzjoni jaċċetta r-rapport tal-kampanja finali u r-riżultati ewlenin tiegħu jsiru disponibbli għall-pubbliku, inkluż l-għadd ta’ ċittadini milħuqa (mill-inqas 5 000 000) mill-kampanja kif ivvalidata minn stħarriġ indipendenti u stabbilit fir-rapport tal-kampanja aċċettat li għandu jiddeskrivi wkoll l-għodod tal-kampanja użati, il-gruppi fil-mira milħuqa u analiżi tal-bidla fl-attitudni fost iċ-ċittadini b’riżultat tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-eradikazzjoni tat-tixħim fil-qasam tas-saħħa. |
|
|
185 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
% |
16 |
15 |
Q1 |
2023 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u mill-inqas il-31 ta’ Diċembru 2022 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati mill-inqas parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
||
|
186 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż it-32 % |
% |
36 |
32 |
Q1 |
2023 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u mill-inqas il-31 ta’ Diċembru 2022 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati esklużivament mir-riżorsi nazzjonali huwa inqas minn 32 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-32 %. |
||
|
187 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
% |
15 |
15 |
Q1 |
2024 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023 b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-inqas parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
|
|
188 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-24 % |
|
% |
32 |
24 |
Q1 |
2024 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati esklużivament mir-riżorsi nazzjonali huwa inqas minn 24 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-24 %. |
|
|
189 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
% |
15 |
15 |
Q1 |
2025 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2024 b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-inqas parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
|
|
190 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
% |
24 |
15 |
Q1 |
2025 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2024 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati esklużivament mir-riżorsi nazzjonali huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
|
|
191 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
% |
15 |
15 |
Q1 |
2026 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2025 b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-inqas parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
||
|
192 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
% |
15 |
15 |
Q1 |
2026 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Diċembru 2025 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati esklużivament mir-riżorsi nazzjonali huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
|
|
193 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
% |
15 |
15 |
Q2 |
2026 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2026 u l-31 ta’ Diċembru 2026 b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-inqas parzjalment mill-appoġġ tal-Unjoni huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali mhux kwalifikat mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
||
|
194 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
% |
15 |
15 |
Q2 |
2026 |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti tal-akkwist pubbliku – li jkopru l-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – li ngħalqu bejn l-1 ta’ Jannar 2026 u l-31 ta’ Diċembru 2026 b’offerti uniċi, għall-akkwisti ffinanzjati esklużivament mir-riżorsi nazzjonali huwa inqas minn 15 %, imkejjel f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. Rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF għandu jikkonferma li s-sehem tal-offerti uniċi – ikkalkulat f’konformità mal-metodoloġija msemmija hawn fuq – ikun taħt il-15 %. |
|
|
195 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ għodda ta’ monitoraġġ u rapportar (“għodda ta’ rapportar b’offerta unika”) għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar akkwisti pubbliċi magħluqa b’offerti uniċi ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni jew minn riżorsi nazzjonali skont il-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku |
L-għodda ta’ monitoraġġ u rapportar hija kompletament funzjonali u operazzjonali u l-funzjonalitajiet tagħha huma vverifikati biex ikunu konformi mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku |
|
|
|
Q3 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-ministeru responsabbli għas-sistema tal-akkwist pubbliku għandu jiżviluppa għodda ġdida ta’ monitoraġġ u rapportar (“għodda ta’ rapportar ta’ offerta unika”) għall-kejl separat tas-sehem tal-proċeduri ta’ offerti ta’ akkwist magħluqa b’offerti uniċi – b’valur stmat kemm ogħla kif ukoll taħt il-limiti tal-akkwist pubbliku tal-UE – iffinanzjata mill-appoġġ tal-Unjoni jew minn riżorsi nazzjonali, jew mit-tnejn, f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku. L-istadju importanti għandu jitqies bħala ssodisfat meta rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-awtorità tal-awditjar (EUTAF) jikkonferma li l-għodda ta’ monitoraġġ u rapportar hija kompletament funzjonali u operazzjonali, il-funzjonalitajiet tagħha huma f’konformità mal-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku u li d-data (bl-eċċezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi) fis-sistema użata għall-finijiet ta’ monitoraġġ u rapportar hija preċiża u kompluta, inkluż għall-valuri bażi. |
|
|
196 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Stadju importanti |
L-ewwel rapport ibbażat fuq l- “għodda ta’ rapportar ta’ offerta waħda” huwa disponibbli |
L-ewwel rapport ibbażat fuq informazzjoni mill-għodda unika ta’ rapportar huwa disponibbli għall-pubbliku |
Q1 |
2023 |
Il-ministeru responsabbli għall-akkwist pubbliku għandu jħejji l-ewwel rapport bil-miktub ibbażat fuq informazzjoni mill-għodda unika għar-rapportar (imwaqqfa u mħaddma f’konformità mal-istadju importanti 195), inklużi ċifri u ishma assoluti, indikazzjonijiet ġeografiċi u identifikazzjoni ta’ servizzi u prodotti, u dan għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EPS. Ir-rapport għandu jikkonferma wkoll li l-għodda unika ta’ rapportar ġiet aġġornata biex tinkludi wkoll data dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u dawk il-funzjonalitajiet huma kompletament funzjonali u operazzjonali u disponibbli għall-pubbliku. Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti ibbażati fuq informazzjoni mill-għodda unika għar-rapportar jitħejjew u jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
197 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva ta’ data dwar l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt huma disponibbli għall-pubbliku |
L-EPS aġġornata bil-funzjonalitajiet il-ġodda hija kompletament operazzjonali u aċċessibbli mill-pubbliku. |
|
Q3 |
2022 |
Il-funzjonijiet tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS) li tippermetti t-tiftix strutturat u li jinqara mill-magni (inkluż mill-operaturi tat-tiftix Boolean) u l-esportazzjoni tal-massa tad-data kollha tal-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt bin-numri ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija (inklużi l-ismijiet ta’ kull membru individwali ta’ konsorzji u – f’format ta’ test liberu – anki l-ismijiet tas-sottokuntratturi) għandhom isiru kompletament funzjonali u operazzjonali qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-funzjonijiet ta’ tiftix u esportazzjoni tal-EPS għandhom jippermettu l-ġbir, l-iffiltrar u t-tqabbil ta’ data bejn avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti u relatata ma’ suġġetti differenti tal-akkwist pubbliku li jkopru informazzjoni minn tipi differenti ta’ avviżi ta’ għoti ta’ kuntratti. Fl-EPS għandu jinħoloq u tiġi ppubblikata bażi tad-data aġġornat regolament (mill-inqas kull trimestru) li jkun fiha informazzjoni dwar l-avviżi kollha ta’ għoti ta’ kuntratti ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’forma strutturata, li għandha tkun tajba biex tiġi pproċessata b’mezzi awtomatiċi. L-operaturi ekonomiċi kollha fil-bażi tad-data, inklużi l-membri tal-konsorzji, għandhom ikunu identifikabbli b’identifikatur uniku (numru tat-taxxa). Ir-reġistru għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Il-bażi tad-data ppubblikata għandha tkun aċċessibbli u tista’ titniżżel minn kwalunkwe persuna mill-paġna ewlenija tal-EPS mingħajr reġistrazzjoni u bla ħlas. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta, wara prova, il-funzjonijiet il-ġodda jiġu attivati u d-data tkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-funzjonijiet il-ġodda fuq il-paġna ewlenija tal-EPS. |
|||
|
198 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva tad-data kollha relatata mas-sottokuntratturi huma disponibbli għall-pubbliku |
L-EPS aġġornata bil-funzjonalità l-ġdida li tippermetti l-esportazzjoni massiva tal-informazzjoni kollha relatata mas-sottokuntratturi hija kompletament operazzjonali u aċċessibbli mill-pubbliku. |
|
Q4 |
2022 |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu l-esportazzjoni massiva u l-possibbiltà ta’ tiftix tal-informazzjoni kollha relatata mas-subkuntratturi qed jiffunzjonaw bis-sħiħ u huma operazzjonali qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-istadju importanti ikun issodisfat meta, wara prova, il-funzjoni l-ġdida tiġi attivata u d-data tkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-funzjonijiet il-ġodda fuq il-paġna ewlenija tal-EPS. |
|||
|
199 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva ta’ data dwar l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt mill-1 ta’ Jannar 2014 huma disponibbli għall-pubbliku |
Id-data kollha relatata mal-avviżi tal-għoti ta’ kuntratti mill-1 ta’ Jannar 2014 hija disponibbli għat-tiftix u l-esportazzjoni massiva fis-sistema tal-EPS |
Q1 |
2023 |
Id-data kollha msemmija fl-istadju importanti 197 relatata mal-avviżi tal-għoti ta’ kuntratti b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2014 għandha tkun disponibbli għat-tiftix u l-esportazzjoni massiva, u aċċessibbli għall-pubbliku, fl-EPS, f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-istadju importanti 197 u 198. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta d-data relatata tkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-paġna ewlenija tal-EPS. |
||||
|
200 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Gvern dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi u r-raġunijiet għal kompetizzjoni limitata fl-aktar setturi affettwati mil-livell baxx ta’ kompetizzjoni |
Q3 |
2022 |
Adozzjoni ta’ Deċiżjoni tal-Gvern qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jistabbilixxi qafas ta’ kejl tal-prestazzjoni biex jiġu vvalutati l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi bl-involviment effettiv ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti u esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku. Id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi mill-inqas (i) il-kriterji tal-għażla għall-involviment ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti, li għandhom ikunu l-istess bħal dawk stabbiliti fl-istadju importanti 201; (ii) il-kriterji tal-għażla għal esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku; (iii) il-kompiti u r-rwoli rispettivi tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi magħżula u tal-esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku; (iv) impenn għall-pubblikazzjoni annwali tar-riżultati tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni; (v) ir-rekwiżiti minimi li jikkonċernaw il-kontenut tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni. |
||||
|
201 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
Bidu tal-operat ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
Bidu tal-operat ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li jivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi u r-raġunijiet għal kompetizzjoni limitata fl-aktar setturi affettwati mil-livell baxx ta’ kompetizzjoni |
Q4 |
2022 |
Il-bidu tat-operat qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni li għandu jiġi żviluppat bl-għan li jintuża regolarment, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti u esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku biex jivvalutaw l-effiċjenza, il-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi u r-raġunijiet possibbli u l-effetti tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jirriżultaw f’offerti uniċi. Il-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni għandu jippermetti b’mod partikolari l-analiżi annwali ta’ (i) il-livell tal-proċessi ta’ akkwist pubbliku li ma rnexxewx u r-raġunijiet tagħhom, (ii) is-sehem (imkejjel b’referenza kemm għall-għadd kif ukoll għall-valur) ta’ kuntratti li huma kkanċellati kompletament matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, (iii) is-sehem tal-okkorrenza ta’ dewmien fit-tlestija tal-kuntratt, (iv) is-sehem tal-okkorrenza ta’ kostijiet żejda (inkluż il-proporzjon u l-volum tagħhom), (v) is-sehem tal-kuntratti ta’ akkwist mogħtija li fihom l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja kollu jew taċ-ċiklu tal-ħajja jitqiesu b’mod espliċitu, (vi) is-sehem tal-parteċipazzjoni b’suċċess ta’ impriżi mikro u żgħar fl-akkwisti pubbliċi, meqjus tul is-setturi u skont is-settur ikkonċernat (abbażi tad-diviżjonijiet u l-gruppi tas-CPV), (vii) il-valur tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku b’offerti uniċi ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali u mill-appoġġ tal-Unjoni separatament u/jew mit-tnejn u kif dak il-valur jitqabbel mal-valur totali tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali u l-appoġġ tal-Unjoni separatament u/jew it-tnejn. L-analiżi għandha titwettaq mid-dipartiment responsabbli tal-ministeru inkarigat mill-akkwist pubbliku bl-involviment sħiħ u effettiv ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti magħżula u esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku. Ir-riżultat ta’ dik l-analiżi għandu jkun disponibbli għall-pubbliku sat-28 ta’ Frar ta’ kull sena fuq is-sit web tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS). Għall-analiżi ta’ din il-kwistjoni u kwistjonijiet oħra ta’ sinifikat għas-suq tal-akkwist pubbliku, bħat-tip ta’ proċedura ta’ akkwist pubbliku użata, il-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni għandu jinkludi d-definizzjoni ta’ indikaturi rilevanti u jiddependi, sa fejn ikun rilevanti, fuq id-data disponibbli fl-għodda ta’ rapportar ta’ offerta unika (l-istadju importanti 195) u janalizza speċifikament is-servizzi u l-prodotti kkonċernati, is-setturi u l-awtoritajiet kontraenti kkonċernati. L-għażla ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti għandhom ikunu bbażati fuq proċess tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja bbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu. Il-kriterji tal-għażla għandhom ikunu relatati ma’ għarfien espert ippruvat, reputazzjoni professjonali u attività verifikabbli twila biżżejjed rilevanti għall-qasam tal-akkwist pubbliku, kif ukoll l-indipendenza mill-influwenza tal-partiti politiċi. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta d-dokumentazzjoni dettaljata tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni u l-użu annwali tiegħu – f’konformità mad-deskrizzjoni ta’ hawn fuq – jiġu aċċettati mill-gvern, id-deċiżjoni tal-gvern relatata tidħol fis-seħħ u l-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni jkun ġie żviluppat bl-involviment tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti magħżula u l-esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku, u jkun kompletament operattiv. |
||||
|
202 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
L-ewwel analiżi annwali mwettqa skont il-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
Pubblikazzjoni tal-ewwel analiżi annwali li tivvaluta l-effiċjenza u l-kosteffettività tal-akkwisti pubbliċi u r-raġunijiet għal kompetizzjoni limitata fl-aktar setturi affettwati mil-livell baxx ta’ kompetizzjoni għas-sena 2022 |
Q1 |
2023 |
Id-dipartiment responsabbli tal-ministeru responsabbli mill-akkwist pubbliku għandu jwettaq l-ewwel analiżi annwali skont l-istadju importanti 201 għas-sena 2022 bl-involviment effettiv u sħiħ ta’ organizzazzjonijiet nongovernattivi indipendenti magħżula u esperti indipendenti tal-akkwist pubbliku, u r-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS). Għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri xierqa li jiżguraw li r-rapporti annwali għas-snin sussegwenti jitħejjew u jsiru disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
203 |
C9.R13 Pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi |
Pubblikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni adottat mill-gvern |
Q1 |
2023 |
Il-Gvern għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku pjan ta’ azzjoni komprensiv biex itejjeb il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. L-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq dan li ġej: (i) valutazzjoni tal-prattiki tajba biex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni fil-qasam tal-akkwisti pubbliċi (filwaqt li titqies kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta mill-miżuri ta’ rimedju rilevanti skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 u l-infurzar tad-Digriet tal-Gvern 63/2022 ((II. 28.)); (ii) l-ewwel riżultati tal-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni (ara l-istadju importanti 201) u l-proposti mfassla abbażi tiegħu biex tiġi ffaċilitata l-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku; u (iii) is-sejbiet, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet disponibbli tar-“Rapporti dwar l-integrità tal-akkwist pubbliku” tal-Awtorità għall-Integrità (l-istadju importanti 161) rilevanti għall-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku. L-azzjonijiet ibbażati fuq il-punt (iii) għandhom jippromwovu u jagħmlu effettivi l-kontrolli tal-integrità fl-akkwist pubbliku. Il-pjan ta’ azzjoni għandu: (i) jistabbilixxi objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu li għandhom jintlaħqu kull sena; (ii) jiddefinixxi miżuri rilevanti biex jinkisbu l-objettivi relatati; (iii) jistabbilixxi skadenzi preċiżi għall-implimentazzjoni tal-miżuri u jassenja indikaturi rilevanti għal kull miżura biex isir monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tagħha; (iv) jidentifika l-awtorità jew l-istituzzjoni rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura; (v) jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ monitoraġġ biex jivvaluta l-progress lejn il-kisba tal-objettivi fil-pjan ta’ azzjoni; (vi) jinkludi dispożizzjoni speċifika biex il-pjan ta’ azzjoni jiġi rieżaminat kull sena u jiġi rivedut kif meħtieġ; (vii) jiżgura li s-sitwazzjoni attwali annwali dwar l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-pjan ta’ azzjoni jew ir-reviżjonijiet tiegħu tkun disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien. Il-kontenut tal-azzjonijiet jista’ jbiddel l-ambjent legali u jintroduċi bidliet fil-prattiki tal-akkwist pubbliku, bħal kundizzjonijiet standard applikati jew klawżoli kuntrattwali. |
||||
|
204 |
C9.R13 Pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi wara l-ewwel rieżami annwali |
L-ewwel reviżjoni annwali tal-pjan ta’ azzjoni tiġi adottata u ssir disponibbli għall-pubbliku |
Q1 |
2024 |
Il-Gvern għandu jadotta u jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-pjan ta’ azzjoni rivedut wara l-ewwel rieżami annwali, ir-riżultati tar-rieżami kif ukoll dokument li jistabbilixxi s-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri fil-pjan ta’ azzjoni. Il-pjan ta’ azzjoni rivedut għandu jindika b’mod ċar u fid-dettall liema miżuri għandhom jittieħdu (u minn liema awtorità) biex jiġu implimentati l-azzjonijiet li ma ġewx implimentati u jqis is-sejbiet, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Awtorità għall-Integrità (fejn rilevanti biex tiżdied il-kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku). |
||||
|
|
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ skema ta’ taħriġ għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Tnedija tal-iskema |
Q2 |
2023 |
Tnedija ta’ skema ta’ taħriġ bil-kapaċità li tipprovdi taħriġ mingħajr ħlas lil mill-inqas 2 200 impriża mikro, żgħar u medji (b’enfasi partikolari fuq impriżi mikro u żgħar) abbażi ta’ taħriġ żviluppat ġdid u materjal ta’ tagħlim elettroniku. L-iżvilupp tal-iskema ta’ taħriġ għandu jiġi kkoordinat mill-Ministeru responsabbli għall-akkwist pubbliku. It-taħriġ għandu jipprovdi l-aktar informazzjoni teoretika u prattika importanti dwar kif l-impriżi mikro, żgħar u medji jistgħu jħejju u jipparteċipaw b’suċċess fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Il-materjal ta’ taħriġ għandu jkopri b’mod partikolari l-użu effettiv ta’ rimedji u l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw mill-prestazzjoni ta’ kuntratt pubbliku. Għandu jiġi żgurat li l-għadd ta’ parteċipanti f’taħriġ minn impriża waħda jkun limitat. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ reġistrazzjoni online għas-sessjonijiet ta’ taħriġ u għall-aċċess għal korsijiet ta’ tagħlim elettroniku. Għandu jiġi żgurat li jsir monitoraġġ tal-parteċipazzjoni bl-użu ta’ data tal-login mis-sistema online u li jiġu ttestjati l-mistoqsijiet li jridu jitwieġbu matul is-sessjonijiet. Il-Ministeru responsabbli għall-akkwist pubbliku għandu jiżgura wkoll li l-impriżi mikro, żgħar u medji interessati għandhom ikunu jistgħu jirreġistraw ukoll għan-notifiki bil-posta elettronika dwar sessjonijiet ta’ taħriġ li ġejjin b’dettalji dwar il-kontenut tal-kors u l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Għandu jiġi żgurat li (i) isir monitoraġġ tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji kontinwament, (ii) tinżamm bażi tad-data dwar il-parteċipanti, (iii) jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ segwitu li jippermetti lill-parteċipanti kollha jipprovdu feedback dwar l-effiċjenza u l-utilità tat-taħriġ u tal-materjali ta’ taħriġ. |
||||
|
206 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew taħriġ dwar prattiki tal-akkwist pubbliku |
Numru |
0 |
1 000 |
Q1 |
2024 |
Il-mira għandha titqies li ntlaħqet meta rappreżentanti minn mill-inqas 1 000 impriża mikro, żgħira u medja jkunu temmew b’suċċess mill-inqas wieħed mill-korsijiet ta’ taħriġ jew ta’ tagħlim elettroniku kif ivverifikat mir-reġistri tal-korsijiet ta’ taħriġ jew ta’ tagħlim elettroniku skont l-iskema ta’ taħriġ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istadju importanti 205. |
||
|
207 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd kumulattiv ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew taħriġ dwar prattiki tal-akkwist pubbliku |
