Brussell, 9.11.2022

COM(2022) 597 final

2022/0371(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-eskalazzjoni reċenti tar-Russja tal-gwerra brutali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna tikkonferma d-determinazzjoni tagħha li tikser id-drittijiet fundamentali tal-Ukrajna għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment u li teqred il-vijabbiltà tagħha bħala Stat. Il-qlubija, il-kuraġġ u d-determinazzjoni murija mill-poplu Ukren biex jiddefendi pajjiżhom jistħoqqilhom rispett u gratitudni profondi.

F’approċċ ta’ Tim Ewropa, l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja mmobilizzaw EUR 19,7 biljun għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja tal-Ukrajna. Dan jgħaqqad l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni (EUR 12,4-il biljun), inklużi l-assistenza makrofinanzjarja, is-self u l-investiment mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, iggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-baġit tal-UE, kif ukoll appoġġ finanzjarju ulterjuri mill-Istati Membri (EUR 7,3 biljun).

Il-baġit tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, ilu jipprovdi appoġġ komprensiv għar-riforma u l-investiment lill-Ukrajna mill-2014. Sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa, dan l-appoġġ ġie orjentat mill-ġdid lejn l-assistenza ta’ emerġenza u, dejjem aktar, lejn ir-riabilitazzjoni tal-infrastruttura u tad-djar nazzjonali u muniċipali danneġġati/meqruda. Huwa kruċjali li dan l-appoġġ jitkompla b’mod komplementari permezz tal-istrument tal-AMF+, inkluż permezz ta’ riformi marbuta mat-triq Ewropea tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda dwar miżuri ta’ assistenza biex jappoġġa lill-forzi armati Ukreni taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jammontaw għal EUR 3,1 biljun, u missjoni ta’ assistenza militari b’appoġġ għall-Ukrajna b’EUR 0,1 biljun għall-ispejjeż komuni bl-għan li jitħarrġu 15 000 suldat bħala l-ewwel bidu. L-UE u l-Istati Membri tagħha taw ukoll rispons ta’ emerġenza in natura bla preċedent permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkostitwixxi l-akbar operazzjoni ta’ emerġenza mill-ħolqien tal-Mekkaniżmu, u alloka miljuni ta’ oġġetti ta’ emerġenza lejn l-Ukrajna u r-reġjun.

Il-ħsara mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-ekonomija, iċ-ċittadini u n-negozji Ukreni hija tremenda. Fuq medda qasira ta’ żmien, il-Fond Monetarju Internazzjonali jbassar li l-ekonomija tal-Ukrajna tista’ tiċkien sa 35 % f’termini reali sal-aħħar ta’ din is-sena. L-inflazzjoni qed taċċellera u hija mistennija li tilħaq 30 % sa tmiem l-2022, minħabba skarsezzi ta’ oġġetti, sfidi loġistiċi għall-provvista u l-finanzjament tal-ħtiġijiet tal-gvern permezz tal-ħolqien monetarju.

Minħabba l-gwerra li għaddejja tar-Russja, il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal terminu qasir tal-Ukrajna għall-2023 huma mistennija li jkunu sinifikanti. Skont stimi reċenti mill-awtoritajiet Ukreni, f’kooperazzjoni mal-Fond Monetarju Internazzjonali, se jkun hemm diskrepanza kontinwa fil-finanzjament ta’ bejn EUR 3 biljun u EUR 4 biljun fix-xahar fl-2023. L-Ukrajna se tkompli tesperjenza ħtiġijiet għoljin ta’ finanzjament għal terminu qasir, biex iżżomm il-funzjonijiet statali essenzjali, tiżgura l-istabbiltà makroekonomika u tirriabilita l-infrastruttura kritika meqruda mill-gwerra tar-Russja. Huwa għalhekk li huwa kruċjali li l-appoġġ il-ġdid jiġi mobilizzat malajr kemm jista’ jkun.

Ix-xhur li ġejjin se jkunu deċiżivi biex jintlaħaq qbil dwar appoġġ addizzjonali. Dan l-appoġġ għal żmien qasir se jeħtieġ sforz internazzjonali kkoordinat u kooperazzjoni mill-qrib fost is-sħab internazzjonali. L-UE tinsab soda fl-appoġġ tagħha lill-Ukrajna li l-futur tagħha jinsab fl-UE. It-tkomplija tal-appoġġ lill-Ukrajna b’approċċ kollettiv organizzat hija prijorità qawwija għall-Unjoni.

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2022 kienet ġeneruża u effettiva. L-Unjoni impenjat EUR 7,2 biljun f’self konċessjonali ħafna, inkluż sussidju fuq il-pagamenti tar-rati tal-imgħax, bil-pakketti ta’ assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u ta’ emerġenza tagħha, li minnhom EUR 4,2 biljun diġà ġew żborżati sa nofs Ottubru, bit-EUR 3 biljun li jifdal mistennija jaslu fl-Ukrajna sa tmiem is-sena. Madankollu, sa issa ngħatat assistenza fuq bażi ad hoc, li tkopri ftit xhur kull darba. Dan kien jeħtieġ proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u mill-garanziji nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat approċċ aktar strutturali u effiċjenti għall-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2023. Din il-proposta tistabbilixxi qafas ordnat u sostenibbli għat-twassil tal-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna, filwaqt li toffri biżżejjed flessibbiltà biex jiġi aġġustat l-appoġġ għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż li qed jevolvu u tħejji t-triq għal Faċilità futura ta’ “Rikostruzzjoni tal-Ukrajna”, f’konformità mal-Komunikazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar “l-Għajnuna u r-Rikostruzzjoni mill-Ukrajna” 1 u l-prinċipji maqbula fil-Konferenza ta’ Lugano għar-Riforma tal-Ukrajna ta’ Lulju 2022.

Il-parametri wesgħin tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi għall-2023 kollha fuq il-bażi ta’ qafas stabbli. Sistema unifikata u effiċjenti biex tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet ta’ self u testendi l-aċċess għas-suq għal appoġġ ta’ self għandha vantaġġi kbar f’kuntest ta’ spejjeż u rati tal-imgħax li qed jiżdiedu.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq strument biex tipprovdi appoġġ lill-Ukrajna (assistenza makrofinanzjarja+) għall-2023. L-istrument se jipprovdi għajnuna finanzjarja għal terminu qasir fil-forma ta’ self konċessjonali ħafna b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, jiffinanzja l-ħtiġijiet immedjati, ir-riabilitazzjoni tal-infrastruttura kritika u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li jappoġġa lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea. L-UE se tissussidja l-kostijiet tar-rata tal-imgħax tal-Ukrajna, li se jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri fil-forma ta’ dħul assenjat estern sa tmiem l-2027. Sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-ispejjeż tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lil hinn mill-2027 jenħtieġ li jiġġeddu u jkomplu bħala dħul assenjat estern sakemm ma jkunux koperti b’mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. Barra minn hekk, l-ammonti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri u kontribuzzjonijiet possibbli minn pajjiżi terzi u terzi persuni jistgħu jipprovdu appoġġ mhux ripagabbli.

Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament li ġejjin għall-Ukrajna jeħtieġu mobilizzazzjoni u żborż b’mod kosteffettiv u aġli. Huwa ta’ importanza kbira li dan il-finanzjament jiġi organizzat b’metodu uniku ta’ finanzjament flimkien ma’ finanzjament ieħor tal-UE sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu ħtiġijiet multipli ta’ politika fl-istess ħin. Għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, biex tiġi stabbilita l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, attwalment implimentata għat-teħid b’self skont id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 2 bħala l-metodu bażi għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self.

Sabiex tiġi żgurata bażi finanzjarja soda, is-self lill-Ukrajna għandu jkun appoġġat minn garanzija mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-ispazju baġitarju ’l fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Dan jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u riassigurazzjoni lill-investituri, jevita l-proviżjonament ta’ self jew l-istabbiliment ta’ garanziji nazzjonali, mingħajr bidliet fid-daqs jew fil-limiti massimi tal-QFP. Dan jeħtieġ emenda limitata tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 3 li se tippermetti li l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għall-2023 u l-2024 jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri.

L-appoġġ bl-istrument se jirrikjedi li l-Ukrajna tkompli ssaħħaħ l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-miżuri kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni. Għalhekk, filwaqt li titqies l-evoluzzjoni fil-prattika, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jkun inkwadrat minn kundizzjonijiet ta’ politika, dejjem aktar immirat lejn it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna u t-tħejjija tat-triq għal sforz ta’ rikostruzzjoni b’suċċess kif ukoll l-appoġġ għall-isforzi tal-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha.

Il-futur tal-Ukrajna u taċ-ċittadini tagħha jinsab tabilħaqq fl-UE. Il-Kunsill Ewropew ta status ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022. L-isforz immedjat biex tiġi sostnuta r-reżiljenza finanzjarja tal-Ukrajna kif ukoll ir-rikostruzzjoni fit-tul se jirrikjedu l-għarfien espert tal-Unjoni, f’ħidma mas-sħab internazzjonali, kif ukoll it-trasparenza u l-monitoraġġ.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-appoġġ b’dan l-istrument se jkun konsistenti u komplementari għall-attivitajiet iffinanzjati skont ir-Regolament (UE) 2021/947 4 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 5 f’konformità mal-objettivi, il-loġika ta’ intervent u r-regoli rispettivi ta’ dawn l-istrumenti.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-istatus ta’ kandidat mogħti mill-Kunsill Ewropew fit-23 ta’ Ġunju 2022 jankra bil-qawwa lill-Ukrajna fit-triq Ewropea tagħha. Huwa għalhekk li r-rispons kollu tal-UE b’appoġġ għar-reżiljenza u l-irkupru tal-Ukrajna – inkluż permezz ta’ dan l-istrument – se jikkontribwixxi wkoll għall-fażi bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-Ukrajna.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 212 TFUE huwa bażi ġuridika xierqa għall-programm ta’ assistenza finanzjarja mogħti mill-Unjoni lil pajjiżi terzi, li mhumiex pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. L-aggressjoni militari kontinwa mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja tirrikjedi l-għoti ta’ assistenza finanzjarja addizzjonali lill-Ukrajna f’konformità mal-objettivi u l-modalitajiet deskritti f’din il-proposta.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi rispettat billi l-ħtieġa ta’ reazzjoni komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u jista’ jinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma r-restrizzjonijiet ta’ kapaċità fiskali u dawk baġitarji li qed jiġu affaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.

Proporzjonalità

L-appoġġ finanzjarju propost lill-Ukrajna huwa meqjus adegwat fid-daqs, fuq il-bażi tal-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, ippreżentati mill-awtoritajiet nazzjonali u vvalutati f’kooperazzjoni mal-komunità internazzjonali, inkluż il-Fond Monetarju Internazzjonali. Tali appoġġ ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-iskop imfittex biex jiġi pprovdut appoġġ strutturat u prevedibbli lill-Ukrajna fl-2023 u l-finanzjament relatat tagħha.

Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-istrument xieraq billi jipprovdi regoli applikabbli direttament għall-appoġġ.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta ssegwi sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja pprovduti lill-Ukrajna mill-2015. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-kundizzjonijiet ta’ politika tagħhom. B’mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-AMF kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew ffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri. Ġie determinat li l-kondizzjonalità marbuta mal-operazzjonijiet tal-AMF kienet komplementari għall-programmi relatati tal-FMI. Dan ħoloq effett politikament rinforzanti li kkontribwixxa għall-mobilizzazzjoni tal-awtoritajiet Ukrajni madwar riformi essenzjali, speċjalment f’oqsma ta’ politika strutturali li huma inqas koperti minn programmi internazzjonali oħra ta’ donaturi.

L-approċċ wieħed b’wieħed għall-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna fl-2022 wera żvantaġġi sinifikanti fil-kuntest tal-gwerra, madankollu, b’mod partikolari biex jintlaħaq qbil dwar in-naħa tal-finanzjament. Dan kien jeħtieġ proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u/jew mill-garanziji nazzjonali. Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlaturi tal-UE u dawk nazzjonali jkollhom jirrikorru ripetutament għal kwistjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju, il-parametri wesgħin tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu deċiżi għall-2023 kollha fuq il-bażi ta’ qafas stabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta twettaq is-sejħiet għal appoġġ stabbli u prevedibbli tal-Unjoni lill-Ukrajna mill-komunità internazzjonali u mill-pajjiż innifsu. Fit-tħejjija ta’ din il-proposta, is-servizzi tal-Kummissjoni kkonsultaw ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u ma’ donaturi oħra bilaterali (inklużi l-Istati Membri) u multilaterali, b’għarfien espert sinifikanti, inkluż fir-rigward tal-ekonomija tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni kienet ukoll f’kuntatt regolari mal-awtoritajiet tal-Ukrajna.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-proposta tibni fuq esperjenza twila ta’ 30 sena ta’ assistenza makrofinanzjarja kif ukoll fuq l-esperjenza bl-appoġġ tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni bbażat din il-proposta fuq analiżi bir-reqqa, li tibni wkoll fuq l-inputs minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u istituzzjonijiet internazzjonali kompetenti oħra, tal-ħtiġijiet finanzjarji u s-sitwazzjoni makrofinanzjarja usa’ tal-Ukrajna. Dan jinkludi diskussjonijiet fuq bażi regolari tal-aħħar projezzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna f’fora internazzjonali, pereż. il-G7, il-Konferenza Internazzjonali ta’ Esperti dwar l-Irkupru, ir-Rikostruzzjoni u l-Modernizzazzjoni tal-Ukrajna, kif ukoll kuntatti diretti kontinwi mal-awtoritajiet Ukreni.

Valutazzjoni tal-impatt

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni hija strument ta’ emerġenza eċċezzjonali li għandu l-għan li jindirizza diffikultajiet severi għall-bilanċ tal-pagament f’pajjiżi terzi. B’mod aktar ġenerali, il-proposti tal-AMF tal-Kummissjoni jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda minn evalwazzjonijiet ex post imwettqa fuq operazzjonijiet tal-passat fil-viċinat tal-UE. Dan l-istrument tal-AMF+ se jgħin biex jittaffew il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għal terminu qasir tal-Ukrajna fl-2023 fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar u l-kundizzjonijiet ta’ politika marbuta miegħu għandhom l-għan li jiżguraw l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-appoġġ. Dan l-Istrument tal-AMF+ jenħtieġ li jibni fuq il-kisbiet tas-seba’ programmi tal-AMF mill-2015, inkluża l-aħħar operazzjoni tal-AMF marbuta mal-COVID-19, mal-operazzjoni ta’ emerġenza kmieni fl-2022 u dik eċċezzjonali tal-2022.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta ma hijiex marbuta mal-idoneità regolatorja u s-simplifikazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Prekundizzjoni għall-għoti ta’ appoġġ skont l-istrument hi li l-Ukrajna tkompli tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi u lill-istituzzjonijiet tagħha, inkluża s-sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u l-garanzija tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

L-impenn ta’ riforma u r-rieda politika qawwija mill-awtoritajiet Ukreni huma sinjal pożittiv, b’mod partikolari kif muri mill-Kunsill Ewropew li ta l-istatus ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022 u mit-tlestija b’suċċess imġedda tal-kundizzjonalità tal-politika strutturali marbuta mal-operazzjonijiet reċenti tal-AMF lill-Ukrajna. Mindu seħħet l-aggressjoni Russa, l-awtoritajiet tal-Ukrajna wrew grad impressjonanti ta’ reżiljenza u baqgħu impenjati li jsegwu dawn ir-riformi b’mod trasparenti u li jaħdmu lejn l-istandards tal-UE u f’konformità mal-perkors tal-pajjiż lejn integrazzjoni fl-UE.

Għal dan il-għan, il-prekundizzjoni politika għal operazzjoni ta’ AMF hija meqjusa bħala ssodisfata fil-preżent. Fl-istess ħin, l-aderenza kontinwa ma’ din il-prekundizzjoni politika se tkompli tiġi żgurata permezz ta’ kundizzjonalitajiet ta’ politika kif stabbilit fil-Memorandum ta’ Qbil futur għal dan l-istrument.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Se jiġi pprovdutpPakkett globali sa EUR 18-il biljun f’self għal perjodu ta’ 12-il xahar, li jikkorrispondi għal medja ta’ EUR 1,5 biljun fix-xahar. Dan l-ammont jiżdied mal-assistenza pprovduta permezz ta’ strumenti eżistenti.

Ammonti addizzjonali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji speċifiċi mill-Istati Membri (bħala dħul assenjat estern) jintużaw għall-finijiet li ġejjin:

·Appoġġ għall-kostijiet tal-imgħax tas-self – ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda volum fil-mira minn qabel billi dawn il-kostijiet se jiddependu fuq l-imgħax reali fuq is-self

·Appoġġ li ma jitħallasx lura għal attivitajiet koperti mill-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew

·Li għandu jiġi indirizzat lill-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI) u/jew Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li jibbenefikaw minnhom l-Ukrajna.

Barra minn hekk, il-pajjiżi terzi u terzi persuni jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali għal dawk deskritti hawn fuq, bħala dħul assenjat estern biex jikkontribwixxu għall-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew biex jiġu diretti lill-NDICI u/jew l-Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li jibbenefikaw lill-Ukrajna.

Il-Kummissjoni biħsiebha tagħti s-self bl-Istrument b’maturitajiet twal (b’tul massimu ta’ żmien ta’ 35 snin) u mingħajr ebda ripagament tal-kapital qabel l-2033. Dan se jsir flimkien mal-ispejjeż tal-imgħax imsemmija hawn fuq li għandhom jiġu koperti.