Numru |
1 000 |
2 200 |
Q2 |
2026 |
Il-mira għandha titqies li ntlaħqet meta rappreżentanti minn mill-inqas 1 200 impriża mikro, żgħar u medji addizzjonali (jiġifieri total ta’ 2 200 impriża mikro, żgħira u medja jkunu temmew b’suċċess mill-inqas wieħed mill-korsijiet ta’ taħriġ jew ta’ tagħlim elettroniku kif ivverifikat mir-reġistri tal-korsijiet ta’ taħriġ jew ta’ tagħlim elettroniku skont l-iskema ta’ taħriġ f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istadju importanti 205. |
||
|
208 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Evalwazzjoni tal-iskema ta’ taħriġ għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Rapport ta’ evalwazzjoni finali huwa disponibbli għall-pubbliku |
Q2 |
2026 |
Rapport ta’ evalwazzjoni finali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku li jevalwa l-effettività u l-effiċjenza tal-miżura ta’ taħriġ, b’mod partikolari permezz ta’ (i) valutazzjoni tar-riżultati tal-iskema ta’ taħriġ, (ii) valutazzjoni tat-tagħlimiet meħuda u kif skemi ta’ taħriġ futuri jistgħu jittejbu, u (iii) evalwazzjoni tal-effetti fit-tul tal-iskema fuq il-parteċipazzjoni b’mod partikolari ta’ impriżi mikro u żgħar rispettivament fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll il-feedback tal-parteċipanti tat-taħriġ miġbur permezz tal-mekkaniżmu ta’ segwitu. |
||||
|
209 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ skema ta’ appoġġ għall-kumpens tal-kostijiet assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-akkwisti pubbliċi ta’ impriżi mikro, żgħar u medji |
Tnedija tal-iskema |
Q1 |
2023 |
Skema ta’ appoġġ li tipprovdi kumpens ta’ somma f’daqqa – abbażi ta’ kriterji tal-għażla oġġettivi, nondiskriminatorji u trasparenti – li għandha titħallas direttament lill-impriżi mikro, żgħar u medji (b’enfasi partikolari fuq l-impriżi mikro u żgħar) għall-kostijiet tagħhom assoċjati mal-parteċipazzjoni tagħhom fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwisti pubbliċi u jitnaqqsu l-ostakli għad-dħul tagħhom għandha titnieda. L-appoġġ finanzjarju skont l-iskema ta’ appoġġ għandu jkopri, b’mod partikolari, il-kost tal-użu ta’ konsulent tal-akkwist pubbliku akkreditat, iżda ma għandux ikopri l-kostijiet kollha tal-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ akkwist pubbliku mġarrba mill-impriża rispettiva. Dawk l-impriżi mikro, żgħar u medji biss għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ li (i) ippreżentaw offerta ammissibbli fi proċedura ta’ akkwist pubbliku (jiġifieri offerenti li ppreżentaw fajls kompluti tal-offerta għal proċedura tal-offerti, li jissodisfaw kemm il-kriterji tal-esklużjoni kif ukoll tal-għażla) u (ii) li ma pparteċipawx fi proċedura oħra tal-akkwist pubbliku fit-tnax-il xahar qabel il-preżentazzjoni tal-offerta fil-proċedura tal-akkwist pubbliku. L-għadd ta’ applikazzjonijiet għal appoġġ minn impriża individwali għandu jkun limitat. |
||||
|
210 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Twettiq ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu huwa disponibbli għall-pubbliku |
Q3 |
2024 |
Rapport ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata b’mod partikolari fuq: (i) interess fl-appoġġ finanzjarju (parteċipazzjoni fil-programm), (ii) ir-rata rebbieħa ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li pparteċipaw fil-programm fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u (iii) feedback ipprovdut minn impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew appoġġ. L-evalwazzjoni għandha tanalizza wkoll f’liema setturi huma attivi l-impriżi parteċipanti u jekk dawk jikkorrispondux għas-setturi fejn il-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji hija ġeneralment baxxa. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu għandha tanalizza jekk l-impriżi f’setturi oħra għandhomx ikunu speċifikament immirati b’attivitajiet ta’ komunikazzjoni ddedikati biex titqajjem kuxjenza dwar il-programm u jekk it-twettiq tal-programm għandux jinbidel fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi. |
||||
|
211 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew appoġġ fil-forma ta’ ammont fiss għal kumpens tal-kost tal-akkwist pubbliku |
|
Numru |
0 |
1 800 |
Q2 |
2026 |
Il-mira tintlaħaq meta mill-inqas 1 800 impriża li jipparteċipaw f’akkwisti pubbliċi bħala offerenti jkunu rċevew kumpens għall-kostijiet assoċjati tagħhom fl-iskema ta’ appoġġ f’konformità ma-rekwiżiti stabbiliti fl-istadju importanti 209 kif ippruvat mill-pagamenti uffiċjali u r-rekords kontabilistiċi tal-awtorità li timmaniġġa l-iskema ta’ appoġġ. |
|
|
212 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Tlestija ta’ evalwazzjoni finali dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ |
Rapport ta’ evalwazzjoni finali huwa disponibbli għall-pubbliku |
Q2 |
2026 |
Rapport ta’ evalwazzjoni finali dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq (i) interess fl-appoġġ finanzjarju (parteċipazzjoni fil-programm), (ii) ir-rata rebbieħa ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li pparteċipaw fl-iskema ta’ appoġġ fil-proċeduri ta’ akkwist pubbliku u (iii) feedback ipprovdut minn impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew appoġġ. L-evalwazzjoni għandha tanalizza wkoll f’liema setturi huma attivi l-impriżi parteċipanti u jekk dawk jikkorrispondux għas-setturi fejn il-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji hija ġeneralment baxxa. |
||||
|
213 |
C9.R15 Tisħiħ tar-rwol u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali biex jikkontrobilanċja s-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali filwaqt li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tiegħu |
Dispożizzjoni fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q1 |
2023 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati biex jiżguraw it-tisħiħ tar-rwol u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali (NJC) biex jikkontrobilanċja b’mod effettiv is-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura (NOJ). L-emendi leġiżlattivi għandhom: a)jistabbilixxu setgħat aktar b’saħħithom għall-NJC sabiex dan ikun jista’ jeżerċita b’mod effettiv ir-rwol kostituzzjonali tiegħu fis-superviżjoni tal-amministrazzjoni ċentrali tal-qrati, filwaqt li tinżamm l-indipendenza tal-Kunsill abbażi tal-elezzjoni tal-membri tiegħu mill-imħallfin. Rigward deċiżjonijiet individwali, l-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li l-NJC għandu jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: (I)l-annullament, mill-President tal-NOJ, tal-proċeduri tal-ħatra għal pożizzjonijiet ġudizzjarji u eżekuttivi tal-qorti fejn ikun hemm mill-inqas kandidat eliġibbli wieħed li jkun ġie appoġġat mill-imħallfin tal-qorti partikolari; (II)it-trasferiment tal-imħallfin, inkluż is-sekondar, għal qorti oħra mill-President tal-NOJ imsemmi fit-Taqsimiet 27, 27/A, 31 u 32 tal-Att CLXII tal-2011, ħlief għas-sekondar għall-NOJ; (III)it-tneħħija, mill-President tal-NOJ, ta’ mħallfin mingħajr il-kunsens tagħhom mill-grupp ta’ mħallfin li jisimgħu kawżi speċjali, inklużi kawżi amministrattivi; (IV)l-idoneità tal-kandidati għall-kariga ta’ President u Viċi President tal-NOJ, li tista’ tiġi proposta mill-President tar-Repubblika jew mill-President tal-NOJ, rispettivament; il-kriterji ta’ idoneità, inklużi l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità u l-integrità, għandhom jiġu ddeterminati bil-liġi. L-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li l-kandidati li jinstabu li mhumiex idonei mill-NJC għandu jkollhom aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju aċċellerat quddiem il-qorti kompetenti. Rigward ir-regolamenti, l-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li l-NJC għandu jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar il-kwistjonijiet li ġejjin: (I)is-sistema ta’ punti għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal karigi ġudizzjarji fi ħdan il-qafas leġiżlattiv; (II)il-kundizzjonijiet dettaljati għall-għoti ta’ bonusijiet u benefiċċji oħra lill-imħallfin u lill-eżekuttivi tal-qorti; (III)ir-regoli relatati mas-sistema ta’ taħriġ għall-imħallfin; (IV)l-iskeda tad-data u l-metodi għall-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol tal-imħallfin, kif ukoll id-determinazzjoni tal-“ammont ta’ xogħol nazzjonali għal proċedimenti kontenzjużi u mhux kontenzjużi mqassma skont il-livell ġudizzjarju u t-tipi ta’ kawżi”, (V)l-għadd ta’ karigi ġudizzjarji f’kull qorti fil-qafas determinat fil-baġit annwali, inkluża l-Kúria, u d-dipartimenti tagħhom; b)jiġi stabbilit id-dritt tal-NJC li jkollu aċċess għad-dokumenti, l-informazzjoni u d-data kollha (inkluża d-data personali) relatati mal-amministrazzjoni tal-qrati. Barra minn hekk, l-emendi leġiżlattivi għandhom jipprovdu li l-NJC għandu jiddetermina l-istruttura tar-rapport biannwali tal-President tal-NOJ; c)jagħti l-kapaċità ġuridika u l-awtonomija lill-NJC li jiżborża l-baġit tiegħu, u jiżgura li l-NJC ikollu riżorsi adegwati, inkluż persunal u uffiċċji, biex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv. L-emendi leġiżlattivi għandhom jipprevedu wkoll li, sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom fl-NJC, l-imħallfin membri għandhom ikunu intitolati li jitneħħew mill-funzjonijiet ta’ aġġudikazzjoni tagħhom sa fejn il-presidenti tal-qorti reġjonali (törvényszék) jitneħħew mill-funzjonijiet tagħhom ta’ aġġudikazzjoni. L-emendi leġiżlattivi għandhom jipprevedu li l-imħallfin membri tal-NJC ma jistgħux jerġgħu jiġu eletti ħlief għall-mandat li jmiss, li l-imħallfin membri tal-NJC għandhom jeleġġu minn fosthom il-president tal-NJC, u li l-presidenti tal-qorti u l-viċi presidenti bħala membri tal-NJC ma għandhomx jipparteċipaw fid-deliberazzjoni u jivvotaw dwar kwistjonijiet relatati mal-attivitajiet amministrattivi tagħhom; d)jistabbilixxi d-dritt li l-NJC jressaq kawża quddiem il-qorti kompetenti u l-Qorti Kostituzzjonali biex jiddefendi l-prerogattivi tiegħu u jinforza d-drittijiet tiegħu; e)jistabbilixxi obbligu l-NJC jiġi kkonsultat dwar proposti leġiżlattivi li jaffettwaw is-sistema ġudizzjarja u d-dritt li jipproponi lill-Gvern biex jibda leġiżlazzjoni ġdida dwar l-istess kwistjonijiet; f)jistabbilixxi fil-liġi regoli nondiskrezzjonarji dwar il-ħatra ta’ presidenti tal-qorti ad interim permezz ta’ ordni stabbilita minn qabel ta’ pożizzjonijiet f’qorti kif ġej: (i) fin-nuqqas ta’ president tal-qorti, il-kompetenzi tal-president jiġu eżerċitati mill-viċi president; (ii) fin-nuqqas ta’ viċi president, il-kompetenzi tal-president jiġu eżerċitati mill-kap ta’ dipartiment tal-imħallfin bl-itwal kariga ta’ mħallef; (iii) fin-nuqqas ta’ kap ta’ dipartiment, il-kompetenzi tal-president jiġu eżerċitati mill-imħallef li jippresjedi bl-itwal kariga ta’ mħallef; g)jipprojbixxi r-reintegrazzjoni, mill-President tal-NOJ, tal-imħallfin, wara s-sekondar tagħhom, f’istanza tal-qorti ogħla mill-qorti li fiha jkunu ddeċidew qabel is-sekondar tagħhom. |
||||
|
214 |
C9.R16 Tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria) |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi biex tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema |
Emendi adottati u effettivi għar-regoli dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kúria, l-iskema tal-allokazzjoni tal-kawżi, u l-funzjonament tal-Kúria |
Q1 |
2023 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza: a)emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati, li għandhom jemendaw ir-regoli dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kúria sabiex jiġi żgurat li: (i) il-kandidati jkollhom mill-inqas ħames snin esperjenza bħala mħallef; (ii) il-President tal-Kúria ma jistax jerġa’ jiġi elett; (iii) l-NJC jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar l-idoneità tal-kandidati għall-kariga ta’ President tal-Kúria li tista’ tiġi proposta mill-President tar-Repubblika. Il-kriterji ta’ idoneità, inklużi l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità u l-integrità, għandhom jiġu ddeterminati bil-liġi. L-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li l-kandidati li jinstabu li mhumiex idonei mill-NJC għandu jkollhom aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju aċċellerat quddiem il-qorti kompetenti; b)l-emendi leġiżlattivi, u emendi oħra, għar-regoli dwar l-iskema tal-allokazzjoni tal-kawżi tal-Kúria għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati, li għandhom jiżguraw li: (i) il-kawżi ippreżentati elettronikament jingħataw numru tal-każ mingħajr intervent uman; (ii) il-kawżi jiġu allokati lill-awli skont kriterji stabbiliti minn qabel u oġġettivi; (iii) il-kulleġġ ġudikanti li jisma’ l-kawża jkun kompost minn algoritmu preskritt minn qabel; (iv) il-partijiet fil-proċedimenti jkunu jistgħu jivverifikaw abbażi tal-proċess tal-kawża jekk ir-regoli dwar l-allokazzjoni tal-kawżi ġewx applikati kif xieraq; (v) il-kunsill ġudizzjarju tal-Kúria u d-dipartimenti tal-imħallfin (“kollégium”) ikkonċernati jagħtu opinjoni vinkolanti dwar l-iskema ta’ allokazzjoni tal-kawżi; c)l-emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati, li għandhom jemendaw ir-regoli dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kúria sabiex jiġi żgurat li: (I)l-istabbiliment ta’ setgħat aktar b’saħħithom għall-kunsill ġudizzjarju tal-Kúria u d-dipartimenti tal-imħallfin (“kollégium”) ikkonċernati, filwaqt li jiġi żgurat, b’mod partikolari, li huma għandhom jagħtu opinjoni vinkolanti dwar (a)kandidati għall-kariga ta’ presidenti u viċi presidenti tad-dipartimenti tal-imħallfin, l-imħallfin li jippresjedu u s-Segretarju Ġenerali tal-Kúria; (b)sekondar għall-Kúria; (II)tneħħija tal-possibbiltà li l-membri tal-Qorti Kostituzzjonali jsiru mħallfin u mbagħad jinħatru fil-Kúria mingħajr ma jsegwu l-proċedura ta’ applikazzjoni normali, (III)żgurar li l-NJC jagħti opinjoni vinkolanti motivata dwar l-adegwatezza tal-kandidati għall-kariga ta’ Viċi President tal-Kúria li tista’ tiġi proposta mill-President tal-Kúria. Il-kriterji ta’ idoneità, inklużi l-indipendenza, l-imparzjalità, l-integrità u l-integrità, għandhom jiġu ddeterminati bil-liġi. L-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li l-kandidati li jinstabu li mhumiex idonei mill-NJC għandu jkollhom aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju aċċellerat quddiem il-qorti kompetenti. (IV)tiżgura li s-setgħat imsaħħa tal-NJC imsemmija fl-istadju importanti 213 japplikaw ukoll fir-rigward tal-President tal-Kúria meta jaġixxi bħala awtorità tal-ħatra (f’konformità mal-Att CLXII tal-2011). |
||||
|
215 |
C9.R17 Tneħħija tal-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi biex jitneħħew l-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
Dispożizzjoni fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q1 |
2023 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati emendi leġiżlattivi li jiżguraw li: (i) It-Taqsimiet 666 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jiġu emendati biex titneħħa l-possibbiltà li l-Kúria tirrieżamina l-legalità tad-deċiżjoni ta’ mħallef li jagħmel referenza preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u (ii) it-Taqsima 490 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti tiġi emendata biex jitneħħa kwalunkwe ostaklu għal qorti biex tagħmel referenza preliminari f’konformità mal-Artikolu 267 tat-TFUE. |
||||
|
216 |
C9.R18 Riforma rigward ir-rieżami tas-sentenzi finali mill-Qorti Kostituzzjonali |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex titneħħa l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali |
Dispożizzjoni fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
|
|
|
Q1 |
2023 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, l-emendi leġiżlattivi għandhom jidħlu fis-seħħ u jibdew jiġu applikati filwaqt li jiżguraw li titneħħa l-possibbiltà, introdotta fl-2019 billi tiġi emendata t-Taqsima 27 tal-Att CLI tal-2011, li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet ġudizzjarji quddiem il-Qorti Kostituzzjonali. |
|
|
217 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Mandat legali għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza |
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern dwar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija |
Q3 |
2022 |
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern li jistabbilixxi l-mandat legali għall-korpi involuti fl-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fl-Ungerija qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza . Id-digriet għandu mill-inqas jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ dawk il-korpi li jiżguraw (a) il-ġbir u l-affidabbiltà tad-data marbuta mal-kisba tal-istadji importanti u l-miri u l-monitoraġġ tagħhom; (b) li jkun hemm proċeduri dettaljati fis-seħħ għat-tfassil u l-affidabbiltà tad-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni, is-sommarji tal-awditjar u t-talbiet għall-ħlas; (c) li l-proċeduri meħtieġa biex tinġabar u tinħażen id-data dwar i-riċevituri finali, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi u s-sidien benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huma fis-seħħ; (d) li r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess japplikaw għall-persunal kollu involut fl-implimentazzjoni, inklużi l-atti preparatorji tagħha, il-kontroll (inkluż għall-evalwaturi interni u esterni fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku) u l-awditjar tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u għar-riċevituri finali kollha, l-awtoritajiet kontraenti, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi, kif ukoll id-ditti ta’ konsulenza involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti; (e) li r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess jindirizzaw b’mod espliċitu sitwazzjonijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor li jista’ jitqies bħala kunflitt ta’ interess f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Avviż tal-Kummissjoni relatat (“Gwida dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju” [C 121/01]); (f) li l-persuni kollha taħt il-punt (d) għandhom ikunu obbligati joħorġu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tagħhom fuq bażi ta’ każ b’każ jekk ikunu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar proġetti individwali (b’mod partikolari deċiżjonijiet dwar l-eliġibbiltà, il-valutazzjoni tar-riskju, l-għażla tal-proġetti, il-proċeduri ta’ kontroll interim u finali, il-ġestjoni tal-irregolaritajiet, u deċiżjonijiet relatati mal-awditjar), li għandhom jinħażnu għal mill-inqas ħames snin; (g) li l-veraċità tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess tkun ikkontrollata regolarment u effettivament u li r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli jinħażnu għal mill-inqas ħames snin; (h) li tiġi stabbilita sorveljanza regolari u effettiva tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi (bħall-indirizzar tal-ġestjoni tal-irregolaritajiet, il-kontrolli u l-valutazzjoni tar-riskju) u li tiġi żgurata r-rotazzjoni regolari tal-persunal f’dawk il-pożizzjonijiet abbażi ta’ metodoloġija li għandha tibda tiġi applikata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2023; (I) li l-offerenti ma għandhomx jipparteċipaw f’offerti fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’każ li jiġi stabbilit kunflitt ta’ interess rilevanti għalihom f’dik l-offerta speċifika. |
||||
|
218 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Emenda tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 fl-Ungerija |
Dispożizzjoni fid-Digrieti tal-Gvern dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 fl-Ungerija li tindika d-dħul fis-seħħ |
Q3 |
2022 |
Dħul fis-seħħ tal-emenda tad-Digrieti tal-Gvern li jirregolaw l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 fl-Ungerija qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-emendi għandhom jiżguraw mill-anqas dan li ġej: (a) introduzzjoni ta’ regoli u proċeduri li jagħmlu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ kunflitti ta’ interess aktar effiċjenti; (b) li r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess japplikaw għall-persunal kollu involut fl-implimentazzjoni, inklużi l-atti preparatorji tagħha, il-kontroll (inkluż għall-evalwaturi interni u esterni fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku) u l-awditjar tal-fondi msemmija hawn fuq u għall-benefiċjarji u r-riċevituri finali kollha, l-awtoritajiet kontraenti, il-kuntratturi, is-sottokuntratturi, kif ukoll id-ditti ta’ konsulenza involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti; (c) li r-regoli dwar il-kunflitt ta’ interess jindirizzaw b’mod espliċitu sitwazzjonijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità politika jew nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess personali dirett jew indirett ieħor li jista’ jitqies bħala kunflitt ta’ interess f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Avviż tal-Kummissjoni relatat (“Gwida dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju” [C 121/01]); (d) li l-persuni kollha taħt il-punt (b) għandhom ikunu obbligati joħorġu dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ kunflitt ta’ interess tagħhom fuq bażi ta’ każ b’każ jekk ikunu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar proġetti individwali (b’mod partikolari deċiżjonijiet dwar l-eliġibbiltà, il-valutazzjoni tar-riskju, l-għażla tal-proġetti, il-proċeduri ta’ kontroll interim u finali, il-ġestjoni tal-irregolaritajiet, u deċiżjonijiet relatati mal-awditjar), li għandhom jinħażnu għal mill-inqas ħames snin; (e) li l-veraċità tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess tkun ikkontrollata regolarment u effettivament u li r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli jinħażnu għal mill-inqas ħames snin; (f) li tiġi stabbilita sorveljanza regolari u effettiva tal-persunal f’pożizzjonijiet sensittivi (bħall-indirizzar tal-ġestjoni tal-irregolaritajiet, il-kontrolli u l-valutazzjoni tar-riskju) u li tiġi żgurata r-rotazzjoni regolari tal-persunal f’dawk il-pożizzjonijiet abbażi ta’ metodoloġija li għandha tibda tiġi applikata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2023; (g) li l-offerenti ma għandhomx jipparteċipaw f’offerti fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku f’każ li jiġi stabbilit kunflitt ta’ interess rilevanti għalihom f’dik l-offerta speċifika. |
||||
|
219 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Adozzjoni u bidu tal-applikazzjoni ta’ linji gwida biex jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-kunflitti ta’ interess għall-persunal tal-korpi kollha involuti fl-implimentazzjoni, il-kontroll u l-awditjar tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija |
Bidu tal-applikazzjoni ta’ linji gwida dettaljati dwar il-kunflitt ta’ interess |