L-iżborżi jistgħu jiġu organizzati b’mod flessibbli u rapidu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet Ukreni matul is-sena 2023. Dawn jistgħu jiġu previsti b’mod ġenerali, fuq bażi trimestrali sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet Ukreni. Rieżami f’nofs is-sena ser jieħu kont tal-evoluzzjoni tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u l-implikazzjonijiet tagħha fuq il-ħtiġijiet ta’ finanzjament kif ukoll tar-rilevanza u l-fattibbiltà kontinwi tal-kondizzjonalità tal-politika.

Aktar dettalji dwar l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa huma pprovduti fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva mehmuża ma’ din il-proposta.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea tagħmel dan l-istrument tal-AMF+ disponibbli għall-Ukrajna għal ammont totali ta’ massimu ta’ EUR 18-il biljun fil-forma ta’ self aġevolanti ħafna b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, li jikkontribwixxi biex ikopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tagħha għal terminu qasir, il-finanzjament tar-riabilitazzjoni tal-infrastruttura kritika u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea. L-appoġġ se jikkontribwixxi biex ikopri d-diskrepanza fil-finanzjament estern residwu tal-Ukrajna fl-2023 u huwa ppjanat li jiġi żborżat f’diversi pagamenti parzjali. L-iżborżi jkunu jiddependu wkoll fuq l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar u r-riformi ta’ politika kif maqbula fil-MtQ u msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż ir-rapport li għandu jiġi pprovdut mill-Ukrajna qabel l-iżborż ta’ kull pagament parzjali. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ. L-appoġġ ikun ġestit mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet oħrajn, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna b’dan l-istrument, inkluża evalwazzjoni. Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut mill-Unjoni skont l-Istrument kif ukoll sa liema punt dan ikkontribwixxa għall-għanijiet tal-assistenza.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I tar-Regolament fih id-dispożizzjonijiet ġenerali.

L-Artikolu 1 jindika x’inhu s-suġġett tar-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta’ Strument li jipprovdi l-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna.

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-objettiv ġenerali tal-Istrument u jelenka l-objettivi speċifiċi ewlenin tiegħu.

L-Artikolu 3 jiddeskrivi l-oqsma li taħthom jista’ jingħata appoġġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrument.

L-Artikolu 4 jagħti l-ammonti ta’ appoġġ f’termini ta’ self. Jipprevedi wkoll ammonti addizzjonali biex jiġi kopert sussidju tar-rata tal-imgħax u appoġġ possibbli li ma jitħallasx lura. Fl-aħħar nett, l-artikolu jistabbilixxi l-perjodu ta’ disponibbiltà għall-appoġġ.

L-Artikolu 5 jiddeskrivi kif l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi u terzi persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrument.

It-Taqsima 2 telabora dwar il-kundizzjonijiet tal-appoġġ permezz tal-Istrument.

L-Artikolu 6 jistabbilixxi l-prekundizzjoni ġenerali għall-għoti tal-appoġġ permezz tal-Istrument.

L-Artikolu 7 jistipula li l-Kummissjoni se tikkonkludi mal-Ukrajna Memorandum ta’ Qbil u tipprovdi informazzjoni dwar il-kontenut, iż-żmien, u r-rieżami tiegħu.

L-Artikolu 8 jirreferi għar-rekwiżiti ta’ rapportar skont il-Memorandum ta’ Qbil.

It-Taqsima 3 tagħti dispożizzjonijiet dwar kif jiġi rilaxxat l-appoġġ permezz tal-Istrument, dwar il-valutazzjoni u l-obbligi ta’ informazzjoni.

L-Artikolu 9 jipprevedi kif jiġi rilaxxat l-appoġġ permezz tal-Istrument.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi l-passi proċedurali għar-rilaxx tal-appoġġ.

L-Artikolu 11 jagħti regoli dwar it-tnaqqis, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-appoġġ.

L-Artikolu 12 jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz tal-Istrument.

L-Artikolu 13 jiddefinixxi kif il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiġu infurmati dwar l-iżviluppi rigward l-Istrument.

Il-Kapitolu II tar-Regolament jagħti dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Istrument: L-Artikolu 14 fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ għoti u ta’ teħid b’self u tad-derogi mir-Regolament (UE) 2021/947 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ kopertura u proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Artikolu 15 – dwar is-sussidju tal-imgħax u l-Artikolu 16 – dwar il-ftehim ta’ finanzjament għall-appoġġ mhux ripagabbli.

Il-Kapitolu III tar-Regolament jiddeskrivi d-dispożizzjonijiet komuni u finali rigward il-komitoloġija (l-Artikolu 17), ir-rappurtar annwali (l-Artikolu 18), u d-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 19).

2022/0371 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja 6 ,

Billi:

(1)Ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u l-Ukrajna 7 , inkluż Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2017.

(2)Fl-2014, l-Ukrajna bdiet programm ambizzjuż ta’ riforma bil-għan li tistabbilizza l-ekonomija tagħha u ttejjeb l-għajxien taċ-ċittadini tagħha. Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni kif ukoll riformi kostituzzjonali, elettorali u ġudizzjarji, huma fost l-ogħla prijoritajiet fuq l-aġenda. L-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi ġiet appoġġata minn programmi konsekuttivi ta’ assistenza makrofinanzjarja, li taħthom l-Ukrajna rċeviet assistenza fil-forma ta’ self għal total ta’ EUR 6,6 biljun.

(3)L-assistenza makrofinanzjarja ta’ emerġenza, li saret disponibbli fil-kuntest ta’ theddida dejjem tikber, eżatt qabel l-invażjoni Russa, skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 8 , ipprovdiet EUR 1,2 biljun f’self lill-Ukrajna, żborżat f’żewġ pagamenti parzjali ta’ EUR 600 miljun kull wieħed, f’Marzu u Mejju 2022.

(4)L-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni sa EUR 1 biljun, magħmula disponibbli skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 9 , ipprovdiet appoġġ rapidu u urġenti għall-baġit tal-Ukrajna u ġiet żborżata totalment b’żewġ pagamenti parzjali fl-1 u t-2 ta’ Awwissu 2022. Din l-assistenza kkonstitwit l-ewwel stadju tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali ppjanata tal-Unjoni lill-Ukrajna sa EUR 9 biljun, imħabbar mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Mejju 2022 intitolata “L-Ukrajna: Għajnuna u Rikostruzzjoni” u approvata mill-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta’ Ġunju 2022.

(5)Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 10 kkostitwixxiet pass ieħor fl-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali prevista tal-Unjoni. Hija stabbiliet il-bażi għall-għoti lill-Ukrajna ta’ ammont ulterjuri sa EUR 5 biljun fil-forma ta’ self b’termini aġevolati ħafna, li minnhom EUR 2 biljun ġew żborżati fit-18 ta’ Ottubru, filwaqt li t-EUR 3 biljun li jifdal għandhom jiġu żborżati sa tmiem l-2022.

(6)L-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, mill-24 ta’ Frar 2022, ikkawżat lill-Ukrajna telf ta’ aċċess għas-swieq finanzjarji kif ukoll tnaqqis sinifikanti fid-dħul pubbliku, filwaqt li l-infiq pubbliku biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni umanitarja u biex tinżamm il-kontinwità tas-servizzi tal-Istat żdied b’mod notevoli. F’dik is-sitwazzjoni volatili u inċerta ħafna, l-aħjar stimi tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), fis-sajf tal-2022, indikaw diskrepanza straordinarja fil-finanzjament ta’ madwar USD 39 biljun fl-2022 li madwar nofshom jistgħu jiġu ssodisfati bis-saħħa ta’ appoġġ internazzjonali. L-għoti rapidu mill-Unjoni tal- assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna, skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 kien jitqies, fiċ-ċirkostanzi straordinarji attwali, bħala rispons xieraq għal terminu qasir għar-riskji mdaqqsa għall-istabbiltà makrofinanzjarja tal-Ukrajna. L-ammont ulterjuri sa massimu ta’ EUR 5 biljun f’assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali tal-Unjoni skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 kien biex jingħata appoġġ lill-istabbilizzazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, isaħħaħ ir-reżiljenza immedjata tal-pajjiż u jsostni l-kapaċità tiegħu lejn l-irkupru, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tad-dejn pubbliku tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li fl-aħħar mill-aħħar tkun f’pożizzjoni li tħallas lura l-obbligi finanzjarji tagħha.

(7)Sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej immobilizzaw EUR 19,7-il biljun għar-reżiljenza ekonomika, soċjali u finanzjarja tal-Ukrajna. Dan jgħaqqad l-appoġġ mill-baġit tal-Unjoni (EUR 12,4-il biljun), inklużi l-assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali u l-appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, iggarantiti bis-sħiħ jew parzjalment mill-baġit tal-UE, kif ukoll appoġġ finanzjarju ulterjuri mill-Istati Membri (EUR 7,3 biljun).

(8)Barra minn hekk, il-Kunsill iddeċieda dwar miżuri ta’ assistenza b’appoġġ lill-forzi armati Ukreni bil-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jammontaw għal EUR 3,1 biljun, u missjoni ta’ assistenza militari b’appoġġ għall-Ukrajna b’EUR 0,1 biljun għall-ispejjeż komuni. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha taw ukoll rispons ta’ emerġenza in natura bla preċedent permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, li jikkostitwixxi l-akbar operazzjoni ta’ emerġenza mill-ħolqien tal-Mekkaniżmu, u alloka miljuni ta’ oġġetti ta’ emerġenza lejn l-Ukrajna u r-reġjun.

(9)Il-Kunsill Ewropew ta status ta’ kandidat lill-Ukrajna f’Ġunju 2022 11 . It-tkomplija tal-appoġġ qawwi lill-Ukrajna hija prijorità ewlenija għall-Unjoni. Dan jirrikjedi approċċ kollettiv organizzat kif imfisser f’dan l-istrument, billi l-ħsara mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-ekonomija, iċ-ċittadini u n-negozji tal-Ukrajna hija tremenda.

(10)Il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tirrappreżenta theddida ġeopolitika strateġika għall-Unjoni kollha kemm hi u tirrikjedi li l-Istati Membri jibqgħu b’saħħithom u magħqudin. Għalhekk, huwa essenzjali li l-appoġġ tal-Unjoni jintuża malajr u jkun kapaċi jadatta b’mod flessibbli u gradwali għal għajnuna immedjata u riabilitazzjoni f'perjodu qasir fit-triq lejn rikostruzzjoni futura.

(11)F’dan il-kuntest, l-Istrument stabbilit skont dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi biex jingħalaq id-distakk fil-finanzjament tal-Ukrajna fl-2023, b’mod partikolari billi jipprovdi għajnuna finanzjarja aġevolata ħafna f’perjodu qasir lill-baġit tal-istat b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, inkluż biex jiffinanzja r-riabilitazzjoni u l-appoġġ inizjali lejn ir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li jappoġġa lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.

(12)Sabiex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-assistenza jenħtieġ li tingħata biex tappoġġa l-istabbiltà makrofinanzjarja fl-Ukrajna, u biex ittaffi r-restrizzjonijiet tal-finanzjament estern tal-Ukrajna. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timplimenta l-appoġġ f’konformità mal-prinċipji u l-objettivi ewlenin tal-miżuri meħuda fl-oqsma differenti tal-azzjoni esterna u politiki oħrajn rilevanti tal-Unjoni.

(13)L-għoti ta’ appoġġ għar-riabilitazzjoni, it-tiswija, u l-manutenzjoni ta’ funzjonijiet u infrastruttura kritiċi kif ukoll għajnuna għall-persuni fil-bżonn u għaż-żoni l-aktar affettwati f’termini ta’ appoġġ materjali u soċjali, akkomodazzjoni temporanja, kostruzzjoni residenzjali u infrastrutturali jenħtieġ li jgħoddu wkoll fost l-oqsma ewlenin ta’ appoġġ permezz tal-Istrument.

(14)Jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa wkoll it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet Ukreni biex iħejju għar-rikostruzzjoni futura ta’ wara l-gwerra u għall-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha.

(15)L-Istrument se jappoġġa l-politika esterna tal-Unjoni fir-rigward tal-Ukrajna. Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib matul l-operazzjoni ta’ appoġġ sabiex jikkoordinaw u jiżguraw il-konsistenza tal-politika esterna tal-Unjoni. L-appoġġ lill-Ukrajna skont dan ir-Regolament ikompli jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna kif stmati mill-FMI, mill-Bank Dinji u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħra, filwaqt li titqies il-kapaċità tal-Ukrajna li tiffinanzja lilha nnifisha bir-riżorsi proprji tagħha. Id-determinazzjoni tal-ammont tal-appoġġ tqis ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mistennija minn donaturi bilaterali u multilaterali, kif ukoll l-iskjerament preeżistenti tal-istrumenti ta’ finanzjament esterni l-oħra tal-Unjoni fl-Ukrajna u l-valur miżjud tal-involviment ġenerali tal-Unjoni.

(16)Is-sitwazzjoni tal-Ukrajna tirrikjedi approċċ gradwali fejn strument li jiffoka fuq l-istabbiltà makrofinanzjarja kif ukoll l-għajnuna u r-riabilitazzjoni immedjati jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn appoġġ kontinwu taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali u l-Istrument għall-Għajnuna Umanitarja.

(17)Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi r-riżorsi disponibbli għall-Istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 bi żborżi possibbli sal-31 ta’ Marzu 2024. Ammont massimu ta’ EUR 18-il biljun għandu jkun disponibbli fil-forma ta’ self. Barra minn hekk, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027, ir-Regolament għandu jipprovdi għal sussidju tar-rata tal-imgħax. Sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-ispejjeż tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri lil hinn mill-2027 jenħtieġ li jiġġeddu u jkomplu bħala dħul assenjat estern sakemm ma jkunux koperti b’mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri. Għalhekk, jista’ jkun possibbli li l-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jiġu estiżi lil hinn mill-2027.

(18)Ir-Regolament għandu jipprovdi l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali, bħala dħul assenjat estern, li għandhom jiġu implimentati skont il-Memorandum ta’ Qbil ta’ dan l-Istrument. Tali possibbiltà għal kontribuzzjoni addizzjonali jenħtieġ li ssir ukoll għal pajjiżi terzi u terzi persuni interessati bħala dħul assenjat estern, f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 12 . Sabiex jitrawmu sinerġiji u komplementarjetajiet, huwa xieraq li jiġi permess li tali kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-Istati Membri, minn pajjiżi terzi u terzi persuni oħra jkunu jistgħu jsiru disponibbli wkoll għall-programmi stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 14 għall-finanzjament ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ dan l-Istrument.

(19)Il-kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri għandhom ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjonijiet u b’talba. Għal dan il-għan, l-Istat Membru li jipprovdi l-appoġġ jenħtieġ li jidħol fi ftehim ta’ kontribuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 mal-Kummissjoni. Il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għandu jkopri l-kontribuzzjoni għas-sussidju tar-rata tal-imgħax u, jekk l-Istat Membru jkun jixtieq jipprovdihom, ammonti addizzjonali wkoll.

(20)L-appoġġ permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkun disponibbli bil-prekundizzjoni li l-Ukrajna tkompli tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi u l-istituzzjonijiet tagħha, inkluża sistema parlamentari b’diversi partiti, l-istat tad-dritt u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(21)L-appoġġ permezz tal-Istrument jenħtieġ li jkun marbut mal-kundizzjonijiet ta’ politika li għandhom jiġu stabbiliti f’memorandum ta’ qbil. Jenħtieġ li jinkludu wkoll impenji biex jissaħħu l-prestazzjoni ekonomika u r-reżiljenza tal-pajjiż, l-ambjent tan-negozju, tiġi ffaċilitata r-rikostruzzjoni kritika u jiġu indirizzati l-isfidi fis-settur tal-enerġija.

(22)Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom jiġu kkomplementati minn rekwiżiti stretti ta’ rappurtar, bil-għan li jiġi żgurat li l-fondi jintużaw b’mod effiċjenti, trasparenti u responsabbli.

(23)Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna huwa xieraq li tiġi prevista reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-memorandum ta’ qbil.

(24)L-appoġġ għandu jiġi rilaxxat soġġett għar-rispett tal-prekundizzjonijiet, l-implimentazzjoni sodisfaċenti u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika.

(25)Huwa xieraq li tiġi prevista l-possibbiltà li jiġu vvalutati mill-ġdid il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna u li l-appoġġ jitnaqqas, jiġi sospiż jew ikkanċellat jekk dawn jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-Istrument meta mqabbel mal-proġettazzjonijiet inizjali. Huwa xieraq ukoll li tiġi prevista l-possibbiltà li l-iżborżi jiġu sospiżi jew ikkanċellati f’każ li r-rekwiżiti għar-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument ma jiġux issodisfati.

(26)Fil-kuntest attwali tal-ħtiġijiet finanzjarji urġenti tal-pajjiż, huwa xieraq li l-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna tiġi organizzata skont il-metodu ta’ finanzjament uniku previst skont l-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li huwa mistenni li jtejjeb il-likwidità tal-bonds tal-Unjoni u l-attraenza u l-kosteffettività tal-ħruġ tal-Unjoni.

(27)Minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tal-Ukrajna kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u biex tiġi appoġġata fit-triq tal-istabbiltà fit-tul tagħha, huwa xieraq li l-Ukrajna tingħata self b’termini konċessjonali ħafna b’tul massimu ta’ żmien ta’ 35 sena u l-bidu tar-ripagament tal-kapital mhux qabel l-2033. Huwa xieraq ukoll li ssir deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u li l-Unjoni jkollha l-possibbiltà li tkopri l-ispejjeż tar-rata tal-imgħax u tirrinunzja l-ispejjeż amministrattivi lill-Ukrajna. Is-sussidju tar-rata tal-imgħax jenħtieġ li jingħata bħala strument meqjus xieraq biex tiġi żgurata l-effettività tal-appoġġ sfis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dan għandu jkun iffinanzjat minn kontribuzzjonijiet volontarji addizzjonali mill-Istati Membri u għandu jkun disponibbli gradwalment hekk kif il-ftehimiet mal-Istati Membri jkunu daħlu fis-seħħ.