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jiġu adottati u jibdew jiġu applikati l-linji gwida komprensivi li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess f’konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-Avviż tal-Kummissjoni relatat (“Gwida dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju” [C 121/01]). Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu kompiti u obbligi dettaljati għal kull wieħed mill-korpi involuti fl-implimentazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni filwaqt li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-kontroll u l-korrezzjoni effettivi ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess. |
||||
|
220 |
C9.R20 Strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi titfassal u tiġi implimentata strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni |
Dħul fis-seħħ ta’ strateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-pjan għall-appoġġ tal-Unjoni |
Q3 |
2022 |
Il-gvern għandu jadotta u jdaħħal fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza strateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ kollu tal-Unjoni li tistabbilixxi (i) ir-rwoli u r-responsabbiltajiet dettaljati tal-entitajiet differenti involuti fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fl-Ungerija rigward il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi, il-kunflitt ta’ interess u l-korruzzjoni; (II) il-valutazzjoni tar-riskji, il-fatturi u l-prattiki ewlenin ta’ frodi, kunflitt ta’ interess u korruzzjoni; u l-iżgurar li l-frodi u l-korruzzjoni jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti b’mod effettiv. |
||||
|
221 |
C9.R20 Strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi jitfassal u jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni effettiv relatat mal-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni |
Dħul fis-seħħ ta’ pjan ta’ azzjoni kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-pjan għall-appoġġ tal-Unjoni |
Q4 |
2022 |
Il-gvern għandu jadotta u jdaħħal fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza pjan ta’ azzjoni relatat mal-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ kollu tal-Unjoni li tistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet dettaljati tal-entitajiet differenti involuti fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fl-Ungerija rigward il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-frodi jew il-korruzzjoni; Il-pjan ta’ azzjoni għandu: (i) jiddefinixxi azzjonijiet ċari u komprensivi assenjati għal kull wieħed mill-objettivi stabbiliti fl-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni; (ii) jiddefinixxi skadenzi ċari għall-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-azzjonijiet; (iii) jassenja kull waħda mill-azzjonijiet lil korp responsabbli għat-twettiq effettiv tagħha; (iv) jiddefinixxi indikaturi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u relatati biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-azzjonijiet; (v) jistabbilixxi arranġamenti xierqa għar-rieżami regolari tal-azzjonijiet fid-dawl tal-evidenza. |
||||
|
222 |
C9.R21 Użu sħiħ u effettiv tas-sistema Arachne għall-appoġġ kollu tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’ arranġamenti xierqa li jiżguraw l-użu effettiv tal-għodda għall-valutazzjoni tar-riskju Arachne |
Bidu tal-applikazzjoni ta’ proċeduri li jiżguraw l-użu sistematiku tal-għodda għall-valutazzjoni tar-riskju Arachne biex tipprevjeni u tidentifika b’mod effettiv il-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet oħra |
Q3 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Gvern għandu japprova u jibda japplika proċeduri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-użu sistematiku u estiż tal-funzjonalitajiet kollha tal-għodda għall-valutazzjoni tar-riskju Arachne fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija u kwalunkwe appoġġ ieħor mill-baġit tal-Unjoni (inkluż għall-appoġġ tal-Unjoni mill-perjodu baġitarju 2014–2020) biex jipprevjeni u jidentifika b’mod effettiv il-kunflitt ta’ interess, il-frodi, il-korruzzjoni, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra. Il-proċeduri għandhom jiżguraw li: (i) l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jtellgħu kull xahrejn fis-sistema Arachne d-data kollha għall-oqsma tad-data stabbiliti fir-regolamenti applikabbli tal-UE relatati mal-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni taħt kwalunkwe perjodu baġitarju. Fir-rigward tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej tal-perjodu baġitarju 2014–2020, is-settijiet ta’ data kollha (inkluża d-data tal-kuntratti dwar ir-riċevituri finali, il-kuntratturi/sottokuntratturi dettaljati u l-ispejjeż) li jkunu nġabru fil-perjodu rilevanti għandhom jittellgħu fis-sistema Arachne (bl-eċċezzjoni li l-upload ta’ data dwar l-emendi u ż-żidiet fil-kuntratt, l-informazzjoni dwar l-esperti involuti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti u l-informazzjoni dwar is-sħab tal-konsorzju għandhom jibdew mill-31 ta’ Jannar 2023); (ii) l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jipprovdu segwitu sistematiku, regolari u effettiv għall-kejl tar-riskju ġġenerat mis-sistema Arachne – inkluż għall-verifika ex ante tal-applikanti – biex jipprevjenu u jidentifikaw b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess, il-frodi, il-korruzzjoni, il-finanzjament doppju u irregolaritajiet oħra u dawk il-korpi għandhom ikunu marbuta li jqisu dawk ir-riżultati tal-kejl tar-riskju u jiżguraw li dan ikun stabbilit fl-atti leġiżlattivi nazzjonali applikabbli u rifless fil-flussi tax-xogħol applikabbli, fil-linji gwida (li għandhom jinħarġu u jiġu introdotti sat-30 ta’ Novembru 2022) u fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ dawk il-korpi; u (iii) il-korpi tal-awditjar rispettivi fl-Ungerija u fis-servizzi u l-korpi ta’ kontroll rilevanti tal-Kummissjoni għandhom aċċess sħiħ għall-funzjonalitajiet tas-sistema Arachne għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom u għas-settijiet tad-data fis-sistema. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat ladarba l-proċeduri – f’konformità mar-rekwiżiti ta’ hawn fuq – ikunu fis-seħħ, vinkolanti għall-awtoritajiet kollha stabbiliti hawn fuq u soġġetti għall-applikazzjoni tagħhom fil-prattika minn dawk l-awtoritajiet. |
||||
|
223 |
C9.R21 Użu sħiħ u effettiv tas-sistema Arachne għall-appoġġ kollu tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi tiġi kkonfermata l-adegwatezza tal-proċeduri dwar l-użu sistematiku u effettiv tal-għodda għall-kejl tar-riskju Arachne |
Rapport finali tal-awditjar mhux kwalifikat tal-EUTAF li jikkonferma l-adegwatezza tal-proċeduri dwar l-użu sistematiku u effettiv tal-għodda għall-kejl tar-riskju Arachne u l-kompletezza tad-data mtella’ f’Arachne |
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza: a) għandhom jiġu żviluppati linji gwida proċedurali dettaljati u vinkolanti u jibdew jiġu applikati mill-korpi kollha elenkati fl-istadju importanti 222 li jistabbilixxu l-passi li għandhom jittieħdu f’każ li s-sistema Arachne tindika riskju; b) rapport finali tal-awditjar b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-awtorità tal-awditjar (EUTAF) għandu jikkonferma l-adegwatezza tal-proċeduri stabbiliti fl-istadju importanti 222 billi jivverifika li (i) il-proċeduri jiżguraw li jittella’ sett sħiħ ta’ informazzjoni kull xahrejn; (ii) id-data stabbilita fil-liġi applikabbli tal-Unjoni fil-fatt ittellgħet fl-intier tagħha f’Arachne, u (iii) l-Awtorità Nazzjonali, il-korpi ta’ implimentazzjoni/l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-korpi intermedji daħħlu fis-seħħ arranġamenti xierqa biex jiżguraw is-segwitu sistematiku, regolari u effettiv tal-kejl tar-riskju ġġenerat mis-sistema Arachne (abbażi ta’ linji gwida proċedurali dettaljati disponibbli għalihom). |
||||
|
224 |
C9.R22 Stabbiliment ta’ Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Integrità biex jissaħħaħ il-kontroll tal-kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u tal-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment u l-funzjonament sħiħ ta’ Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità (Directorate of Internal Audit and Integrity, DIAI) |
Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità (DIAI) stabbilit fil-ministeru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni, għandu persunal sħiħ, ir-regoli tal-proċeduri u l-proċessi interni tiegħu huma fis-seħħ u huwa kompletament operazzjonali |
Q4 |
2022 |
Sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-arranġamenti tal-awditjar u tal-kontroll relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u mal-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni stabbilita fl-istadju importanti 220, għandu jiġi stabbilit Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità (DIAI) permezz ta’ liġi li għandha tidħol fis-seħħ, u d-DIAI għandu jkollu persunal sħiħ u għandu jkun kompletament funzjonali fil-ministeru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-liġi għandha tiżgura: (i) l-indipendenza sħiħa tad-DIAI permezz ta’ garanziji xierqa (inkluż dwar in-nomina tal-persunal ta’ livell għoli tagħha, it-tul tal-mandat tagħhom mingħajr il-possibbiltà li jitkeċċew, eċċ.); (ii) li l-għażla tal-persunal tad-DIAI għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi żviluppati f’kooperazzjoni mal-Awtorità għall-Integrità (l-istadju importanti 160) u li l-Awtorità għall-Integrità tissorvelja l-proċess ta’ reklutaġġ; (iii) li d-DIAI għandha kompetenzi xierqa biex taġixxi fir-rigward ta’ kwalunkwe awtorità jew korp nazzjonali involut bi kwalunkwe mod fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija; (iv) li jekk jintalab, id-DIAI għandu jipprovdi mingħajr dewmien aċċess sħiħ għad-dikjarazzjonijiet kollha ta’ kunflitt ta’ interess u għall-fajls kollha tagħha lill-Awtorità għalll-Integrità; (v) li għandhom jitpoġġew fis-seħħ regoli xierqa ta’ proċeduri u linji gwida (inkluż dwar l-allokazzjoni u s-sekwenzjar ta’ każijiet fid-DIAI) sat-30 ta’ Novembru 2022 li jirregolaw l-istruttura istituzzjonali, il-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri tad-DIAI u tal-Awtorità għall-Integrità għandhom jiġu pprovduti b’garanziji suffiċjenti li jistgħu jissorveljaw il-konformità ma’ dawk ir-regoli ta’ proċeduri u linji gwida; (vi) li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għall-kompiti meħtieġa li jridu jitwettqu mid-DIAI; (vii) li d-DIAI jikkontrolla regolarment (abbażi ta’ kampjuni u rapporti ta’ suspett) il-validità tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess tal-persunal rilevanti kollu involut fl-implimentazzjoni, inklużi l-atti preparatorji għalihom, il-kontroll (inkluż għall-evalwaturi interni u esterni fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku) ta’ kwalunkwe appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija kif ukoll dawk tar-riċevituri finali, tal-benefiċjarji, tar-riċevituri, tal-awtoritajiet kontraenti, tal-kuntratturi, tas-sottokuntratturi, kif ukoll tad-ditti ta’ konsulenza kollha involuti fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-proġetti (abbażi ta’ pjanijiet ta’ kontroll biennali) u li l-informazzjoni dwar dawk il-kontrolli tinħażen għal mill-inqas ħames snin; (viii) li tinħoloq paġna fuq il-paġna ewlenija tal-portal palyazat.gov.hu li tippermetti r-rapportar anonimu ta’ kwalunkwe suspett rigward kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ persuni involuti fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija; (ix) li d-DIAI għandu jinvestiga s-suspetti rrapportati fil-ħin; (x) li d-DIAI kull sena għandu jħejji rapport dettaljat tal-ħidma tagħha lill-Awtorità għall-Integrità. L-istadju importanti għandu jitqies issodisfat meta l-liġi li tistabbilixxi d-DIAI b’mill-inqas ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq tkun daħlet fis-seħħ, il-pożizzjonijiet kollha tad-DIAI jkunu mtlew u l-Awtorità għall-Integrità ma tkunx qajmet tħassib fir-rigward tal-proċess ta’ reklutaġġ, ir-regoli tal-proċeduri meħtieġa tad-DIAI kif ukoll il-linji gwida li jirregolaw il-ħidma tagħha jkunu daħlu fis-seħħ u d-DIAI tkun kompletament operazzjonali u bdiet il-ħidma tagħha. |
||||
|
225 |
C9.R23 Żgurar tal-kapaċità li l-EUTAF twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv |
Stadju importanti |
Żgurar ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’kapaċità xierqa għall-EUTAF |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jingħataw ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa lill-EUTAF |
|
|
|
Q4 |
2022 |
Qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jiżguraw ir-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għall-EUTAF biex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tagħha u tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv u f’waqtu. L-emendi leġiżlattivi għandhom jiżguraw li: - Il-baġit annwali tal-EUTAF għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ proposta inizjali mill-EUTAF, u għandu jiġi modifikat biss jekk ikun iġġustifikat pubblikament u ma għandux jimmina l-kapaċità tal-EUTAF li twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv u f’waqtu; - Ir-remunerazzjoni tal-kap u tal-persunal tal-EUTAF għandha tkun stabbilita għal 70 % tar-remunerazzjoni tal-president u tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat, rispettivament. - Il-kap tal-EUTAF għandu jkollu l-istess setgħat jew setgħat simili biex jiddeċiedi dwar il-prinċipji bażiċi tal-politika u l-benefiċċji tas-salarji, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol bħal dawk applikabbli għall-president tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat. Kwalunkwe arranġament li jiddevja minn dawk applikabbli għall-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat għandu jkun possibbli biss fuq proposta bil-miktub u debitament ġustifikata mill-kap tal-EUTAF. - L-indipendenza funzjonali u professjonali tal-EUTAF għandha tinżamm u l-persunal tal-EUTAF għandu jkompli ma jfittixx jew jaċċetta struzzjonijiet rigward il-ħidma tal-awditjar tiegħu. |
|
|
226 |
C9.R24 Tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-OLAF biex tissaħħaħ l-identifikazzjoni tal-frodi relatata mal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Deżinjazzjoni ta’ awtorità nazzjonali responsabbli biex tassisti lill-OLAF fil-verifiki tiegħu fuq il-post fl-Ungerija u l-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq atturi ekonomiċi li ma jikkooperawx |
Dħul fis-seħħ ta’ emenda leġiżlattiva li tiddeżinja l-awtorità kompetenti u ta’ emenda leġiżlattiva li tintroduċi l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji dissważivi fuq atturi ekonomiċi li ma jikkooperawx |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza: (i) ta’ emenda għall-Att CXXII tal-2010 dwar Nemzeti Adó- és Vámhivatal li jiddeżinja l-Amministrazzjoni Nazzjonali tat-Taxxa u tad-Dwana (Nemzeti Adó- és Vámhivatal, NAV) bħala l-awtorità nazzjonali kompetenti biex tassisti lill-OLAF fit-twettiq ta’ verifiki fuq il-post fl-Ungerija u meta operatur ekonomiku soġġett għal dawk il-verifiki jirrifjuta li jikkoopera. L-emenda għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi segwita. għandha tintroduċi wkoll il-possibbiltà tal-preżenza ta’ gwardja finanzjarja fuq talba tal-OLAF. Il-gwardja finanzjarja għandha tippermetti lill-OLAF iwettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet tiegħu fuq il-post, b’mod partikolari billi jiżgura l-infurzar sabiex jissalvagwardja l-evidenza kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96. Dan għandu jinkludi t-tipi ta’ intervent li ġejjin: (a) it-teħid ta’ affarijiet fuq il-post [it-Taqsima 36/L tal-Att CXXII tal-2010 dwar Nemzeti Adó- és Vámhivatal (minn hawn’ il quddiem NAVtv.)], (b) talba għal informazzjoni [it-Taqsima 36 ta’ NAVtv.], (c) il-verifika tal-identità [it-Taqsima 36/A ta’ NAVtv.], (d) id-dħul f’post li ma jikkwalifikax bħala residenza privata [it-Taqsima 36/G ta’ NAVtv.], (e) protezzjoni tax-xena [it-Taqsima 36/I (1) ta’ NAVtv.]. L-emenda għandha tistabbilixxi li jekk din l-assistenza teħtieġ awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja, tali awtorizzazzjoni għandha ssir applikazzjoni għaliha mill-AFCOS nazzjonali (servizz nazzjonali ta’ koordinazzjoni kontra l-frodi) mill-inqas 72 siegħa qabel. Abbażi ta’ tali awtorizzazzjoni, l-OLAF jista’ jitlob il-preżenza tal-gwardjan finanzjarju minn qabel, jekk ikun hemm riskju ta’ reżistenza għal verifika u spezzjoni fuq il-post ippjanati. (ii) ta’ emenda għall-Att XXIX tal-2004 biex jiġi introdott tip finanzjarju dissważiv ta’ sanzjoni li għandha tiġi imposta f’każ li operatur ekonomiku jirrifjuta li jikkoopera mal-OLAF għall-finijiet tal-kontrolli u l-verifiki fuq il-post. |
||||
|
227 |
C9.R25 Implimentazzjoni, kontroll u awditjar effettivi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Sistema ta’ monitoraġġ għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija |
Rapport tal-awditjar li jikkonferma l-funzjonalitajiet u l-operazzjoni tas-sistema ta’ repożitorju għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza |
Q4 |
2022 |
Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ repożitorju għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Is-sistema għandha tinkludi mill-inqas il-funzjonalitajiet li ġejjin: (a) il-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri; (b) il-ġbir, il-ħżin u l-iżgurar ta’ aċċess għad-data meħtieġa mill-Artikolu 22(2)(d)(i) sa (iii) tar-Regolament RRF. L-aċċess għal din id-data għandu jingħata lill-korpi nazzjonali u Ewropej rilevanti kollha għall-fini ta’ awditjar u kontroll. Id-data disponibbli fis-sistema repożitorja għandha tkun disponibbli fis-sistema Arachne kull xahrejn biex tiġi aċċessata l-lista sħiħa tal-indikaturi tar-riskju tal-RRF. Rapport tal-awditjar finali mill-awtorità tal-awditjar (EUTAF), b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata, għandu jikkonferma l-funzjonalitajiet tas-sistema ta’ repożitorju u li s-sistema hija kompletament funzjonali u operazzjonali. |
||||
|
228 |
C9.R25 Implimentazzjoni, kontroll u awditjar effettivi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar ta’ awditu effettiv tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija |
Dħul fis-seħħ ta’ strateġija tal-awditjar mill-EUTAF għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza |
Q4 |
2022 |
Adozzjoni u dħul fis-seħħ ta’ strateġija tal-awditjar għall-awtorità tal-awditjar (EUTAF), li tiżgura l-awditu effettiv tal-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza għall-Ungerija f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment qabel is-sottomissjoni tal-ewwel talba għall-ħlas skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-istrateġija għandha mill-inqas tistabbilixxi l-metodoloġija u l-approċċ għall-valutazzjoni tar-riskju, il-frekwenza u t-tip ta’ awditi (bħal awditi tas-sistemi u tal-proġetti, ibbażati fuq id-dokumentazzjoni u fuq il-post) li għandhom jitwettqu fl-istadji differenti ta’ implimentazzjoni tar-riformi u l-investiment implimentati skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll l-affidabbiltà tad-data li tappoġġa l-kisba tal-istadji importanti u l-miri. |
||||
|
229 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jiżgura l-prevedibbiltà legali fl-aċċess għal każijiet ta’ informazzjoni pubblika fil-qorti |
Dispożizzjoni fl-att leġiżlattiv li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tipprevedi proċedura eċċezzjonali għal talbiet għal aċċess għall-informazzjoni pubblika Din il-proċedura eċċezzjonali għandu jistabbilixxi l-istess passi proċedurali u skadenzi bħal dawk applikati fil-każ ta’ każijiet ta’ rettifika tal-istampa kif stabbilit fl-Att CXXX tal-2016 dwar il-proċeduri ċivili (it-Taqsimiet 495-501), bl-unika eċċezzjoni li l-iskadenza għall-perjodu taċ-ċitazzjoni fit-Taqsima 497(1) tal-Att CXXX tal-2016 għandha tkun ta’ mill-inqas tlett ijiem ta’ xogħol. |
||||
|
230 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li jiżguraw żieda fit-trasparenza tal-informazzjoni pubblika |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ tal-emendi tal-Att CXII tal-2011 dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u d-Digriet tal-Gvern Nru 301/2016 (IX. 30.) sabiex tiġi stabbilita r-regola ewlenija li l-informazzjoni pubblika għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas u t-tariffi għall-aċċess għal tali informazzjoni pubblika jistgħu jiġu applikati biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u definiti b’mod ċar. F’dan ir-rigward l-emendi għandhom: (i) Jabolixxu l-possibbiltà li jiġu imposti kostijiet tax-xogħol assoċjati mat-twettiq tal-aċċess għal talbiet għal informazzjoni pubblika; (ii) Jiddefinixxu l-kostijiet unitarji disponibbli għall-pubbliku relatati mal-kostijiet tal-ikkupjar u t-twassil tal-informazzjoni mitluba; (ii) Jistabbilixxu r-regola li t-tariffi imposti ma għandhomx jaqbżu l-kost attwali mġarrab mid-detentur tal-informazzjoni pubblika mitluba meta jissodisfa dik it-talba għal informazzjoni relatata mal-kategoriji tal-kostijiet skont il-punt (ii) u biss jekk dawk il-kostijiet jaqbżu l-HUF 10 000; (iv) Jintroduċu limitu massimu globali raġonevolment baxx ta’ massimu ta’ HUF 190 000 għal kost assoċjat li jista’ jitqies minn korp pubbliku meta jissodisfa talba għal aċċess individwali għall-informazzjoni pubblika; u (v) Jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni li ssir disponibbli fuq talba għal aċċess għal informazzjoni għandha tkun disponibbli simultanjament fir-reġistru ċentrali msemmi fl-istadju importanti 175. (Fejn possibbli dan għandu jsir fil-format applikabbli għar-reġistru ċentrali msemmi fl-istadju importanti 175. F’każijiet fejn l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi strutturata f’dak il-format, din għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tar-reġistru ċentrali f’format li jippermetti t-tniżżil, l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid tad-data.) L-emendi li jikkonċernaw il-kostijiet unitarji skont il-punt (ii) u l-metodu ta’ kalkolu tat-tariffi li jistgħu jiġu imposti għall-aċċess għat-talbiet ta’ informazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq proposta mill-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni (NAIH). Dħul fis-seħħ ta’ emenda leġiżlattiva li tħassar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fid-Digriet tal-Gvern 521/2020 (IX. 25) dwar devjazzjoni minn ċerti regoli dwar l-aċċess għall-informazzjoni matul l-istat ta’ periklu u l-iżgurar li ma jiġu introdotti l-ebda restrizzjonijiet leġiżlattivi ulterjuri fuq l-aċċess għall-informazzjoni pubblika. |
||||
|
231 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (1) |
Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar il-konformità tal-korpi pubbliċi mal-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Q4 |
2022 |