(28)L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u r-rinunzja tal-ispejjeż amministrattivi sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena.

(29)Jenħtieġ li l-obbligazzjoni finanzjarja minn self skont dan ir-Regolament ma tkunx appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, b’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2021/947. L-ammonti meħtieġa biex jiġi kopert kull nuqqas fl-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna disponibbli għall-2023 jenħtieġ li jiġu mobilizzati f’konformità mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 15 . Jenħtieġ li l-appoġġ jikkostitwixxi f’assistenza finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 220(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Meta jitqiesu r-riskji finanzjarji u l-kopertura baġitarja, il-proviżjonament jenħtieġ li ma jkunx kostitwit għall-assistenza finanzjarja fil-forma ta’ self permezz ta’ dan l-Istrument u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, jenħtieġ li ma tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1).

(30)Huwa xieraq li l-Kummissjoni u l-Ukrajna jikkonkludu ftehim ta’ self għall-appoġġ tas-self, fil-qafas tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-MtQ. Sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-appoġġ permezz tal-Istrument jiġu protetti b’mod effiċjenti, jenħtieġ li l-Ukrajna tieħu miżuri xierqa dwar il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra marbuta ma’ dik l-assistenza u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, jenħtieġ li fil-ftehim tas-self u fil-ftehim ta’ finanzjament jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq kontrolli, li l-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

(31)Billi l-għan ta’ dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan.

(32)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 16 .

(33)Fid-dawl tal-urġenza li tirriżulta miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali kkawżati mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja, huwa meqjus xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat previst fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

(34)Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fl-Ukrajna, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument li jipprovdi l-appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna (l-“Istrument”) fil-forma ta’ self, appoġġ mhux ripagabbli u sussidju tar-rata tal-imgħax.

Jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-finanzjament tiegħu, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni taħtu u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Objettivi tal-Istrument

1.L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jipprovdi għajnuna finanzjarja għal terminu qasir b’mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f’waqtu, finanzjament tar-riabilitazzjoni u appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.

2.Biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-objettivi speċifiċi ewlenin għandhom b’mod partikolari jkunu li jappoġġaw:

(a)l-istabbiltà makrofinanzjarja, u biex jittaffew ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-Pajjiż;

(a)(b)    aġenda ta’ riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;

(b)(c)    riabilitazzjoni ta’ funzjonijiet kritiċi u infrastruttura u għajnuna għan-nies fil-bżonn

Artikolu 3

L-Oqsma ta’ Appoġġ

Biex jilħaq l-objettivi tiegħu, l-Istrument għandu jappoġġa b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)il-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna, bil-ħsieb li tinżamm l-istabbiltà makrofinanzjarja tal-pajjiż;

(b)ir-riabilitazzjoni, pereżempju fir-restawr tal-infrastruttura kritika, bħall-infrastruttura tal-enerġija, is-sistemi tal-ilma, in-netwerks tat-trasport, it-toroq jew il-pontijiet interni, jew f’setturi ekonomiċi strateġiċi u l-infrastruttura soċjali, bħal faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, skejjel, u akkomodazzjoni għal persuni rilokati, inkluża akkomodazzjoni temporanja u soċjali;

(c)riformi settorjali u istituzzjonali, inklużi riformi kontra l-korruzzjoni u ġudizzjarji, ir-rispett tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet nazzjonali u lokali;

(d)tħejjija għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna;

(e)appoġġ għall-allinjament tal-qafas regolatorju tal-Ukrajna ma’ dak tal-Unjoni u l-integrazzjoni tal-pajjiż fis-suq uniku, kif ukoll it-tisħiħ tal-iżvilupp ekonomiku u t-titjib tal-kompetittività;

(f)it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva tal-Ukrajna permezz ta’ mezzi xierqa, inkluż l-użu ta’ assistenza teknika.

Artikolu 4

Appoġġ disponibbli permezz tal-Istrument

1.L-appoġġ permezz tal-Istrument fil-forma ta’ self, għandu jkun disponibbli għal ammont sa EUR 18 000 000 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 bi żborż possibbli sal-31 ta’ Marzu 2024.

2.Appoġġ addizzjonali permezz tal-Istrument għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2027 għandu jkun disponibbli wkoll, soġġett għall-Artikolu 5(1), biex ikopri n-nefqa skont l-Artikolu 15. Dan l-appoġġ addizzjonali jista’ jkun disponibbli wara l-31 ta’ Diċembru 2027 soġġett għall-Artikolu 5(1).

3.Ammonti addizzjonali disponibbli skont l-Artikolu 5(2) u 5(4) ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu implimentati bħala appoġġ mhux ripagabbli fejn previst fil-Memorandum ta’ Qbil li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament jew skont ir-Regolament (UE) 2021/947 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 għall-finanzjament ta’ miżuri li jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2(2) minn (b) sa (c) skont ir-regoli ta’ dawk ir-Regolamenti.

4.    L-ammonti msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu jkopru n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv u ta’ koordinazzjoni meħtieġ għall-Istrument, u għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati bl-Istrument, inkluż azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.      

Artikolu 5
Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u terzi persuni

1.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-ammonti msemmija fl-Artikolu 4(2). Is-sehem relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Istat Membru kkonċernat għal dawk l-ammonti għandu jikkorrispondi għas-sehem relattiv ta’ dak l-Istat Membru fl-introjtu nazzjonali gross (ING) totali tal-Unjoni. Għall-kontribuzzjonijiet għas-sena n, is-sehem relattiv ibbażat fuq l-ING għandu jiġi kkalkulat bħala s-sehem fl-ING totali tal-Unjoni, kif jirriżulta mill-kolonna rispettiva fil-parti tad-dħul tal-aħħar baġit annwali tal-Unjoni adottat jew fil-baġit emendatorju annwali tal-Unjoni għas-sena n-1.

L-appoġġ permezz tal-Istrument f’dan il-paragrafu għandu jsir disponibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont stabbilit fi ftehim mal-Istat Membru rispettiv wara li dak il-ftehim jidħol fis-seħħ.

2.L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-Istrument b’ammonti addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4(3).

3.Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (a)(ii) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

4.Pajjiżi terzi u terzi persuni interessati jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal appoġġ mhux ripagabbli taħt l-Istrument b’ammonti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4(3), b’mod partikolari relatati mal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2(2) minn (b) sa (c). Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(2), il-punt (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Taqsima 2

Kundizzjonijiet tal-appoġġ permezz tal-Istrument

Artikolu 6
Prekundizzjoni għall-appoġġ permezz tal-Istrument

1.Prekundizzjoni għall-għoti tal-appoġġ b’dan l-Istrument għandha tkun li l-Ukrajna tkompli żżomm u tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inklużi sistema parlamentari b’diversi partiti, l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

2.Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw it-twettiq tal-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 matul il-perjodu kollu tal-appoġġ ipprovdut bl-Istrument, b’mod partikolari qabel ma jsiru l-iżborżi, b’kont debitu meħud, kif xieraq, tar-rapport regolari dwar it-tkabbir. Għandha tqis ukoll iċ-ċirkostanzi fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-liġi marzjali hemmhekk.

3.Il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE 17 .

Artikolu 7
Memorandum ta’ Ftehim

1.Il-Kummissjoni għandha tikkonkludi mal-Ukrajna Memorandum ta’ Qbil li għandu b’mod partikolari jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ politika, l-ippjanar finanzjarju indikattiv u r-rekwiżiti ta’ rappurtar, kif imsemmi fl-Artikolu 8.

Il-kundizzjonijiet ta’ politika għandhom ikunu marbuta, kif xieraq, fil-kuntest tas-sitwazzjoni ġenerali fl-Ukrajna, mal-objettivi u l-implimentazzjoni tagħhom imsemmija rispettivament fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 u mal-prekundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6. Dawn għandhom jinkludu impenn għall-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba b’enfasi fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ġlieda kontra l-frodi u l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess u l-istabbiliment ta’ qafas trasparenti u responsabbli għall-ġestjoni tar-riabilitazzjoni u, fejn xieraq, tar-rikostruzzjoni.

2.Il-MtQ jista’ jiġi rivedut mill-Kummissjoni f’nofs it-terminu. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-MtQ wara r-rieżami.

3.Il-MtQ għandu jiġi adottat u emendat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 8
Rekwiżiti ta’ rapportar

1.Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-Ukrajna għandhom jiġu inklużi fil-MtQ u għandhom jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-appoġġ ipprovdut bl-Istrument.