L-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jwettaq kontrolli komprensivi u dettaljati fuq il-korpi pubbliċi kollha mill-inqas darbtejn fis-sena u fuq ilment biex jivvaluta jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tagħhom dwar it-trasparenza tad-data pubblika u jagħtu aċċess għal data ta’ interess pubbliku. Is-sejbiet tal-kontrolli għandhom jiġu stabbiliti f’rapport komprensiv li jidentifika n-nuqqasijiet għal kull korp pubbliku kkonċernat (mill-inqas l-identifikazzjoni tal-għadd ta’ talbiet għal aċċess għad-data pubblika riċevuti, l-għadd ta’ lmenti relatati mal-kondiviżjoni tad-data pubblika, l-għadd ta’ talbiet issodisfati u l-għadd ta’ jiem li ttieħdu biex dawn jiġu ssodisfati), kif in-nuqqasijiet għandhom jiġu rimedjati u segwiti kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jittejjeb l-aċċess għad-data pubblika. L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq meta r-rapport biannwali li jkopri t-tieni nofs tal-2022 isir disponibbli għall-pubbliku kollu kemm hu. |
||||
|
232 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (2) |
Pubblikazzjoni tar-rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar il-konformità tal-korpi pubbliċi mal-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Q2 |
2024 |
L-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jwettaq kontrolli komprensivi u dettaljati fuq il-korpi pubbliċi kollha mill-inqas darbtejn fis-sena u fuq ilment biex jivvaluta jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tagħhom dwar it-trasparenza tad-data pubblika u jagħtu aċċess għal data ta’ interess pubbliku. Is-sejbiet tal-kontrolli għandhom jiġu stabbiliti f’rapport komprensiv li jidentifika n-nuqqasijiet għal kull korp pubbliku kkonċernat (mill-inqas l-identifikazzjoni tal-għadd ta’ talbiet għal aċċess għad-data pubblika riċevuti, l-għadd ta’ lmenti relatati mal-kondiviżjoni tad-data pubblika, l-għadd ta’ talbiet issodisfati u l-għadd ta’ jiem li ttieħdu biex dawn jiġu ssodisfati), kif in-nuqqasijiet għandhom jiġu rimedjati u segwiti kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jittejjeb l-aċċess għad-data pubblika. L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq meta r-rapport biannwali li jkopri l-ewwel nofs tal-2024 isir disponibbli għall-pubbliku kollu kemm hu u total ta’ erba’ rapporti jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
233 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (3) |
Pubblikazzjoni tar-rapporti tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar il-konformità tal-korpi pubbliċi mal-obbligi rispettivi tagħhom rigward l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
|
|
|
Q2 |
2026 |
L-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jwettaq kontrolli komprensivi u dettaljati fuq il-korpi pubbliċi kollha mill-inqas darbtejn fis-sena u fuq ilment biex jivvaluta jekk dawn jikkonformawx mar-rekwiżiti rispettivi tagħhom dwar it-trasparenza tad-data pubblika u jagħtu aċċess għal data ta’ interess pubbliku. Is-sejbiet tal-kontrolli għandhom jiġu stabbiliti f’rapport komprensiv li jidentifika n-nuqqasijiet għal kull korp pubbliku kkonċernat (mill-inqas l-identifikazzjoni tal-għadd ta’ talbiet għal aċċess għad-data pubblika riċevuti, l-għadd ta’ lmenti relatati mal-kondiviżjoni tad-data pubblika, l-għadd ta’ talbiet issodisfati u l-għadd ta’ jiem li ttieħdu biex dawn jiġu ssodisfati), kif in-nuqqasijiet għandhom jiġu rimedjati u segwiti kif ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jittejjeb l-aċċess għad-data pubblika. L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq meta r-rapport biannwali li jkopri l-ewwel nofs tal-2026 isir disponibbli għall-pubbliku kollu kemm hu u total ta’ tmien rapporti jkunu disponibbli għall-pubbliku. |
|
|
|
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jistabbilixxi l-qafas għall-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija |
Dispożizzjoni fl-att leġiżlattiv li tindika d-dħul fis-seħħ |
Q3 |
2022 |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jistabbilixxi l-qafas biex il-partijiet ikkonċernati rilevanti jiġu kkonsultati waqt l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija. Dak l-att leġiżlattiv għandu: (1) Jistabbilixxi strateġija vinkolanti li tiddefinixxi l-kompiti u r-responsabbiltajiet dwar kif il-partijiet ikkonċernati ewlenin għandhom ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza; (2) Jistabbilixxi kumitat ta’ monitoraġġ, li jikkonsisti mill-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali rilevanti għall-implimentazzjoni tal-komponenti tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jingħata l-kompitu li jagħmel monitoraġġ kontinwament tal-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-membri kollha tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi. Mill-inqas 50 % tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom jirrappreżentaw organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti mill-gvern u mill-korpi pubbliċi li huma attivi fil-qasam ta’ wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: il-politika soċjali; l-edukazzjoni; is-suq tax-xogħol; il-kura tas-saħħa; l-ambjent; il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; l-enerġija; l-iżvilupp sostenibbli; it-trasport sostenibbli; il-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; u t-trasparenza. Il-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċess tal-għażla miftuħa, trasparenti, u nondiskriminatorja bbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mal-għarfien espert u l-mertu. Kull wieħed minn dawk il-membri għandu jkollu għarfien espert ippruvat f’wieħed jew aktar mill-oqsma msemmija hawn fuq ippruvat minn attività verifikabbli u rilevanti twila biżżejjed f’dawk l-oqsma. Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u jirċievi l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-implimentazzjoni tal-miżuri fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Il-kumitat ta’ monitoraġġ jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Awtorità Nazzjonali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li għandu jiġi adottat b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. L-Awtorità Nazzjonali għandha ssegwi dawk ir-rakkomandazzjonijiet u tirrapporta dwar il-progress ta’ dan is-segwitu lill-kumitat ta’ monitoraġġ; (3) Jiġi stabbilit obbligu li s-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati jiġu kkonsultati regolarment u b’mod effettiv matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. |
||||
|
235 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi għall-atti leġiżlattivi rilevanti biex jissaħħaħ l-użu ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u valutazzjonijiet tal-impatt fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2022 |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi għall-Att CXXXI tal-2010 li jiżguraw li għall-atti leġiżlattivi kollha adottati mill-Gvern (jiġifieri digrieti tal-gvern u digrieti ministerjali) jew imressqa għall-adozzjoni lill-Parlament mill-Gvern (jiġifieri abbozzi ta’ liġi) għandha titwettaq konsultazzjoni pubblika effettiva u għandha titħejja valutazzjoni tal-impatt u s-sommarji tagħha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod sistematiku billi: (i) jiġi stabbilit perjodu minimu ta’ konsultazzjoni ta’ tmint ijiem (li jfisser li l-abbozz tal-att leġiżlattiv għandu jkun disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika fl-istess ħin li jintbagħat għal konsultazzjoni intragovernattiva); (ii) jiġi stabbilit perjodu minimu ta’ ħamest ijiem wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika biex jitqiesu l-inputs riċevuti matul il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-att leġiżlattiv tal-gvern ma għandux jiġi adottat mill-gvern, jew l-abbozz ta’ liġi ma għandux jiġi ppreżentat lill-Parlament; (iii) is-sehem tal-atti leġiżlattivi li jistgħu jaqgħu taħt l-eċċezzjonijiet fit-Taqsima 5 tal-Att CXXXI tal-2010 għandu jkun massimu ta’ 10 % u għandu jiġi żgurat li l-użu ta’ dawn l-eċċezzjonijiet ikun debitament ġustifikat; (iv) sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt preliminari għandu jkun disponibbli għall-pubbliku flimkien mal-abbozz tal-att leġiżlattiv fil-każijiet kollha; (i) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet għandu jiġi ristrett billi titneħħa t-Taqsima 5(5) tal-Att CXXXI tal-2010. Regoli ta’ proċedura rilevanti għandhom jiżguraw ukoll li l-ambitu u l-kontenut tal-valutazzjonijiet tal-impatt ikunu konformi mal-metodoloġija mħejjija taħt il-proġett “ÁROP-1.1.10 — A jogszabály elġkészítési folyamat racionalizálása” kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea; Dħul fis-seħħ ta’ emendi għar-regoli ta’ proċedura tal-Gvern jew leġiżlazzjonijiet rilevanti oħra għandu jiżgura li: (vi) l-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern (KEHI) għandu jivverifika kull sena l-konformità mar-rekwiżiti tal-konsultazzjoni pubblika tal-Att CXXXI tal-2010, inkluża l-implimentazzjoni tal-punti minn (i) sa (v). Is-sejbiet tal-kontrolli ta’ hawn fuq għandhom jiġu ppubblikati kull sena sal-31 ta’ Jannar f’rapport fuq is-sit web tal-Uffiċċju. (vii) l-Uffiċċju tal-Kontroll tal-Gvern għandu b’mod konsistenti jimponi multa għolja biżżejjed fuq il-ministeru mmexxi mill-ministru responsabbli għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni kkonċernata fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010. Ir-raġunijiet għaliex ġiet imposta l-multa għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. Dħul fis-seħħ tal-emendi għall-atti leġiżlattivi rilevanti għandu jiżgura li: (i) riżorsi addizzjonali jiġu ddedikati lill-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali biex jiżviluppa l-kapaċità tal-Uffiċċju biex jgħin lill-Membri u lill-Kumitati tal-Assemblea Nazzjonali jħejju valutazzjonijiet tal-impatt effettivi u jwettqu konsultazzjonijiet effettivi mal-partijiet ikkonċernati għall-abbozzi ta’ liġi proposti minnhom. Il-membri u l-Kumitati tal-Assemblea Nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu lill-Uffiċċju jħejji valutazzjonijiet tal-impatt u jwettaq konsultazzjonijiet effettivi mal-partijiet ikkonċernati dwar l-abbozzi jew l-emendi mibdija minnhom. (ii) l-Uffiċċju Ċentrali tal-Istatistika Ungeriż għandu jipprovdi d-data meħtieġa lill-Uffiċċju tal-Assemblea Nazzjonali biex iwettaq il-valutazzjonijiet tal-impatt. |
||||
|
236 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Bidu tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija ġdida għat-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ta’ proposti leġiżlattivi |
Adozzjoni u bidu tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija ġdida |
Q4 |
2023 |
Il-gvern għandu jadotta u jibda japplika metodoloġija ġdida għall-valutazzjoni sistematika tal-impatt tal-proposti leġiżlattivi kollha li għandha tkun ibbażata fuq (i) valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza bil-metodoloġija mħejjija taħt il-proġett “ÁROP-1.1.10 — A jogszabály elġkészítési folyamat racionalizálása” kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li jidentifika l-punti b’saħħithom u dawk dgħajfa ta’ dik il-metodoloġija; (ii) identifikazzjoni tal-aħjar prattiki tal-istituzzjonijiet internazzjonali u tal-Istati Membri fir-rigward tal-valutazzjonijiet tal-impatt regolatorju; (iii) deskrizzjoni tal-metodoloġija riveduta tal-valutazzjoni tal-impatt li għandha titħejja bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali b’għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesa’ fil-qasam tal-valutazzjoni tal-impatt regolatorju. Id-dokumenti kollha ta’ hawn fuq għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u għandhom ikunu soġġetti għal konsultazzjoni effettiva mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati nongovernattivi. |
||||
|
237 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (1) |
% |
0 |
90 |
Q1 |
2023 |
Mill-inqas 90 % tad-digrieti kollha tal-gvern, id-digrieti ministerjali adottati mill-gvern u l-abbozzi kollha ppreżentati mill-gvern lill-Parlament bejn l-1 ta’ Novembru 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2022 kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u l-valutazzjonijiet tal-impatt sommarji kollha kellhom jiġu ppubblikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010 – kif emendat f’konformità mal-istadju importanti 235 – ġew ippubblikati. Dan kollu għandu jiġi kkonfermat minn rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF. |
||
|
238 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (2) |
% |
0 |
90 |
Q1 |
2024 |
Mill-inqas 90 % tad-digrieti kollha tal-gvern, id-digrieti ministerjali adottati mill-gvern u l-abbozzi kollha ppreżentati mill-gvern lill-Parlament bejn l-1 ta’ Jannar 2023 u l-31 ta’ Diċembru 2023 kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u l-valutazzjonijiet tal-impatt sommarji kollha kellhom jiġu ppubblikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010 – kif emendat f’konformità mal-istadju importanti 235 – ġew ippubblikati. Dan kollu għandu jiġi kkonfermat minn rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF. |
||
|
239 |
C9.R25 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (3) |
% |
0 |
90 |
Q1 |
2025 |
Mill-inqas 90 % tad-digrieti kollha tal-gvern, id-digrieti ministerjali adottati mill-gvern u l-abbozzi kollha ppreżentati mill-gvern lill-Parlament bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2024 kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u l-valutazzjonijiet tal-impatt sommarji kollha kellhom jiġu ppubblikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010 – kif emendat f’konformità mal-istadju importanti 235 – tħejjew f’konformità mal-metodoloġija żviluppata f’konformità mal-istadju importanti 236 u ġew ippubblikati. Dan kollu għandu jiġi kkonfermat minn rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF. |
||
|
240 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (4) |
% |
0 |
90 |
Q1 |
2026 |
Mill-inqas 90 % tad-digrieti kollha tal-gvern, id-digrieti ministerjali adottati mill-gvern u l-abbozzi kollha ppreżentati mill-gvern lill-Parlament mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025 kienu soġġetti għal konsultazzjoni pubblika, u l-valutazzjonijiet tal-impatt sommarji kollha kellhom jiġu ppubblikati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Att CXXXI tal-2010 – kif emendat f’konformità mal-istadju importanti 235 – tħejjew f’konformità mal-metodoloġija żviluppata f’konformità mal-istadju importanti 236 u ġew ippubblikati. Dan kollu għandu jiġi kkonfermat minn rapport tal-awditjar finali b’opinjoni tal-awditjar mhux kwalifikata mill-EUTAF. |
||
|
241 |
C9.R28 Appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data u l-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u jonqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ pjattaforma tad-data u sistema ta’ mmudellar tad-data |
Pjattaforma tad-data li tgħaqqad il-bażijiet tad-data u għodda għall-immudellar tad-data huma stabbiliti f’konformità mad-deskrizzjoni tas-sistema u l-pjattaforma tad-data, is-sistema u l-pjattaforma tad-data huma kompletament funzjonali u operazzjonali u l-amministrazzjoni pubblika bdiet tużahom |
|
|
|
Q2 |
2024 |
Fuq il-bażi ta’ deskrizzjoni ta’ sistema dettaljata mħejjija bil-koordinazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, għandha titwaqqaf pjattaforma tad-data u għodda għall-immudellar tad-data biex tiġi żgurata l-konnessjoni tal-bażijiet tad-data u jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għall-immudellar tad-data fuq il-bażi ta’ din id-data bil-għan li jkun hemm viżwalizzazzjoni u spjegazzjoni aħjar tal-effetti tar-regolamentazzjoni lill-pubbliku. L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq ladarba, wara prova, il-pjattaforma tad-data u l-għodda tal-immudellar tad-data jkunu kompletament funzjonali u operazzjonali u jiġu attivati (jiġifieri, l-amministrazzjoni pubblika tkun bdiet tużaha). |
|
|
242 |
C9.R28 Appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data u l-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u jonqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Mira |
Għadd ta’ persuni li lestew korsijiet ta’ taħriġ dwar il-viżwalizzazzjoni tad-data |
Numru |
0 |
200 |
Q1 |
2025 |
Saru korsijiet ta’ taħriġ għall-persunal tal-ministeri kompetenti, l-istituzzjonijiet tal-gvern u r-rappreżentanti tas-sħab soċjali involuti fl-ippjanar strateġiku u fil-ħidma preparatorja leġiżlattiva dwar l-għodod u l-prattiki tal-viżwalizzazzjoni tad-data (relatati mal-istadju importanti 241) u mill-inqas 200 parteċipant li lestew it-taħriġ kompletament li rċevew iċ-ċertifikat tagħhom. |
||
|
243 |
C9.R29 Estensjoni tas-sistema awtomatika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi bil-ħsieb li jiżdiedu l-effiċjenza, it-trasparenza u jitnaqqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Mira |
Tipi awtomatizzati addizzjonali ta’ każijiet introdotti fis-sistema awtomatika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattiva (AKD) |
|
Numru |
0 |
3 |
Q4 |
2024 |
Tliet tipi ta’ każijiet ġodda b’funzjonalitajiet kompletament operazzjonali għandhom jiġu introdotti fis-sistema awtomatika tat--teħid ta’ deċiżjonijiet (AKD) li tippermetti l-ipproċessar kompletament awtomatizzat tagħhom (mingħajr interazzjoni umana) biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korruzzjoni. Dawn it-tipi ta’ każijiet għandhom jikkonċernaw l-oqsma li ġejjin: - amministrazzjoni tal-vetturi; - naturalizzazzjoni simplifikata (ksib taċ-ċittadinanza); u - ir-reġistru tal-artijiet. L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq ladarba, wara prova, il-moduli għat-tliet tipi ta’ każijiet fl-AKD ikunu kompletament funzjonali u operazzjonali u jiġu attivati (jiġifieri, il-pubbliku jkun beda jużahom). |
|
|
244 |
C9.R30 Tisħiħ tas-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi |
Stadju importanti |
It-twaqqif ta’ sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT u tal-liċenzjar tas-software |
Il-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT u r-reġistru u s-sistema tal-liċenzjar tas-software huma kompletament funzjonali u operazzjonali |
|
Q4 |
2025 |
Għandha tiġi stabbilita sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT u l-liċenzjar tas-software biex tipprovdi reġistru komprensiv u monitoraġġ taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir tal-IT u servizz ċentrali flessibbli u faċli għall-klijent biex jiġu żgurati l-forniment, l-aġġornament, it-tiswija, il-bidla, l-iskreppjar, l-installazzjoni u servizzi relatati għat-tagħmir tal-IT għal mill-inqas 3 000 korp pubbliku fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni pubblika u l-kura soċjali (bħal skejjel preprimarji, skejjel primarji, skejjel sekondarji, akkomodazzjonijiet soċjali, faċilitajiet tal-kura tat-tfal, eċċ.). L-istadju importanti għandu jitqies li ntlaħaq meta, wara prova (bl-involviment tal-utenti finali u ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet kummerċjali), is-sistema l-ġdida tkun kompletament funzjonali u operazzjonali f’konformità mad-disinn tas-sistema adottata u l-funzjonijiet tagħha jiġu attivati (jiġifieri l-utenti aħħarin ikunu bdew jużawha) |
|||
|
245 |
C9.R31 Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
Stadju importanti |
Rieżami tal-esperti internazzjonali indipendenti tar-regoli domestiċi kontra l-evitar tat-taxxa |
Pubblikazzjoni tar-rieżami |
Q3 |
2023 |
Rieżami tal-esperti internazzjonali indipendenti tar-regoli domestiċi kontra l-evitar tat-taxxa għandu jitwettaq minn fornitur indipendenti ta’ għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesa’ dwar is-suġġett tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa. L-istudju għandu janalizza s-sitwazzjoni attwali tar-regoli domestiċi kontra l-evitar tat-taxxa u jipprovdi proposti u rakkomandazzjonijiet konkreti biex tittejjeb l-effettività tar-regoli tat-taxxa fir-rigward tal-entitajiet fittizji, b’enfasi fuq ir-rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva u l-konsegwenzi tat-taxxa f’każ ta’ nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi tas-sustanza. Ir-rieżami, inklużi r-rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Finanzi. |
||||
|
246 |
C9.R31 Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
Dispożizzjoni fil-liġi li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q4 |
2023 |
Għandha tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sustanza għall-finijiet tat-taxxa korporattiva. Il-leġiżlazzjoni għandha titħejja abbażi tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami tal-esperti indipendenti msemmi fl-istadju importanti 245 u għandha timmitiga r-riskji identifikati fl-imsemmi rieżami. Qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni mill-gvern, il-kunċett ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Finanzi u l-Ministeru għall-Finanzi għandu jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi (inkluż mal-partijiet ikkonċernati bħall-prattikanti tat-taxxa u l-kmamar tan-negozju) dwar l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ġodda ta’ sustanza minima. Il-leġiżlazzjoni adottata għandha tinkludi mill-anqas l-elementi li ġejjin: I)l-identifikazzjoni tal-ambitu tal-kumpaniji bi skopertura kbira ta’ introjtu passiv transfruntier (kriterji primarji); II)l-identifikazzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza (inkluż – iżda mhux limitati għal – kont bankarju u post); u III)l-istabbiliment ta’ konsegwenzi fiskali f’każ li ma jintlaħqux ir-rekwiżiti minimi ta’ sustanza. |
||||
|
247 |
C9.R32 Tisħiħ tar-regolamenti dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jissaħħu r-regoli tal-ipprezzar ta’ trasferiment |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2023 |
Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jintroduċu obbligi ġodda ta’ rapportar tal-ipprezzar ta’ trasferiment. L-emendi leġiżlattivi għandhom iqisu s-sejbiet tal-konsultazzjonijiet pubbliċi organizzati mill-Ministeru għall-Finanzi. Il-leġiżlazzjoni adottata għandha tinkludi rekwiżiti dettaljati għar-rapportar tad-data l-ġdida dwar l-ipprezzar tat-trasferiment (bħall-kamp ta’ applikazzjoni, id-data rapportabbli, il-metodu). Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi għandu jkopri tranżazzjonijiet bejn impriżi assoċjati li jilħqu mill-inqas HUF 100 miljun. |
||||
|
248 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jitwessgħu r-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2023 |
Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi li jwessgħu r-regoli ta’ nondeduċibbiltà għal pagamenti ‘l barra. Il-leġiżlazzjoni adottata għandha testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà sabiex tkopri t-tranżazzjonijiet kollha tar-royalties u tal-pagamenti tal-imgħax ħerġin f’ġuriżdizzjonijiet li jew huma elenkati fil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li huma kkunsidrati bħala ġuriżdizzjonijiet b’rata żero jew baxxa ta’ taxxa (li jinkludu kwalunkwe ġuriżdizzjoni b’rata tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu statutorja taħt ir-rata tat-taxxa korporattiva fuq l-introjtu statutorja tal-Ungerija). Il-leġiżlazzjoni għandha tidentifika kriterji dwar meta tiġi applikata konsegwenza tat-taxxa, filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet tan-negozju wara t-tranżazzjoni u t-trattament tat-taxxa tat-tranżazzjoni sabiex jiġu koperti każijiet ta’ nontassazzjoni doppja; Din għandha tidentifika wkoll il-konsegwenzi tat-taxxa xierqa biex jittaffa r-riskju fil-mira. Qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni mill-gvern, il-Ministeru għall-Finanzi għandu jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi (inkluż mal-partijiet ikkonċernati bħall-prattikanti tat-taxxa u l-kmamar tan-negozju). |
||||
|
249 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Evalwazzjoni indipendenti tal-effettività tas-sett ġenerali ta’ regoli domestiċi relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa |
Pubblikazzjoni tal-evalwazzjoni |
Q4 |
2025 |
Għandha titwettaq evalwazzjoni indipendenti rigward l-effettività tas-sett ġenerali ta’ regoli domestiċi li jindirizzaw il-kumpaniji fittizji u l-pagamenti tal-imgħax u tar-royalties ’l barra bejn kumpaniji stabbiliti fl-Ungerija u kumpaniji stabbiliti f’ġuriżdizzjonijiet li jiffurmaw parti mil-lista tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx jew li jitqiesu bħala ġuriżdizzjonijiet b’rata żero jew baxxa ta’ taxxa. L-evalwazzjoni għandha titwettaq minn fornitur indipendenti ta’ għarfien espert rikonoxxut b’mod wiesa’ dwar is-suġġett tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-qafas tat-taxxa tal-Ungerija b’mod olistiku, inklużi l-miżuri kollha adottati sa dak iż-żmien. L-evalwazzjoni għandha tressaq rakkomandazzjonijiet għal azzjoni politika li għandha tittieħed mill-Ungerija, inkluż fil-forma ta’ bidliet leġiżlattivi biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati, b’mod partikolari fil-qasam tal-pagamenti ’l barra ta’ royalties, mgħax u dividendi. L-evalwazzjoni, inklużi r-rakkomandazzjonijiet, għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Finanzi. |
||||
|
250 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex tittejjeb l-effettività ta’ miżuri relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q2 |
2026 |
Għandhom jidħlu fis-seħħ emendi leġiżlattivi biex tittejjeb l-effettività tal-miżuri biex jiġi indirizzat l-ippjanar aggressiv tat-taxxa. Il-leġiżlazzjoni għandha tiġi introdotta biex tindirizza s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni indipendenti msemmija fl-istadju importanti 249. |
||||
|
251 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni tas-soluzzjoni ePayroll |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q2 |
2025 |
Is-soluzzjoni l-ġdida ePayroll (il-Pjattaforma tal-Provvista tad-Data dwar l-Impjiegi) għandha tiġi żviluppata u għandhom jidħlu fis-seħħ il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa għall-introduzzjoni tagħha. Il-leġiżlazzjoni għandha timmodifika l-proċeduri tal-formoli tal-forniment tad-data dwar l-impjiegi biex tippermetti l-użu tas-servizzi l-ġodda mill-kontribwenti (l-impjegaturi). Qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, l-awtoritajiet għandhom: 1) Japprovaw il-proposta ta’ żvilupp inizjali dwar l-ePayroll permezz ta’ deċiżjoni tal-gvern; 2) Jistabbilixxu struttura interministerjali ta’ ġestjoni tal-konsorzju u jaħtru kummissarju tal-gvern iddedikat responsabbli għall-implimentazzjoni b’suċċess tar-riforma; u 3) Jwettqu konsultazzjoni pubblika dwar il-verżjoni proposta tas-soluzzjoni qabel ma tibda l-fażi tal-iżvilupp tal-IT. |
||||
|
252 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema ePayroll |
Tlestija tal-fażi pilota tas-sistema l-ġdida |
Q2 |
2026 |
Għandha titlesta l-fażi pilota tal-implimentazzjoni tas-soluzzjoni ePayroll, bl-involviment volontarju ta’ minimu ta’ 50 kumpanija (inklużi impjegaturi ta’ kull kategorija ta’ daqs). Il-funzjonalitajiet ewlenin tas-sistema l-ġdida għandhom jiġu ttestjati, filwaqt li jiġi identifikat b’mod kosteffiċjenti kwalunkwe difett potenzjali fi żmien debitu. |
||||
|
253 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni tas-sistema eReceipt |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q4 |
2024 |
Għandha tiġi żviluppata s-soluzzjoni l-ġdida eReceipt u għandhom jidħlu fis-seħħ il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa għall-introduzzjoni tagħha. Il-leġiżlazzjoni għandha timmodifika l-proċeduri tad-dokumentazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet B2C biex tippermetti l-użu tas-servizzi l-ġodda mill-kontribwenti. Qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, l-awtoritajiet għandhom: 1) Japprovaw il-proposta ta’ żvilupp inizjali dwar l-eReceipt permezz ta’ deċiżjoni tal-gvern; u 2) Iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar is-soluzzjoni proposta. |
||||
|
254 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema eReceipt |
Tnedija tas-sistema eReceipt l-ġdida |
Q1 |
2026 |
Is-soluzzjoni eReceipt għandha tiġi implimentata u għandha tiġi offruta bħala servizz lill-klijenti interessati. II-Cash Regosters Online li diġà jiffunzjonaw għandhom jitħallew joperaw b’mod parallel sal-iskadenza ta’ klawżola ta’ estinzjoni. Is-soluzzjoni eReceipt għandha tilħaq penetrazzjoni ugwali għal 40 % tal-valur totali tat-tranżazzjoni B2C sal-31 ta’ Marzu 2026. |
||||
|
255 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ konformità mal-VAT permezz tal-introduzzjoni tas-sistema eVAT |
Dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni li tindika d-dħul fis-seħħ tagħha |
Q4 |
2024 |
Għandha tiġi żviluppata s-soluzzjoni eVAT il-ġdida u għandhom jidħlu fis-seħħ il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa għall-introduzzjoni tagħha. Il-leġiżlazzjoni għandha tissimplifika l-proċeduri ta’ konformità tal-VAT billi timmodifika l-proċeduri tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT biex tippermetti l-użu tas-servizzi l-ġodda mill-kontribwenti. Qabel l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni, l-awtoritajiet għandhom: 1) Japprovaw il-proposta ta’ żvilupp inizjali għall-eVAT permezz ta’ deċiżjoni tal-gvern; u 2) Iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar is-soluzzjoni proposta. |
||||
|
256 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema eVAT |
Tnedija tas-sistema eVAT il-ġdida |
Q1 |
2026 |
Is-soluzzjoni eVAT il-ġdida għandha tiġi implimentata u għandha tiġi offruta bħala servizz lill-klijenti interessati. Is-sistema eVAT il-ġdida għandha tilħaq penetrazzjoni ta’ mill-inqas 40 % tal-kontribwenti kollha tal-VAT bl-użu ta’ mill-inqas servizz wieħed offrut mis-sistema sal-31 ta’ Marzu 2026. |
||||
|
257 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Eliminazzjoni gradwali tal-miżuri tat-taxxa temporanji |
Dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni li jindikaw l-iskadenza tal-miżuri tat-taxxa temporanji |
Q4 |
2023 |
Il-miżuri tat-taxxa temporanji introdotti fil-kuntest tat-tfixkil ekonomiku kkawżat mill-COVID-19 u mill-kriżi tal-enerġija għandhom jitneħħew gradwalment, f’konformità mal-klawżoli ta’ estinzjoni eżistenti tagħhom. Dawk il-miżuri tat-taxxa temporanji jinkludu: (1) it-taxxa żejda fuq is-settur bankarju (il-Paragrafu 1 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) (2) it-taxxa speċjali fuq is-settur tal-assigurazzjoni (il-Paragrafu 16 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) (3) it-taxxi speċjali fuq is-settur tal-enerġija (il-Paragrafi 2, 3 u 8 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) (4) is-soprataxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut (il-Paragrafi 20-21 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) (5) is-soprataxxa fuq is-settur tat-telekomunikazzjoni (il-Paragrafu 14 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) (6) is-soprataxxa fuq is-settur farmaċewtiku (il-Paragrafu 7 tad-Digriet tal-Gvern 197/2022) |
||||
|
258 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Rapport mill-grupp ta’ ħidma dwar it-tnaqqis tal-għadd ta’ taxxi |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q4 |
2023 |
Għandu jitwaqqaf grupp ta’ ħidma biex jevalwa l-possibbiltajiet li jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi. Il-grupp ta’ ħidma għandu jinkludi rappreżentanti tal-Ministeru għall-Finanzi, l-awtorità tat-taxxa, il-kmamar kummerċjali (il-Kamra Ungeriża tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Kamra Ġermaniża Ungeriża tal-Industrija u l-Kummerċ, il-Kamra Amerikana tal-Kummerċ fl-Ungerija), rappreżentanti tal-konsulenti tat-taxxa u esperti akkademiċi. Il-grupp ta’ ħidma għandu jħejji rapport li jirrakkomanda għażliet għal tnaqqis fl-għadd ta’ taxxi. Il-grupp ta’ ħidma għandu jevalwa mill-inqas is-suġġetti li ġejjin: ·konsolidazzjoni tat-tassazzjoni lokali fuq il-proprjetà (taxxa fuq il-bini, taxxa fuq ir-roqgħa art, taxxa komunali); ·konsolidazzjoni tat-tassazzjoni tal-vetturi (taxxa fuq il-vetturi, taxxa fuq il-karozzi tal-kumpaniji, dazju tar-reġistrazzjoni, dazji fuq it-trasferiment tal-proprjetà); ·amalgamazzjoni tal-kontribuzzjoni ta’ riabilitazzjoni (ammont fiss) fit-taxxa tal-impjegaturi; ·amalgamazzjoni tat-tassazzjoni tad-donazzjonijiet/tal-wirt fit-taxxa fuq l-introjtu personali; ·tneħħija ta’ taxxi minuri b’kapaċità minima ta’ ġbir ta’ dħul (ħlief għal dawk meħtieġa mil-liġi tal-UE u dawk li jservu għanijiet ambjentali); u ·tneħħija/konsolidazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-benefiċċju tal-mard. Ir-rapport tal-grupp ta’ ħidma għandu jirrakkomanda tnaqqis ta’ 10 % tal-għadd ta’ taxxi meta mqabbel mal-għadd fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. It-tnaqqis għandu jinkiseb bit-tneħħija ta’ taxxi eżistenti jew il-konsolidazzjoni ta’ tnejn jew aktar minnhom f’waħda. Il-miżuri tat-taxxa temporanji li se jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2023 u li jissemmew fl-istadju importanti 257, kif ukoll it-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità msemmija fl-istadju importanti 262, la għandhom jingħaddu bħala parti mit-taxxi li jkunu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023 u lanqas ma għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis propost fl-għadd ta’ taxxi. Ir-rapport tal-grupp ta' ħidma għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
259 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q2 |
2024 |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi, abbażi tar-rapport tal-grupp ta’ ħidma ddedikat imsemmi fl-istadju importanti 258. Il-leġiżlazzjoni adottata għandha tikseb tnaqqis ta’ 10 % tal-għadd ta’ taxxi meta mqabbel mal-għadd fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023. It-tnaqqis għandu jinkiseb bit-tneħħija ta’ taxxi eżistenti jew il-konsolidazzjoni ta’ tnejn jew aktar minnhom f’waħda. Il-miżuri tat-taxxa temporanji li se jiskadu sal-31 ta’ Diċembru 2023 u li jissemmew fl-istadju importanti 257, kif ukoll it-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità msemmija fl-istadju importanti 262, la għandhom jingħaddu bħala parti mit-taxxi li jkunu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023 u lanqas ma għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-għadd ta’ taxxi. |
||||
|
260 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Rapport mill-grupp ta’ ħidma għall-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni u konsolidazzjoni ta’ sett alternattiv ta’ regoli dwar it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali |
Pubblikazzjoni tar-rapport |
Q3 |
2023 |
Grupp ta’ ħidma għandu jingħata l-kompitu li jħejji rapport dwar kif ir-regoli dwar it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali tista’ tiġi ssimplifikata u kkonsolidata, bil-ħsieb li jiġi eliminat l-infiq ineffiċjenti tat-taxxa, li l-għażliet tar-regoli tat-taxxa jsiru aktar faċli għall-kontribwenti u li jitnaqqsu l-inċentivi distorti jew mhux ġustifikati biex b’hekk is-sistema tat-taxxa ssir aktar ġusta. Il-grupp ta’ ħidma għandu jinkludi rappreżentanti tal-Ministeru għall-Finanzi, l-awtorità tat-taxxa, il-kmamar kummerċjali (il-Kamra Ungeriża tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Kamra Ġermaniża Ungeriża tal-Industrija u l-Kummerċ, il-Kamra Amerikana tal-Kummerċ fl-Ungerija), rappreżentanti tal-konsulenti tat-taxxa u esperti akkademiċi. Il-grupp ta’ ħidma għandu jippreżenta r-rapport tiegħu dwar il-proposti ta’ riforma lill-Gvern. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku. |
||||
|
261 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għas-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tat-tassazzjoni fuq l-introjtu personali |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2023 |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għas-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tat-tassazzjoni fuq l-introjtu personali, abbażi tar-rapport tal-grupp ta’ ħidma ddedikat imsemmi fl-istadju importanti 260. |
||||
|
262 |
C9.R36 Riforma tat-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-Att li jħassar jew jemenda l-Att Nru CLXVIII tal-2012 dwar it-taxxa fuq il-pipelines tal-utilitajiet |
Dispożizzjonijiet fl-emendi leġiżlattivi li jindikaw id-dħul fis-seħħ tagħhom |
Q4 |
2024 |
Għandu jidħol fis-seħħ Att dwar is-simplifikazzjoni tat-tassazzjoni tal-utilitajiet pubbliċi biex i) iħassar l-Att Nru CLXVIII tal-2012 dwar it-taxxa fuq il-pipelines tal-utilitajiet, jew ii) jemenda l-Att CLXVIII tal-2012 dwar it-taxxa fuq il-pipelines tal-utilitajiet biex jintroduċi regola tat-taxxa li tippermetti li s-sidien tal-utilitajiet jirrilaxxaw jew jikkreditaw it-taxxa dettaljata pagabbli fuq il-linji tagħhom (l-ilma u d-drenaġġ, il-linji tal-elettriku, il-pajpijiet tal-gass naturali u l-kejbils tat-telekomunikazzjoni) li jinsabu f’żoni pubbliċi għall-ammont li jinvestu fil-manutenzjoni jew it-titjib ta’ dawk il-linji. |
||||
|
263 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Titjib tal-prattiki ta’ komunikazzjoni tal-korpi tal-amministrazzjoni pubblika lejn il-klijenti tagħhom |
Ir-rapport huwa ppreżentat lill-Gvern u titnieda gwida “pass pass” ġdida |
Q3 |
2024 |
L-Awtorità Nazzjonali għall-Ġbir tat-Taxxa (NTCA) għandha tħejji rapport dwar il-komponenti u r-riżultati tal-“programm ta’ komunikazzjoni sempliċi” tagħha. Ir-rapport għandu jippromwovi l-integrazzjoni ta’ approċċi ta’ komunikazzjoni orjentati lejn il-klijent u faċli biex jinftiehmu f’organizzazzjonijiet oħra tal-amministrazzjoni pubblika li jħarsu lejn il-klijenti permezz tal-NTCA li tiġbor esperjenzi reali u tkun pijuniera ta’ metodi. Ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-gvern u jsir disponibbli għall-pubbliku. Abbażi tar-rapport, gwida ġdida “pass pass” dwar suġġetti speċifiċi, inkluża l-assistenza fl-għażla tal-imprendituri privati fost reġimi tat-taxxa fakultattivi, l-applikazzjonijiet għall-ħelsien mill-pagamenti, it-tassazzjoni u t-taxxi tal-boll tat-tranżazzjonijiet tal-proprjetà immobbli għandhom jiġu ppubblikati fuq il-pjattaformi diġitali tal-NTCA. |
||||
|
264 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Applikazzjonijiet ta’ għarfien dwar l-imġiba fil-proċeduri NTCA |
Rapport dwar l-applikazzjonijiet ta’ għarfien dwar l-imġiba fil-proċeduri NTCA u pubblikazzjoni tar-riżultati tal-proġetti pilota tal-BI |
Q4 |
2024 |
L-NTCA għandha tħejji rapport u tippreżenta lill-Gvern dwar kif l-approċċi tal-għarfien dwar l-imġiba (BI) jistgħu jtejbu t-twettiq tal-funzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika, abbażi tal-evidenza miġbura fil-proġetti pilota tal-BI tal-NTCA u l-esperjenza miksuba permezz tal-integrazzjoni tagħhom fi proċeduri regolari. Għandhom jitwettqu mill-inqas tliet proġetti pilota ġodda tal-BI bbażati fuq l-RCT f’kooperazzjoni bejn l-NTCA u l-Ministeru għall-Finanzi. Is-suġġetti għandhom jinkludu mill-inqas l-irfinar tal-messaġġi, il-forniment ta’ għodod għall-konformità volontarja, it-titjib tas-servizzi ta’ mentoraġġ, is-sejbien ta’ bilanċ tajjeb bejn l-interventi fl-imġiba u l-infurzar fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti għandhom jiġu evalwati u ppubblikati. |
||||
|
265 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dokument kunċettwali dwar ir-reviżjoni ġenerali tal-pjattaformi tal-IT tal-NTCA u l-integrazzjoni tagħhom f’servizz b’kanal wieħed |
Pubblikazzjoni tad-dokument kunċettwali |
Q2 |
2024 |
Dokument kunċettwali mħejji mill-NTCA għandu jipprovdi pjan dettaljat ta’ kif id-diversi pjattaformi tal-IT tal-amministrazzjoni tat-taxxa għandhom jiġu kkonsolidati fi pjattaforma b’kanal wieħed. Il-konsolidazzjoni għandha tagħmel mezz kompletament diġitali disponibbli għall-kontribwenti għall-użu fl-interazzjonijiet tagħhom mal-awtorità tat-taxxa. Id-dokument kunċettwali għandu jinkludi skeda ta’ żmien proposta tal-proġetti ta’ żvilupp meħtieġa, inkluża stima dwar id-daqs u d-distribuzzjoni temporali tar-riżorsi meħtieġa. Dan għandu jipprovdi wkoll pjan għall-integrazzjoni tal-iżviluppi tal-IT kollha li għaddejjin jew li huma ppjanati tal-NTCA fuq il-pjattaforma, li jibni fuq l-innovazzjonijiet tal-komunikazzjoni u l-approċċi tal-BI meta jitfasslu s-servizzi u d-disinn tal-Interfaċċa tal-Utenti/tal-Esperjenza tal-Utenti (UI/UX). Dan id-dokument kunċettwali għandu jservi bħala bażi għall-ippjanar tal-iżvilupp tal-IT għall-NTCA. Id-dokument kunċettwali għandu jiġi ppubblikat fuq is-sit web tal-NTCA. |
||||
|
266 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Disponibbiltà ta’ funzjonalitajiet ġodda fuq il-pjattaformi integrati tal-NTCA |
Funzjonalitajiet ġodda huma operazzjonali u disponibbli fuq il-pjattaformi integrati u l-applikazzjoni mobbli |
Q3 |
2025 |
Wara l-konsolidazzjoni ta’ pjattaformi separati (bħal ePIT, sit ta’ Applikazzjoni tal-Formoli Online) u l-forniment ta’ servizzi li għadhom mhumiex disponibbli permezz ta’ kanali diġitali (bħal konnessjoni ePayroll, taxxa tal-boll, taxxi relatati mal-vetturi), mill-inqas tliet funzjonalitajiet ġodda (mhux ipprovduti qabel it-30 ta’ Settembru 2022) għandhom isiru operazzjonali u disponibbli għall-utenti fuq il-pjattaforma integrata u l-applikazzjoni mobbli. |
||||
|
267 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Stabbiliment tal-qafas legali u istituzzjonali għat-twettiq tar-rieżamijiet tal-infiq annwali |
Dħul fis-seħħ ta’ emenda tar-regoli organizzattivi u operazzjonali tal-Ministeru għall-Finanzi, u dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni tal-gvern dwar il-metodoloġija u l-pjan ta’ ħidma fuq terminu medju għar-rieżamijiet tal-infiq |
Q2 |
2023 |
L-awtoritajiet għandhom jiddeżinjaw il-Ministeru għall-Finanzi bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-koordinazzjoni u t-twettiq ta’ rieżamijiet tal-infiq. Il-Ministeru għall-Finanzi għandu jistabbilixxi unità inkarigata mill-koordinazzjoni tar-rieżamijiet tal-infiq (“unità tal-koordinazzjoni”). L-unità tal-koordinazzjoni għandha tkun appoġġata fil-ħidma tagħha minn task force li għandha tinkludi esperti esterni (bħal speċjalisti magħrufa fl-oqsma li qed jiġu rieżaminati, akkademiċi, ħassieba) u rappreżentanti tal-ministeri kompetenti rilevanti. L-unità tal-koordinazzjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet regolari u taħdem mill-qrib mal-membri tat-task force fl-abbozzar tar-regoli legali u istituzzjonali għat-twettiq tar-rieżamijiet tal-infiq u sussegwentement fit-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-rieżamijiet tal-infiq. Il-Gvern għandu joħroġ deċiżjoni dwar it-tnedija ta’ proċess ta’ rieżami regolari tal-infiq, li għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Ungeriża. Id-Deċiżjoni (u/jew id-dokumenti t’ akkumpanjament) għandha tispeċifika, b’mod partikolari, dan li ġej: I)l-objettivi u l-miri dettaljati; II)il-metodoloġija għar-rieżami; III)pjan ta’ ħidma għat-terminu medju, inklużi oqsma ta’ nfiq li għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet u l-iskadenzi għat-twettiq tar-rieżamijiet; IV)l-entitajiet pubbliċi kkonċernati (jekk dawk l-entitajiet ikunu parti mill-gvern ċentrali); u V)il-perjodi ta’ żmien li għandhom jiġu koperti mill-analiżi. Id-Deċiżjoni għandha tispeċifika wkoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi involuti, inklużi mill-inqas l-elementi li ġejjin: ·Il-ministeri kompetenti għandhom jipprovdu aċċess sħiħ għad-data u l-informazzjoni lill-unità tal-koordinazzjoni fil-Ministeru għall-Finanzi. ·Il-Ministeru għall-Finanzi għandu jikkoordina u jwettaq ir-rieżamijiet tal-infiq u, wara li jkun ikkonsulta t-task force, jistabbilixxi rakkomandazzjonijiet dwar azzjonijiet ta’ segwitu possibbli. ·Il-Ministeru għall-Finanzi għandu jippreżenta rapporti regolari (kull tliet xhur) lill-gvern dwar il-progress tar-rieżamijiet tal-infiq. ·F’konformità mal-prinċipju ta’ “ikkonforma jew spjega”, il-gvern għandu jippreżenta s-sejbiet kollha tar-rieżamijiet lill-Parlament u, f’każ li ma jkunx jixtieq isegwi xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet korrispondenti, jispjega għaliex. Ir-riżultati tar-rieżamijiet tal-infiq għandhom ikunu lesti sal-iskadenzi definiti minn qabel biex jikkontribwixxu għat-tħejjija tal-baġits annwali u l-ippjanar baġitarju tat-terminu medju.. ·Sabiex jinkiseb segwitu effettiv, il-Ministeru għall-Finanzi, il-ministeri kompetenti u istituzzjonijiet pubbliċi oħra li ngħataw rakkomandazzjonijiet għandhom jingħataw skadenza biex iwieġbu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-prinċipju ta’ “ikkonforma jew spjega”. ·L-unità tal-koordinazzjoni fil-Ministeru għall-Finanzi għandha tingħata l-kompitu li tagħmel monitoraġġ tas-segwitu u tħejji rapport annwali dwar ir-rispons għar-rakkomandazzjonijiet. Il-metodoloġija tar-rieżamijiet għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD u prattiki simili fl-Istati Membri tal-UE. L-objettiv tar-rieżamijiet tal-infiq għandu jkun li tiġi eżaminata fid-dettall l-adegwatezza tan-nefqa pubblika fl-oqsma rieżaminati, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt soċjali pożittiv tagħha, il-kontribut tagħha għat-tkabbir ekonomiku u l-impatt tagħha fuq il-bilanċ baġitarju u s-sostenibbiltà fuq terminu medju tan-nefqa pubblika. Il-metodoloġija għandha tiddefinixxi miri konkreti ta’ ffrankar u effiċjenza għal oqsma speċifiċi ta’ nefqa b’livell adegwat ta’ ambizzjoni. L-oqsma għar-rieżami għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji bħall-infiq prijoritarju baxx u għoli ħafna u l-effiċjenza. Meta jintgħażlu l-oqsma għar-rieżami, għandha tingħata prijorità lill-partiti ta’ nfiq kbar u li qed jiżdiedu b’mod rapidu. Ir-rieżamijiet tal-2023 u l-2024 għandhom ikopru mill-inqas 10 % tan-nefqa tal-gvern estiż kull sena. L-oqsma ta’ nfiq għar-rieżami għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal: I)Kura tas-saħħa; II)Edukazzjoni; III)Investiment Pubbliku; u IV)Appoġġ relatat mal-familja u mal-akkomodazzjoni (inklużi vantaġġi fiskali relatati). |
||||
|
268 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapporti dwar l-eżiti tal-ewwel u t-tieni analiżi tal-infiq |
Pubblikazzjoni ta’ żewġ rapporti dwar l-eżitu tal-ewwel żewġ rieżamijiet tal-infiq fuq is-sit web tal-Gvern |
Q2 |
2024 |