2.Il-Kummissjoni għandha tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dik il-verifika.

taqsima 3

Rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument, obbligi ta’ valutazzjoni u informazzjoni

Artikolu 9
Rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument

1.Soġġett għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10, l-appoġġ permezz tal-Istrument għandu jsir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti parzjali. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ żmien għall-iżborż ta’ kull pagament parzjali. Pagament parzjali jista’ jiġi żborżat f’parti waħda jew iktar.

2.Ir-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument għandu jiġi ġestit mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika inklużi fil-MtQ.

Artikolu 10
Deċiżjoni dwar ir-rilaxx tal-appoġġ permezz tal-Istrument

1.L-Ukrajna għandha tippreżenta talba għal fondi qabel l-iżborż ta’ kull pagament parzjali akkumpanjata minn rapport f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-MtQ.

2.Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx tal-pagamenti parzjali, skont il-valutazzjoni tagħha tar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)ir-rispett għall-prekondizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6;

(b)l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-obbligi ta’ rapportar miftiehma fil-MtQ;

(c)progress sodisfaċenti lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ.

(d)Qabel ma jiġi żborżat l-ammont massimu tal-appoġġ permezz tal-Istrument, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika kollha stabbiliti fil-MtQ.

Artikolu 11
Tnaqqis, sospensjoni u kanċellazzjoni tal-appoġġ permezz tal-Istrument

1.Jekk il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna jonqsu b’mod fundamentali matul il-perjodu tal-iżborż tal-appoġġ tal-Unjoni bl-Istrument meta mqabbel mal-proġettazzjonijiet inizjali, il-Kummissjoni tista’ tnaqqas l-ammont tal-appoġġ, tissospendih jew tikkanċellah.

2.Meta r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(2) ma jiġux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-appoġġ permezz tal-Istrument.

Artikolu 12
Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz ta l-Istrument

Matul l-implimentazzjoni tal-Istrument, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, permezz ta’ valutazzjoni operazzjonali, li tista’ titwettaq flimkien mal-valutazzjoni operazzjonali prevista skont id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 u d-Deċiżjoni (UE) 2022/1628, is-solidità tal-arranġamenti finanzjarji tal-Ukrajna, il-proċeduri amministrattivi, u l-mekkaniżmi ta’ kontroll interni u esterni li huma rilevanti għall-assistenza.

Artikolu 13
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-iżviluppi fir-rigward tal-Istrument, inklużi l-iżborżi tiegħu, u l-iżviluppi fl-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien debitu. F’każ ta’ sospensjoni jew kanċellazzjoni skont l-Artikolu 11(2), hija għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-raġunijiet għas-sospensjoni jew il-kanċellazzjoni.

Kapitolu II
Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-appoġġ

Artikolu 14
Operazzjonijiet mutwatarji u mutwanti

1.Sabiex tiffinanzja l-appoġġ taħt l-Istrument fil-forma ta’ self, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, f’isem l-Unjoni, li tissellef il-fondi meħtieġa mis-swieq kapitali jew minn istituzzjonijiet finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 220(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

2.It-termini dettaljati tal-appoġġ permezz tal-Istrument fil-forma ta’ self għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ self f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna. Is-self għandu jkollu tul massimu ta’ 35 snin.

3.B’deroga mill-Artikolu 31(3), it-tieni sentenza tar-Regolament (UE) 2021/947, l-assistenza makrofinanzjarja pprovduta lill-Ukrajna fil-forma ta’ self b’dan l-Istrument ma għandhiex tiġi appoġġata mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

L-ebda proviżjonament għas-self skont dan ir-Regolament ma għandu jkun kostitwit u, b’deroga mill-Artikolu 211(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ma għandha tiġi stabbilita l-ebda rata ta’ proviżjonament bħala perċentwal tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1).

Artikolu 15
Sussidju tar-rata tal-imgħax

1.B’deroga mill-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u soġġett għar-riżorsi disponibbli, l-Unjoni tista’ ġġarrab l-imgħax billi tagħti sussidju tar-rata tal-imgħax u tkopri l-ispejjeż amministrattivi relatati mas-self, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self skont dan ir-Regolament.

2.L-Ukrajna tista’ titlob is-sussidju tar-rata tal-imgħax u l-kopertura tal-ispejjeż amministrattivi mill-Unjoni kull sena.

Artikolu 16
Ftehim ta’ finanzjament għal appoġġ mhux ripagabbli

It-termini dettaljati tal-appoġġ li ma jitħallasx lura msemmija fl-Artikolu 4(3) għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna. B’deroga mill-Artikolu 220(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-ftehim ta’ finanzjament għandu jkun fih biss id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 220(5) tiegħu. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kontrolli, awditi, prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet oħra, u l-irkupru ta’ fondi.

Kapitolu III
Dispożizzjonijiet komuni u finali

Artikolu 17
Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 18

Rapport annwali

1.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu I, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni. Dan ir-rapport għandu:

(a)jeżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-Istrument;

(b)jivvaluta s-sitwazzjoni ekonomika u l-prospetti tal-Ukrajna, kif ukoll l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu I;

(c)jindika r-rabta bejn ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-MtQ, is-sitwazzjoni makrofinanzjarja attwali tal-Ukrajna u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tirrilaxxa l-pagamenti parzjali tal-appoġġ permezz tal-Istrument.

2.Mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni ex post, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ komplut tal-Unjoni bl-Istrument u sa liema punt dan ikkontribwixxa għall-għanijiet tal-assistenza.

Artikolu 19
Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat/kkonċernati

1.3.Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv/Objettivi

1.4.1.Objettiv/Objettivi ġenerali

1.4.2.Objettiv speċifiku/Objettivi speċifiċi

1.4.3.Riżultat/Riżultati u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit/Rekwiżiti li jrid/jridu jiġi/jiġu ssodisfat/ssodisfati f’terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod/Modi ta’ ġestjoni ppjanat/ppjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod/modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2. Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1 Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna

1.2 Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

6. Viċinat u d-Dinja

14. Azzjoni Esterna

Strument biex jingħata appoġġ lill-Ukrajna (assistenza makrofinanzjarja +)

1.3 Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4 Objettiv/Objettivi

1.4.1 Objettiv/Objettivi ġenerali

L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fuq terminu qasir, il-finanzjament tar-riabilitazzjoni u l-appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.

1.4.2 Objettiv speċifiku/Objettivi speċifiċi

(a)l-istabbiltà makrofinanzjarja, u t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-pajjiż;

(b)aġenda ta’ riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta’ qabel l-adeżjoni, kif xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha

(c)ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet u l-infrastruttura kritiċi u l-għajnuna għall-persuni fil-bżonn;

1.4.3 Riżultat/Riżultati u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

   Tappoġġa r-reżiljenza u l-istabbiltà ekonomiċi tal-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi tal-gwerra.

   Tikkontribwixxi biex jiġu koperti l-ħtiġijiet ta’ finanzjament estern tal-Ukrajna, fil-kuntest ta’ deterjorament sinifikanti tal-kontijiet esterni tagħha kkawżat mill-invażjoni Russa mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna.

   Ittaffi l-ħtiġijiet finanzjarji baġitarji tas-sieħeb, bħala kontinwazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza diġà pprovduta.

   Tappoġġa r-riformi strutturali mmirati biex itejbu l-ġestjoni makroekonomika globali, li jsaħħaħ il-governanza ekonomika u t-trasparenza, u li jtejjeb il-kundizzjonijiet għal tkabbir sostenibbli, bil-ħsieb li tiġi segwita l-integrazzjoni fl-UE.

1.4.4 Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

L-awtoritajiet tal-Ukrajna se jkunu mitluba jirrapportaw lis-servizzi tal-Kummissjoni fuq bażi regolari dwar sett ta’ indikaturi ekonomiċi u dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar inklużi fil-MtQ.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu jimmonitorjaw il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, wara l-valutazzjoni operazzjonali taċ-ċirkwiti finanzjarji u l-proċeduri amministrattivi fl-Ukrajna, li tlestiet f’Ġunju 2020.

1.5 Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1 Rekwiżit/Rekwiżiti li għandu/għandhom jiġi/jiġu ssodisfat/ssodisfati f’terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-iżborż tal-assistenza se jkun kundizzjonali fuq it-twettiq tal-prekundizzjoni kif ukoll tal-kundizzjonijiet ta’ politika, elenkati f’Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ukrajna. L-assistenza hija ppjanata li tiġi żborżata f’diversi pagamenti rateali. Ir-rilaxx tal-pagamenti rateali jseħħ malajr wara l-approvazzjoni ta’ din il-proposta u d-dħul fis-seħħ tal-MtQ korrispondenti, u jsiru disponibbli minn hemm ’il quddiem.

L-assistenza se tkun ġestita mill-Kummissjoni. Japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet oħra, b’mod konsistenti mar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ukreni jaqblu dwar MtQ li jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar. Il-Kummissjoni se taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u mal-awtoritajiet nazzjonali biex timmonitorja l-iżviluppi rilevanti u l-applikazzjoni tar-rekwiżiti u tal-kundizzjonijiet kif miftiehem fil-MtQ.