Il-Ministeru għall-Finanzi għandu jikkoordina u jwettaq rieżamijiet tal-infiq tan-nefqa ta’ mill-inqas żewġ oqsma indikati fil-pjan ta’ ħidma fuq terminu medju, li minnhom mill-inqas żewġ oqsma mil-lista speċifikata fl-istadju importanti 267, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet professjonali rilevanti indipendenti mill-gvern. L-unità tal-koordinazzjoni għandha taħdem mill-qrib mal-membri tat-task force msemmija fl-istadju importanti 267 dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-rieżamijiet tal-infiq. Ir-rieżamijiet tal-infiq għandhom jidentifikaw miżuri u għażliet ta’ politika biex jinkiseb iffrankar potenzjali (espress f’termini ta’ persentaġġ tal-kamp ta’ applikazzjoni tan-nefqa rieżaminata) u titjib fl-effiċjenza fl-oqsma ta’ nefqa rilevanti. Il-miżuri u l-għażliet proposti għandhom ikunu disponibbli sa mhux aktar tard mir-raba’ trimestru tal-2023. Żewġ rapporti ddedikati għandhom jippreżentaw ir-riżultati konkreti tar-rieżamijiet f’termini ta’ ffrankar potenzjali (espressi f’termini ta’ % tal-kamp ta’ applikazzjoni tan-nefqa rieżaminata) u titjib fl-effiċjenza, kif rifless b’mod partikolari fl-ippjanar baġitarju (jiġifieri fil-baġits annwali u l-pjanijiet baġitarji fuq terminu medju). Ir-rapporti għandhom jiġu diskussi mill-gvern u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-gvern. |
||||
|
269 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapporti dwar l-eżiti tat-tielet u r-raba’ rieżami tal-infiq |
Pubblikazzjoni ta’ żewġ rapporti dwar l-eżitu tal-ewwel żewġ rieżamijiet tal-infiq fuq is-sit web tal-Gvern |
Q2 |
2025 |
Il-Ministeru għall-Finanzi għandu jikkoordina u jwettaq rieżamijiet tal-infiq tan-nefqa ta’ mill-inqas żewġ oqsma indikati fil-pjan ta’ ħidma fuq terminu medju, li minnhom mill-inqas żewġ oqsma mil-lista speċifikata fl-istadju importanti 267, f’konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet professjonali rilevanti indipendenti mill-Gvern. L-unità tal-koordinazzjoni għandha taħdem mill-qrib mal-membri tat-task force msemmija fl-istadju importanti 267 dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu tar-rieżamijiet tal-infiq. Ir-rieżamijiet tal-infiq għandhom jidentifikaw miżuri u għażliet ta’ politika biex jinkiseb iffrankar potenzjali (espress f’termini ta’ % tal-kamp ta’ applikazzjoni tan-nefqa rieżaminata) u titjib fl-effiċjenza fl-oqsma ta’ nefqa rilevanti. Il-miżuri u l-għażliet proposti għandhom ikunu disponibbli sa mhux aktar tard mir-raba’ trimestru tal-2024. Żewġ rapporti ddedikati għandhom jippreżentaw ir-riżultati konkreti tar-rieżamijiet f’termini ta’ ffrankar potenzjali (espressi f’termini ta’ % tal-kamp ta’ applikazzjoni tan-nefqa rieżaminata) u titjib fl-effiċjenza, kif rifless b’mod partikolari fl-ippjanar baġitarju (jiġifieri fil-baġits annwali u l-pjanijiet baġitarji fuq terminu medju). Ir-rapporti għandhom jiġu diskussi mill-gvern u għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-gvern. |
||||
|
270 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapport ta’ konklużjoni dwar l-eżitu tal-eżerċizzju tar-rieżami tal-infiq |
Pubblikazzjoni tar-rapport ta’ konklużjoni fis-sit web tal-Gvern |
Q4 |
2025 |
Ir-rapport ta’ konklużjoni għandu juri li mill-inqas 20 % tan-nefqa tal-gvern estiż kienet koperta b’suċċess mill-erba’ rieżamijiet tal-infiq imwettqa matul l-2023-2025. |
||||
2. Kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza
Il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija huwa ta’ HUF 2 299 592 927 602, li huwa ugwali għal EUR 5 824 260 891 abbażi tar-rata ta’ referenza medja ta’ EUR HUF tal-BĊE fil-perjodu mill-1 ta’ April 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022.
TAQSIMA 2: APPOĠĠ FINANZJARJU
1. Kontribuzzjoni finanzjarja
Il-ħlasijiet parzjali msemmija fl-Artikolu 2(2) għandhom jiġu organizzati kif ġej:
1.1 L-Ewwel Ħlas Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
1 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ kompjuters notebook addizzjonali kkonsenjati biex jintużaw mill-istudenti u mill-għalliema |
|
2 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Stadju importanti |
Żvilupp ta’ strateġija ta’ ttestjar tal-mezzi għall-allokazzjoni tan-notebooks diġitali lit-tfal tal-iskola. |
|
35 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, il-kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda, tagħmir diġitali ġdid u attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
|
42 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Stadju importanti |
Għażla ta’ mill-inqas 16-il ċentru ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali biex jipparteċipaw fi programm ta’ żvilupp |
|
48 |
C2.I6 Stabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp |
Mira |
Twaqqif ta’ laboratorji nazzjonali addizzjonali f’ħames oqsma ta’ riċerka tematiċi |
|
50 |
C3.R1 Ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas għal appoġġ integrat effettiv għall-insedjamenti l-aktar żvantaġġati |
Stadju importanti |
Għażla trasparenti tal-organizzazzjonijiet li għandhom jimplimentaw l-elementi varji tal-Programm tal-Insedjamenti li Qed Jippruvaw Ilaħħqu |
|
52 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Stadju importanti |
Adozzjoni ta’ pjan ta’ intervent ibbażat fuq dijanjożi tal-akkomodazzjoni għall-insedjamenti involuti |
|
70 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Żvilupp tal-provvista tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz” |
|
89 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt għar-rinnovazzjoni sezzjoni tal-linja ferrovjarja Almásfüzitġ-Komárom |
|
105 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Tneħħija tal-limitazzjonijiet tal-enerġija feed-in għas-sistemi fotovoltajċi residenzjali |
|
106 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Żieda fil-prevedibbiltà tal-proċeduri ta’ konnessjoni mal-grilja |
|
108 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Forums għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni |
|
113 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja b’kull min hu awtorizzat dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-iżvilupp ta’ grilji ta’ trażmissjoni u ta’ distribuzzjoni |
|
118 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti għal proġetti rigward l-użu ta’ pannelli solari residenzjali u l-modernizzazzjoni tat-tisħin |
|
122 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin - bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ - li għandhom jiġu installati mit-TSO/DSOs |
|
126 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Stadju importanti |
Tnedija tas-sejħa għal proposti għall-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin li għandhom jiġu installati għall-parteċipanti fis-suq |
|
130 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti prijoritarji indirizzati lid-DSOs għax-xiri u l-installazzjoni tal-arloġġi intelliġenti |
|
139 |
C8.R1 Eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-Att dwar ir-Relazzjoni tas-Servizz tal-Kura tas-Saħħa |
|
141 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern dwar il-kompiti tad-Direttorat Ġenerali Nazzjonali għall-Isptarijiet |
|
154 |
C8.I3 Programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
Stadju importanti |
Tnedija tas-servizz ta dispaċċ għall-programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
|
156 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tad-Digriet tal-Gvern dwar il-Komunitajiet Praxis |
|
160 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Integrità |
|
166 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni |
|
169 |
C9.R3 Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika (“stħarriġ ġudizzjarju”) |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika |
|
171 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li jestendu l-ambitu personali u materjali tad-dikjarazzjonijiet tal-assi, filwaqt li jiżguraw divulgazzjoni frekwenti |
|
174 |
C9.R5 Żgurar tat-trasparenza tal-użu tar-riżorsi pubbliċi mill-fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att li jiżgura sorveljanza effettiva dwar kif fondazzjonijiet tal-immaniġġar tal-assi ta’ interess pubbliku li jwettqu attività ta’ interess pubbliku u persuni ġuridiċi stabbiliti jew miżmuma minnhom jagħmlu użu mill-appoġġ tal-Unjoni |
|
175 |
C9.R6 Titjib tat-trasparenza tan-nefqa pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jiżgura trasparenza mtejba tan-nefqa pubblika |
|
182 |
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa |
|
195 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ għodda ta’ monitoraġġ u rapportar (“għodda ta’ rapportar b’offerta unika”) għall-monitoraġġ u r-rapportar dwar akkwisti pubbliċi magħluqa b’offerti uniċi ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni jew minn riżorsi nazzjonali skont il-metodoloġija tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Suq Uniku |
|
197 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva ta’ data dwar l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt huma disponibbli għall-pubbliku |
|
198 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva tad-data kollha relatata mas-sottokuntratturi huma disponibbli għall-pubbliku |
|
200 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
|
201 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
Bidu tal-operat ta’ qafas għall-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
|
213 |
C9.R15 Tisħiħ tar-rwol u s-setgħat tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali biex jikkontrobilanċja s-setgħat tal-President tal-Uffiċċju Nazzjonali għall-Ġudikatura |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jissaħħaħ ir-rwol tal-Kunsill Ġudizzjarju Nazzjonali filwaqt li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tiegħu |
|
214 |
C9.R16 Tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema (Kúria) |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi biex tissaħħaħ l-indipendenza ġudizzjarja tal-Qorti Suprema |
|
215 |
C9.R17 Tneħħija tal-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi biex jitneħħew l-ostakli għar-referenzi għal deċiżjonijiet preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
216 |
C9.R18 Riforma rigward ir-rieżami tas-sentenzi finali mill-Qorti Kostituzzjonali |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex titneħħa l-possibbiltà li l-awtoritajiet pubbliċi jikkontestaw id-deċiżjonijiet finali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali |
|
217 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Mandat legali għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza |
|
218 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Emenda tad-dispożizzjonijiet legali relatati mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u l-awditjar tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-fondi skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 fl-Ungerija |
|
219 |
C9.R19 Dispożizzjonijiet legali msaħħa li jistabbilixxu arranġamenti ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u awditjar u kontroll biex jiggarantixxu l-użu tajjeb tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Adozzjoni u bidu tal-applikazzjoni ta’ linji gwida biex jiġu żgurati l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-kunflitti ta’ interess għall-persunal tal-korpi kollha involuti fl-implimentazzjoni, il-kontroll u l-awditjar tal-appoġġ tal-Unjoni fl-Ungerija |
|
220 |
C9.R20 Strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi titfassal u tiġi implimentata strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni |
|
221 |
C9.R20 Strateġija effettiva kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi jitfassal u jiġi implimentat pjan ta’ azzjoni effettiv relatat mal-istrateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni |
|
222 |
C9.R21 Użu sħiħ u effettiv tas-sistema Arachne għall-appoġġ kollu tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’ arranġamenti xierqa li jiżguraw l-użu effettiv tal-għodda għall-valutazzjoni tar-riskju Arachne |
|
223 |
C9.R21 Użu sħiħ u effettiv tas-sistema Arachne għall-appoġġ kollu tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni billi tiġi kkonfermata l-adegwatezza tal-proċeduri dwar l-użu sistematiku u effettiv tal-għodda għall-kejl tar-riskju Arachne |
|
224 |
C9.R22 Stabbiliment ta’ Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Integrità biex jissaħħaħ il-kontroll tal-kunflitti ta’ interess fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni effettivi tal-frodi u tal-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment u l-funzjonament sħiħ ta’ Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità (Directorate of Internal Audit and Integrity, DIAI) |
|
225 |
C9.R23 Żgurar tal-kapaċità li l-EUTAF twettaq il-kompiti tagħha b’mod effettiv |
Stadju importanti |
Żgurar ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u korrezzjoni effettivi tal-frodi u l-korruzzjoni fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz ta’kapaċità xierqa għall-EUTAF |
|
226 |
C9.R24 Tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-OLAF biex tissaħħaħ l-identifikazzjoni tal-frodi relatata mal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Deżinjazzjoni ta’ awtorità nazzjonali responsabbli biex tassisti lill-OLAF fil-verifiki tiegħu fuq il-post fl-Ungerija u l-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet finanzjarji fuq atturi ekonomiċi li ma jikkooperawx |
|
227 |
C9.R25 Implimentazzjoni, kontroll u awditjar effettivi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Sistema ta’ monitoraġġ għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija |
|
228 |
C9.R25 Implimentazzjoni, kontroll u awditjar effettivi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Żgurar ta’ awditu effettiv tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija |
|
229 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jiżgura l-prevedibbiltà legali fl-aċċess għal każijiet ta’ informazzjoni pubblika fil-qorti |
|
230 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi li jiżguraw żieda fit-trasparenza tal-informazzjoni pubblika |
|
231 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (1) |
|
234 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ att leġiżlattiv li jistabbilixxi l-qafas għall-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija |
|
235 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi għall-atti leġiżlattivi rilevanti biex jissaħħaħ l-użu ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi u valutazzjonijiet tal-impatt fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 813 560 000 |
||
1.2 It-Tieni Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
7 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Stadju importanti |
Immappjar tan-network tal-iskejjel bil-ħsieb li jintgħażlu skejjel għall-integrazzjoni ta’ klassijiet żgħar tas-sekondarja tal-ewwel livell fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
|
10 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Stadju importanti |
Immappjar ta’ ħtiġijiet għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
|
14 |
C1.R2 Tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tipprovdi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati. |
|
16 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni biex jiżdiedu l-pagi tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika sa mill-inqas 80 % tal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
|
17 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2023 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
|
30 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għall-għażla tal-universitajiet li jwettqu żvilupp tal-kurrikulu elettroniku |
|
39 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ sejħa għal proġetti għall-iżvilupp ta’ kurrikuli diġitali |
|
51 |
C3.R1 Ħolqien ta’ kundizzjonijiet qafas għal appoġġ integrat effettiv għall-insedjamenti l-aktar żvantaġġati |
Stadju importanti |
Stabbiliment ta’ kumitat ta’ monitoraġġ għall-appoġġ tal-aktar insedjamenti żvantaġġati |
|
63 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Stadju importanti |
Emenda tal-Att CXIII/2019 dwar il-biedja tal-irrigazzjoni u tad-Digriet tal-Gvern Nru 302/2020 |
|
68 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Titjib u restawr tal-istat ekoloġiku tad-defiċit tal-ilma tal-Homokhátság (Katina Ramlija) tal-Interfluvju tad-Danubju-Tisza – Fażi I” |
|
75 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Stadju importanti |
Disinn tal-proġett “Titjib tas-sigurtà tal-provvista ekoloġika tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság” |
|
91 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ ftehimiet ta’ għotja għax-xiri ta’ karozzi tal-linja elettriċi ġodda u installazzjoni ta’ punti tal-iċċarġjar |
|
94 |
C5.I4 Varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-linji ferrovjarji tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt pubbliku għall-istabbiliment ta’ sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-traffiku |
|
96 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi l-qafas istituzzjonali, il-proċeduri u l-proċessi |
|
97 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Infrastruttura tas-server tal-bażi tad-data u żvilupp ta’ pjattaforma ta’ informazzjoni |
|
99 |
C6.R1 Trasformazzjoni tar-regolamentazzjoni tal-elettriku |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għad-Digriet tal-Gvern 273/2007. X.19 |
|
100 |
C6.R2 Tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ fuq l-art |
Stadju importanti |
Emenda tal-leġiżlazzjoni favur l-użu tal-enerġija mir-riħ |
|
101 |
C6.R2 Tħeġġiġ tal-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ fuq l-art |
Stadju importanti |
Il-ħolqien ta’ “żoni rakkomandati” għall-enerġija mir-riħ |
|
102 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Proċedura integrata għall-għoti ta’ permessi għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli |
|
103 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Punt uniku ta’ servizz għall-għoti ta’ permessi tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli |
|
104 |
C6.R3 Titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli |
Stadju importanti |
Konnessjoni sempliċi mal-grilja ta’ impjanti fotovoltajċi żgħar |
|
107 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar talbiet u kapaċitajiet ta’ konnessjoni mal-grilja |
|
112 |
C6.R5 Tisħiħ tar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija |
Stadju importanti |
Tisħiħ tar-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija għall-iskemi ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini |
|
123 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin - bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ - li għandhom jiġu installati mit-TSO/DSOs |
|
127 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja kollha dwar l-implimentazzjoni u l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ tal-faċilitajiet ta’ ħżin li għandhom jiġu installati għall-parteċipanti fis-suq |
|
131 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Stadju importanti |
Konklużjoni tal-ftehimiet ta’ għotja kollha dwar ix-xiri u l-installazzjoni ta’ arloġġi intelliġenti |
|
135 |
C7.R1 Regolamentazzjoni domestika tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari |
Stadju importanti |
Adozzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali għal Ekonomija Ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni, u l-Pjan Nazzjonali għall-Immaniġġar tal-Iskart |
|
142 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Stadju importanti |
It-tlestija ta’ proċess ta’ mmappjar għall-ħolqien ta’ sistema tal-isptarijiet tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti |
|
161 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Rapport dwar l-Eżerċizzju ta’ Valutazzjoni tar-Riskju ta’ Integrità |
|
162 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Bidu tal-applikazzjoni tas-setgħat u l-kompetenzi dwar il-verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi mill-Awtorità għall-Integrità |
|
163 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Ir-rapport annwali dwar l-Integrità għas-sena 2022 huwa disponibbli għall-pubbliku |
|
167 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
L-analiżi annwali tat-Task Force Kontra l-Korruzzjoni għas-sena 2022 hija disponibbli għall-pubbliku |
|
168 |
C9.R2 Stabbiliment ta’ Task Force Kontra l-Korruzzjoni biex tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-miżuri meħuda fl-Ungerija għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-prosekuzzjoni u s-sanzjoni tal-korruzzjoni |
Stadju importanti |
Il-Gvern jeżamina l-ewwel rapport tat-Task Force |
|
172 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida għas-sottomissjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tal-assi f’format diġitali u bażi tad-data pubblika għad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
|
176 |
C9.R6 Titjib tat-trasparenza tan-nefqa pubblika |
Stadju importanti |
Ir-reġistru ċentrali stabbilit skont il-miżuri ta’ rimedju fil-proċedura ta’ kondizzjonalità huwa kompletament operazzjonali u s-sett sħiħ ta’ informazzjoni meħtieġ huwa disponibbli fih |
|
177 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konkreti skont l-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni relatat li jkopri l-perjodu 2020-2022 |
|
178 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tqegħid fis-seħħ ta’ Strateġija Nazzjonali ġdida Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni relatat |
|
185 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
186 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż it-32 % |
|
196 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Stadju importanti |
L-ewwel rapport ibbażat fuq l- “għodda ta’ rapportar ta’ offerta waħda” huwa disponibbli |
|
199 |
C9.R11 Żvilupp tas-Sistema Elettronika tal-Akkwist Pubbliku (EPS, Electronic Public Procurement System) biex tiżdied it-trasparenza |
Stadju importanti |
Il-funzjonijiet tal-EPS li jippermettu t-tfittxija strutturata u l-esportazzjoni massiva ta’ data dwar l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt mill-1 ta’ Jannar 2014 huma disponibbli għall-pubbliku |
|
202 |
C9.R12 Qafas għall-kejl tal-prestazzjoni għall-akkwisti pubbliċi |
Stadju importanti |
L-ewwel analiżi annwali mwettqa skont il-qafas tal-kejl tal-prestazzjoni tal-akkwisti pubbliċi |
|
203 |
C9.R13 Pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi |
|
205 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ skema ta’ taħriġ għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
|
209 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ skema ta’ appoġġ għall-kumpens tal-kostijiet assoċjati mal-parteċipazzjoni fl-akkwisti pubbliċi ta’ impriżi mikro, żgħar u medji |
|
237 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (1) |
|
267 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Stabbiliment tal-qafas legali u istituzzjonali għat-twettiq tar-rieżamijiet tal-infiq annwali |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 813 560 000 |
||
1.3 It-Tielet Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
3 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Sehem ta’ għalliema li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom |
|
8 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Mira |
Implimentazzjoni ta’ riorganizzazzjonijiet istituzzjonali pilota għall-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell żgħar fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
|
26 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Rapport espert internazzjonali indipendenti dwar l-għażliet ta’ politika biex jiġu indirizzati l-isfidi ta’ sostenibbiltà fit-tul tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Ungerija |
|
29 |
C2.R1 Modernizzazzjoni tal-korsijiet ta’ edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ oqsma ta’ studju ta’ edukazzjoni għolja modernizzat |
|
46 |
C2.I5 Żvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Stadju importanti |
Għoti tal-kuntratt pubbliku/kuntratti pubbliċi għar-rinnovazzjoni u l-iżvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
|
57 |
C3.I2 Produzzjoni u użu tal-enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati |
Mira |
Installazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati jew għall-benefiċċju tagħhom |
|
59 |
C3.I3 Promozzjoni tal-impjiegi u żvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’ speċifiċitajiet lokali |
Mira |
Parteċipazzjoni fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol |
|
61 |
C3.I4 Pedagoġija orjentata lejn il-komunità |
Mira |
Żvilupp pedagoġiku tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali fl-insedjamenti magħżula |
|
78 |
C4.R2 Aċċellerazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għall-klima fil-ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Rapport tat-task force dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma |
|
80 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Stadju importanti |
Iffirmar tal-kuntratti tax-xogħlijiet għat-tiġdid u l-estensjoni tal-linji H5, H6 u H7 |
|
87 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Stadju importanti |
Iffirmar ta’ kuntratt għar-rinnovazzjoni tal-linja ferrovjarja (Almásfüzitġ-Komárom) |
|
114 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
136 |
C7.R1 Regolamentazzjoni domestika tat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-atti leġiżlattivi meħtieġa għall-operazzjonalizzazzjoni tal-prattika tal-immaniġġar tal-iskart. |
|
137 |
C7.I1 Tisħiħ ta’ industrija tal-immaniġġar tal-iskart intelliġenti, innovattiva u sostenibbli u tas-suq tal-materja prima sekondarja |
Stadju importanti |
Għoti ta’ kuntratti għall-kostruzzjoni ta’ impjant għar-riċiklaġġ kimiku u l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku (għar-riċiklaġġ kimiku ta’ mill-inqas 40 000 tunnellata ta’ plastik u mill-inqas 750 tunnellata ta’ idroġenu ekoloġiku) |
|
140 |
C8.R1 Eradikazzjoni tal-pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Pubblikazzjoni ta’ studju indipendenti li jipprovdi evidenza dwar l-impatt tar-riformi implimentati tal-kura tas-saħħa fuq il-prattika tal-pagament ta’ gratwità |
|
164 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Il-Gvern jeżamina l-ewwel Rapport annwali dwar l-Integrità tal-Awtorità tal-Integrità u jipprovdi t-tweġibiet tiegħu bil-miktub |
|
165 |
C9.R1 Stabbiliment ta’ Awtorità għall-Integrità biex jissaħħu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u korruzzjoni kif ukoll illegalitajiet u irregolaritajiet oħra li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni |
Stadju importanti |
Rieżami tas-sistema tad-dikjarazzjoni tal-assi mill-Awtorità tal-Integrità |
|
170 |
C9.R3 Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika (“stħarriġ ġudizzjarju”) |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ proċedura speċifika fil-każ ta’ reati speċjali relatati mal-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika jew il-ġestjoni ta’ proprjetà pubblika |
|
173 |
C9.R4 Tisħiħ tar-regoli relatati mad-dikjarazzjonijiet tal-assi |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u kriminali effettivi dwar il-ksur serju tal-obbligi tad-dikjarazzjoni tal-assi |
|
183 |
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Stadju importanti |
Valutazzjoni interim tal-ewwel riżultati tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-aċċettabbiltà tal-pagamenti ta’ gratwità fil-kura tas-saħħa |
|
236 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Stadju importanti |
Bidu tal-applikazzjoni ta’ metodoloġija ġdida għat-tħejjija ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ta’ proposti leġiżlattivi |
|
245 |
C9.R31 Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
Stadju importanti |
Rieżami tal-esperti internazzjonali indipendenti tar-regoli domestiċi kontra l-evitar tat-taxxa |
|
246 |
C9.R31 Introduzzjoni ta’ rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta’ sustanza għal finijiet ta’ taxxa korporattiva fuq l-introjtu |
|
247 |
C9.R32 Tisħiħ tar-regolamenti dwar l-ipprezzar ta’ trasferiment |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jissaħħu r-regoli tal-ipprezzar ta’ trasferiment |
|
248 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jitwessgħu r-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
|
257 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Eliminazzjoni gradwali tal-miżuri tat-taxxa temporanji |
|
258 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Rapport mill-grupp ta’ ħidma dwar it-tnaqqis tal-għadd ta’ taxxi |
|
260 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Rapport mill-grupp ta’ ħidma għall-possibbiltajiet ta’ simplifikazzjoni u konsolidazzjoni ta’ sett alternattiv ta’ regoli dwar it-tassazzjoni fuq l-introjtu personali |
|
261 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi għas-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tat-tassazzjoni fuq l-introjtu personali |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 639 230 000 |
||
1.4 Ir-Raba’ Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
18 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2024 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
|
27 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Tħejjija ta’ proposta ta’ politika biex tiġi emendata s-sistema tal-pensjonijiet |
|
143 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ networks tal-isptarijiet fil-livell tal-kontej bi proċessi integrati tal-pazjenti |
|
152 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Stadju importanti |
Tnedija ta’ applikazzjoni mobbli għall-kura tas-saħħa ċentrali (myEESZT) |
|
180 |
C9.R8 Aġġornament tas-sistemi ta’ kooperazzjoni tas-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ korruzzjoni. |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida tal-IT għat-trattament ta’ dokumenti sensittivi tas-servizz tal-prosekuzzjoni |
|
187 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
188 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-24 % |
|
204 |
C9.R13 Pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni biex jiżdied il-livell ta’ kompetizzjoni fl-akkwisti pubbliċi wara l-ewwel rieżami annwali |
|
206 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew taħriġ dwar prattiki tal-akkwist pubbliku |
|
232 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (2) |
|
238 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (2) |
|
241 |
C9.R28 Appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data u l-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u jonqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ pjattaforma tad-data u sistema ta’ mmudellar tad-data |
|
259 |
C9.R35 Simplifikazzjoni tas-sistema tat-taxxa billi jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex jitnaqqas l-għadd ta’ taxxi |
|
265 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dokument kunċettwali dwar ir-reviżjoni ġenerali tal-pjattaformi tal-IT tal-NTCA u l-integrazzjoni tagħhom f’servizz b’kanal wieħed |
|
268 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapporti dwar l-eżiti tal-ewwel u t-tieni analiżi tal-infiq |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 464 890 000 |
||
1.5 Il-Ħames Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
4 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika mgħammra b’għodod moderni ta’ wiri u għodod li jiżviluppaw il-kreattività u l-kapaċità tal-istudenti li jsolvu l-problemi |
|
24 |
C1.I4 Ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal |
Mira |
Għadd ta’ tfal irreġistrati f'faċilitajiet maħluqa ġodda għall-indukrar tat-trabi |
|
31 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ korsijiet li joffru mikrokredenzjali b’kontenut diġitali |
|
53 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Rikondizzjonar tal-abitazzjonijiet |
|
55 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Kostruzzjoni ta’akkomodazzjonijiet soċjali ġodda |
|
64 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Mira |
Stabbiliment ta’ komunitajiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ilma |
|
72 |
C4.I2 Twaqqif ta’ programm ta’ monitoraġġ |
Stadju importanti |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ fil-livell lokali |
|
98 |
C5.R1 Varar ta’ sistema nazzjonali unika għat-tariffi, il-ħruġ ta’ biljetti u informazzjoni għall-passiġġieri għall-karozzi tal-linja u l-ferrovija mill-Awtorità Nazzjonali tat-Trasport Pubbliku |
Stadju importanti |
Introduzzjoni ta’ portal OpenData u ta’ sistemi ta’ informazzjoni għall-passiġġieri f’ħin reali. |
|
110 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Mira |
Awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja għall-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija rinnovabbli |
|
115 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
119 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
124 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Mira |
Kapaċità tal-ħżin li għadu kif ġie installat bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ għat-TSO u għad-DSOs |
|
128 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Mira |
Kapaċità ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija li għadhom kif ġew installati |
|
132 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti li għadhom kif ġew installati |
|
147 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ sptarijiet b’sistema ta’ sigurtà tal-IT aġġornata |
|
184 |
C9.R9 Sensibilizzazzjoni għall-eradikazzjoni ta’ pagamenti ta’ gratwità fis-settur tal-kura tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ ċittadini li ntlaħqu permezz tal-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni kompluta |
|
210 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Twettiq ta’ evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ |
|
243 |
C9.R29 Estensjoni tas-sistema awtomatika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattivi bil-ħsieb li jiżdiedu l-effiċjenza, it-trasparenza u jitnaqqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Mira |
Tipi awtomatizzati addizzjonali ta’ każijiet introdotti fis-sistema awtomatika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet amministrattiva (AKD) |
|
253 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni tas-sistema eReceipt |
|
255 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ konformità mal-VAT permezz tal-introduzzjoni tas-sistema eVAT |
|
262 |
C9.R36 Riforma tat-taxxa fuq il-pipelines ta’ utilità pubblika |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-Att li jħassar jew jemenda l-Att Nru CLXVIII tal-2012 dwar it-taxxa fuq il-pipelines tal-utilitajiet |
|
263 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Titjib tal-prattiki ta’ komunikazzjoni tal-korpi tal-amministrazzjoni pubblika lejn il-klijenti tagħhom |
|
264 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Applikazzjonijiet ta’ għarfien dwar l-imġiba fil-proċeduri NTCA |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 639 230 000 |
||
1.6 Is-Sitt Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
5 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ notebooks diġitali addizzjonali kkonsenjati biex jintużaw mill-istudenti u mill-għalliema |
|
19 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Mira |
Paga medja tal-għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni pubblika fl-2025 meta mqabbla mal-paga medja tal-gradwati terzjarji |
|
20 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi ż-żieda fil-pagi għall-għalliema fil-livell inizjali għas-sena 2025 |
|
28 |
C1.R4 Titjib fis-sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li temenda s-sistema tal-pensjonijiet |
|
79 |
C4.R2 Aċċellerazzjoni tal-miżuri ta’ adattament għall-klima fil-ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni li jibni fuq ir-rakkomandazzjonijiet żviluppati mit-task force |
|
81 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Stadju importanti |
Tlestija fiżika ta’ 50 % għall-estensjoni tan-network ferrovjarju suburban |
|
92 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Mira |
Tqegħid fis-servizz ta’ karozzi tal-linja elettriċi addizzjonali u punti tal-iċċarġjar assoċjati |
|
125 |
C6.I3 Installazzjoni tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija għall-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni |
Mira |
Kapaċità addizzjonali ta’ ħżin li għadu kif ġie installat bħala komponent tan-network integrat bis-sħiħ għat-TSO u għad-DSOs (kumulati, MWh) |
|
129 |
C6.I4 Installazzjoni ta’ faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija tal-grilja għall-parteċipanti fis-suq tal-enerġija |
Mira |
Kapaċità ta’ faċilitajiet ta’ ħżin tal-enerġija li għadhom kif ġew installati |
|
189 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
190 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
239 |
C9.R25 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (3) |
|
242 |
C9.R28 Appoġġ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data u l-proċess leġiżlattiv bil-ħsieb li tiżdied l-effiċjenza, it-trasparenza u jonqsu r-riskji ta’ irregolaritajiet |
Mira |
Għadd ta’ persuni li lestew korsijiet ta’ taħriġ dwar il-viżwalizzazzjoni tad-data |
|
251 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni għall-introduzzjoni tas-soluzzjoni ePayroll |
|
269 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapporti dwar l-eżiti tat-tielet u r-raba’ rieżami tal-infiq |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 464 890 000 |
||
1.7 Is-Seba’ Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
9 |
C1.I1 Titjib tal-aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità fl-iskejjel sekondarji tal-ewwel livell |
Mira |
Implimentazzjoni ta’ riorganizzazzjonijiet istituzzjonali addizzjonali għall-integrazzjoni ta’ klassijiet sekondarji tal-ewwel livell żgħar fi skejjel akbar fl-insedjamenti ġirien |
|
15 |
C1.R2 Tnaqqis tar-riskju ta’ segregazzjoni fl-iskejjel |
Stadju importanti |
Rapport dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida li tipprovdi t-tnaqqis tal-appoġġ mill-Istat għall-iskejjel primarji u sekondarji tal-ewwel livell bi proporzjon baxx ta’ studenti żvantaġġati |
|
25 |
C1.I4 Ħolqien ta’ faċilitajiet ġodda għall-indukrar tat-tfal |
Mira |
Għadd ta’ tfal addizzjonali irreġistrati f'faċilitajiet maħluqa ġodda għall-indukrar tat-tfal |
|
40 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Mira |
Għadd ta’ materjali ta’ apprendiment diġitali żviluppati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
|
58 |
C3.I2 Produzzjoni u użu tal-enerġija rinnovabbli f’muniċipalitajiet żvantaġġati |
Mira |
Installazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali f’muniċipalitajiet żvantaġġati jew għall-benefiċċju tagħhom |
|
65 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Stadju importanti |
Organizzazzjoni tas-sessjonijiet tal-informazzjoni |
|
67 |
C4.I1-3 Investimenti 1 u 3 — Ġestjoni tal-ilma |
Stadju importanti |
Kisba ta’ stat ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati mill-investimenti skont dan il-komponent (l-Investiment 1 u l-Investiment 3) |
|
73 |
C4.I2 Twaqqif ta’ programm ta’ monitoraġġ |
Stadju importanti |
Sistema komprensiva ta’ monitoraġġ fil-livell nazzjonali |
|
74 |
C4.I2 Twaqqif ta’ programm ta’ monitoraġġ |
Mira |
Żvilupp ta’ sistema ta’ monitoraġġ komprensiva fil-livell nazzjonali |
|
90 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Mira |
Tqegħid fis-servizz tal-linja ferrovjarja rinnovata (sezzjoni tal-linja ferrovjarja Békéscsaba-Lőkösháza) |
|
93 |
C5.I3 Żvilupp ta’ trasport bil-karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero |
Mira |
Tqegħid fis-servizz ta’ karozzi tal-linja elettriċi addizzjonali u punti tal-iċċarġjar assoċjati |
|
116 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità addizzjonali tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
120 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi addizzjonali mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
133 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti addizzjonali li għadhom kif ġew installati (akkumulati) |
|
149 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Żieda fil-proporzjon ta’ tipi ta’ proċeduri tal-awtorità tas-saħħa li jistgħu jinbdew b’mod elettroniku |
|
150 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ servizzi telemediċinali pprovduti permezz ta’ għodod diġitali f’sena waħda |
|
151 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Stadju importanti |
Moduli EESZT ġodda mnedija biex jappoġġaw il-ġestjoni tal-provvista u l-proċessi ta’ kura diġitalizzata |
|
153 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ utenti uniċi tal-applikazzjoni tal-mobile tal-kura tas-saħħa ċentrali |
|
155 |
C8.I3 Programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
Mira |
Għadd ta’ parteċipanti fil-programm tal-monitoraġġ tas-saħħa mill-bogħod għall-anzjani |
|
157 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ tobba li qed jieħdu sehem f’komunitajiet tal-prattikanti ġenerali li għadhom kemm ġew stabbiliti u huma operazzjonali |
|
158 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ pazjenti rreġistrati fil-Programm ta’ Ġestjoni tal-Mard Kroniku |
|
159 |
C8.I4 Żvilupp tal-kura tas-saħħa primarja |
Mira |
Għadd ta’ pazjenti rreġistrati fi programmi ta’ prevenzjoni u promozzjoni tas-saħħa |
|
181 |
C9.R8 Aġġornament tas-sistemi ta’ kooperazzjoni tas-servizz ta’ prosekuzzjoni biex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ korruzzjoni. |
Stadju importanti |
Twaqqif ta’ sistema ġdida tal-IT għat-trattament ta’ fajls tal-kawża tas-servizz tal-prosekuzzjoni |
|
244 |
C9.R30 Tisħiħ tas-sistema nazzjonali tal-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT biex tiżdied l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi |
Stadju importanti |
It-twaqqif ta’ sistema ċentrali għall-ġestjoni tat-tagħmir tal-IT u tal-liċenzjar tas-software |
|
249 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Evalwazzjoni indipendenti tal-effettività tas-sett ġenerali ta’ regoli domestiċi relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa |
|
266 |
C9.R37 Integrazzjoni tal-użu ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u għarfien dwar l-imġiba mill-amministrazzjoni tat-taxxa |
Stadju importanti |
Disponibbiltà ta’ funzjonalitajiet ġodda fuq il-pjattaformi integrati tal-NTCA |
|
270 |
C9.R38 Titjib tal-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jitwettqu rieżamijiet tal-infiq |
Stadju importanti |
Rapport ta’ konklużjoni dwar l-eżitu tal-eżerċizzju tar-rieżami tal-infiq |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 639 230 000 |
||
1.8 It-Tmien Pagament Parzjali (appoġġ mhux ripagabbli):
|
Numru Sekwenzjali |
Miżura Relatata (Riforma jew Investiment) |
Stadju importanti / Mira |
Isem |
|
6 |
C1.R1 Żvilupp ta’ edukazzjoni pubblika kompetittiva bl-użu tat-teknoloġija tas-seklu 21 |
Mira |
Sehem ta’ għalliema li jużaw Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni f’mill-inqas 40 % tal-lezzjonijiet tagħhom |
|
11 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Sehem tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni speċjali li rċevew appoġġ għall-edukazzjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
|
12 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Għadd ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali li bbenefikaw minn titjib fis-servizzi |
|
13 |
C1.I2 Appoġġ għall-edukazzjoni ta’ tfal tal-iskola bi ħtiġijiet ta’ edukazzjoni speċjali |
Mira |
Għadd ta’ għalliema tal-edukazzjoni speċjali li rċevew taħriġ professjonali waqt is-servizz |
|
21 |
C1.R3 Titjib tal-attrattività tal-professjoni tat-tagħlim |
Stadju importanti |
L-applikazzjoni taż-żidiet fil-pagi għall-għalliema li jaħdmu f’insedjamenti żvantaġġati, għall-għalliema li jaħdmu fl-iskejjel bi proporzjon ta’ studenti żvantaġġati ta’ mill-inqas 10 %, u għall-għalliema fil-livell inizjali |
|
22 |
C1.I3 Taħriġ tal-għalliema u titjib tal-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet |
Mira |
Għadd ta’ kapijiet u viċi kapijiet tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika li pparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu |
|
23 |
C1.I3 Taħriġ tal-għalliema u titjib tal-ħiliet maniġerjali tal-kapijiet tal-istituzzjonijiet |
Mira |
Għadd ta’ għalliema mill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika li pparteċipaw fl-iżvilupp professjonali kontinwu |
|
32 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ studenti/persuni li jkunu rċevew ċertifikat ta’ mikrokredenzjali fl-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja. |
|
33 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ kontenut ta’ apprendiment diġitali żviluppat għall-edukazzjoni għolja |
|
34 |
C2.I1 Innovazzjoni istituzzjonali u tisħiħ fl-attivitajiet fl-edukazzjoni għolja |
Mira |
Għadd ta’ studenti u persunal tal-edukazzjoni għolja li jieħdu sehem fil-programmi tal-iżvilupp tal-ħiliet diġitali |
|
36 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Mira |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija tal-infrastruttura tal-bini u kostruzzjoni ta’ binjiet ġodda fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
|
37 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Mira |
Installazzjoni ta’ tagħmir diġitali fil-bini ta’ edukazzjoni għolja |
|
38 |
C2.I2 Modernizzazzjoni tal-infrastruttura u diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja |
Stadju importanti |
Rapport dwar attivitajiet ta’ żvilupp tal-kapaċità f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja |
|
41 |
C2.I3 Żvilupp tal-kurrikuli diġitali għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
Mira |
Għadd ta’ apprendisti fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li jkunu attendew korsijiet ibbażati fuq titjib fil-materjali ta’ apprendiment diġitali |
|