1.5.2 Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Din il-proposta twieġeb għall-ħtieġa ta’ rispons komuni fl-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna fuq skala adegwata, li ma tistax tinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u tista’ tinkiseb aħjar mill-UE. Ir-raġunijiet ewlenin huma l-kapaċità fiskali u r-restrizzjonijiet baġitarji li qed jiġu ffaċċjati fil-livell nazzjonali u l-ħtieġa għal koordinazzjoni b’saħħitha tad-donaturi sabiex jiġu massimizzati l-iskala u l-effettività tal-appoġġ, filwaqt li jiġi limitat il-piż fuq il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet tal-Ukrajna, li hija mġebbda ħafna fiċ-ċirkostanzi attwali.

L-inizjattiva hija parti mill-objettiv tal-UE li tipprovdi appoġġ ta’ likwidità għal terminu qasir lill-Ukrajna. Hija ssaħħaħ ukoll l-azzjonijiet mill-Unjoni għal appoġġ dirett umanitarju, ekonomiku u għad-difiża, kif ukoll l-inizjattivi tal-Unjoni biex tikkoordina azzjonijiet multilaterali, bħal “Stand up for Ukraine”. Min-natura tagħha stess, hija wkoll katalizzatur għal riformi li jsaħħu r-reżiljenza tal-pajjiż fuq perjodu qasir u twassal ukoll għal stabbiltà mtejba tul perjodu itwal ta’ żmien. Dawn l-eżiti mistennija huma partikolarment rilevanti għall-Ukrajna f’dan il-mument kritiku.

Il-valur miżjud ewlieni tas-self aġevolanti meta mqabbel ma’ strumenti oħra tal-UE huwa li jtaffi malajr ir-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u jgħin biex jiżgura qafas makrofinanzjarju stabbli kontinwu, inkluż bil-promozzjoni ta’ bilanċ tal-pagamenti sostnut u sostenibbli u tas-sitwazzjoni baġitarja, f’qafas xieraq għar-rekwiżiti ta’ rapportar.

1.5.3 Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-operazzjonijiet ta’ assistenza makrofinanzjarja fis-sħab huma soġġetti għal evalwazzjoni ex post. Evalwazzjonijiet ex post tal-operazzjonijiet preċedenti tal-AMF lill-Ukrajna wrew li b’mod ġenerali kienu rilevanti ħafna f’termini tal-objettivi, tal-pakkett finanzjarju u tal-objettivi ta’ politika tagħha.

Dawn urew li kienu kruċjali biex jappoġġaw lill-Ukrajna fl-indirizzar tal-problemi tagħha tal-bilanċ tal-pagamenti u fl-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali ewlenin biex tiġi stabbilizzata l-ekonomija u tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-pożizzjoni esterna tagħha. Huma ppermettew iffrankar fiskali u benefiċċji finanzjarji, u aġixxew bħala katalist għal appoġġ finanzjarju addizzjonali u l-fiduċja tal-investituri.

1.5.4 Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposta hija kompatibbli mal-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027. L-appoġġ fil-forma ta’ self se jkun disponibbli għas-sena 2023. Ir-riżorsi għall-istrument se jiġu ffinanzjati permezz ta’ self (sa EUR 18-il biljun għall-appoġġ ibbażat fuq is-self).

L-UE se tipprovdi sussidju tar-rata tal-imgħax li se jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri bħala dħul assenjat estern għall-baġit tal-UE. Għaldaqstant, din in-nefqa mhux se jkollha impatt fuq il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027.

1.5.5 Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2022 kienet ġeneruża u effettiva. Madankollu, din l-assistenza ġiet ipprovduta fuq bażi ad hoc, li tkopri ftit xhur kull darba. Dan kien jirrikjedi proviżjonament sinifikanti mill-baġit tal-UE u mill-garanziji nazzjonali. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat approċċ aktar strutturali u effiċjenti għall-appoġġ tal-Unjoni lill-Ukrajna fl-2023.

Din il-proposta tistabbilixxi qafas ordnat u sostenibbli għat-twassil tal-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna, filwaqt li toffri biżżejjed flessibbiltà biex jiġi aġġustat l-appoġġ għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż li qed jevolvu u tħejji t-triq għal Faċilità futura ta’ “Rikostruzzjoni tal-Ukrajna”, f’konformità mal-Komunikazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar “l-Għajnuna u r-Rikostruzzjoni mill-Ukrajna” 19 u l-prinċipji maqbula fil-Konferenza ta’ Lugano għar-Riforma tal-Ukrajna ta’ Lulju 2022.

Sabiex jiġi evitat li l-leġiżlaturi tal-UE u dawk nazzjonali jkollhom jirrikorru ripetutament għal kwistjonijiet ta’ appoġġ finanzjarju, jenħtieġ li l-parametri ġenerali tal-appoġġ ta’ għajnuna u riabilitazzjoni tal-Unjoni jiġu deċiżi għall-2023 kollha.

Jenħtieġ li tiġi evitata aktar pressjoni fuq baġit tal-UE taħt pressjoni minħabba rekwiżiti ta’ proviżjonament u arranġamenti kumplessi, li jinvolvu għadd kbir ta’ garanziji nazzjonali ad hoc. Sistema unifikata u effiċjenti biex jiġu żgurati l-aħjar kundizzjonijiet ta’ self u jiġi estiż l-aċċess għas-suq għal appoġġ fil-forma ta’ self għandha vantaġġi kbar f’kuntest ta’ spejjeż u rati tal-imgħax li qed jiżdiedu.

1.6 It-tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 tul ta' żmien limitat

   fis-seħħ minn [DD/MM]YYYY sa [DD/MM]YYYY 

L-impatt finanzjarju fl-2023 għall-appoġġ fil-forma ta’ self, u matul il-perjodu ta’ ħlas lura għall-appoġġ fil-forma ta’ sussidju tar-rata tal-imgħax, iffinanzjat minn dħul assenjat estern sakemm ma jkunx kopert permezz ta’ mezzi oħra f’oqfsa finanzjarji pluriennali futuri.

 tul ta' żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn YYYY sa YYYY,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7 Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 20   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi 

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati minn liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati minn liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblikaprivata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1 Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Japplikaw l-obbligi ta’ monitoraġġ u rapportar skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Il-monitoraġġ tal-azzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni jsir fuq il-bażi tal-miżuri speċifiċi li għandhom jiġu miftiehma mal-awtoritajiet Ukreni f’Memorandum ta’ Qbil (MtQ).

Il-MtQ se jinkludi rekwiżiti ta’ rapportar li jiżguraw, b’mod partikolari, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-użu tal-appoġġ taħt l-Istrument.

Il-Kummissjoni tivverifika, f’intervalli regolari, l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar u l-progress li jkun sar lejn l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ politika stabbiliti fil-MtQ. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta’ dik il-verifika.

Il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-Unjoni għall-Ukrajna, inkluża evalwazzjoni ta’ dik l-implimentazzjoni.

Sa mhux aktar tard minn sentejn wara tmiem il-perjodu ta’ disponibbiltà, il-Kummissjoni tibgħat rapport ta’ evalwazzjoni ex-post lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta r-riżultati u l-effiċjenza tal-appoġġ mitmum tal-Istrument tal-Unjoni u sa liema punt din ikkontribwiet għall-għanijiet tal-assistenza.

2.2 Sistema/Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1 Ġustifikazzjoni tal-mod/tal-modi ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati b'din il-proposta se jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, billi tikkonċerna appoġġ finanzjarju pprovdut direttament lill-Istat.

L-appoġġ bl-Istrument se jsir disponibbli mill-Kummissjoni f’pagamenti rateali, li kull wieħed minnhom għandu jikkonsisti f’self u, jekk ikun disponibbli, appoġġ mhux ripagabbli.

L-iżborżi jistgħu jiġu organizzati b’mod flessibbli u rapidu b’rispons għall-ħtiġijiet tal-awtoritajiet Ukreni. Dawn jistgħu jiġu previsti, pereżempju, fuq bażi trimestrali sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet Ukreni.

Jenħtieġ li l-appoġġ jiġi rilaxxat soġġett għar-rispett tal-prekundizzjonijiet, l-implimentazzjoni sodisfaċenti u l-progress lejn l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ politika.

2.2.2 Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/sistemi ta’ kontroll intern stabbilita/stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Hemm riskji politiċi, fiduċjarji u ta’ politika marbutin mal-operazzjoni proposta. Riskju ewlieni għall-operazzjoni jirriżulta mill-kontinwazzjoni tal-gwerra kkawżata mill-invażjoni Russa mhux ġustifikata u mhux ipprovokata tal-Ukrajna, li jista’ jkollha impatt negattiv ulterjuri fuq l-istabbiltà makroekonomika u l-kapaċità amministrattiva tal-Ukrajna.