43 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija taċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
|
44 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Xiri ta’ tagħmir tal-ICT għaċ-ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
|
45 |
C2.I4 Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għas-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ ċentri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali b’infrastruttura aġġornata |
|
47 |
C2.I5 Żvilupp taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
Stadju importanti |
Tlestija taċ-Ċentru tal-Eżamijiet Ċentrali |
|
49 |
C2.I6 Stabbiliment ta’ laboratorji nazzjonali tar-riċerka u l-iżvilupp |
Stadju importanti |
Rapport dwar il-prestazzjoni tal-laboratorji nazzjonali |
|
54 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Rikondizzjonar ta’ abitazzjonijiet addizzjonali |
|
56 |
C3.I1 Bini u rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, titjib fil-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni |
Mira |
Kostruzzjoni ta’akkomodazzjonijiet soċjali ġodda |
|
60 |
C3.I3 Promozzjoni tal-impjiegi u żvilupp tal-ħiliet fuq il-bażi ta’speċifiċitajiet lokali |
Mira |
Parteċipazzjoni addizzjonali fi programmi ta’ soċjalizzazzjoni tax-xogħol |
|
62 |
C3.I4 Pedagoġija orjentata lejn il-komunità |
Mira |
Żvilupp pedagoġiku tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni pubblika u t-taħriġ vokazzjonali addizzjonali fl-insedjamenti magħżula |
|
66 |
C4.R1 Sensibilizzazzjoni |
Mira |
Ettari ta’ raba’ li jinħadem li jkunu għaddew minn tibdil fil-prattiki agrikoli li jiffrankaw l-ilma |
|
69 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Finalizzazzjoni tal-proġett “Titjib u restawr tal-istat ekoloġiku tad-defiċit tal-ilma tal-Homokhátság (Katina Ramlija) tal-Interfluvju tad-Danubju-Tisza – Fażi I” |
|
71 |
C4.I1 Kostruzzjoni ta’ sistemi ewlenin ta’ sostituzzjoni tal-ilma, żvilupp ta’ networks u sistemi ġodda |
Stadju importanti |
Finalizzazzjoni tal-proġett “Żvilupp tal-provvista tal-ilma ta’ Rábaköz-Tóköz” |
|
76 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Stadju importanti |
Tlestija tal-proġett “Titjib tas-sigurtà tal-provvista ekoloġika tal-ilma fis-sit Natura 2000 ta’ Hanság” |
|
77 |
C4.I3 Ħarsien tan-natura |
Mira |
Żieda fil-kopertura kkombinata ta’ ettari ta’ infrastruttura ekoloġika jew siti protetti jew ta’ Natura 2000 fil-mira tar-restawr tal-idroloġija naturali |
|
82 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Rikondizzjonar tal-linji ferrovjarji mhux TEN-T (H5, H6 u H7) |
|
83 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Rikondizzjonar tal-istazzjonijiet ferrovjarji u l-punti ta’ waqfien |
|
84 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Trasformaturi tal-kurrent ġodda jew modernizzazzjoni sħiħa tat-trasformaturi tal-kurrent eżistenti |
|
85 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Faċilitajiet ġodda għall-ħżin tar-roti B+R fil-punti ta’ waqfien HÉV |
|
86 |
C5.I1 Bini tal-kapaċità tan-network ferrovjarju suburban |
Mira |
Hubs intermodali ġodda bejn il-karozzi tal-linja u l-HÉV |
|
88 |
C5.I2 Bidla tal-konġestjoni tan-network ferrovjarju fuq il-kuritur tat-TEN-T |
Mira |
Tqegħid fis-servizz tal-linja ferrovjarja rinnovata (Almásfüzitġ-Komárom) |
|
95 |
C5.I4 Varar tal-ġestjoni tat-traffiku ċentrali fuq il-linji ferrovjarji tat-TEN-T |
Mira |
Installazzjoni tas-Sistema Ċentrali għall-Ġestjoni tat-Traffiku mħaddma fuq linji suburbani u linji ferrovjarji kbar oħra |
|
109 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Stadju importanti |
Ħolqien tal-infrastruttura tal-IT għall-użu ta’ data minn arloġġi intelliġenti |
|
111 |
C6.R4 Titjib tat-trasparenza, prevedibbiltà u disponibbiltà tal-konnessjoni mal-grilja |
Mira |
Awtorizzazzjoni tal-konnessjoni mal-grilja għall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli |
|
117 |
C6.I1 Żvilupp tal-grilji klassiċi u intelliġenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni |
Mira |
Żieda fil-kapaċità addizzjonali tal-impjanti tal-enerġija li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li jistgħu jiġu integrati mal-grilja tal-enerġija b’riżultat tat-titjib fil-grilja (kumulata, MW) |
|
121 |
C6.I2 Appoġġ għall-użu ta’ pannelli solari residenzjali u modernizzazzjoni tat-tisħin |
Mira |
Għadd ta’ unitajiet domestiċi addizzjonali mgħammra b’pannelli solari jew mgħammra b’pannelli solari, unità tal-ħżin, sistema tat-tisħin elettriku u sostituzzjoni tat-twieqi (akkumulati, għadd ta’ unitajiet domestiċi) |
|
134 |
C6.I5 Disseminazzjoni tal-kejl intelliġenti |
Mira |
Arloġġi intelliġenti addizzjonali li għadhom kif ġew installati (akkumulati) |
|
138 |
C7.I1 Tisħiħ ta’ industrija tal-immaniġġar tal-iskart intelliġenti, innovattiva u sostenibbli u tas-suq tal-materja prima sekondarja |
Stadju importanti |
Tlestija u bidu tal-operat tal-impjant ta’ riċiklaġġ kimiku u ta’ produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku |
|
144 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Għadd ta’ avvenimenti ta’ ġbir ta’ demm sħiħ f’siti ta’ ġbir mobbli f’insedjamenti żgħar |
|
145 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Bidu tal-operat ta’ bini b’infrastruttura ġdida jew modernizzata tas-saħħa mgħammar b’tagħmir tal-kura tas-saħħa ġdid u modern |
|
146 |
C8.I1 Żvilupp tal-kundizzjonijiet għall-kura tas-saħħa fis-seklu 21 |
Mira |
Spazju ta’ art tal-binjiet tal-infrastruttura tas-saħħa li jkun ibbenefika minn titjib fl-effiċjenza fl-enerġija |
|
148 |
C8.I2 Appoġġ għat-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa |
Mira |
Għadd ta’ bażijiet tad-data tal-kura tas-saħħa u reġistri tal-mard ġodda disponibbli b’mod diġitali |
|
179 |
C9.R7 Żvilupp u implimentazzjoni ta’ Strateġija Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni u Pjan ta’ Azzjoni |
Stadju importanti |
Tisħiħ tal-qafas kontra l-korruzzjoni fl-Ungerija permezz tal-valutazzjoni tal-implimentazzjoni effettiva tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali l-ġdida Kontra l-Korruzzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni relatat |
|
191 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
192 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
193 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mill-appoġġ tal-Unjoni ma għandux jaqbeż il-15 % |
|
194 |
C9.R10 Tnaqqis fis-sehem tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku b’offerta unika |
Mira |
Is-sehem tal-proċeduri tal-offerti b’offerti uniċi għall-akkwisti ffinanzjati mir-riżorsi nazzjonali ma għandux jaqbeż l-15 % |
|
207 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd kumulattiv ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew taħriġ dwar prattiki tal-akkwist pubbliku |
|
208 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Evalwazzjoni tal-iskema ta’ taħriġ għall-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
|
211 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Mira |
Għadd ta’ impriżi mikro, żgħar u medji li rċevew appoġġ fil-forma ta’ ammont fiss għal kumpens tal-kost tal-akkwist pubbliku |
|
212 |
C9.R14 Skema ta’ taħriġ u ta’ appoġġ dwar l-akkwist għall-impriżi mikro, żgħar u medji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku |
Stadju importanti |
Tlestija ta’ evalwazzjoni finali dwar il-valur miżjud u l-effettività tal-iskema ta’ appoġġ |
|
233 |
C9.R26 Titjib fit-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni pubblika |
Stadju importanti |
Rapport tal-Uffiċċju ta’ Kontroll tal-Gvern dwar l-aċċess għall-informazzjoni pubblika (3) |
|
240 |
C9.R27 Titjib tal-kwalità tat-tfassil tal-liġijiet u l-involviment effettiv tal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali fit-teħid tad-deċiżjonijiet |
Mira |
Tisħiħ tal-applikazzjoni effettiva tar-regoli li jikkonċernaw il-konsultazzjoni pubblika obbligatorja tal-atti leġiżlattivi u l-pubblikazzjoni sistematika tas-sommarji preliminari tal-valutazzjoni tal-impatt (4) |
|
250 |
C9.R33 Twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ nondeduċibbiltà għall-pagamenti ’l barra |
Stadju importanti |
Dħul fis-seħħ ta’ emendi leġiżlattivi biex tittejjeb l-effettività ta’ miżuri relatati mal-ippjanar aggressiv tat-taxxa |
|
252 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema ePayroll |
|
254 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema eReceipt |
|
256 |
C9.R34 Trasformazzjoni diġitali tal-proċeduri ta’ konformità mar-regoli tat-taxxa |
Stadju importanti |
Introduzzjoni multifażi tas-sistema eVAT |
|
Ammont tal-pagament parzjali |
EUR 1 336 557 717 |
||
TAQSIMA 3: ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI
1.Arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza
L-arranġamenti definiti hawn taħt, flimkien mal-miżuri rilevanti speċifikati fil-Komponent 9 (Governanza u Amministrazzjoni Pubblika) 10 , jikkostitwixxu s-sistema ta’ kontroll u awditjar tal-Ungerija skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Kull waħda minn dawn l-elementi hija parti integrali mis-sistema ta’ kontroll u awditjar tal-Ungerija, li l-implimentazzjoni u r-rispett kontinwu tagħha huma meħtieġa biex jiġi żgurat ir-rispett tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE)2021/241. Flimkien, l-implimentazzjoni u r-rispett kontinwu ta’ dawn l-elementi jiżguraw li l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jinkludu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.
Il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija għandhom iseħħu f’konformità mal-arranġamenti li ġejjin:
id-Digriet tal-Gvern 373/2022 (IX, 30.) jistabbilixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni, l-awditjar u l-kontroll tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija Id-dħul fis-seħħ ta’ dan id-Digriet tal-Gvern, deskritt fir-riforma C9.R19, huwa rifless fi stadju importanti speċifiku, li għandu jintlaħaq qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Il-proċess ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u rapportar tal-Pjan tal-Ungerija għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jiġi żgurat mill-Awtorità Nazzjonali (il-viċi segretarjat tal-istat tal-ministru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni). Dan għandu jinkludi l-operazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ (inkluż bl-appoġġ ta’ sistema tal-IT ta’ monitoraġġ), il-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-miżuri differenti u l-iżgurar tal-affidabbiltà u l-veraċità tad-data fis-sistema tal-IT ta’ monitoraġġ. L-Awtorità Nazzjonali għandha tkun ukoll il-korp responsabbli li jivverifika li ntlaħqu l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fil-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-Awtorità Nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-abbozzar u l-preżentazzjoni tat-talbiet għall-pagament skont il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif ukoll mill-iżgurar tal-veraċità tagħhom u l-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni. Għandha taġixxi wkoll bħala l-uniku rabta bejn l-awtoritajiet Ungeriżi u l-Kummissjoni. L-Awtorità Nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-istabbiliment u l-operazzjoni ta’ sistema interna ta’ ġestjoni u kontroll biex tipprevjeni u tidentifika b’mod effettiv l-irregolaritajiet u tieħu azzjonijiet korrettivi xierqa filwaqt li tosserva l-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, mit-tqegħid fis-seħħ ta’ miżuri effettivi kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni, filwaqt li tqis ir-riskji identifikati, u mit-twettiq ta’ kontrolli tal-ewwel livell (ibbażati fuq id-dokumentazzjoni u fuq il-post) tal-implimentazzjoni.
L-implimentazzjoni settorjali tal-miżuri speċifiċi 11 tal-pjan hija sorveljata mill-ministeri kompetenti responsabbli, li s-servizzi tagħhom għandhom jappoġġaw il-monitoraġġ tal-progress tal-miżuri u jżommu kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtorità Nazzjonali.
L-Awtorità Nazzjonali għandhom jiġu appoġġati fil-proċess ta’ implimentazzjoni u monitoraġġ tal-pjan mill-korpi ta’ implimentazzjoni li għandhom joperaw permezz ta’ kuntratti bil-miktub taħt is-superviżjoni u r-responsabbiltà tal-Awtorità Nazzjonali. Meta l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-Awtorità Nazzjonali jkunu delegati lill-korpi ta’ implimentazzjoni, il-ħidma tal-korpi ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu kontrollati mill-qrib mill-Awtorità Nazzjonali, li għandha tipprovdi appoġġ u gwida metodoloġiċi lill-korpi ta’ implimentazzjoni. B’mod partikolari, għandu jiġi żgurat li l-korpi ta’ implimentazzjoni għandhom biżżejjed riżorsi u esperjenza professjonali adegwati biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti assenjati lilhom. Il-korpi ta’ implimentazzjoni għandu jkollhom arranġamenti ta’ kontroll intern effettiv fis-seħħ. Il-korpi ta’ implimentazzjoni għandhom iwettqu l-funzjonijiet ta’ kontroll tal-Awtorità Nazzjonali għall-komponenti u l-miżuri fir-responsabbiltà tagħhom li jimplimentaw.
Biex jiġu żgurati l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni effettivi tal-irregolaritajiet serji, bħall-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitt ta’ interess u l-finanzjament doppju, l-Awtorità Nazzjonali u l-korpi ta’ implimentazzjoni għandhom sistematikament jużaw il-funzjonijiet kollha tal-għodda għall-kejl tar-riskju Arachne meta jimplimentaw u jikkontrollaw l-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Għandu jitwaqqaf Direttorat ġdid għall-Awditjar Intern u l-Integrità (Directorate for Internal Audit and Integrity, DIAI) fil-ministeru responsabbli għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament skont il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, biex isaħħaħ il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni effettivi tal-kunflitt ta’ interess. Id-DIAI għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta’ kontrolli regolari tal-veraċità tad-dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess mill-persunal fil-livelli kollha involuti fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-pjan.
Id-Direttorat Ġenerali għall-Awditjar tal-Fondi Ewropej (EUTAF), fir-rwol tiegħu bħala awtorità tal-awditjar, għandu jwettaq il-kompiti tal-awditjar relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan. L-Ungerija għandha tipprovdi r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa lill-EUTAF biex tissalvagwardja l-indipendenza tiegħu u tippermettilu jwettaq il-kompiti tiegħu.
L-EUTAF għandu jfassal strateġija tal-awditjar f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Din l-istrateġija għandha tiddetermina l-metodu u l-frekwenza tal-awditi. Din għandha tkun fis-seħħ kmieni biex twettaq l-awditi li għandhom jiġu inklużi fis-sommarju tal-awditjar ippreżentat flimkien mal-ewwel talba għall-pagament. L-istrateġija tal-awditjar għandha tipprijoritizza l-ħidma tal-awditjar, billi tibda b’awditu dwar l-istabbiliment tas-sistemi li jiffoka fuq l-adegwatezza tal-proċessi (legali u istituzzjonali), l-istabbiliment u l-operat tas-sistemi tal-IT u d-disponibbiltà u l-kwalità tal-kapaċitajiet umani. Dan l-awditu għandu jitwettaq qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament. Aktar awditi tas-sistemi li għandhom jitwettqu fil-bidu tal-implimentazzjoni jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ Arachne għal kontrolli mwettqa mill-Awtorità Nazzjonali u l-korpi ta’ implimentazzjoni kif ukoll bħala awditu tas-sistema dwar id-DIAI.
L-EUTAF għandu jwettaq awditi tas-sistema u ttestjar sostantiv. L-awditi tas-sistema għandhom jiġu implimentati abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, bi frekwenza xierqa u għandhom jeżaminaw il-funzjonament tas-sistema stabbilita għall-implimentazzjoni tal-pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. L-ittestjar sostantiv għandu jiffoka fuq il-progress lejn l-ilħiq tal-istadji importanti u l-miri u jinkludi l-ittestjar tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. L-EUTAF għandu jipprovdi opinjoni tal-awditjar għal kull talba għall-pagament ippreżentata lill-Kummissjoni abbażi tar-riżultati tal-ħidma tal-awditjar kemm mill-awditi tas-sistema kif ukoll mill-ittestjar sostantiv.
Barra minn hekk, għandu jiġi stabbilit Kumitat ta’ Monitoraġġ permezz ta’ att leġiżlattiv li jikkonsisti fil-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali rilevanti involuti fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza Il-Kumitat ta’ Monitoraġġ għandu jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. L-att leġiżlattiv għandu jinkludi dispożizzjoni li jagħmel il-konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Monitoraġġ matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rekwiżit legali.
2.Arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess sħiħ mill-Kummissjoni għad-data sottostanti
Sabiex tipprovdi aċċess sħiħ lill-Kummissjoni għad-data rilevanti sottostanti, l-Ungerija għandu jkollha fis-seħħ l-arranġamenti li ġejjin:
-L-informazzjoni kollha relatata mal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan għandha tinħażen f’sistema tal-IT ta’ monitoraġġ li għandha tiġi żviluppata għall-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
-L-Awtorità Nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan u l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri, kif ukoll mill-forniment tad-data miġbura lill-Kummissjoni meta din tintalab. Din għandha tikkoordina -rapportar tal-istadji importanti u tal-miri, iżda anki informazzjoni finanzjarja kwalitattiva u data oħra, bħal dwar riċevituri finali. Għandha tkun responsabbli mill-operazzjoni tas-sistema tal-IT ta’ monitoraġġ, il-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni tal-miżuri differenti, l-iżgurar tal-affidabbiltà u l-veraċità tad-data fis-sistema ta’ monitoraġġ. Il-kodifikazzjoni tad-data għandha titwettaq bl-użu ta’ sistema tal-IT imsejħa FAIR-EUPR 12 li permezz tagħha l-istituzzjonijiet kollha responsabbli għall-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti jkunu obbligati jirrapportaw lill-Awtorità Nazzjonali.
-L-Awtorità tal-Awditjar (EUTAF) għandha tikkonferma f’rapport tal-awditjar b’opinjoni mhux kwalifikata, qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għall-pagament, li l-funzjonalitajiet tas-sistema tal-IT ta’ monitoraġġ huma disponibbli biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ġbir, ħżin u forniment ta’ data relatati mal-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza u li s-sistema hija kompletament funzjonali u operazzjonali.
F'konformità mal-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2021/241, mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri miftiehma rilevanti fit-Taqsima 2.1 ta’ dan l-Anness, l-Ungerija għandha tippreżenta talba għall-pagament debitament ġustifikata tal-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Kummissjoni. L-Ungerija għandha tiżgura li, jekk titlob dan, il-Kummissjoni jkollha aċċess sħiħ għad-data rilevanti sottostanti li tappoġġa l-ġustifikazzjoni dovuta tat-talbiet għall-pagament, kemm għall-fini tal-valutazzjoni tat-talba għall-pagament f’konformità mal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2021/241 kif ukoll għall-fini tal-awditjar u l-kontroll.
Meta l-istadji importanti jew il-miri jirreferu għall-produzzjoni tar-rapporti, id-data sottostanti, inkluża kwalunkwe data użata biex tirfed id-dikjarazzjonijiet f’dawn ir-rapporti, għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni jekk tintalab, partikolarment matul il-valutazzjoni ta’ dawk l-istadji importanti jew il-miri.
L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.
Dawn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jinkludu, abbażi tar-rapport NWRM – 53 NWRM illustrated: N01 – Baċini u għadajjar li jinfiltraw bil-mod ix-xita jew l-ilma tax-xeba’ lejn l-ilma ta’ taħt l-art; N02 – Ir-restawr u l-ġestjoni tal-artijiet mistagħdra; N03 – Ir-restawr u l-ġestjoni tal-pjanura tal-għargħar; N04 – Is-serpeġġament mill-ġdid; N05 – In-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-qiegħ tan-nixxiegħa; N06 – Ir-restawr u l-konnessjoni mill-ġdid ta’ nixxigħat staġjonali jew nixxigħat temporanji; N07 – Il-konnessjoni mill-ġdid ta’ lagi forma ta’ nagħla u karatteristiċi simili; N13 – Ir-restawr ta’ infiltrazzjoni naturali għall-Ilma ta’ Taħt l-Art.
L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.
Dawn is-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura jinkludu, abbażi tar-rapport NWRM – 53 NWRM illustrated: N01 – Baċini u għadajjar li jinfiltraw bil-mod ix-xita jew l-ilma tax-xeba’ lejn l-ilma ta’ taħt l-art; N02 – Ir-restawr u l-ġestjoni tal-artijiet mistagħdra; N03 – Ir-restawr u l-ġestjoni tal-pjanura tal-għargħar; N04 – Is-serpeġġament mill-ġdid; N05 – In-naturalizzazzjoni mill-ġdid tal-qiegħ tan-nixxiegħa; N06 – Ir-restawr u l-konnessjoni mill-ġdid ta’ nixxigħat staġjonali jew nixxigħat temporanji; N07 – Il-konnessjoni mill-ġdid ta’ lagi forma ta’ nagħla u karatteristiċi simili; N13 – Ir-restawr ta’ infiltrazzjoni naturali għall-Ilma ta’ Taħt l-Art.
L-infiltrazzjoni tal-ilma mill-kanali permezz tax-xtut tagħhom ma għandhiex titqies bħala soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura.
L-irkupru tal-enerġija għandu jinftiehem skont id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart.
Meta l-attività appoġġata tikseb l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra previsti li mhumiex aktar baxxi b’mod sinifikanti mill-parametri referenzjarji rilevanti, għandha tingħata spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex dan mhuwiex possibbli. Parametri referenzjarji għal allokazzjoni bla ħlas għal attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra tal-UE, kif ippreżentat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447.
Il-Proċedura skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
Dan huwa l-każ għall-istadji importanti 160, 166, 169, 171, 174, 175, 195, 197, 198, 200, 201, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227 u 228.
Dan huwa l-każ għall-istadji importanti 160, 166, 169, 171, 174, 175, 195, 197, 198, 200, 201, 213, 214, 215, 216, 217, 218, 219, 220, 221, 222, 223, 224, 225, 226, 227 u 228 li għandhom jintlaħqu qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel talba għal pagament. Għadd ta’ miżuri li jinsabu fil-Komponent 9 huma allinjati mal-impenji li saru mill-Ungerija fil-proċedura skont l-Artikolu 6 ta-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.
Il-ministeri kompetenti jġorru r-responsabbiltà settorjali għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha tal-pjan, ħlief għal dawk dwar il-governanza u l-amministrazzjoni pubblika, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Nazzjonali.
Din is-sistema tal-IT tintuża biex issir kodifikazzjoni tad-data għall-perjodi 2014-2020 u 2021-2027 ukoll. L-Ungerija żviluppat is-sistema biex tiżgura li din tissodisfa wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.