Hemm ir-riskju li s-self jista’ jintuża b’mod qarrieqi. Billi l-proposta mhijiex imfassla għal spejjeż speċifiċi (għall-kuntrarju tal-finanzjament ta’ proġett, pereżempju), dan ir-riskju huwa relatat ma’ fatturi bħalma huma l-kwalità ġenerali tas-sistemi ta’ ġestjoni fil-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna u fil-Ministeru tal-Finanzi, il-proċeduri amministrattivi, il-funzjonijiet ta’ kontroll u sorveljanza, is-sigurtà tas-sistemi tal-IT u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet ta’ awditjar interni u esterni.

It-tielet riskju ġej mill-possibbiltà li l-Ukrajna tonqos milli tħallas l-obbligazzjonijiet finanzjarji lejn l-UE li jirriżultaw mis-self propost (riskju ta’ inadempjenza jew kreditu) li jista’ jkun ikkawżat, pereżempju, minn deterjorament addizzjonali sinifikanti tal-bilanċ tal-pagamenti u l-pożizzjoni fiskali tas-sieħeb. Għal dak l-għan, wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-Kummissjoni se tadotta u timplimenta qafas ta’ governanza usa’, proċeduri ta’ ġestjoni tar-riskju, u metodoloġija tal-allokazzjoni tal-ispejjeż.

Sistemi ta’ kontroll intern

L-operazzjonijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ta’ verifika, kontroll u awditjar taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni, inkluż tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju. Matul l-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tivverifika perjodikament id-dikjarazzjonijiet tas-sieħeb. Il-pagament huwa soġġett għal monitoraġġ mill-persunal tal-Kummissjoni. L-iżborż relatat mal-operazzjonijiet jista’ jkun soġġett għal verifiki ex post addizzjonali indipendenti (dokumentarji u/jew fil-post) minn uffiċjali tat-tim ta’ kontroll ex post tad-dipartiment rilevanti tal-Kummissjoni. Tali verifiki jistgħu jinbdew ukoll b'talba tal-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli permezz ta’ subdelega. Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, korrezzjonijiet finanzjarji (implimentati mill-Kummissjoni) u rkupri jistgħu jitwettqu fejn meħtieġ (dan għadu ma seħħ qatt sa issa), u huma previsti b’mod espliċitu fil-ftehimiet ta’ finanzjament mas-sħab. 

2.2.3 Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Is-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ sa issa żguraw rata ta’ żball effettiva ta’ 0 % għat-tip ta’ pagamenti ta’ assistenza makrofinanzjarja. Ma hemm l-ebda każ magħruf ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali. L-operazzjonijiet għandhom loġika ċara ta’ intervent, waħda li tippermetti lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt tagħhom. Il-kontrolli jippermettu l-konferma tal-assigurazzjoni u tal-kisba tal-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika.

2.3 Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Sabiex jittaffew ir-riskji tal-użu frodulenti ttieħdu u se jittieħdu diversi miżuri: Ftehim ta’ Self li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna f’konformità mal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. It-termini dettaljati ta’ kwalunkwe appoġġ mhux ripagabbli disponibbli flimkien mas-sussidju tar-rata tal-imgħax għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ finanzjament li għandu jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Ukrajna.

Il-ftehimiet se jipprovdu għadd ta’ dispożizzjonijiet dwar l-ispezzjoni, il-prevenzjoni tal-frodi, l-awditjar u l-irkupru ta’ fondi f’każ ta’ frodi jew ta’ korruzzjoni. B’mod partikolari, il-ftehimiet ta’ self u ta’ finanzjament se jinkludu dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq verifiki, biex il-Qorti tal-Awdituri twettaq awditi u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenzi tiegħu, f’konformità mal-Artikoli 129 u 220 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Huwa previst ukoll li għadd ta’ rekwiżiti ta’ rapportar se jkunu marbuta mal-assistenza, bil-ħsieb li jissaħħu t-trasparenza u l-akkontabilità dwar l-użu tal-fondi.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1 Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja baġitarja/linji baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux-diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

6

Linja ġdida għas-sussidju tar-rata tal-imgħax

Linja ġdida għan-nefqa ta’ appoġġ skont l-Artikolu 4(4)

Linja ġdida għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 4(3)

Diff

Mhux diff.

Diff

IVA

IVA

IVA

IVA

3.2 Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

In-nefqa proposta marbuta mal-Istrument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna se tkun koperta minn ammont massimu ta’ EUR 18 000 000 000 fil-forma ta’ self li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Unjoni.

L-ammonti li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet volontarji speċifiċi mill-Istati Membri (bħala dħul assenjat estern) jintużaw għall-finijiet li ġejjin:

appoġġ għall-ispejjeż tal-imgħax tas-self – l-ebda volum fil-mira ma jista’ jiġi stabbilit minn qabel billi dawn l-ispejjeż se jiddependu fuq l-imgħax attwali fuq is-self;

·attivitajiet koperti mill-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument;

·jiġu ridirezzjonati lejn l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument, NDICI) u/jew Għajnuna Umanitarja għall-attivazzjoni għall-benefiċċju tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, pajjiżi u terzi persuni jistgħu jagħmlu disponibbli riżorsi addizzjonali għal dawk deskritti hawn fuq, bħala dħul assenjat estern biex jikkontribwixxu għall-Memorandum ta’ Qbil tal-Istrument jew biex jiġu ridirezzjonati lill-NDICI u/jew lill-Għajnuna Umanitarja għal attivitajiet li minnhom tibbenefika l-Ukrajna.

Strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna

(suppożizzjoni: approprjazzjonijiet ta’ impenn ugwali għal approprjazzjonijiet ta’ pagament)

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

·Approprjazzjonijiet operazzjonali (li minnhom)

Self

18 000 000 000

-

-

-

-

Appoġġ mhux ripagabbli biex ikopri s-sussidju tar-rata tal-imgħax

pm

pm

pm

pm

pm

Kontribuzzjonijiet addizzjonali għal appoġġ mhux ripagabbli

pm

pm

pm

pm

pm



Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DG: <…….>

Riżorsi umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

3.2.2 Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 

   Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
2023 21

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 22   
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

pm

pm

pm

pm

pm

pm

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

pm

pm

pm

pm

pm

pm

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

pm

pm

pm

pm

pm

pm

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani. 

Il-proposta/L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2023

2024

2025

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 23

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

14 01 06  24

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  25

Linja baġitarja oħra: Dħul assenjat

Iffinanzjat minn dħul assenjat – fil-Kwartieri Ġenerali

Iffinanzjat minn dħul assenjat – f’Delegazzjoni

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.3 Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Is-self se jiġi ffinanzjat minn teħid b’self tal-UE fis-swieq finanzjarji.

tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

L-inizjattiva tirrikjedi aġġustament immirat tar-Regolament QFP biex is-self lill-Ukrajna jkun jista’ jiġi appoġġat minn garanzija mill-marġni ta’ manuvra tal-baġit tal-UE, jiġifieri l-ispazju baġitarju ‘l fuq mil-limitu massimu għall-pagamenti tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) sal-limiti tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Dan se jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni u riassigurazzjoni lill-investituri, jevita l-istabbiliment għali ta’ garanziji nazzjonali, mingħajr bidliet fid-daqs jew fil-limiti massimi tal-QFP. Dan jeħtieġ emenda limitata tar-Regolament QFP (UE, Euratom) 2020/2093 li se tippermetti l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-assistenza finanzjarja lill-Ukrajna jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-assistenza finanzjarja għall-Istati Membri. Tali emenda limitata ma tirrevedix il-limiti massimi applikabbli tal-QFP 2021-2027.

3.2.4 kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta/L-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi persuni 26

tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 27

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 


3.3 Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji 

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 28

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6)

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

p.m.

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.

Ara t-Taqsima 3.2.1 hawn fuq.

(1)    COM/2022/233 final
(2)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1).
(3)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 11.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/Unjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.
(5)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
(6)    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’... 2022 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta’…. 2022.
(7)    Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3).
(8)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/313 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Frar 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 55, 28.2.2022, p. 4).
(9)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ĠU L 186, 13.7.2022, p. 1).
(10)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2022 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna, li ssaħħaħ il-fond ta’ proviżjonament komuni permezz ta’ garanziji mill-Istati Membri u permezz ta’ proviżjonament speċifiku għal xi obbligazzjonijiet finanzjarji relatati mal-Ukrajna ggarantiti skont id-Deċiżjoni 466/2014/UE, u li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2022/1201 (ĠU L 245, 22.9.2022, p. 1).;
(11)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, it-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022.
(12)    Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(13)    Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/Unjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE), ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.
(14)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).
(15)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027 (ĠU L 433, I, 22.12.2020, p. 11).
(16)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(17)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).
(18)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(19)    COM/2022/233 final
(20)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(21)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(22)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(23)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(24)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(25)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(26)    Il-kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni se jkunu fil-forma ta’ dħul assenjat ippreżentat fit-taqsima ta’ hawn taħt.
(27)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Ibdel l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(28)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.